Lid-direttur. Melodija taʼ David.
41 Hieni min jaġixxi b’konsiderazzjoni mal-batut;+
Fi żmien il-gwaj Ġeħova jeħilsu.+
2 Ġeħova nnifsu se jħarsu u jżommu ħaj.+
Se jiġi dikjarat hieni fl-art;+
U ma jistax ikun li titilqu għax-xewqa taʼ l-għedewwa tiegħu.+
3 Ġeħova se jwieżnu fuq is-sodda tal-mard;+
Int tibdillu friexu kollu matul il-marda tiegħu.+
4 Min-naħa tiegħi, jien għedt: “O Ġeħova, ħenn għalija.+
Fejjaqli ruħi, għax jien dnibt kontrik.”+
5 L-għedewwa tiegħi jgħidu affarijiet ħżiena dwari:+
“Meta se jmut u ismu jgħib?”
6 U jekk xi ħadd jiġi jarani, f’qalbu ma jkunx qed jgħid il-verità.+
Hu jiġbor xi ħaġa taʼ ħsara
U mbagħad joħroġ; u meta jkun barra jitkellem dwarha.+
7 Dawk kollha li jobogħduni jingħaqdu flimkien kontrija u jfesfsu bejniethom;+
Il-ħin kollu jippjanaw li jagħmluli xi ħaġa ħażina:+
8 “Inħakem minn gwaj;+
Issa li nxteħet, mhux se jerġaʼ jqum.”+
9 Anki l-bniedem li kien fil-paċi miegħi, li jien fdajt fih,+
U li kien jiekol mill-ħobż tiegħi,+ għolla għarqubu kontrija.+
10 Imma int, O Ġeħova, ħenn għalija u qajjimni,+
Sabiex inħallashom lura.+
11 B’dan tassew naf li int tgħaxxaqt bija,
Għax l-għadu tiegħi ma jgħajjatx bil-ferħ għajat taʼ rebħa fuqi.+
12 Minħabba l-integrità tiegħi int appoġġajtni,+
U tqegħedni quddiem wiċċek għal dejjem.+
13 Ikun imbierek Ġeħova l-Alla taʼ Israel+
Minn dejjem għal dejjem.+
Amen u Amen.+