2 Kronaki
28 Għoxrin sena kellu Aħaż+ meta beda jsaltan, u dam isaltan sittax-il sena f’Ġerusalemm,+ u m’għamilx dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova bħal David, missieru.+ 2 Imma mexa fit-triqat tas-slaten taʼ Israel,+ u saħansitra għamel statwi tal-Bagħalim+ magħmulin minn metall imdewweb.+ 3 U hu offra d-duħħan tas-sagrifiċċji+ fil-wied taʼ bin Ħinnom+ u ħaraq lil uliedu+ fin-nar, skond l-affarijiet mistkerrhin+ tal-ġnus li Ġeħova kien keċċa minn quddiem ulied Israel.+ 4 U offra regolarment is-sagrifiċċji+ u d-duħħan tas-sagrifiċċji fil-postijiet għall-qima*+ u fuq l-għoljiet+ u taħt kull tip taʼ siġra tħaddar.+
5 Għaldaqstant, Ġeħova Alla tiegħu tah f’idejn+ is-sultan tas-Sirja,+ u s-Sirjani ħabtu għalih u ġarrew mingħandu għadd kbir taʼ lsiera u ħaduhom Damasku.+ U ngħata wkoll f’idejn is-sultan taʼ Israel,+ u dan ħabat għalih u l-qatla kienet kbira. 6 Għaldaqstant, Pekaħ,+ bin Remalija,+ qatel f’Ġuda mija u għoxrin elf f’jum wieħed, kollha rġiel qalbenin, għaliex telqu lil Ġeħova,+ l-Alla taʼ missirijiethom. 7 Barra minn hekk, Żikri, raġel setgħan minn Efrajm,+ qatel lil Magħseja, bin is-sultan, lil Għażrikam, il-mexxej tad-dar, u lil Elkana, it-tieni wara s-sultan. 8 Iktar minn hekk, ulied Israel ħadu mitejn elf minn ħuthom ilsiera, nisa, ulied subien u bniet; u ħadulhom ukoll priża kbira ħafna, u mbagħad ħadu l-priża lejn is-Samarija.+
9 U hemmhekk kien hemm profeta taʼ Ġeħova li kien jismu Għoded. Għalhekk, dan ħareġ quddiem l-armata li kienet ġejja lejn is-Samarija u qalilhom: “Ara! Kien minħabba l-korla+ taʼ Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietkom, kontra Ġuda li hu tahom f’idejkom, u b’hekk il-qatla li għamiltu fosthom kienet b’dagħdigħa+ li waslet sas-smewwiet.+ 10 U issa lil ulied Ġuda u Ġerusalemm, sew nisa u sew irġiel, għandkom f’moħħkom li ċċekknuhom u tagħmluhom il-qaddejja tagħkom.+ Minkejja dan, mhux intom ukoll qed twettqu atti taʼ ħtija kontra Ġeħova Alla tagħkom? 11 U issa isimgħu minni u roddu lura l-ilsiera li ħadtu minn fost ħutkom,+ għax ir-rabja taħraq taʼ Ġeħova hi kontrikom.”+
12 Għal dan, xi rġiel mill-kapijiet+ taʼ wlied Efrajm,+ Għażarija, bin Ġeħoħanan, Berekija, bin Mesillemot, Ġeħiżkija, bin Sallum, u Għamasa, bin Ħadlaj, qamu kontra dawk li kienu deħlin mill-kampanja militari, 13 u qalulhom: “Iddaħħlux lill-ilsiera hawnhekk, għax din tkun ħtija kontra Ġeħova min-naħa tagħna. Intom għandkom f’moħħkom li żżidu maʼ dnubietna u maʼ ħtijietna, għax kbira ferm hi l-ħtija li għandna,+ u hemm rabja taħraq+ kontra Israel.” 14 Għaldaqstant, l-irġiel armati+ telqu lill-ilsiera+ u l-priża quddiem il-prinċpijiet+ u l-kongregazzjoni kollha. 15 Imbagħad l-irġiel li ssemmew b’isimhom+ qamu u ħadu lill-ilsiera, u lil dawk fosthom li kienu bla ħwejjeġ libbsuhom mill-priża. Għalhekk, libbsuhom+ u tawhom is-sandlijiet u temgħuhom+ u tawhom jixorbu+ u dilkuhom. Barra minn hekk, jekk kien hemm xi ħadd li ma jiflaħx joqgħod fuq saqajh, għabbewh+ fuq il-ħmir u ħaduh Ġeriko,+ il-belt tas-siġar tal-palm,+ ħdejn ħutu. Imbagħad reġgħu lura lejn is-Samarija.+
16 Dik il-ħabta s-Sultan Aħaż+ bagħat għas-slaten taʼ l-Assirja+ biex jgħinuh. 17 U għal darb’oħra l-Edomin+ daħlu u ħabtu għal Ġuda u ġarrew magħhom l-ilsiera. 18 U l-Filistin+ ħabtu għall-bliet tas-Sefela+ u tan-Negeb+ li kienu taʼ Ġuda u ħadu taħt idejhom Bet-xemex,+ Ajjalon,+ Gederot,+ Soko+ u l-bliet li jiddependu minnha, Timna+ u l-bliet li jiddependu minnha, u Gimżo u l-bliet li jiddependu minnha; u bdew jgħammru hemmhekk. 19 Għax Ġeħova umilja+ lil Ġuda minħabba Aħaż, is-sultan taʼ Israel, għaliex ħalla n-nuqqas taʼ rażan jikber f’Ġuda,+ u kien hemm nuqqas kbir taʼ fedeltà lejn Ġeħova.
20 Maż-żmien, Tilgat-pilneser,+ is-sultan taʼ l-Assirja, ġie kontrih u ġiegħlu jitnikket,+ u ma saħħux. 21 Għax Aħaż neżżaʼ d-dar taʼ Ġeħova+ u d-dar tas-sultan+ u tal-prinċpijiet,+ u b’hekk ta għotja lis-sultan taʼ l-Assirja;+ imma dan li għamel ma kien t’ebda għajnuna għalih. 22 Madankollu, meta kien qed iġiegħlu jitnikket, hu, jiġifieri, is-Sultan Aħaż, aġixxa jerġaʼ b’nuqqas taʼ fedeltà akbar lejn Ġeħova.+ 23 U beda joffri sagrifiċċji lill-allat+ taʼ Damasku+ li kienu qed jegħlbuh, u qal: “Peress li l-allat tas-slaten tas-Sirja qed jgħinuhom,+ jien lilhom se noffrihom is-sagrifiċċji, sabiex jgħinu+ lili.” U dawn saru l-kaġun taʼ tfixkil kemm għalih kif ukoll għal Israel kollu.+ 24 Barra minn hekk, Aħaż ġabar flimkien l-għodod+ tad-dar taʼ l-Alla l-veru u għamilhom biċċiet l-għodod tad-dar taʼ l-Alla l-veru,+ u għalaq il-bibien+ tad-dar taʼ Ġeħova, u għamel artali għalih f’kull rokna taʼ Ġerusalemm.+ 25 U fil-bliet kollha, saħansitra l-bliet taʼ Ġuda, għamel postijiet għall-qima+ biex joffri d-duħħan tas-sagrifiċċji lil allat oħrajn,+ u b’hekk offenda+ lil Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietu.
26 U l-bqija tal-ġrajjiet tiegħu+ u kulma għamel, mill-bidu sa l-aħħar, ara, huma miktubin fil-Ktieb+ tas-Slaten taʼ Ġuda u taʼ Israel. 27 Fl-aħħar, Aħaż imtedd maʼ missirijietu, u difnuh fil-belt, f’Ġerusalemm, għax ma ħaduhx fil-postijiet fejn jindifnu s-slaten taʼ Israel.+ U ibnu Ħeżekija beda jsaltan minfloku.