Esdra
6 Kien f’dan iż-żmien li s-Sultan Darju ħareġ ordni, u sar tiftix f’dar l-arkivji+ tat-teżori merfugħin hemmhekk f’Babilonja. 2 U f’Ekbatana, fil-post fortifikat li kien fil-provinċja tal-Medja,+ instab romblu li fih kien hemm miktub messaġġ li jgħid hekk:
3 “Fl-ewwel sena li beda jsaltan, is-Sultan Ċiru+ ħareġ ordni dwar id-dar t’Alla f’Ġerusalemm: Ħa tinbena mill-ġdid id-dar bħala l-post fejn huma għandhom joffru s-sagrifiċċji,+ u l-pedamenti tagħha għandhom jiġu ssodati; l-għoli tagħha jkun sittin kubitu, u l-wisaʼ tagħha sittin kubitu,+ 4 bi tliet filati ġebel li jitqiegħed f’postu billi jgerbuh,+ u filata waħda injam;+ u l-ispiża għandha titħallas mid-dar tas-sultan.+ 5 Barra minn hekk, ir-reċipjenti tad-deheb u tal-fidda+ li Nebukadnessar+ kien ħareġ mit-tempju t’Alla f’Ġerusalemm u ħadhom f’Babilonja, għandhom jinġiebu lura lejn il-post, fejn kienu qabel, fid-dar t’Alla.+
6 “Issa int, Tattenaj,+ gvernatur lil hinn mix-Xmara,+ int Setar-bożnaj+ u sħabkom, il-gvernaturi minuri+ li qegħdin lil hinn mix-Xmara, żommu ’l bogħod minn hemm.+ 7 Tindaħlux fix-xogħol li qed isir fuq id-dar t’Alla.+ Il-gvernatur tal-Lhud u x-xjuħ tal-Lhud se jibnu mill-ġdid din id-dar t’Alla f’postha. 8 U jien ħriġt ordni+ dwar x’għandkom tagħmlu maʼ dawn ix-xjuħ tal-Lhud biex jibnu mill-ġdid din id-dar t’Alla; u l-ispiża għandha titħallas+ fil-pront u bla waqfien lil dawn l-irġiel b’saħħithom mit-teżorerija+ rjali tat-taxxi lil hinn mix-Xmara.+ 9 U kulma hu meħtieġ, jiġifieri, il-barrin żgħar+ kif ukoll l-imtaten+ u l-ħrief+ għall-offerti tal-ħruq lill-Alla tas-sema, il-qamħ,+ il-melħ,+ l-inbid,+ u ż-żejt,+ skond ma jgħidulkom il-qassisin li qegħdin f’Ġerusalemm, tonqsux li tagħtuhulhom kontinwament minn jum għall-ieħor; 10 sabiex huma jippreżentaw kontinwament+ offerti li jogħġbu+ lill-Alla tas-smewwiet u jitolbu għall-ħajja tas-sultan u taʼ wliedu.+ 11 U ħriġt ukoll ordni li kulmin jikser+ dan id-digriet jinqalaʼ travu+ mid-dar tiegħu u hu jiġi mdendel+ miegħu, u daru ssir latrina pubblika minħabba dan.+ 12 U jalla l-Alla li ġiegħel li ismu+ jgħammar fid-dar tiegħu jxejjen lil kull sultan u poplu li jerfaʼ idu biex jikser din l-ordni u jeqred+ id-dar t’Alla, li qiegħda f’Ġerusalemm. Jien, Darju, noħroġ din l-ordni. Ħa sseħħ minnufih.”
13 Imbagħad Tattenaj, il-gvernatur lil hinn mix-Xmara,+ Setar-bożnaj+ u sħabhom, għamlu minnufih dak li kien bagħat jgħidilhom is-Sultan Darju. 14 U x-xjuħ+ tal-Lhud kienu qed jibnu+ u jimxu ’l quddiem b’riżultat taʼ l-ipprofetizzar tal-profeta Ħaggaj+ u taʼ Żakkarija,+ li nannuh kien Iddo,+ u bnewha u lestewha minħabba l-ordni taʼ l-Alla taʼ Israel+ u minħabba l-ordni taʼ Ċiru,+ Darju,+ u Artaserse,+ is-sultan tal-Persja. 15 U din id-dar lestewha sat-tielet jum tax-xahar qamri Adar,+ jiġifieri, fis-sitt sena tar-renju tas-Sultan Darju.
16 U wlied Israel, il-qassisin, il-Leviti,+ u l-bqija taʼ dawk li qabel kienu eżiljati+ inawguraw+ din id-dar t’Alla bil-ferħ. 17 U għall-inawgurazzjoni tad-dar t’Alla ppreżentaw mitt barri, mitejn muntun, erbaʼ mitt ħaruf, u bħala offerta għad-dnub għal Israel kollu tnax-il bodbod, skond l-għadd tat-tribujiet taʼ Israel.+ 18 Imbagħad ħatru l-qassisin fil-gruppi tagħhom u l-Leviti fit-taqsimiet+ tagħhom għas-servizz t’Alla f’Ġerusalemm, skond dak li hemm miktub fil-ktieb taʼ Mosè.+
19 U dawk li qabel kienu eżiljati ċċelebraw il-Qbiż+ fl-erbatax taʼ l-ewwel xahar.+ 20 Peress li l-qassisin u l-Leviti kienu tnaddfu+ bħala grupp wieħed, ilkoll kemm huma kienu nodfa, u għalhekk qatlu l-vittma+ tal-Qbiż għal dawk kollha li qabel kienu eżiljati u għal ħuthom il-qassisin u għalihom infushom. 21 Imbagħad kielu+ wlied Israel li kienu ġew lura mill-Eżilju, u anki dawk kollha li kienu nfirdu min-nuqqas taʼ ndafa+ tal-ġnus taʼ l-art u ngħaqdu magħhom biex ifittxu lil Ġeħova, l-Alla taʼ Israel.+ 22 U komplew jiċċelebraw bil-ferħ il-festa tal-ħobż bla ħmira+ għal sebat ijiem; għax Ġeħova mliehom bl-hena, u dawwar+ lejhom qalb is-sultan taʼ l-Assirja biex isaħħilhom idejhom fix-xogħol tad-dar taʼ l-Alla l-veru, l-Alla taʼ Israel.