Ġożwè
23 U ħafna jiem wara li Ġeħova kien ta lil Israel il-mistrieħ+ mill-għedewwa kollha tiegħu minn kullimkien, meta Ġożwè kien xiħ u mdaħħal fiż-żmien,+ 2 ġara li Ġożwè sejjaħ lil Israel kollu,+ ix-xjuħ u l-kapijiet u l-imħallfin u l-uffiċjali tiegħu,+ u qalilhom: “Inkwantu għalija, jien xjaħt, u issa mdaħħal fiż-żmien. 3 U min-naħa tagħkom rajtu kulma Ġeħova Alla tagħkom għamel lil dawn il-ġnus kollha minħabba fikom,+ għax kien Ġeħova Alla tagħkom li qed jiġġieled għalikom.+ 4 Araw, jien qassamtilkom bix-xorti+ bħala wirt għat-tribujiet tagħkom l-art taʼ dawn il-ġnus li baqaʼ, u l-art tal-ġnus kollha li qridt,+ mill-Ġordan sal-Baħar il-Kbir lejn inżul ix-xemx.+ 5 U kien Ġeħova Alla tagħkom li baqaʼ jwarrabhom minn quddiemkom,+ u ħadilhom il-proprjetà tagħhom minħabba fikom, u intom ħadtu arthom f’idejkom, sewwasew bħalma kien wegħedkom Ġeħova Alla tagħkom.+
6 “U tridu tkunu kuraġġużi+ ħafna ħalli tħarsu u tagħmlu kulma hemm miktub fil-ktieb+ tal-liġi taʼ Mosè billi qatt ma dduru minnu lejn il-lemin jew lejn ix-xellug,+ 7 billi qatt ma tagħmluha maʼ dawn il-ġnus,+ dawn li baqaʼ magħkom. U ssemmux l-ismijiet t’allathom+ u taħilfux bihom,+ u taqduhomx u tmilux quddiemhom.+ 8 Imma huwa maʼ Ġeħova Alla tagħkom li għandkom tibqgħu mqabbdin,+ bħalma għamiltu sa llum. 9 U Ġeħova se jkeċċi lil ġnus kbar u setgħanin minn quddiemkom.+ (Lanqas ħadd ma baqaʼ wieqaf quddiemkom sa llum.)+ 10 Wieħed biss minnkom se jiġri wara elf,+ għax hu Ġeħova Alla tagħkom li qed jiġġieled għalikom,+ sewwasew bħalma wegħedkom.+ 11 U tridu tgħassu ruħkom il-ħin kollu+ billi tħobbu lil Ġeħova Alla tagħkom.+
12 “Imma jekk qatt idduru lura+ u taqbdu maʼ dawk li baqaʼ minn dawn il-ġnus,+ dawn li baqaʼ magħkom, u titħalltu b’rabta taż-żwieġ+ magħhom u tagħmluha magħhom, u huma magħkom, 13 għandkom tkunu tafu fiċ-ċert li Ġeħova Alla tagħkom mhux se jkompli jieħu l-proprjetà taʼ dawn il-ġnus minħabba fikom;+ u huma jsiru għalikom bħal nasba u bħal nassa u bħal flaġell fuq ġenbejkom+ u bħal xewk f’għajnejkom sakemm tgħibu minn fuq din l-art tajba li takom Ġeħova Alla tagħkom.+
14 “Issa, ara, illum jien sejjer fit-triq li jgħaddu minnha n-nies kollha taʼ l-art,+ u intom tafu sew b’qalbkom kollha u b’ruħkom kollha li lanqas kelma waħda mill-kliem tajjeb kollu li Ġeħova Alla tagħkom qalilkom ma naqset. Kollu seħħ għalikom. Lanqas kelma waħda ma naqset.+ 15 U jrid iseħħ li, bħalma ġiet fuqkom il-kelma tajba kollha li qalilkom Ġeħova Alla tagħkom,+ hekk Ġeħova jġib fuqkom il-kelma ħażina kollha sakemm ikun qeridkom għalkollox minn fuq din l-art tajba li takom Ġeħova Alla tagħkom,+ 16 talli tkunu ksirtu l-patt taʼ Ġeħova Alla tagħkom li hu kkmandakom, u talli tkunu mortu u qdejtu allat oħrajn u miltu quddiemhom.+ U r-rabja taʼ Ġeħova ċertament li se tixgħel kontrikom,+ u intom tgħibu bil-ħeffa mill-art tajba li takom hu.”+