Kolossin
4 Intom sidien, ibqgħu ttrattaw lill-ilsiera tagħkom+ bil-ġustizzja u bis-sewwa, billi tafu li intom ukoll għandkom Sid fis-sema.+
2 Ipperseveraw fit-talb,+ u ibqgħu mqajmin spiritwalment waqt li titolbu b’radd il-ħajr,+ 3 waqt li fl-istess ħin itolbu wkoll għalina,+ sabiex Alla jiftħilna bieb+ biex inxandru l-kelma u ngħidu s-sigriet sagru+ dwar il-Kristu, li għalih, fil-fatt, jien qiegħed marbut fil-ħabs;+ 4 sabiex nirrivelah kif imissni nagħmel.+
5 Ibqgħu mexjin bl-għerf maʼ dawk li huma barra,+ u użaw il-ħin bl-aħjar mod.*+ 6 Ħa jkun kliemkom dejjem kollu ħlewwa,+ imħawwar bil-melħ,+ sabiex tkunu tafu kif għandkom twieġbu+ lil kulħadd.
7 Tikiku,+ ħija l-maħbub u ministru leali u lsir sieħbi fil-Mulej, se jgħarrafkom kollox dwari. 8 Għalhekk qed nibagħthulkom, biex tkunu tafu dwarna u jfarrġilkom qlubkom.+ 9 Miegħu qed nibgħat ukoll lil Oneżimu,+ ħija maħbub u leali, li hu wieħed minnkom. Dawn se jgħarrfukom b’kulma qed jiġri hawnhekk.
10 Aristarku,+ sieħbi fil-ħabs, jibgħat iselli għalikom, kif ukoll Marku,+ il-kuġin taʼ Barnaba, (li dwaru ħadtu ordnijiet biex tilqgħuh+ jekk xi darba jiġi għandkom,) 11 u Ġesù, li jgħidulu Ġustu; dawn huma miċ-ċirkonċiżi. Huma biss jaħdmu miegħi għas-saltna t’Alla, u għalija saru għajnuna li ssaħħaħni. 12 Epafra,+ li hu wieħed minnkom u lsir taʼ Kristu Ġesù, jibgħat iselli għalikom. Hu dejjem jistinka għalikom fit-talb tiegħu, sabiex fl-aħħarnett tkunu sħaħ+ u jkollkom konvinzjoni soda fir-rieda kollha t’Alla. 13 Jien tabilħaqq nixhidlu li hu jitħabat ħafna għalikom u għal dawk f’Laodiċija+ u f’Ġerapoli.
14 Luqa,+ it-tabib maħbub, iselli għalikom, u anki Dema.+ 15 Selluli għall-aħwa f’Laodiċija, u għal Nimfa u għall-kongregazzjoni li tiltaqaʼ f’darha.+ 16 U meta tkunu qrajtu din l-ittra, araw li tinqara+ wkoll fil-kongregazzjoni tal-Laodikin u li intom taqraw ukoll dik taʼ Laodiċija. 17 Ukoll, għidu lil Arkippu:+ “Ħu ħsieb il-ministeru li aċċettajt fil-Mulej, u qis li twettqu.”
18 Din hi t-tislija tiegħi, Pawlu, minn idi stess.+ Komplu żommu f’moħħkom l-irbit tiegħi+ fil-ħabs. Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tkun magħkom.