Għanja tat-Tlajjaʼ.
132 Ftakar, O Ġeħova, f’David+
U l-umiljazzjonijiet kollha tiegħu;+
2 Kif ħalef lil Ġeħova,+
Kif għamel wegħda lill-Alla l-Qawwi+ taʼ Ġakobb:+
3 “Ma nidħolx fit-tinda taʼ dari.+
Ma nitlax fuq il-friex taʼ soddti,+
4 Ma nħallix lil għajnejja jaraw irqad,+
Lanqas lil xfar għajnejja jaqbadhom in-ngħas,+
5 Sakemm insib post għal Ġeħova,+
Tinda grandjuża għall-Alla l-Qawwi taʼ Ġakobb.”+
6 Ara! Smajna b’dan f’Efrata,+
Sibnieh fil-foresta.+
7 Ejjew nidħlu fit-tinda grandjuża tiegħu;+
Ħa mmilu ħdejn il-banketta għal saqajh.+
8 Qum, O Ġeħova, u mur lejn il-post taʼ mistrieħ tiegħek,+
Int u l-Arka+ tas-saħħa tiegħek.+
9 Ħa jitlibbsu bis-sewwa l-qassisin tiegħek,+
U ħa jgħajtu bil-ferħ dawk leali lejk.+
10 Minħabba David il-qaddej tiegħek,+
Tirrifjutax wiċċ il-midluk tiegħek.+
11 Ġeħova għamel ħalfa lil David,+
Żgur ma jerġax lura minnha:+
“Wieħed imnissel minnek+
Inqiegħed fuq it-tron tiegħek.+
12 Jekk uliedek iħarsu l-patt tiegħi+
U t-tfakkiriet tiegħi li se ngħallimhom,+
Uliedhom ukoll
Joqogħdu għal dejjem+ fuq it-tron tiegħek.”+
13 Għax Ġeħova għażel lil Sijon;+
Ixxennaq għaliha bħala post fejn jgħammar:+
14 “Dan hu l-post taʼ mistrieħ tiegħi għal dejjem;+
Hawnhekk ngħammar, għax ixxennaqt għalih.+
15 Il-provvisti tagħha bla dubju se nberikhom.+
Lill-foqra tagħha nxebbagħhom bil-ħobż.+
16 Lill-qassisin tagħha llibbishom bis-salvazzjoni;+
U dawk leali fiha bla dubju se jgħajtu bil-ferħ.
17 Hemmhekk inqajjem il-qarn taʼ David.+
Ħejjejt musbieħ għall-midluk tiegħi.+
18 Lill-għedewwa tiegħu llibbishom l-għajb;+
Imma fuqu tiffjorixxi d-dijadema+ tiegħu.”+