Salmi
Lid-direttur. “Tagħmilx ħerba.” Taʼ David. Miktam.* Meta Sawl bagħat lil xi wħud jgħassulu daru, biex jagħtuh il-mewt.+
3 Għax, ara, huma qagħdu lesti għal ruħi;+
Dawk b’saħħithom jattakkawni,+
Minkejja li ma kien hemm ebda rvell u ebda dnub min-naħa tiegħi, O Ġeħova.+
5 Int, O Alla Ġeħova taʼ l-armati, int l-Alla taʼ Israel.+
Qum u itfaʼ l-attenzjoni tiegħek fuq il-ġnus kollha.+
Tħennx għat-tradituri li jikkaġunaw l-uġigħ.+ Sela.
7 Ara! Kliem mill-agħar igelgel minn fommhom;+
Sjuf hemm fuq xofftejhom,+
Għax huma jgħidu: “Min qed jismaʼ?”+
10 L-Alla li wrieni qalb tajba bl-imħabba se jiltaqaʼ miegħi;+
Alla nnifsu se jġegħelni nħares rebbieħ lejn l-għedewwa tiegħi.+
11 Toqtolhomx, ħalli l-poplu tiegħi ma jinsiex.+
Permezz taʼ l-enerġija kbira tiegħek ġerrihom ’l hemm u ’l hawn,+
U waqqagħhom, O Ġeħova, it-tarka tagħna,+
12 Għad-dnub taʼ fommhom, il-kelma taʼ xofftejhom;+
U ħa jinqabdu fil-kburija tagħhom,+
Kif ukoll għas-saħta u l-qerq li jirripetu.
Temmhom, biex ma jkunux iktar.
Ħa jkunu jafu li Alla qed jaħkem fuq Ġakobb sa truf l-art.+ Sela.
15 Ħa jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn għal xi ħaġa x’jieklu;+
Tħallihomx jixbgħu jew ikollhom fejn jgħaddu l-lejl.+