Lamentazzjonijiet
א [Alef]*
3 Jien ir-raġel b’saħħtu li ra s-sofferenza+ minħabba l-ħatar tar-rabja qalila tiegħu.
2 Lili ħa u mexxa fid-dlam u mhux fid-dawl.+
3 Iva, kontrija jdawwar idu kemm-il darba matul il-jum.+
ב [Bet]
4 Herrieli laħmi u ġildi.+ Kissirli għadmi.+
5 Bena ħajt madwari, u dawwarni+ b’ħaxix velenuż+ u tbatija.
6 Poġġieni bil-qiegħda f’postijiet mudlama,+ bħal dawk li ilhom mejtin żmien twil.+
ג [Gimel]
7 Sakkarni bħallikieku b’ħajt tal-ġebel, sabiex ma noħroġx.+ Rabatni bi rbit tqil tar-ram aħmar.+
8 U meta nsejjaħ għall-għajnuna u ngħajjat għall-ajjut, it-talb tiegħi ma jisimgħux.+
9 Għalaqli triqati b’ġebel minġur.+ Gerfixli mogħdijieti.+
ד [Dalet]
10 Lest għalija bħal ors,+ bħal iljun moħbi.+
11 Ħawwadli triqati, u ġabni ma niswa xejn. Għamilni bħal wieħed abbandunat.+
12 Ħejja l-qaws tiegħu,+ u mmira l-vleġġa lejja.+
ה [Ħe]
13 Fil-kliewi daħħalli l-vleġeġ, ulied il-barżakka tiegħu.+
14 Għan-nies kollha taʼ kontrija sirt xi ħaġa tad-daħq,+ sirt it-tema tal-kant tagħhom il-jum kollu.+
15 Xebbagħni b’affarijiet morri.+ Faqagħni bi pjanta morra.*+
ו [Waw]
16 U kissirli snieni biż-żrar.+ Ġegħelni nitmiegħek fl-irmied.+
17 Int warrabtni, u b’hekk ruħi ma tistax issib sliem. Jien insejt x’inhu ġid.+
18 U ngħid: “Għabet il-glorja tiegħi, u ma nistenna xejn iktar minn Ġeħova.”+
ז [Żajin]
19 Ftakar fis-sofferenza tiegħi u li m’għandix fejn noqgħod,+ fil-pjanta morra u l-ħaxix velenuż li niekol.+
20 Żgur li ruħek tiftakar u titbaxxa lejja.+
21 Dan se nibqaʼ nżommu f’moħħi.+ Għalhekk, se nistenna b’attitudni xierqa.+
ח [Ħet]
22 Hu minħabba l-atti taʼ qalb tajba bl-imħabba+ taʼ Ġeħova li ma ntemmejniex,+ għax il-ħniniet tiegħu ma jispiċċawx.+
23 Jiġġeddu kull fil-għodu.+ Il-fedeltà tiegħek hi kotrana.+
24 “Ġeħova huwa sehmi,”+ qalet ruħi, “għalhekk se nistennieh b’attitudni xierqa.”+
ט [Tet]
25 Tajjeb Ġeħova maʼ min jittama fih,+ mar-ruħ li tibqaʼ tfittxu.+
26 Tajjeb li wieħed jistenna,+ iva, fis-skiet,+ għas-salvazzjoni taʼ Ġeħova.+
27 Tajjeb għal raġel b’saħħtu li jġorr il-madmad f’żgħożitu.+
י [Jod]
28 Ħa joqgħod bil-qiegħda waħdu u jibqaʼ sieket,+ għax hu għabbieh b’din it-tagħbija.+
29 Ħa jagħmel ħalqu mat-trab.+ Forsi hemm tama.+
30 Ħa jagħti ħaddejh lil min qed isawtu.+ Ħa jissaporti t-tmaqdir tiegħu bis-sħiħ.+
כ [Kaf]
31 Għax Ġeħova mhux se jibqaʼ jwarrabna għal dejjem.+
32 Għax għalkemm nikkitna,+ hu se jurina ħniena skond l-abbundanza taʼ qalb tajba bl-imħabba tiegħu.+
33 Għax mhux minn qalbu jgħakkes lil ulied il-bnedmin jew inikkithom.+
ל [Lamed]
34 Għal wieħed li jgħaffeġ taħt saqajh+ il-priġunieri kollha taʼ l-art,+
35 Li jneħħi l-ġudizzju taʼ raġel minn quddiem wiċċ l-Iktar Għoli,+
36 Li jċaħħad lil bniedem mill-ġustizzja f’kawża legali, Ġeħova m’esprimiex approvazzjoni.+
מ [Mem]
37 Min ordna li ssir xi ħaġa u seħħet meta Ġeħova nnifsu ma kkmandax li ssir?+
38 Għax minn fomm l-Iktar Għoli ma joħorġux affarijiet ħżiena flimkien m’affarijiet tajbin.+
39 Kif jistaʼ bniedem ħaj joqgħod jilmenta,+ raġel b’saħħtu jilmenta minħabba dnubu?+
נ [Nun]
40 Ejjew neżaminaw triqatna u nifluhom,+ u ejjew nerġgħu lura għand Ġeħova.+
41 Ejjew ngħollu qlubna flimkien maʼ idejna fit-talb lil Alla fis-smewwiet:+
42 “Aħna dnibna, u aġixxejna b’mod ribelluż.+ Int ma ħfirtx.+
ס [Samek]
43 Minħabba r-rabja ma ħallejtniex nersqu lejk,+ u komplejt tiġri warajna.+ Int qtilt; ma wrejtx mogħdrija.+
44 Ma ħallejtniex nersqu lejk billi qegħedt ħafna sħab quddiemek,+ sabiex it-talb ma jgħaddix minnu.+
45 Int tagħmilna rmixk u skart fost il-popli.”+
פ [Pe]
46 L-għedewwa kollha tagħna fetħu ħalqhom għalina.+
47 Biżaʼ u ħofra għandna issa,+ ħerba u tiġrif.+
48 Minn għajnejja neżlin gliegel taʼ ilma minħabba t-tiġrif taʼ bint il-poplu tiegħi.+
ע [Għajn]
49 Għajnejja jċarċru d-dmugħ u ma jiqfux, ma jistriħux,+
50 Sakemm Ġeħova jħares ’l isfel u jarana mis-sema.+
51 Għajnejja weġġgħuli ruħi,+ minħabba l-bniet kollha taʼ belti.*+
צ [Sade]
52 L-għedewwa tiegħi ħarġu jikkaċċjawni qisni xi għasfur,+ għalxejn b’xejn.+
53 Ipprovaw itemmuli ħajti fil-ħofra,+ u qagħdu jitfgħuli l-ġebel.
54 L-ilmijiet għattewli rasi.+ Għedt: “Żgur se ninqered!”+
ק [Kof]
55 Sejjaħt ismek, O Ġeħova, minn ħofra mill-iktar fonda.+
56 Żgur li se tismaʼ leħni.+ Tagħlaqx widnejk għall-għajta tiegħi għall-għajnuna, biex isserraħni.+
57 Int ersaqt qrib meta qgħadt insejjaħlek.+ Għedtli: “Tibżax.”+
ר [Rex]
58 Ħadt f’idejk il-kawża tiegħi,+ O Ġeħova. Fdejtli ħajti.+
59 Int rajt, O Ġeħova, xi ħsara saritli.+ Agħmel il-ġudizzju għalija.+
60 Int rajt il-vendetta kollha tagħhom, il-ħsibijiet kollha li ħasbu kontrija.+
ש [Sin] jew [Xin]
61 Smajt iż-żebliħ kollu tagħhom, O Ġeħova, il-ħsibijiet kollha li ħasbu kontrija,+
62 Il-kliem taʼ xofftejn dawk li qamu kontrija+ u t-tfesfis tagħhom kontrija l-jum kollu.+
63 Arahom meta joqogħdu bil-qiegħda u meta jqumu bil-wieqfa.+ Jien is-suġġett tal-kant tagħhom.+
ת [Taw]
64 O Ġeħova, int se troddilhom lura skond għemil idejhom.+
65 Se tagħtihom qalb insolenti,+ is-saħta tiegħek fuqhom.+
66 Int se tfittixhom bir-rabja, Ġeħova, u teqridhom għalkollox+ minn taħt smewwietek.+