Numri
23 Imbagħad Balgħam qal lil Balak: “Ibnili f’dan il-post sebaʼ artali+ u lestili f’dan il-post sebaʼ barrin u sebaʼ mtaten.” 2 Balak minnufih għamel sewwasew bħalma qallu Balgħam. Imbagħad Balak u Balgħam offrew barri u muntun fuq kull artal.+ 3 U Balgħam issokta jgħid lil Balak: “Oqgħod ħdejn l-offerta tal-ħruq tiegħek,+ u ħallini mmur. Forsi Ġeħova jiġi u jiltaqaʼ miegħi.+ F’dan il-każ, jurini x’jurini, ngħidhulek.” Għalhekk, mar fuq għolja għerja.
4 Meta Alla ġie għandu, Balgħam+ imbagħad qallu: “Qegħedt is-sebaʼ artali f’ringieli, u offrejt barri u muntun fuq kull artal.”+ 5 Għaldaqstant, Ġeħova qiegħed kelma f’fomm Balgħam+ u qallu: “Mur lura għand Balak, u hekk għidlu.”+ 6 Għalhekk, mar lura għandu, u, ara, hu u l-prinċpijiet kollha taʼ Mowab kienu qegħdin ħdejn l-offerta tal-ħruq li kien għamel. 7 Imbagħad lissen il-kliem t’għerf tiegħu+ u qal:
“Minn Aram+ ipprova jġibni Balak, is-sultan taʼ Mowab,
Mill-muntanji tal-lvant:
‘Ejja, isħitli lil Ġakobb.
Iva, ejja, ikkundanna lil Israel.’+
8 Kif nistaʼ nisħet lil dawk li Alla ma seħitx?+
U kif nistaʼ nikkundanna lil dawk li Ġeħova ma kkundannax?+
9 Minn fuq il-quċċata tal-blat narahom,
U minn fuq l-għoljiet nilmaħhom.
Hemmhekk bħala poplu jibqgħu jgħixu fit-tined maqtugħin minn kulħadd,+
U mal-ġnus ma jgħoddux lilhom infushom.+
10 Min għadd lil Ġakobb li hu numeruż daqs it-trab,+
U min għadd il-parti minn erbgħa taʼ Israel?
Ħa tmut ruħi l-mewta tar-retti,+
U wara ħa jkun tmiemi bħal tagħhom.”+
11 U Balak qal lil Balgħam: “X’għamiltli? Jien ġibtek biex tisħet lill-għedewwa tiegħi, u, ara, int berikthom fuq li berikthom.”+ 12 Wieġbu u qallu: “Mhux kulma Ġeħova jqegħedli f’fommi rrid noqgħod attent li ngħid?”+
13 Imbagħad Balak qallu: “Jekk jogħġbok, ejja miegħi f’post ieħor minfejn tistaʼ tarahom. Tarf biss minnhom tara,+ u ma tarahomx kollha. U isħithomli minn hemmhekk.”+ 14 Għalhekk, ħadu fil-kampanja taʼ Sofim, fuq il-quċċata tal-Pisga,+ u bena sebaʼ artali u offra barri u muntun fuq kull artal.+ 15 Imbagħad Balgħam qal lil Balak: “Oqgħod hawnhekk ħdejn l-offerta tal-ħruq tiegħek, u, inkwantu għalija, ħa nara x’jgħidli hemmhekk.” 16 U Ġeħova ġie għand Balgħam u qegħedlu kelma f’fommu u qallu:+ “Erġaʼ lura għand Balak,+ u hekk għidlu.” 17 Għalhekk, wasal ħdejh, u, ara, kien qiegħed ħdejn l-offerta tal-ħruq li kien għamel, u miegħu kien hemm il-prinċpijiet taʼ Mowab. U Balak staqsieh: “X’qallek Ġeħova?” 18 Imbagħad lissen il-kliem t’għerf tiegħu u qal:+
“Qum, Balak, u ismaʼ.
Agħtini widen, O bin Siffur.+
19 Alla m’huwiex xi bniedem biex jgħid il-gideb,+
Lanqas xi bin il-bniedem biex jerġaʼ jibdielu.+
Jgħid hu xi ħaġa u ma jagħmilhiex,
U jgħid kelma u ma jwettaqhiex?+
21 Ma lemaħ ebda magħmul+ kontra Ġakobb,
U ebda inkwiet ma ra kontra Israel.
Ġeħova Alla tiegħu hu miegħu,+
U f’nofsu jinstemaʼ l-għajat taʼ tifħir għas-sultan.
23 Għax m’hemm ebda magħmul kontra Ġakobb,+
Lanqas teħbir kontra Israel.+
F’dan il-waqt jistaʼ jingħad dwar Ġakobb u Israel,
‘Ara x’għamel Alla!’+
24 Ara! Iqum poplu bħal iljun,
U bħall-iljun jieqaf fuq saqajh.+
Ma jimteddx qabel ma jiekol il-priża,
U jixrob id-demm tal-maqtulin.”+
25 U Balak qal lil Balgħam: “Jekk assolutament ma tistax tisħtu, almenu żgur li m’għandekx tbierku.” 26 Imbagħad Balgħam wieġeb u qal lil Balak: “Ma kellimtekx u għedtlek, ‘Kulma jgħidli Ġeħova nagħmel’?”+
27 Imbagħad Balak qal lil Balgħam: “Ejja, jekk jogħġbok. Ħa nieħdok jerġaʼ post ieħor. Forsi jkun sewwa f’għajnejn l-Alla l-veru, u b’hekk int tisħithuli minn hemmhekk.”+ 28 U Balak ħa lil Balgħam fuq il-quċċata taʼ Pegħor, li tħares lejn il-Ġesimon.*+ 29 Imbagħad Balgħam+ qal lil Balak: “Ibnili f’dan il-post sebaʼ artali u lestili f’dan il-post sebaʼ barrin u sebaʼ mtaten.”+ 30 Għalhekk, Balak għamel sewwasew bħalma qal Balgħam, u offra barri u muntun fuq kull artal.+