Ġożwè
10 U ġara li malli Adoni-sedek is-sultan taʼ Ġerusalemm semaʼ li Ġożwè kien rebaħ lil Għaj+ u mbagħad qeridha* għalkollox,+ li lil Għaj u lis-sultan tagħha+ għamlilhom bħalma kien għamel lil Ġeriko+ u lis-sultan tagħha,+ u li l-abitanti taʼ Gibegħon kienu għamlu paċi maʼ Israel+ u kienu baqgħu fosthom, 2 beda jibżaʼ ħafna,+ għax Gibegħon kienet belt kbira, bħal waħda mill-bliet irjali, u kienet akbar minn Għaj,+ u l-irġiel kollha tagħha kienu setgħanin. 3 Għaldaqstant, Adoni-sedek is-sultan taʼ Ġerusalemm+ bagħat jgħid lil Ħoħam is-sultan taʼ Ħebron+ u lil Piram is-sultan taʼ Ġarmut+ u lil Ġafigħa s-sultan taʼ Lakis+ u lil Debir is-sultan t’Għeglon,+ 4 “Itilgħu għandi u għinuni u ejjew naħbtu għal Gibegħon, għax għamlet paċi maʼ Ġożwè u wlied Israel.”+ 5 Għal dan, huma nġabru flimkien u telgħu, ħames slaten taʼ l-Amurrin,+ is-sultan taʼ Ġerusalemm, is-sultan taʼ Ħebron, is-sultan taʼ Ġarmut, is-sultan taʼ Lakis, u s-sultan t’Għeglon, dawn u l-kampijiet kollha tagħhom, u kkampjaw kontra Gibegħon u ggwerraw kontriha.
6 Għal dan, l-irġiel taʼ Gibegħon bagħtu jgħidu lil Ġożwè fil-kamp f’Gilgal:+ “Terħix idek mill-ilsiera tiegħek.+ Itlaʼ għandna malajr u salvana u għinna, għax is-slaten kollha taʼ l-Amurrin li jgħammru fil-muntanji nġabru flimkien kontrina.” 7 Għalhekk, Ġożwè telaʼ minn Gilgal, hu u l-gwerriera kollha miegħu+ u l-irġiel qalbenin u setgħanin kollha.+
8 Imbagħad Ġeħova qal lil Ġożwè: “Tibżax minnhom,+ għax jien tajthom f’idejk.+ Lanqas raġel minnhom ma jieqaf kontrik.”+ 9 U Ġożwè ġie kontrihom għal għarrieda. Matul il-lejl kollu hu kien telaʼ minn Gilgal. 10 U Ġeħova tefagħhom f’konfużjoni quddiem Israel,+ u dawn bdew joqtluhom u l-qatla kienet kbira f’Gibegħon+ u marru jiġru warajhom mit-telgħa għal Bet-ħoron u baqgħu sejrin joqtluhom s’Għażeka+ u Makkeda.+ 11 U ġara li waqt li kienu qed jaħarbu minn quddiem Israel u kienu fin-niżla taʼ Bet-ħoron, Ġeħova xeħet fuqhom biċċiet kbar tas-silġ+ mis-smewwiet s’Għażeka, u mietu. Kien hemm iktar li mietu bil-biċċiet tas-silġ milli nqatlu bis-sejf minn ulied Israel.
12 Imbagħad Ġożwè kellem lil Ġeħova, dakinhar li Ġeħova reħa lill-Amurrin f’idejn ulied Israel, u quddiem għajnejn Israel qal:
“Xemx,+ tiċċaqlaqx minn fuq Gibegħon,+
U, qamar, minn fuq il-pjanura l-baxxa t’Ajjalon.”+
13 Għaldaqstant, ix-xemx ma ċċaqalqitx, u l-qamar baqaʼ wieqaf, sakemm il-ġens setaʼ jegħleb lill-għedewwa tiegħu.+ M’huwiex dan miktub fil-ktieb taʼ Ġasar?+ U x-xemx baqgħet wieqfa f’nofs is-smewwiet u m’għaġġlitx biex tinżel għal madwar jum sħiħ.+ 14 U ma kien hemm ebda jum bħal dak, la qablu u lanqas warajh, bil-mod li Ġeħova semaʼ minn leħen taʼ raġel,+ għax Ġeħova nnifsu kien qed jiġġieled għal Israel.+
15 Wara dan, Ġożwè u Israel kollu miegħu reġgħu lura lejn il-kamp f’Gilgal.+
16 Sadanittant, dawn il-ħames slaten ħarbu+ u marru jinħbew fl-għar f’Makkeda.+ 17 Imbagħad wasal rapport għand Ġożwè, jgħid: “Il-ħames slaten instabu moħbijin fl-għar f’Makkeda.”+ 18 Għal dan, Ġożwè qal: “Gerbu ġebel kbir lejn il-bokka taʼ l-għar u qabbdu lil xi rġiel għassa magħhom. 19 U intom, tiqfux. Iġru wara l-għedewwa tagħkom, u aħbtu għalihom minn wara.+ Tħalluhomx jidħlu fi bliethom, għax Ġeħova Alla tagħkom tahom f’idejkom.”+
20 U ġara li malli Ġożwè u wlied Israel waqfu joqtluhom b’qatla kbira, sakemm dawn kienu ġew fi tmiemhom,+ u dawk li baqgħu ħajjin minnhom ħarbu u daħlu fil-bliet fortifikati,+ 21 in-nies kollha mbagħad reġgħu lura bis-sliem lejn il-kamp, lejn Ġożwè, f’Makkeda. Lanqas ħadd ma qal xejn kontra wlied Israel.+ 22 Imbagħad Ġożwè qal: “Iftħu l-bokka taʼ l-għar u oħorġuli lil dawn il-ħames slaten minn ġo l-għar.” 23 Għaldaqstant, hekk għamlu u ħarġulu minn ġo l-għar lil dawn il-ħames slaten, is-sultan taʼ Ġerusalemm,+ is-sultan taʼ Ħebron,+ is-sultan taʼ Ġarmut, is-sultan taʼ Lakis,+ u s-sultan t’Għeglon.+ 24 U ġara li malli kienu ħarġu lil dawn is-slaten quddiem Ġożwè, Ġożwè sejjaħ lill-irġiel kollha taʼ Israel u qal lill-kmandanti tal-gwerriera li kienu marru miegħu: “Ersqu ’l quddiem. Poġġu saqajkom fuq in-naħa taʼ wara t’għonq dawn is-slaten.”+ Għalhekk, resqu ’l quddiem u poġġew saqajhom fuq in-naħa taʼ wara t’għonqhom.+ 25 U Ġożwè kompla jgħidilhom: “Tibżgħux u titwerwrux.+ Kunu kuraġġużi u agħmlu l-ħila, għax hekk se jagħmel Ġeħova lill-għedewwa kollha tagħkom li qed tiggwerraw kontrihom.”+
26 U wara dan Ġożwè darabhom u tahom il-mewt u dendilhom fuq ħamest izkuk, u baqgħu mdendlin fuq iz-zkuk sa fil-għaxija.+ 27 U x’ħin kienet nieżla x-xemx Ġożwè ta kmand, u niżżluhom minn fuq iz-zkuk+ u tefgħuhom fl-għar fejn kienu nħbew. Imbagħad poġġew ġebel kbir fil-bokka taʼ l-għar—sa llum.
28 U dakinhar Ġożwè rebaħ lil Makkeda+ u ħabat għaliha b’xifer is-sejf. U lis-sultan tagħha u lil kull ruħ li kien hemm fiha qeridhom.+ Ma ħalla ’l ħadd ħaj. Għalhekk, lis-sultan taʼ Makkeda+ għamillu bħalma kien għamel lis-sultan taʼ Ġeriko.
29 Imbagħad Ġożwè u Israel kollu miegħu telqu minn Makkeda għal Libna u ggwerraw kontra Libna.+ 30 Għaldaqstant, Ġeħova ta wkoll f’idejn Israel lil din il-belt u lis-sultan tagħha, u huma ħabtu għaliha u għal kull ruħ li kien hemm fiha b’xifer is-sejf. Ma ħallew ’il ħadd ħaj fiha. Għalhekk, lis-sultan tagħha għamlulu bħalma kienu għamlu lis-sultan taʼ Ġeriko.+
31 Wara dan, Ġożwè u Israel kollu miegħu telqu minn Libna għal Lakis+ u kkampjaw u ggwerraw kontriha. 32 Għaldaqstant, Ġeħova ta lil Lakis f’idejn Israel, u b’hekk huma rebħuha fit-tieni jum, u ħabtu għaliha u għal kull ruħ li kien hemm fiha b’xifer is-sejf,+ skond kulma kienu għamlu lil Libna.
33 Kien imbagħad li Ħoram is-sultan taʼ Geżer+ telaʼ biex jgħin lil Lakis. Għalhekk, Ġożwè ħabat għalih u għan-nies tiegħu sakemm ma ħallielu ’l ħadd ħaj.+
34 Imbagħad Ġożwè u Israel kollu miegħu telqu minn Lakis għal Għeglon+ u kkampjaw u ggwerraw kontriha. 35 U dakinhar rebħuha u darbuha b’xifer is-sejf, u dakinhar qerdu lil kull ruħ li kien hemm fiha, skond kulma kienu għamlu lil Lakis.+
36 Imbagħad Ġożwè u Israel kollu miegħu telgħu minn Għeglon għal Ħebron+ u bdew jiggwerraw kontriha. 37 U rebħuha u ħabtu għaliha u għas-sultan tagħha u għal blietha kollha u għal kull ruħ li kien hemm fiha b’xifer is-sejf. Ma ħalla ’l ħadd ħaj, skond kulma kien għamel lil Għeglon. Għalhekk, qered lilha u lil kull ruħ li kien hemm fiha.+
38 Fl-aħħarnett, Ġożwè u Israel kollu miegħu daru lura lejn Debir+ u bdew jiggwerraw kontriha. 39 U rebaħ lilha u lis-sultan tagħha u lil blietha kollha, u ħabtu għalihom b’xifer is-sejf u qerdu lil kull ruħ li kien hemm fiha.+ Ma ħalla ’l ħadd ħaj.+ Bħalma kien għamel lil Ħebron, hekk għamel lil Debir u lis-sultan tagħha, l-istess bħalma kien għamel lil Libna u lis-sultan tagħha.+
40 Hekk Ġożwè ħabat għall-art kollha tar-reġjun muntanjuż+ u tan-Negeb+ u tas-Sefela+ u tat-tlajjaʼ+ u s-slaten kollha tagħhom. Ma ħalla ’l ħadd ħaj, u lil kull ħaġa li kienet tieħu n-nifs+ qeridha,+ bħalma kien ikkmanda Ġeħova l-Alla taʼ Israel.+ 41 U Ġożwè ħabat għalihom minn Kades-barnegħa+ sa Gaża+ u l-art kollha taʼ Gosen+ u ’l fuq sa Gibegħon.+ 42 U Ġożwè rebaħ lil dawn is-slaten kollha u lil arthom f’darba waħda,+ għax kien Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, li kien qed jiġġieled għal Israel.+ 43 Wara dan, Ġożwè u Israel kollu miegħu reġgħu lura lejn il-kamp f’Gilgal.+