Talba taʼ David.
86 Mejjel widintek, O Ġeħova. Wiġibni,+
Għax jien qed insofri u fqir.+
2 Ħarisli ruħi, għax jien leali.+
Int Alla tiegħi—salva lill-qaddej tiegħek li qed jafda fik.+
3 Ħenn għalija, O Ġeħova,+
Għax lilek insejjaħ il-jum kollu.+
4 Ferraħ ruħ il-qaddej tiegħek,+
Għax lilek nitlob u noffri ruħi,+ O Ġeħova.
5 Għax int, O Ġeħova, tajjeb+ u lest li taħfer;+
U l-qalb tajba bl-imħabba tiegħek hi abbundanti maʼ dawk kollha li jsejħulek.+
6 Agħti widen, O Ġeħova, għat-talba tiegħi;+
U agħti kas leħni meta nitolbok bil-ħrara.+
7 F’jum in-niket tiegħi nsejjaħlek,+
Għax int twiġibni.+
8 M’hemm ħadd bħalek fost l-allat, O Ġeħova,+
Lanqas m’hemm għemejjel bħal tiegħek.+
9 Il-ġnus kollha li int għamilt se jiġu+
U jmilu quddiemek, O Ġeħova,+
U jagħtu glorja lil ismek.+
10 Għax int kbir u qed tagħmel affarijiet taʼ l-għaġeb;+
Int Alla, int biss.+
11 Istruwini, O Ġeħova, dwar triqtek.+
Jien se nimxi fil-verità tiegħek.+
Agħtini qalb sħiħa biex nibżaʼ minn ismek.+
12 Infaħħrek, O Ġeħova Alla tiegħi, b’qalbi kollha,+
U nigglorifika lil ismek għal dejjem,
13 Għax il-qalb tajba bl-imħabba tiegħek hija kbira miegħi,+
U int ħlistli ruħi mill-Qabar, mill-iktar post baxx tiegħu.+
14 O Alla, il-prużuntużi qamu kontrija;+
U l-ġemgħa tat-tiranni pprovaw jiħduli ħajti,+
U ma ġabux lilek quddiemhom.+
15 Imma int, O Ġeħova, int Alla ħanin u grazzjuż,+
Bil-mod biex tirrabja+ u għani fil-qalb tajba bl-imħabba u l-verità.+
16 Dur lejja u ħenn għalija.+
Agħti s-saħħa tiegħek lill-qaddej tiegħek,+
U salva lil bin l-ilsira tiegħek.+
17 Wettaq miegħi sinjal li juri tjubitek,
Biex dawk li jobogħduni jarawh u jistħu.+
Għax int innifsek, O Ġeħova, għentni u farraġtni.+