Proverbji
27 Tiftaħarx dwar il-jum t’għada,+ għax ma tafx jum x’jistaʼ jiled.+
2 Ħa jfaħħrek stranġier, u mhux fommok stess; ħa jkun barrani li jagħmel dan u mhux xofftejk.+
3 Ġebla hi tqila u r-ramel fih tagħbija,+ imma d-dwejjaq li jġib miegħu l-iblah huma itqal minnhom it-tnejn.+
4 Hemm il-krudeltà tal-korla, u wkoll id-dilluvju tar-rabja,+ imma l-għira min jistaʼ jiqfilha?+
5 Aħjar twiddiba bil-miftuħ+ minn imħabba mistura.
6 Il-feriti li jagħmillek min iħobbok ġejjin mill-fedeltà,+ imma l-bews taʼ min jobogħdok hu xi ħaġa li trid titlobha bil-ħrara.+
7 Ruħ xebgħana tgħaffeġ taħt saqajha l-għasel tax-xehda, imma għal ruħ imġewħa kull ħaġa morra hi ħelwa.+
8 Bħal għasfur li jaħrab mill-bejta tiegħu,+ hekk hu bniedem li jaħrab mill-post fejn joqgħod.+
9 Iż-żejt u l-inċens+ iferrħu l-qalb; hekk ukoll il-ħlewwa li juri sieħeb minħabba l-pariri li jagħti b’ruħu kollha.+
10 Titlaqx lil sieħbek jew lil sieħeb missierek, u tidħolx f’dar ħuk f’jum l-hemm tiegħek. Aħjar ġâr fil-qrib minn ħu fil-bogħod.+
11 Ibni, kun għaref u ferraħli qalbi,+ biex inkun nistaʼ nwieġeb lil min qed jgħajjarni.+
12 Min hu prudenti ra l-gwaj u nħeba;+ dawk taʼ bla esperjenza baqgħu sejrin u ħallsu l-piena.+
13 F’każ li wieħed jiftiehem li jagħmel tajjeb għad-dejn taʼ stranġier, ħudlu l-libsa;+ u fejn tidħol mara barranija, ħudlu rahan.+
14 Dak li fil-għodu kmieni jbierek lil għajru b’leħen għoli jitqies li qed ilissen saħta.+
15 Saqaf iqattar li jbiegħdek minnu f’jum taʼ xita kontinwa u mara ġellieda huma xorta.+ 16 Kulmin jaħbiha jkun ħeba r-riħ, u idu l-leminija taqbad iż-żejt.
17 Il-ħadid jinsenn bil-ħadid. Hekk bniedem isinn wiċċ bniedem ieħor.+
18 Min qed jipproteġi s-siġra tat-tin se jiekol minn frottha,+ u min qed jipproteġi lil sidu se jiġi onorat.+
19 Bħalma fl-ilma wiċċ jirrifletti wiċċ, hekk ukoll qalb il-bniedem tirrifletti dik taʼ bniedem.
20 Il-Qabar* u post il-qerda+ ma jixbgħux;+ lanqas ma jixbgħu għajnejn il-bniedem.+
21 Bħalma l-borma taʼ l-irfinar qiegħda għall-fidda+ u l-forn għad-deheb,+ hekk ukoll it-tifħir hu għall-bniedem.+
22 Anki jekk l-iblah tisħqu sew b’lida fil-mehrież, flimkien maʼ qmuħ imfarrkin, bluhitu ma titilqux.+
23 Għandek tkun taf sew kif tidher il-merħla tiegħek. Kun moħħok fl-imrieħel tiegħek;+ 24 għax teżor ma jibqax għal dejjem,+ lanqas dijadema ma tibqaʼ għall-ġenerazzjonijiet kollha.
25 Il-ħaxix aħdar għab, u feġġ il-ġdid, u l-ħaxix tal-muntanji nġabar.+ 26 L-imtaten żgħar qegħdin biex ikollok x’tilbes,+ u l-bdabad huma l-prezz taʼ l-għalqa. 27 U jkollok biżżejjed ħalib tal-mogħża biex tiekol int, jieklu n-nies taʼ darek, u tgħajjex+ lix-xbejbiet tiegħek.