2 Pietru
3 Maħbubin, issa din hi t-tieni ittra li qed niktbilkom u fiha, bħal fl-ewwel ittra tiegħi,+ permezz taʼ tfakkira qed inqajjem il-fakultà tagħkom biex taħsbu ċar,+ 2 biex tiftakru dak li ngħad qabel mill-profeti mqaddsa+ u l-kmandament li ta l-Mulej u s-Salvatur permezz taʼ l-appostli tagħkom.+ 3 Qabel xejn kunu afu dan, li fl-aħħar jiem+ jiġu nies li jwaqqgħu kollox għaċ-ċajt+ u jieħdu kollox biż-żuffjett, u jimxu skond ix-xewqat tagħhom stess+ 4 u jgħidu:+ “Fejn hi din il-preżenza mwiegħda tiegħu?+ Għax minn dakinhar li missirijietna raqdu fil-mewt, kollox għadu għaddej eżatt bħalma kien sa mill-bidu tal-ħolqien.”+
5 Għax, skond ix-xewqa tagħhom, huma jagħlqu għajnejhom għal dan il-fatt, li kien hemm smewwiet+ mill-qedem u art solida żżomm f’wiċċ l-ilma+ u f’nofs l-ilma+ bil-kelma t’Alla; 6 u permezz taʼ dawn, id-dinja taʼ dak iż-żmien inqerdet meta ġiet mgħarrqa bl-ilma.+ 7 Imma bl-istess kelma, is-smewwiet+ u l-art+ t’issa huma merfugħin għan-nar+ u qed jinżammu għal jum il-ġudizzju+ u l-qerda taʼ nies bla devozzjoni lejn Alla.+
8 Madankollu, maħbubin, tagħlqux għajnejkom għal dan il-fatt, li għal Ġeħova jum wieħed hu bħal elf sena u elf sena bħal jum wieħed.+ 9 Ġeħova mhux qed idum biex iwettaq il-wegħda tiegħu,+ bħalma xi nies iqisu d-dewmien, imma hu paċenzjuż magħkom għax ma jixtieqx li xi ħadd jinqered imma jixtieq li kulħadd jasal għall-indiema.+ 10 Iżda l-jum+ taʼ Ġeħova se jiġi bħal ħalliel,+ u f’dan il-jum is-smewwiet jgħibu+ b’ħoss kbir,+ u l-elementi tant ikunu jikwu li jdubu,+ u l-art+ u x-xogħlijiet li fiha jinkixfu.+
11 Ladarba dawn kollha għad idubu b’dan il-mod, oqogħdu attenti x’tip taʼ persuni għandkom tkunu f’dawk li huma atti taʼ kondotta qaddisa u għemejjel taʼ devozzjoni lejn Alla, 12 waqt li tistennew+ u żżommu dejjem f’moħħkom il-preżenza tal-jum taʼ Ġeħova,+ jum li permezz tiegħu s-smewwiet jinħallu+ għax ikunu jaqbdu bin-nar, u l-elementi tant ikunu jikwu li jdubu! 13 Imma hemm smewwiet ġodda+ u art ġdida+ li aħna qed nistennew skond il-wegħda tiegħu, u f’dawn tgħammar il-ġustizzja.+
14 B’hekk, maħbubin, ladarba qed tistennew dawn l-affarijiet, agħmlu l-almu tagħkom biex fl-aħħar isibkom bla tebgħa+ u bla difett u fil-paċi.+ 15 Iktar minn hekk, il-paċenzja tal-Mulej tagħna qisuha bħala salvazzjoni, bħalma anki l-maħbub ħuna Pawlu, skond l-għerf+ li ngħatalu, kitbilkom+ 16 u kellimkom dwar dawn l-affarijiet bħalma jagħmel ukoll fl-ittri kollha tiegħu. Iżda fihom hemm xi affarijiet tqal biex tifhimhom, li dawk li m’humiex mgħallmin u li m’humiex sodi qed jgħawġuhom, bħalma jagħmlu wkoll lill-bqija taʼ l-Iskrittura,+ għall-qerda tagħhom stess.
17 Għalhekk, maħbubin, billi għandkom dan l-għarfien bil-quddiem,+ oqogħdu għassa li ma tmorrux tinġarru magħhom bl-iżball taʼ nies li jisfidaw il-liġi, u titilfu s-sodizza tagħkom.+ 18 Le, imma ibqgħu ikbru fil-qalb tajba mhix mistħoqqa u fl-għarfien dwar il-Mulej u s-Salvatur tagħna Ġesù Kristu.+ Lilu tkun il-glorja issa u sal-jum taʼ l-eternità.+