LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 7/1 pp. 27-32
  • Abitanti Flimkien f’“Pajjiż” Restawrat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Abitanti Flimkien f’“Pajjiż” Restawrat
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Pajjiż” Spiritwali
  • Barranin Attivi Fil-​“Pajjiż”
  • “Bħal Xejikk”
  • Qassisin u Bdiewa
  • Il-​“Pajjiż” Jibqaʼ Sod
  • “L-Iżrael t’Alla” u l-“Folla Kbira”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Amministrazzjoni Teokratika fl-Era Kristjana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Irċivejtu Int “l-Ispirtu tal-Verità”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Meqjusin Denji li Jiġu Gwidati lejn Għejun taʼ l-Ilmijiet tal-Ħajja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 7/1 pp. 27-32

Abitanti Flimkien f’“Pajjiż” Restawrat

“[I]nkwantu għalikom, il-​qassisin taʼ Jehovah se tiġu msejħin; il-​ministri t’Alla tagħna se jintqal li tkunu.”—ISAIJA 61:6.

1, 2. (a) X’kienet is-​sitwazzjoni tal-​prożeliti f’Iżrael? (b) Membri tal-​“folla kbira” liema spirtu wrew fi żminijiet moderni?

FL-​ANTIK, Iżrael meta kien leali qeda fuq ix-​xena tad-​dinja bħala xhud għall-​glorja taʼ Jehovah. (Isaija 41:8, 9; 43:10) Ħafna barranin wieġbu u ġew biex iqimu lil Jehovah fi sħubija mal-​poplu magħżul Tiegħu. Effettivament, qalu lil Iżrael dak li Rut qalet lil Naomi: “Niesek se jkunu niesi, u Alla tiegħek Alla tiegħi.” (Rut 1:16) Huma ssottomettew għat-​termini tal-​patt tal-​Liġi, billi l-​irġiel ġew ċirkonċiżi. (Eżodu 12:43-48) Uħud min-​nisa żżewġu lil xi Iżraeliti. Raħab taʼ Ġeriko u Rut il-​Moabita saru antenati taʼ Ġesù Kristu. (Mattew 1:5) Prożeliti bħal dawn kienu parti mill-​kongregazzjoni taʼ Iżrael.—Dewteronomju 23:7, 8.

2 Simili għall-​prożeliti f’Iżrael, il-​“folla kbira” llum qalu lill-​fdal midlukin: “Aħna se mmorru magħkom, għax smajna li Alla qiegħed magħkom.” (Rivelazzjoni 7:9; Żakkarija 8:23) Huma jirrikonoxxu li dawn il-​Kristjani midlukin huma “l-​irsir leali u diskret” taʼ Jehovah, u tant jaħdmu mill-​qrib magħhom li l-​midlukin u n-​“ngħaġ oħrajn” huma “merħla waħda, ragħaj wieħed.” (Mattew 24:45-47; Ġwann 10:16) X’se jiġri lill-​folla l-​kbira meta ħuthom il-​midlukin kollha jirċievu l-​premju tagħhom tas-​sema? M’għandhomx għalfejn jbżgħu. Matul dawn “l-​aħħar jiem,” Jehovah għamel preparazzjoni għal dak iż-​żmien.—2 Timotew 3:1.

“Pajjiż” Spiritwali

3. X’inhuma s-​“smewwiet ġodda” pprofetizzati minn Pietru, u meta ġew stabbiliti?

3 L-​arranġament governattiv tas-​sema li l-​144,000 Kristjani midlukin se jkunu parti minnu kien ipprofetizzat mill-​appostlu Pietru. Hu qal: “Hemm smewwiet ġodda u art ġdida li aħna qegħdin nistennew skond il-​wegħda tiegħu, u f’dawn it-​tjieba għandha tgħammar.” (2 Pietru 3:13) Dawn is-​“smewwiet ġodda” ġew stabbiliti fl-​1914, meta Kristu ngħata t-​tron bħala Sultan fis-​Saltna tas-​sema. Imma xi ngħidu dwar l-​“art ġdida”?

4. (a) Liema ġrajja m’hijiex mistennija seħħet fl-​1919? (b) X’kien il-​‘ġens imwieled f’ħin wieħed,’ u x’kien il-​‘pajjiż miġjub ’il quddiem b’weġgħat tal-​ħlas’?

4 Fl-​1919, Jehovah ħareġ lill-​fdal midlukin ’il barra mill-​jasar taħt Babilonja l-​Kbira. (Rivelazzjoni 18:4) Għall-​mexxejja tal-​Kristjaneżmu, din il-​ġrajja drammatika kienet totalment m’hijiex mistennija. Dwarha, il-​Bibbja tgħid: “Min samaʼ dwar ħaġa bħal din? Min ra affarijiet bħal dawn? Sejjer pajjiż jinġieb ’il quddiem b’uġigħ tal-​ħlas f’jum wieħed? Jew sejjer ġens jitwieled f’ħin wieħed?” (Isaija 66:8) Meta l-​kongregazzjoni midluka dehret f’daqqa waħda quddiem il-​ġnus bħala poplu lliberat, kienet tassew ġens ‘imwieled f’ħin wieħed.’ X’kien, iżda, il-​“pajjiż”? F’ċertu sens, kien l-​ekwivalenti spiritwali tal-​pajjiż taʼ Iżrael tal-​qedem. Kien il-​qasam t’attività mogħti lill-​“ġens” appena mwieled, post fejn il-​profeziji tal-​ktieb taʼ Isaija dwar il-​Ġenna għandhom twettieq spiritwali, modern. (Isaija 32:16-20; 35:1-7; qabbel Ebrej 12:12-14) Ikun fejn ikun Kristjan fiżikament, hu jinsab f’dak il-​“pajjiż.”

5. Liema nukleu beda jeżisti fl-​1919? Spjega.

5 Dan x’għandu x’jaqsam maʼ l-​“art ġdida” pprofetizzata minn Pietru? Sewwa, dak il-​“ġens” ġdid, imwieled fl-​1919 f’“pajjiż” restawrat, kellu jiżviluppa f’organizzazzjoni dinjija fformata minn uħud li jfaħħru lil Jehovah midlukin u m’humiex midlukin. Din l-​organizzazzjoni se tibqaʼ ħajja f’Armageddon għal ġod-​dinja ġdida t’Alla. B’dan il-​mod dak il-​ġens jistaʼ jitqies bħala n-​nukleu tas-​soċjetà umana taʼ tjieba, l-​art ġdida, li se teżisti wara l-​qerda tad-​dinja taʼ Satana.a Sa nofs is-​snin tletin, il-​midlukin, bħala grupp, kienu nġabru fil-​pajjiż restawrat. Minn dak iż-​żmien ’l hawn, l-​enfasi kienet fuq il-​ġbir tal-​folla l-​kbira taʼ ngħaġ oħrajn, li llum tgħodd kważi ħames miljuni. (Rivelazzjoni 14:15, 16) Huwa l-​“pajjiż” ippopolat iżżejjed? Le, il-​borduri tiegħu jistgħu jiġu estiżi kemm ikun hemm bżonn. (Isaija 26:15) Tabilħaqq, huwa eċċitanti li tara l-​popolazzjoni tiegħu tikber hekk kif il-​fdal midlukin jimlew il-​“pajjiż” bil-​“prodott”​—ikel spiritwali li jagħti s-​saħħa u li jqawwi. (Isaija 27:6) Imma x’inhi l-​pożizzjoni taʼ dawn in-​ngħaġ oħrajn fil-​“pajjiż” restawrat tal-​poplu t’Alla?

Barranin Attivi Fil-​“Pajjiż”

6. Barranin kif kienu attivi fil-​“pajjiż” tal-​poplu t’Alla?

6 Sewwa sew bħalma l-​prożeliti fil-​pajjiż taʼ Iżrael issottomettew għal-​Liġi Mosajka, il-​folla l-​kbira llum fil-​“pajjiż” restawrat jobdu l-​kmandamenti taʼ Jehovah. Mgħallmin minn ħuthom il-​midlukin, huma jastjenu mill-​qima falza fl-​għamliet kollha tagħha u josservaw is-​santità tad-​demm. (Atti 15:19, 20; Galatin 5:19, 20; Kolossin 3:5) Iħobbu lil Jehovah b’qalbhom, b’moħħhom, b’ruħhom, u b’saħħithom kollha kemm huma u jħobbu lill-​proxxmu tagħhom bħalhom infushom. (Mattew 22:37; Ġakbu 2:8) F’Iżrael tal-​qedem il-​prożeliti għenu fil-​bini tat-​tempju taʼ Salamun u appoġġjaw restorazzjonijiet tal-​qima vera. (1 Kronaki 22:2; 2 Kronaki 15:8-14; 30:25) Illum, il-​folla l-​kbira wkoll jieħdu sehem fi proġetti taʼ bini materjali. Per eżempju, jgħinu biex jibnu kongregazzjonijiet u circuits, biex ma nsemmux ukoll l-​inkarigu taʼ proġetti taʼ kostruzzjoni, bħalma huma Swali tas-​Saltna, Swali taʼ l-​Assembleat, u faċilitajiet tal-​fergħa.

7. X’ġara f’Ġerusalemm taʼ wara l-​eżilju meta ma kienx hemm biżżejjed Leviti biex iwettqu s-​servizzi tat-​tempju?

7 Fis-​sena 537 Q.E.K., meta Iżrael irritornaw mill-​eżilju fil-​Babilonja, bdew jorganizzaw servizz fit-​tempju li nbena mill-​ġdid. Madankollu, il-​Leviti li rritornaw ma kinux numerużi ħafna. Għalhekk, in-​Netinim​—residenti barranin ċirkonċiżi li qabel kienu assistenti tal-​Leviti—​ngħataw privileġġi miżjudin fis-​servizz tat-​tempju. Ma kinux, madankollu, ugwali għall-​qassisin Aronniċi midlukin.b—Eżra 7:24; 8:15-20; Neħemija 3:22-26.

8, 9. In-​ngħaġ oħrajn kif ħadu sehem miżjud fix-​xogħol t’għoti taʼ servizz sagru matul l-​aħħar jiem?

8 Kristjani midlukin illum segwew dan il-​mudell. Hekk kif ipprogressa “ż-​żmien tat-​tmiem,” l-​uħud li fadal mill-​midlukin naqsu iżjed u iżjed fl-​għadd fil-​“pajjiż” tal-​poplu t’Alla. (Danjel 12:9; Rivelazzjoni 12:17) Minħabba dan, il-​folla l-​kbira issa jwettqu l-​biċċa l-​kbira mix-​xogħol biex jingħata “servizz sagru.” (Rivelazzjoni 7:15) Billi jsegwu t-​tmexxija taʼ ħuthom il-​midlukin, huma ‘joffru ’l Alla sagrifiċċju taʼ tifħir, jiġifieri, il-​frott tax-​xofftejn li jagħmlu dikjarazzjoni pubblika għal ismu.’ Ma ‘jinsewx jagħmlu l-​ġid u jaqsmu l-​affarijiet m’oħrajn,’ billi jafu li “b’sagrifiċċji bħal dawn Alla jitgħaxxaq sewwa.”—Ebrej 13:15, 16.

9 Iktar minn hekk, minħabba li l-​folla l-​kbira tiżdied bil-​mijiet t’eluf kull sena, hemm ħtieġa li dejjem tikber għal indokrar. F’ċertu żmien dan kien esklussivament f’idejn Kristjani midlukin. Issa, l-​indokrar tal-​biċċa l-​kbira mill-​kongregazzjonijiet, kif ukoll tas-​circuits, distretti, u fergħat, minħabba n-​neċessità ġie fdat lin-​ngħaġ oħrajn. Fl-​1992 ftit minn dawn ngħataw il-​privileġġ li jattendu laqgħat taʼ kumitati tal-​Ġemgħa li Tiggverna u li jaqdu bħala ajjutanti li ma jivvotawx. Xorta waħda, in-​ngħaġ oħrajn jibqgħu leali lejn il-​Kristjani midlukin sħabhom u jħossuhom ipprivileġġati li jappoġġjawhom bħala l-​irsir leali u diskret taʼ Jehovah.—Mattew 25:34-40.

“Bħal Xejikk”

10, 11. Billi segwew il-​mudell taʼ xi Filistej, xi wħud li qabel kienu għedewwa tal-​poplu t’Alla kif kellhom bidla f’qalbhom? B’liema riżultat?

10 Il-​mod kif l-​irsir leali u diskret uża ngħaġ oħrajn f’pożizzjonijiet taʼ responsabbiltà kien ipprofetizzat f’Żakkarija 9:6, 7. Hemmhekk naqraw: “Jien ċertament li se nqaċċat il-​kburija tal-​Filistew. U jien se nneħħi l-​affarijiet tiegħu mtebbgħin bid-​demm minn ħalqu u l-​affarijiet moqżieża tiegħu minn bejn snienu, u hu nnifsu wkoll ċertament li se jitħalla jibqaʼ għal Alla tagħna; u jrid isir bħal xejikk f’Ġuda, u Ekron bħall-​Ġebusit.”c Il-​Filistej kienu għedewwa b’ħalfa tal-​poplu taʼ Jehovah, bħalma hija d-​dinja taʼ Satana llum. (1 Ġwann 5:19) Sewwa sew bħalma l-​Filistej kienu finalment meqrudin bħala poplu, hekk did-dinja, bl-​elementi reliġjużi, politiċi, u kummerċjali tagħha, dalwaqt se tesperjenza d-​dagħdigħa distruttiva taʼ Jehovah.—Rivelazzjoni 18:21; 19:19-21.

11 Madankollu, skond il-​kliem taʼ Żakkarija, xi Filistej inbidlu f’qalbhom, u dan iffigura bil-​quddiem li xi nies tad-​dinja llum ma kinux se jibqgħu f’għadwa maʼ Jehovah. Kienu se jwaqqfu l-​idolatrija reliġjuża bir-​riti abominabbli u s-​sagrifiċċji moqżieża tagħha u jitnaddfu f’għajnejn Jehovah. Fi żmienna “Filistej” riformati bħal dawn jinsabu fil-​folla l-​kbira.

12. Fi żminijiet moderni, “Ekron” kif saret “bħall-​Ġebusit”?

12 Skond il-​profezija, il-​belt ewlenija Filistea t’Ekron kellha ssir “bħall-​Ġebusit.” Il-​Ġebusiti wkoll kienu darba għedewwa taʼ Iżrael. Ġerusalemm kienet f’idejhom sakemm David ikkonkwistaha. Minkejja dan, xi wħud minn dawk li baqgħu ħajjin wara l-​gwerer maʼ Iżrael evidentement saru prożeliti. Qdew fil-​pajjiż taʼ Iżrael bħala rsiera u saħansitra kellhom il-​privileġġ li jaħdmu fil-​kostruzzjoni tat-​tempju. (2 Samwel 5:4-9; 2 Kronaki 8:1-18) Illum, “Ekroniti” li jduru biex iqimu lil Jehovah ukoll għandhom privileġġi taʼ servizz fil-​“pajjiż” taħt l-​indokrar taʼ l-​irsir leali u diskret.

13. X’kienu x-​xejikki fid-​dinja tal-​qedem?

13 Żakkarija jgħid li l-​Filistew se jkun bħal xejikk f’Ġuda. Il-​kelma Lhudija ’al·luphʹ, meta tradotta “xejikk,” tfisser “mexxej t’elf” (jew, “kiljark”). Kienet pożizzjoni għolja ħafna. Il-​ġens bikri t’Edom apparentament kellu biss 13-il xejikk. (Ġenesi 36:15-19) Il-​kelma “xejikk” m’hijiex użata spiss meta titkellem dwar Iżrael, imma l-​espressjoni “kap (jew, ċif) t’elf” tidher taʼ spiss. Meta Mosè bagħat għar-​rappreżentanti tal-​ġens taʼ Iżrael, sejjaħ lill-​“kapijiet taʼ l-​eluf taʼ Iżrael.”d Kien hemm 12 minn dawn, evidentement suġġetti biss lejn Mosè. (Numri 1:4-16) B’mod simili, fl-​organizzazzjoni taʼ l-​armata, ċifijiet t’eluf kienu t-​tieni biss wara l-​ġeneral jew is-​sultan.—2 Samwel 18:1, 2; 2 Kronaki 25:5.

14. Illum il-​“Filistew” kif sar bħal xejikk?

14 Żakkarija ma pprofetizzax li l-​Filistew niedem kellu attwalment ikun xejikk f’Iżrael. Dak ma kienx ikun xieraq, ladarba ma kienx Iżraelit imwieled b’mod naturali. Imma kellu jkun bħal xejikk, billi jokkupa pożizzjoni t’awtorità pparagunata maʼ xejikk. U hekk ġara. Hekk kif il-​fdal taʼ Kristjani midlukin jonqos fin-​numru u ħafna minn dawk li jibqgħu ħajjin huma llimitati minħabba l-​età, ngħaġ oħrajn imħarrġin tajjeb jimlew il-​vojt, biex ngħidu hekk. Huma ma jridux jaqilgħu ’il barra lil ħuthom il-​midlukin. Imma l-​irsir leali u diskret jagħtihom awtorità skond il-​bżonn fil-​“pajjiż” sabiex l-​organizzazzjoni t’Alla tistaʼ tkompli timxi ’l quddiem b’mod organizzat. Proċess progressiv bħal dan jidher saħansitra fi profezija oħra.

Qassisin u Bdiewa

15. (a) Fit-​twettieq taʼ Isaija 61:​5, 6, min huma “l-​qassisin taʼ Jehovah,” u meta jaqdu f’din il-​pożizzjoni f’sens komplet? (b) Min huma l-​‘istranġieri’ li jagħmlu x-​xogħol agrikolu taʼ Iżrael, u​—f’sens spiritwali—​dan ix-​xogħol x’jinvolvi?

15 Isaija 61:5, 6 jaqra: “Stranġieri attwalment se jqumu bil-​wieqfa u jirgħu l-​merħliet tagħkom, u l-​barranin se jkunu l-​bdiewa tagħkom u dawk li jiżbrulkom id-​dwieli tagħkom. U nkwantu għalikom, il-​qassisin taʼ Jehovah se tiġu msejħin; il-​ministri t’Alla tagħna se jintqal li tkunu. Ir-​riżorsi tal-​ġnus se tieklu intom, u fil-​glorja tagħhom intom se titkellmu bi kburija dwarkom infuskom.” Illum, “il-​qassisin taʼ Jehovah” huma Kristjani midlukin. F’sens finali u komplet, se jaqdu bħala “qassisin taʼ Jehovah . . . , ministri t’Alla tagħna,” fis-​Saltna tas-​sema. (Rivelazzjoni 4:9-11) Min huma l-​‘istranġieri’ responsabbli għal xogħol agrikolu? Dawn huma n-​ngħaġ oħrajn, li jgħixu fil-​“pajjiż” taʼ l-​Iżrael t’Alla. X’inhuma x-​xogħlijiet taʼ ragħajja, bdiewa, u wħud li jiżbru d-​dwieli fdati lilhom? Fis-​sens importanti spiritwali, dawn ix-​xogħlijiet għandhom x’jaqsmu maʼ li jgħinu, jagħtu nutriment, u jaħsdu lin-​nies.—Isaija 5:7; Mattew 9:37, 38; 1 Korintin 3:9; 1 Pietru 5:2.

16. Eventwalment min se jieħu ħsieb tax-​xogħol kollu fil-​“pajjiż” tal-​poplu t’Alla?

16 Fil-​preżent, numru żgħir taʼ Iżraeliti spiritwali għadhom fuq l-​art jieħdu sehem fix-​xogħol spiritwali taʼ ragħajja, bdiewa, u wħud li jiżbru d-​dwieli. Meta l-​kongregazzjoni midluka kollha kemm hi tkun finalment magħquda maʼ Kristu, dan ix-​xogħol kollu se jitħalla lin-​ngħaġ oħrajn. Saħansitra l-​indokrar uman tal-​“pajjiż” imbagħad se jkun f’idejn ngħaġ oħrajn ikkwalifikati, li fil-​ktieb t’Eżekjel huma nnominati bħala klassi taʼ l-​istat taʼ ċif.—Eżekjel, kapitli 45, 46.e

Il-​“Pajjiż” Jibqaʼ Sod

17. Jehovah liema preparazzjonijiet kien u għadu qiegħed jagħmel matul dawn l-​aħħar jiem?

17 Iva, il-​folla l-​kbira m’għandhomx għalfejn jibżgħu! Jehovah għamel tħejjijiet abbundanti għalihom. Żvilupp mill-​iktar importanti fuq l-​art matul dawn l-​aħħar jiem kien il-​ġbir u l-​issiġillar taʼ wħud midlukin. (Rivelazzjoni 7:3) Fil-​waqt li jara li dan isir, madankollu, Jehovah ġab lin-​ngħaġ oħrajn fi sħubija magħhom f’pajjiż spiritwali restawrat. Hemmhekk ġew mitmugħin spiritwalment u mħarrġin fl-​għixien Kristjan. Jerġaʼ, ġew imqabbdin tajjeb fis-​servizz sagru, inkluż l-​indokrar. Għal dan huma grati profondament lejn Jehovah u lejn ħuthom il-​midlukin.

18. In-​ngħaġ oħrajn matul liema ġrajjiet se jibqgħu leali fil-​“pajjiż” taʼ Iżrael spiritwali?

18 Meta Gog taʼ Magog jagħmel l-​assalt finali tiegħu fuq il-​poplu t’Alla, ngħaġ oħrajn se jieqfu sodi mal-​fdal midlukin fil-​“pajjiż taʼ kampanja rurali fil-​beraħ.” Ngħaġ oħrajn se jkunu għadhom f’dak il-​“pajjiż” meta jibqgħu ħajjin wara l-​qerda tal-​ġnus u jidħlu fid-​dinja l-​ġdida t’Alla. (Eżekjel 38:11; 39:12, 13; Danjel 12:1; Rivelazzjoni 7:9, 14) Billi jibqgħu leali, qatt ma jkollhom għalfejn iħallu dak il-​lok li jgħaxxaq.—Isaija 11:9.

19, 20. (a) Fid-​dinja l-​ġdida, liema indokrar grandjuż se jgawdu l-​abitanti tal-​“pajjiż”? (b) Lejn liema ħaġa nħarsu ’l quddiem b’antiċipazzjoni kbira?

19 Iżrael tal-​qedem kien maħkum minn slaten umani u kellu qassisin Levitiċi. Fid-​dinja l-​ġdida, il-​Kristjani se jkollhom indokrar bil-​wisq iżjed grandjuż. Taħt Alla Jehovah, se jkunu suġġetti lejn il-​kbir Qassis il-​Kbir u Sultan, Ġesù Kristu, u għall-​144,000 qassisin u slaten sħabu​—li xi wħud minnhom kienu jafuhom qabel bħala ħuthom irġiel u nisa Kristjani fuq l-​art. (Rivelazzjoni 21:1) Abitanti leali tal-​pajjiż spiritwali se jibqgħu jgħixu fuq art restawrata għal ġenna litterali, billi jitgħaxxqu bil-​barkiet taʼ fejqan mgħoddijin ’l isfel permezz taʼ Ġerusalemm il-​Ġdida.—Isaija 32:1; Rivelazzjoni 21:2; 22:1, 2.

20 Hekk kif il-​karru ċelestjali grandjuż taʼ Jehovah jimxi ’l quddiem bla ma jistaʼ jitwaqqaf biex iwettaq l-​iskopijiet tiegħu, ilkoll kemm aħna nħarsu ’l quddiem b’antiċipazzjoni ħerqana biex inwettqu l-​parti li ġiet fdata lilna. (Eżekjel 1:1-28) Meta dawk l-​iskopijiet ikunu finalment imwettqin, aħseb ftit b’liema ferħ is-​santifikar trijonfanti taʼ Jehovah se jkun iċċelebrat! L-​innu setgħan imniżżel f’Rivelazzjoni 5:13 imbagħad se jitkanta mill-​ħolqien kollu: “Lill-​Wieħed bil-​qiegħda fuq it-​tron u lill-​Ħaruf ikunu l-​barka u l-​unur u l-​glorja u s-​setgħa għal dejjem taʼ dejjem”! Kemm jekk postna se jkun fis-​sema u kemm jekk fuq l-​art, ma nixxenqux aħna biex inkunu hemm, billi ngħaqqdu l-​ilħna tagħna f’dak il-​kor manjifiku taʼ tifħir? (w95 7/1)

[Noti taʼ taħt

a Ara “New Heavens and a New Earth,” ippubblikat fl-​1953 mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc., kapitlu 16.

b Għal diskussjoni sħiħa, ara l-​artiklu “Il-​Provvediment Taʼ Jehovah, ‘L-​Uħud Mogħtijin’” fil-​ħarġa taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa tal-​15 taʼ Lulju, 1992.

c Ara Paradise Restored to Mankind​—By Theocracy!, ippubblikat fl-​1972 mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc., paġni 264-9.

d Ebrajk: raʼ·shehʹ ʼal·phehʹ Yis·ra·ʼelʹ, tradotta khi·liʹar·khoi Is·ra·elʹ “kiljarki taʼ Iżrael” fis-​Settwaġinta.

e Ara “The Nations Shall Know That I Am Jehovah”​—How?, ippubblikat fl-​1971 mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc., paġni 401-7.

Kif Twieġeb Int?

◻ Liema “pajjiż” ġie rrestawrat fl-​1919, u kif kien mimli bl-​abitanti?

◻ Ngħaġ oħrajn kif ngħataw responsabbiltajiet miżjudin fil-​“pajjiż” tal-​poplu restawrat t’Alla?

◻ Membri tal-​folla l-​kbira b’liema mod huma “bħall-​Ġebusit”? “bħal xejikk f’Ġuda”?

◻ Ngħaġ oħrajn leali sa kemm se jibqgħu fil-​“pajjiż”?

[Stampa f’paġna 30]

Il-​Filistew modern se jkun “bħal xejikk f’Ġuda”

[Stampi f’paġna 31]

Il-​midlukin u n-​ngħaġ oħrajn jaqdu flimkien fil-​pajjiż spiritwali

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja