Efesin
2 Iktar minn hekk, Alla lilkom takom il-ħajja għalkemm kontu mejtin minħabba n-nuqqasijiet u d-dnubiet tagħkom,+ 2 li fihom darba kontu timxu skond is-sistema+ taʼ din id-dinja, skond il-ħakkiem+ taʼ l-awtorità taʼ l-arja, l-ispirtu+ li issa qed jaħdem f’ulied id-diżubbidjenza.+ 3 Iva, fost dawn aħna lkoll darba konna nġibu ruħna fi qbil max-xewqat taʼ laħamna,+ nagħmlu dak li jridu l-laħam+ u l-ħsibijiet, u naturalment konna wlied il-korla+ saħansitra bħall-oħrajn. 4 Imma Alla, li hu għani fil-ħniena,+ għall-imħabba kbira tiegħu li biha ħabbna,+ 5 tana l-ħajja flimkien mal-Kristu, saħansitra meta konna mejtin fin-nuqqasijiet+—bil-qalb tajba mhix mistħoqqa kontu salvati+— 6 u qajjimna+ flimkien u poġġiena bil-qiegħda flimkien fil-postijiet tas-sema+ f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, 7 sabiex fis-sistemi li ġejjin+ jintwerew ir-rikkezzi bla qjies+ tal-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu bil-ħlewwa li jurina f’unjoni+ maʼ Kristu Ġesù.
8 Tabilħaqq, b’din il-qalb tajba mhix mistħoqqa ġejtu salvati permezz tal-fidi;+ u dan mhux bis-saħħa tagħkom,+ imma hi l-għotja t’Alla.+ 9 Le, m’huwiex bis-saħħa taʼ l-għemejjel,+ sabiex l-ebda bniedem ma jkollu għalfejn jiftaħar.+ 10 Għax aħna xogħol idejh+ u konna maħluqin+ f’unjoni+ maʼ Kristu Ġesù għall-għemejjel tajbin+ li Alla ħejjielna minn qabel+ biex nimxu fihom.
11 Għalhekk, ibqgħu żommu f’moħħkom li qabel intom kontu nies tal-ġnus skond il-laħam;+ kontu tissejħu “bla ċirkonċiżjoni” minn dik li tissejjaħ “ċirkonċiżjoni” magħmula fil-laħam bl-idejn,+ 12 u li f’dak iż-żmien partikulari kontu mingħajr Kristu,+ imbegħdin+ mill-ġens taʼ Israel u barranin għall-pattijiet tal-wegħda,+ u ma kellkomx tama+ u kontu mingħajr Alla fid-dinja.+ 13 Imma issa, f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, intom li darba kontu ’l bogħod ġejtu fil-qrib bid-demm+ tal-Kristu. 14 Għax hu l-paċi tagħna,+ hu li għamel iż-żewġ partijiet+ ħaġa waħda+ u qered il-ħajt*+ taʼ bejniethom li kien jisseparahom.+ 15 Permezz taʼ laħmu+ neħħa għalkollox l-għadwa,+ il-Liġi tal-kmandamenti li tikkonsisti f’digrieti,+ sabiex miż-żewġ popli+ joħloq, f’unjoni miegħu nnifsu, bniedem+ wieħed ġdid u jġib il-paċi; 16 u sabiex jerġaʼ jħabbeb bis-sħiħ+ m’Alla liż-żewġ popli f’ġisem wieħed+ permezz taz-zokk tat-tortura,+ għax temm l-għadwa+ permezz tiegħu nnifsu. 17 U ġie jxandrilkom l-aħbar tajba taʼ paċi,+ lilkom li qegħdin ’il bogħod, u paċi lil dawk li qegħdin fil-qrib,+ 18 għax permezz tiegħu aħna, iż-żewġ popli,+ nistgħu nersqu+ lejn il-Missier bi spirtu wieħed.+
19 Għalhekk, żgur li m’intomx iktar stranġieri+ u residenti barranin,+ imma ċittadini+ mseħbin mal-qaddisin+ u membri tad-dar+ t’Alla, 20 u nbnejtu fuq il-pedament+ taʼ l-appostli+ u l-profeti,+ waqt li Kristu Ġesù nnifsu hu l-ġebla tax-xewka tal-pedament.+ 21 F’unjoni miegħu l-bini kollu, magħqud flimkien b’mod armonjuż,+ qed jikber f’tempju qaddis għal Ġeħova.+ 22 F’unjoni miegħu+ intom ukoll qed tinbnew flimkien f’post fejn Alla jgħix bl-ispirtu.+