2 Korintin
3 Qed nerġgħu nibdew nirrikkmandaw lilna nfusna?+ Jew forsi, bħal xi wħud, neħtieġu ittri+ taʼ rakkomandazzjoni għalikom jew mingħandkom? 2 Intom stess l-ittra tagħna,+ minquxa fi qlubna u magħrufa u tinqara mill-bnedmin kollha.+ 3 Għax jidher ċar li intom ittra taʼ Kristu mingħandna bħala ministri,+ mhux miktuba bil-linka imma bl-ispirtu+ t’Alla ħaj, mhux fuq twavel tal-ġebel,+ imma fuq twavel tal-laħam, fil-qlub.+
4 Issa permezz tal-Kristu għandna din ix-xorta taʼ fiduċja+ f’Alla. 5 Mhux għax aħna minna nfusna kwalifikati biżżejjed biex inqisu li xi ħaġa ġejja minna stess,+ imma l-fatt li aħna kwalifikati biżżejjed ġej minn Alla,+ 6 li kkwalifikana biżżejjed biex inkunu ministri taʼ patt ġdid,+ mhux taʼ liġi miktuba,+ imma taʼ l-ispirtu;+ għax il-liġi miktuba tikkundanna għall-mewt,+ imma l-ispirtu jagħti l-ħajja.+
7 Iktar minn hekk, jekk il-liġi li ġġib il-mewt+ u li tnaqqxet b’ittri fil-ġebel+ ġiet bi glorja,+ tant li wlied Israel ma setgħux iħarsu fiss lejn wiċċ Mosè minħabba l-glorja taʼ wiċċu,+ glorja li kellha tinġieb fix-xejn, 8 għala m’għandux l-amministrar taʼ l-ispirtu+ jkun ferm iktar bil-glorja?+ 9 Għax jekk il-liġi li tamministra l-kundanna+ kienet glorjuża,+ kemm iktar joktor bil-glorja+ l-amministrar tal-ġustizzja!+ 10 Fil-fatt, anki dak li darba ntgħamel glorjuż tneżżaʼ mill-glorja f’dan ir-rigward,+ minħabba l-glorja li tisbqu.+ 11 Għax jekk dak li kellu jinġieb fix-xejn twassal bil-glorja,+ kemm iktar kellu jkun bil-glorja dak li jibqaʼ!+
12 Għalhekk, billi għandna tama bħal din,+ qed naġixxu b’ħafna libertà tal-kelma, 13 u m’aħniex nagħmlu bħal meta Mosè kien ipoġġi velu+ fuq wiċċu, biex ulied Israel ma jħarsux fiss lejn it-tmiem+ taʼ dak li kellu jinġieb fix-xejn. 14 Imma l-qawwa mentali tagħhom kienet imdallma.+ Għax sal-ġurnata taʼ llum l-istess velu jibqaʼ mniżżel meta jinqara l-patt il-qadim,+ għax dan jinġieb fix-xejn permezz taʼ Kristu.+ 15 Fil-fatt, sa llum, kulmeta jinqara Mosè,+ ikollhom velu fuq qlubhom.+ 16 Imma meta jduru lejn Ġeħova, il-velu jitneħħa.+ 17 Issa Ġeħova hu l-Ispirtu;+ u fejn hemm l-ispirtu+ taʼ Ġeħova,+ hemm il-libertà.+ 18 U lkoll kemm aħna,+ waqt li b’wiċċna mingħajr velu nirriflettu bħall-mirja l-glorja taʼ Ġeħova,+ nitbiddlu+ fl-istess xbieha+ minn glorja għal glorja akbar,+ eżatt bħalma jagħmilna Ġeħova,+ l-Ispirtu.