1 Pietru
4 Għalhekk, ladarba Kristu sofra fil-laħam,+ intom ukoll armaw lilkom infuskom bl-istess dispożizzjoni mentali;+ għax min sofra fil-laħam ma baqax jidneb,+ 2 bl-għan li l-bqija taʼ ħajtu fil-laħam+ ma jgħixhiex iktar għax-xewqat tal-bnedmin, imma għar-rieda t’Alla.+ 3 Għax iż-żmien+ li għadda kien biżżejjed għalikom biex tagħmlu r-rieda tal-ġnus+ meta wettaqtu għemejjel taʼ kondotta laxka,+ passjonijiet, xorb żejjed taʼ nbid,+ xalar, imħatri min jixrob l-iktar, u idolatriji kontra l-liġi.+ 4 Peress li ma tkomplux tiġru magħhom f’din it-triq lejn l-istess livell baxx taʼ ħajja sfrattata,+ huma jitħawdu u jibdew jgħajrukom.+ 5 Imma dawn in-nies iridu jagħtu kont lil dak+ li hu lest biex jiġġudika lill-ħajjin u lill-mejtin.+ 6 Fil-fatt, kien għalhekk li l-aħbar tajba xxandret ukoll lill-mejtin,+ biex jiġu ġudikati skond il-laħam mill-ħarsa tal-bnedmin+ imma jkunu jistgħu jgħixu skond l-ispirtu+ mill-ħarsa t’Alla.
7 Imma qorob it-tmiem taʼ kollox.+ Għalhekk, kunu moħħkom f’loku,+ u oqogħdu attenti u tittraskurawx it-talb.+ 8 Fuq kollox, ħa jkollkom imħabba profonda lejn xulxin,+ għax l-imħabba tgħatti kotra taʼ dnubiet.+ 9 Uru l-ospitalità maʼ xulxin mingħajr tgergir.+ 10 Bħala prokuraturi mill-aħjar tal-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla espressa b’diversi modi, aqdu lil xulxin skond l-għotja li rċieva kull wieħed minnkom.+ 11 Jekk xi ħadd jitkellem, ħa jitkellem bħallikieku qed jgħid id-dikjarazzjonijiet sagri+ t’Alla; jekk xi ħadd jaqdi,+ ħa jaqdi bħala wieħed li jiddependi mis-saħħa li jagħti Alla;+ sabiex Alla jiġi glorifikat+ f’kollox permezz taʼ Ġesù Kristu. Tiegħu huma l-glorja+ u s-setgħa għal dejjem taʼ dejjem. Amen.
12 Maħbubin, titħawdux minħabba n-nar li qed jaqbad fostkom u li qed isirilkom bħala prova,+ bħallikieku qed tiġrilkom xi ħaġa stramba. 13 Għall-kuntrarju, ibqgħu thennew+ għax qed tieħdu sehem fis-sofferenzi tal-Kristu,+ sabiex tithennew u tifirħu bil-kbir ukoll matul ir-rivelazzjoni+ tal-glorja tiegħu. 14 Jekk qed jgħajrukom minħabba isem Kristu,+ henjin intom,+ għax l-ispirtu tal-glorja, iva, l-ispirtu t’Alla, qed jistrieħ fuqkom.+
15 Madankollu, ħalli ħadd minnkom ma jsofri+ bħala qattiel jew ħalliel jew raġel ħażin jew wieħed li jindaħal+ fi ħwejjeġ ħaddieħor. 16 Imma jekk isofri+ bħala Kristjan, ħa ma jistħix,+ imma jkompli jigglorifika lil Alla f’dan l-isem. 17 Għax hu ż-żmien stabbilit biex il-ġudizzju jibda mid-dar t’Alla.+ Issa jekk l-ewwel jibda bina,+ x’se jkun it-tmiem għal dawk li ma jobdux l-aħbar tajba t’Alla?+ 18 “U jekk hu diffiċli li l-ġust jiġi salvat,+ fejn se jidher il-bniedem bla devozzjoni lejn Alla, il-midneb?”+ 19 Għalhekk, mela, dawk li qed isofru fi qbil mar-rieda t’Alla ħa jkomplu jirrikkmandaw ruħhom lill-Ħallieq leali waqt li jagħmlu t-tajjeb.+