Galatin
1 Pawlu,+ appostlu,+ mhux mill-bnedmin jew permezz taʼ xi bniedem, imma permezz taʼ Ġesù Kristu+ u Alla l-Missier,+ li qajmu mill-imwiet,+ 2 u l-aħwa kollha li hawn miegħi,+ lill-kongregazzjonijiet tal-Galazja:*+
3 Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi+ lilkom mingħand Alla Missierna u l-Mulej Ġesù Kristu. 4 Dan ta lilu nnifsu għal dnubietna+ biex jeħlisna minn din is-sistema+ mill-agħar skond ir-rieda+ t’Alla tagħna u Missierna, 5 li lilu tkun il-glorja għal dejjem taʼ dejjem.+ Amen.
6 Nistagħġeb li qed titwarrbu daqshekk malajr minn Dak+ li sejħilkom bil-qalb tajba mhix mistħoqqa+ taʼ Kristu u dduru lejn xorta oħra t’aħbar tajba.+ 7 Imma din m’hijiex aħbar tajba oħra; biss hemm xi wħud li qed joħolqulkom l-inkwiet+ u jridu jgħawġu l-aħbar tajba dwar il-Kristu.+ 8 Madankollu, anki jekk aħna jew xi anġlu mis-sema kellu jxandrilkom bħala aħbar tajba xi ħaġa differenti minn dak li xandarnielkom bħala aħbar tajba, ħa jkun misħut.+ 9 Bħalma għedna hawn fuq, issa nerġaʼ ngħid ukoll, Hu min hu li qed ixandrilkom bħala aħbar tajba xi ħaġa differenti minn dak li aċċettajtu,+ ħa jkun misħut.
10 Fil-fatt, lill-bnedmin qed nipprova nipperswadi issa jew lil Alla? Jew qed infittex li nogħġob lill-bnedmin?+ Kieku kont għadni qed nogħġob lill-bnedmin,+ ma kontx inkun l-ilsir taʼ Kristu.+ 11 Għax, ħuti, navżakom li l-aħbar tajba li xandart bħala aħbar tajba mhix xi ħaġa tal-bniedem;+ 12 għax la rċivejtha u lanqas tgħallimtha mingħand xi bniedem, imma rċivejtha u tgħallimtha permezz taʼ rivelazzjoni minn Ġesù Kristu.+
13 Naturalment, smajtu kif kienet qabel il-kondotta tiegħi fil-Ġudaiżmu,+ li kont nippersegwita+ b’mod estrem lill-kongregazzjoni t’Alla u nħarbatha,+ 14 u kont qed nagħmel iktar progress fil-Ġudaiżmu minn ħafna taʼ mpari fir-razza tiegħi,+ għax kont ferm iktar żeluż+ għat-tradizzjonijiet+ taʼ missirijieti. 15 Imma meta Alla, li firidni minn ġuf ommi u sejjaħli+ permezz tal-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu,+ ra li kien tajjeb 16 li jirrivela lil Ibnu permezz tiegħi,+ sabiex inxandar l-aħbar tajba dwaru lill-ġnus,+ jien ma mortx nikkonsulta minnufih maʼ bnedmin tad-demm u l-laħam.+ 17 Lanqas ma tlajt Ġerusalemm għand dawk li kienu appostli qabli,+ imma tlaqt lejn l-Għarabja, u rġajt lura lejn Damasku.+
18 Imbagħad, tliet snin wara, tlajt Ġerusalemm+ biex inżur lil Kefa,+ u qgħadt miegħu ħmistax-il ġurnata. 19 Imma ma rajt lil ħadd iktar mill-appostli, ħlief lil Ġakbu+ ħu+ l-Mulej. 20 Issa dwar dan li qed niktbilkom, ara, quddiem Alla, m’iniex qed nigdeb.+
21 Wara dan mort+ fir-reġjuni tas-Sirja u taċ-Ċiliċja. 22 Imma l-kongregazzjonijiet tal-Lhudija li kienu f’unjoni maʼ Kristu ma kinux jafuni minn wiċċi;+ 23 kienu semgħu biss: “Dak li qabel kien jippersegwitana,+ issa qed ixandar l-aħbar tajba dwar il-fidi li qabel kien iħarbat.”+ 24 Għalhekk, bdew jigglorifikaw+ lil Alla minħabba fija.