Rumani
15 Iżda aħna li aħna b’saħħitna għandna nerfgħu d-dgħjufijiet taʼ dawk li m’humiex b’saħħithom+ u mhux nogħġbu lilna nfusna.+ 2 Ħa jogħġob kull wieħed minna lill-proxxmu tiegħu f’dak li hu tajjeb biex jgħinu jinbena.+ 3 Għax lanqas il-Kristu ma fittex li jogħġob lilu nnifsu;+ imma bħalma hu miktub: “It-tmaqdir taʼ dawk li kienu qed imaqdruk waqaʼ fuqi.”+ 4 Għax kulma nkiteb minn qabel inkiteb+ għall-istruzzjoni tagħna,+ biex permezz tas-sabar+ tagħna u permezz tal-faraġ+ mill-Iskrittura jkollna t-tama.+ 5 L-Alla li jipprovdi s-sabar u l-faraġ jagħtikom li jkollkom bejnietkom l-istess attitudni mentali+ li kellu Kristu Ġesù, 6 biex b’fehma waħda+ tigglorifikaw b’fomm wieħed lil Alla u Missier il-Mulej tagħna Ġesù Kristu.
7 Għalhekk, ilqgħu lil xulxin+ bħalma l-Kristu wkoll laqaʼ lilna,+ biex Alla jiġi glorifikat. 8 Għax jien ngħid li, minħabba li Alla hu taʼ kelmtu,+ Kristu fil-fatt sar ministru+ taʼ dawk li huma ċirkonċiżi+ sabiex jivverifika l-wegħdi+ li Hu għamel lil missirijiethom, 9 u sabiex il-ġnus+ jigglorifikaw lil Alla għall-ħniena tiegħu.+ Bħalma hu miktub: “Huwa għalhekk li nirrikonoxxik pubblikament fost il-ġnus u ngħanni+ lil ismek.” 10 U jerġaʼ jgħid: “Ifirħu, O ġnus, mal-poplu tiegħu.”+ 11 U jerġaʼ: “Faħħru lil Ġeħova, intom il-ġnus kollha, u ħa jfaħħruh il-popli kollha.”+ 12 U għal darb’oħra Isaija jgħid: “Ikun hemm l-għerq taʼ Ġesse,+ u jqum wieħed biex jaħkem lill-ġnus;+ fuqu l-ġnus iserrħu t-tama tagħhom.”+ 13 L-Alla li jagħti t-tama jimliekom b’kull ferħ u paċi talli temmnu, biex toktru fit-tama bil-qawwa taʼ l-ispirtu qaddis.+
14 Issa ħuti, jien stess ukoll persważ dwarkom li anki intom mimlijin tjubija, peress li mtlejtu bl-għarfien kollu,+ u tistgħu wkoll twiddbu lil xulxin.+ 15 Madankollu, qed niktbilkom iktar ċar u tond dwar xi punti, qisni qed nerġaʼ nfakkarkom,+ minħabba l-qalb tajba mhix mistħoqqa li ntwerejt minn Alla+ 16 biex inkun qaddej pubbliku taʼ Kristu Ġesù għall-ġnus,+ okkupat bix-xogħol qaddis taʼ l-aħbar tajba+ t’Alla, sabiex l-offerta,+ jiġifieri, dawn il-ġnus, tkun aċċettabbli,+ billi hi mqaddsa bl-ispirtu qaddis.+
17 Għaldaqstant għandi għalfejn nifraħ fi Kristu Ġesù+ rigward is-servizz tiegħi lil Alla.+ 18 Għax ma nissogra ngħid xejn jekk mhux dak li Kristu ħadem permezz tiegħi+ biex il-ġnus ikunu ubbidjenti,+ bil-kelma+ u bl-għemil tiegħi, 19 bil-qawwa tas-sinjali u l-għeġubijiet,+ bil-qawwa taʼ l-ispirtu qaddis; sabiex b’hekk minn Ġerusalemm sa l-Illirja dort dawk l-inħawi+ nippriedka bir-reqqa l-aħbar tajba dwar il-Kristu.+ 20 Tabilħaqq, b’dan il-mod għamiltha l-mira tiegħi li ma nxandarx l-aħbar tajba fejn Kristu kien diġà ssemma, sabiex ma nkunx qed nibni fuq il-pedament taʼ ħaddieħor;+ 21 imma bħalma hu miktub: “Dawk li dwaru ma tħabbrilhom xejn jaraw, u dawk li ma semgħux jifhmu.”+
22 Għalhekk ukoll kont imfixkel bosta drabi milli niġi għandkom.+ 23 Imma issa li f’dawn ir-reġjuni m’għadx baqagħli territorju mhux mimsus, u ili s-snin nixtieq ħafna niġi għandkom,+ 24 nittama, fuq kollox, li meta nkun sejjer Spanja,+ waqt li nkun qed nivvjaġġa għal hemmhekk, inkun nistaʼ narakom u tiġu+ biċċa triq miegħi wara li l-ewwel inkun gawdejt xi ftit il-kumpanija tagħkom. 25 Imma issa dalwaqt nivvjaġġa lejn Ġerusalemm biex naqdi lill-qaddisin.+ 26 Għax dawk fil-Maċedonja* u l-Akaja*+ għoġobhom jagħtu minn dak li għandhom permezz taʼ kontribuzzjoni+ lill-foqra fost il-qaddisin f’Ġerusalemm. 27 Veru, huma għoġobhom jagħmlu dan, iżda kienu midjunin lejhom; għax jekk il-ġnus ħadu sehem fl-affarijiet spiritwali tagħhom,+ huma wkoll obbligati li jikkontribwixxu għall-bżonnijiet materjali tagħhom.+ 28 Għaldaqstant, wara li nkun temmejt dan u wassaltilhom din il-kontribuzzjoni+ qawwija u sħiħa, nitlaq lejn Spanja+ u fi triqti niġi għandkom. 29 Iktar minn hekk, naf li meta niġi għandkom, il-wasla tiegħi tkun mimlija bil-barka taʼ Kristu.+
30 Issa nħeġġiġkom, ħuti, permezz tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu u permezz taʼ l-imħabba taʼ l-ispirtu,+ biex tistinkaw miegħi u titolbu lil Alla għalija+ 31 biex jeħlisni+ minn dawk fil-Lhudija li ma jemmnux u biex il-ministeru tiegħi għal Ġerusalemm+ ikun aċċettabbli għall-qaddisin,+ 32 sabiex meta niġi għandkom inkun ferħan u, jekk Alla jrid, insib is-serħan+ magħkom. 33 L-Alla li jagħti l-paċi jkun magħkom ilkoll.+ Amen.