Lhud
5 Għax kull qassis il-kbir li jittieħed minn fost il-bnedmin jinħatar biex jagħti servizz lil Alla għan-nom tal-bnedmin,+ sabiex joffri għotjiet u sagrifiċċji għad-dnubiet.+ 2 Hu jistaʼ jittratta bil-moderazzjoni lil dawk li ma jafux u li jiżbaljaw, ladarba anki hu mtaqqal bid-dgħjufija tiegħu stess,+ 3 u minħabba fiha jkollu jagħmel offerti għad-dnubiet kemm għalih innifsu u kemm għall-poplu.+
4 Ukoll, bniedem ma jiħux dan l-unur minn jeddu,+ imma biss meta jiġi msejjaħ minn Alla,+ bħalma kien Aron.+ 5 Hekk ukoll il-Kristu ma pprovax jigglorifika lilu nnifsu+ billi sar qassis il-kbir,+ imma kien glorifikat+ minn dak li dwaru qal: “Int ibni; jien, illum, sirt missierek.”+ 6 Bħalma jgħid ukoll f’post ieħor: “Int qassis għal dejjem bl-istess mod taʼ Melkisedek.”+
7 Meta kien bniedem, Kristu talab bil-ħerqa u wkoll offra petizzjonijiet+ lil Dak li setaʼ jsalvah mill-mewt, b’għajat qawwi+ u dmugħ, u t-talb tiegħu ntlaqaʼ minħabba li kellu l-biżaʼ t’Alla.+ 8 Għalkemm kien Iben, tgħallem l-ubbidjenza minn dak li sofra;+ 9 u wara li kien magħmul perfett+ sar responsabbli mis-salvazzjoni taʼ dejjem+ taʼ dawk kollha li jobduh,+ 10 għax hu ġie msejjaħ speċifikament minn Alla qassis il-kbir bl-istess mod taʼ Melkisedek.+
11 Dwaru għandna ħafna affarijiet x’ngħidu u huma diffiċli biex tispjegahom ladarba sirtu tqal biex tisimgħu.+ 12 Għax, tabilħaqq, għalkemm s’issa jmisskom sirtu għalliema,+ reġaʼ għandkom bżonn lil min jgħallimkom mill-bidu l-affarijiet elementari+ tad-dikjarazzjonijiet sagri t’Alla;+ u sirtu teħtieġu l-ħalib, mhux l-ikel solidu.+ 13 Għax kulmin jieħu mill-ħalib mhux midħla tal-kelma tas-sewwa, għax għadu tarbija.+ 14 Imma l-ikel solidu hu għan-nies maturi, għal dawk li bl-użu għandhom is-sensi tagħhom+ imħarrġin biex jagħrfu jagħżlu kemm it-tajjeb u kemm il-ħażin.+