Lhud
13 Komplu uru mħabbitkom lejn l-aħwa.+ 2 Tinsewx l-ospitalità,+ għax permezz tagħha xi wħud, bla ma kienu jafu, laqgħu għandhom lill-anġli.+ 3 Żommu f’moħħkom lil dawk li qegħdin marbutin fil-ħabs+ bħallikieku kontu marbutin magħhom,+ u lil dawk li qed jiġu trattati ħażin,+ ladarba intom ukoll għadkom fil-ġisem. 4 Ħa jkun iż-żwieġ onorabbli għal kulħadd, u ħa tkun is-sodda taż-żwieġ bla tinġis,+ għax Alla jiġġudika liż-żienja u lill-adulteri.+ 5 Ħa jkun il-mod kif tgħixu ħieles mill-imħabba għall-flus,+ waqt li tkunu kuntenti+ b’dak li għandkom fil-preżent.+ Għax hu qal: “Żgur ma nitilqekx u żgur ma nabbandunakx.”+ 6 B’hekk, inkunu mimlijin kuraġġ+ u ngħidu: “Ġeħova hu dak li jgħinni; m’iniex se nibżaʼ. X’jistaʼ jagħmilli l-bniedem?”+
7 Ftakru f’dawk li qed imexxu fostkom+ u li ħabbrulkom il-kelma t’Alla, u imitaw+ il-fidi tagħhom,+ waqt li tosservaw bir-reqqa r-riżultat tal-kondotta tagħhom.
8 Ġesù Kristu hu l-istess il-bieraħ u llum, u għal dejjem.+
9 Tinġarrux minn tagħlim differenti u barrani;+ għax ikun aħjar għall-qalb li tiġi ssodata bil-qalb tajba mhix mistħoqqa+ milli bl-affarijiet taʼ l-ikel,+ li ma kinux taʼ benefiċċju għal dawk li jokkupaw ruħhom bihom.
10 Għandna artal li minnu dawk li jagħtu servizz sagru fit-tinda m’għandhomx awtorità jieklu.+ 11 Għax l-iġsma taʼ dawk l-annimali li demmhom jittieħed fil-post qaddis mill-qassis il-kbir għad-dnub jinħarqu barra l-kamp.+ 12 Għaldaqstant, sabiex iqaddes+ lill-poplu b’demmu stess,+ Ġesù wkoll sofra ’l barra minn bieb il-belt.+ 13 Għalhekk, ħa noħorġu lejh ’il barra mill-kamp, u nġorru t-tmaqdir li ġarr hu,+ 14 għax hawnhekk m’għandniex belt li tibqaʼ,+ imma qed infittxu bil-ħeġġa dik li ġejja.+ 15 Permezz tiegħu, ħa noffru dejjem sagrifiċċju taʼ tifħir lil Alla,+ jiġifieri, il-frott tax-xofftejn+ li jistqarru ismu pubblikament.+ 16 Iktar minn hekk, tinsewx tagħmlu l-ġid+ u taqsmu m’oħrajn, għax sagrifiċċji bħal dawn jogħġbu ħafna lil Alla.+
17 Kunu ubbidjenti lejn dawk li qed imexxu fostkom+ u kunu sottomessi lejhom,+ għax huma qed jgħassulkom ruħkom bħala dawk li għad iridu jagħtu kont;+ sabiex dan jagħmluh bil-ferħ u mhux bit-tnehid, għax inkella jkun taʼ ħsara għalikom.+
18 Ibqgħu itolbu+ għalina, għax aħna fiduċjużi li għandna kuxjenza onesta, peress li nixtiequ nġibu ruħna bl-onestà f’kollox.+ 19 Imma speċjalment inħeġġiġkom li titolbu, sabiex nerġaʼ ningħatalkom iktar malajr.+
20 Issa l-Alla tal-paċi,+ li bid-demm taʼ patt taʼ dejjem+ qajjem mill-imwiet+ lir-ragħaj il-kbir+ tan-nagħaġ,+ il-Mulej tagħna Ġesù, 21 jarmakom b’kull ħaġa tajba biex tagħmlu r-rieda tiegħu, u, permezz taʼ Ġesù Kristu, iwettaq fina dak li jogħġbu;+ lilu tkun il-glorja għal dejjem taʼ dejjem.+ Amen.
22 Issa nħeġġiġkom, ħuti, biex taċċettaw din il-kelma taʼ inkuraġġiment, għax, tabilħaqq, ktibtilkom ittra bi ftit kliem.+ 23 Kunu afu li ħuna Timotju+ nħeles, u, jekk jiġi malajr, narakom miegħu.
24 Selluli għal dawk kollha li qed imexxu+ fostkom u għall-qaddisin kollha. Dawk li qegħdin l-Italja+ jsellu għalikom.