Levitiku
7 “‘U din hi l-liġi taʼ l-offerta għall-ħtija:+ Din hi xi ħaġa mill-iktar qaddisa.+ 2 Fil-post+ fejn tinqatel regolarment l-offerta tal-ħruq tinqatel ukoll l-offerta għall-ħtija, u qassis iroxx+ demmha+ dawramejt fuq l-artal. 3 Inkwantu għax-xaħam kollu tagħha,+ hu jippreżenta minnu d-denb imxaħħam u x-xaħam li jiksi l-imsaren, 4 u ż-żewġ kilwiet u x-xaħam taʼ fuqhom, kif ukoll dak taʼ fuq il-ġenbejn. U x-xaħam taʼ mal-fwied ineħħih flimkien mal-kliewi.+ 5 U jaħraqhom fuq l-artal bħala offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova.+ Din hi offerta għall-ħtija. 6 Jikolha+ kull raġel minn fost il-qassisin. F’post qaddis tittiekel. Din hi xi ħaġa mill-iktar qaddisa.+ 7 Bħall-offerta għad-dnub, hekk hi l-offerta għall-ħtija. Hemm liġi waħda għalihom.+ Il-qassis li jagħmel it-tpattija biha ssir tiegħu.
8 “‘Inkwantu għall-qassis li jippreżenta l-offerta tal-ħruq taʼ xi raġel, il-ġilda+ taʼ l-offerta tal-ħruq li jkun ippreżenta lill-qassis issir tiegħu.
9 “‘U kull offerta tal-qmuħ li tinħema fil-forn+ u kull waħda li ssir ġol-kazzola biż-żejt+ u fuq il-pjanċa+ tkun tal-qassis li jippreżentaha. Issir tiegħu.+ 10 Imma kull offerta tal-qmuħ li tkun miblula fiż-żejt+ jew xotta+ ssir taʼ l-ulied subien kollha t’Aron, kull wieħed jieħu daqs l-ieħor.
11 “‘Issa din hi l-liġi tas-sagrifiċċju taʼ sħubija+ li kulħadd għandu jippreżenta lil Ġeħova: 12 Jekk jippreżentah biex jesprimi radd il-ħajr,+ hu jrid jippreżenta flimkien mas-sagrifiċċju taʼ radd il-ħajr ftajjar bla ħmira miblulin fiż-żejt jew galletti bla ħmira midlukin biż-żejt+ u dqiq fin imħawwad tajjeb bħala ftajjar miblulin fiż-żejt. 13 Jippreżenta l-offerta tiegħu maʼ ftajjar tal-ħobż bil-ħmira+ flimkien mas-sagrifiċċji taʼ sħubija tiegħu, li huma s-sagrifiċċju taʼ radd il-ħajr. 14 U jrid jippreżenta waħda minn kull offerta bħala sehem sagru lil Ġeħova;+ inkwantu għall-qassis li jroxx id-demm tas-sagrifiċċji taʼ sħubija, l-offerta ssir tiegħu.+ 15 U l-laħam tas-sagrifiċċji taʼ sħubija tiegħu, li huma s-sagrifiċċju taʼ radd il-ħajr, għandu jittiekel dakinhar li joffrih. Ma jrid jerfaʼ xejn minnu għal fil-għodu.+
16 “‘U jekk is-sagrifiċċju taʼ l-offerta tiegħu jkun wegħda+ jew offerta volontarja,+ għandu jittiekel dakinhar li hu jippreżenta s-sagrifiċċju tiegħu, u l-għada dak li jifdal minnu jistaʼ jittiekel ukoll. 17 Imma dak li jifdal mil-laħam tas-sagrifiċċju fit-tielet jum għandu jinħaraq bin-nar.+ 18 Madankollu, jekk xi laħam tas-sagrifiċċju taʼ sħubija tiegħu jittiekel imqar ftit minnu fit-tielet jum, min jippreżentah ma jiġix aċċettat b’approvazzjoni.+ Ma jibbenefikax minnu.+ Isir ħaġa mniġġsa, u r-ruħ li tiekol minnu twieġeb għall-iżball tagħha.+ 19 U l-laħam li jmiss maʼ xi ħaġa mhix nadifa+ m’għandux jittiekel. Għandu jinħaraq bin-nar. Inkwantu għal laħam ieħor, kulmin hu nadif jistaʼ jiekol il-laħam.
20 “‘U r-ruħ li tiekol il-laħam tas-sagrifiċċju taʼ sħubija, li hu għal Ġeħova, waqt li jkollha fuqha n-nuqqas taʼ ndafa, din ir-ruħ trid tiġi maqtugħa minn mal-poplu tagħha.+ 21 U jekk xi ruħ tmiss xi ħaġa mhix nadifa, in-nuqqas taʼ ndafa taʼ bniedem+ jew bhima mhix nadifa+ jew kwalunkwe ħaġa mhix nadifa taʼ min jitqażżiżha,+ u fil-fatt tiekol ftit mil-laħam tas-sagrifiċċju taʼ sħubija, li hu għal Ġeħova, din ir-ruħ trid tiġi maqtugħa minn mal-poplu tagħha.’”
22 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 23 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Tieklu ebda xaħam+ taʼ baqar, nagħaġ, jew mogħoż. 24 Issa x-xaħam taʼ ġisem li jkun diġà mejjet u x-xaħam taʼ xi annimal imqattaʼ+ bċejjeċ jistaʼ jintuża għal kwalunkwe ħaġa oħra immaġinabbli, imma ma tridux tikluh assolutament. 25 Għax kulmin jiekol ix-xaħam mill-bhima li jippreżentah minnha bħala offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova, ir-ruħ li tiekol trid tiġi maqtugħa+ minn mal-poplu tagħha.
26 “‘U fi kwalunkwe post fejn tgħammru m’għandkom tieklu ebda demm,+ sew dak taʼ tajra u sew dak taʼ bhima. 27 Kull ruħ li tiekol xi demm, din ir-ruħ trid tiġi maqtugħa+ minn fost il-poplu tagħha.’”
28 U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 29 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Min jippreżenta s-sagrifiċċju taʼ sħubija lil Ġeħova jġib l-offerta tiegħu lil Ġeħova mis-sagrifiċċju taʼ sħubija tiegħu.+ 30 B’idejh iġib ix-xaħam+ taʼ fuq is-sidra bħala l-offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-nar. Iġibu mas-sidra biex ixejru ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-tixjir+ quddiem Ġeħova. 31 U l-qassis irid jaħraq ix-xaħam+ fuq l-artal, imma s-sidra trid issir t’Aron u taʼ wliedu.+
32 “‘U mis-sagrifiċċji taʼ sħubija tagħkom tagħtu s-sieq il-leminija bħala sehem sagru+ lill-qassis. 33 Dak li minn fost ulied Aron jippreżenta d-demm u x-xaħam tas-sagrifiċċji taʼ sħubija, ikollu bħala sehmu s-sieq il-leminija.+ 34 Għax is-sidra taʼ l-offerta tat-tixjir+ u s-sieq tas-sehem sagru niħodhom mingħand ulied Israel mis-sagrifiċċji taʼ sħubija tagħhom, u nagħtihom lil Aron, il-qassis, u lil uliedu, bħala regolament għal żmien indefinit, mingħand ulied Israel.
35 “‘Dan hu sehem Aron bħala qassis u sehem uliedu bħala qassisin mill-offerti taʼ Ġeħova magħmulin bin-nar, dakinhar li ppreżentahom+ biex jaqdu bħala qassisin għal Ġeħova, 36 sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda li jingħatalhom dakinhar li dilikhom+ minn fost ulied Israel. Dan hu statut għal żmien indefinit għall-ġenerazzjonijiet tagħhom.’”+
37 Din hi l-liġi dwar l-offerta tal-ħruq,+ l-offerta tal-qmuħ,+ l-offerta għad-dnub,+ l-offerta għall-ħtija,+ is-sagrifiċċju tal-ħatra,+ u s-sagrifiċċju taʼ sħubija,+ 38 sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè fuq il-Muntanja Sinaj+ dakinhar li kkmanda lil ulied Israel biex jippreżentaw l-offerti tagħhom lil Ġeħova fix-xagħri tas-Sinaj.+