2 Korintin
12 Ikolli niftaħar. M’huwiex taʼ benefiċċju; imma se ngħaddi għal viżjonijiet+ sopranaturali u rivelazzjonijiet tal-Mulej. 2 Naf raġel f’unjoni maʼ Kristu li erbatax-il sena ilu—jekk hux fil-ġisem jew barra mill-ġisem ma nafx; Alla jaf—ittieħed f’daqqa waħda+ b’dan il-mod lejn it-tielet sema. 3 Iva, naf raġel bħal dan—jekk hux fil-ġisem jew mingħajr il-ġisem+ ma nafx, Alla jaf— 4 li ttieħed fil-ġenna+ u semaʼ kliem li ma jitlissinx u li skond il-liġi ebda bniedem ma jistaʼ jgħidu. 5 B’raġel bħal dan niftaħar, u mhux bija nnifsi, ħlief bid-dgħjufijiet tiegħi.+ 6 Għax jekk xi darba nkun irrid niftaħar,+ ma nkunx bniedem bla raġuni, għax inkun qed ngħid il-verità. Imma nżomm lura, sabiex ħadd ma jagħtini kredtu għal xi ħaġa iktar milli jara fija jew jismaʼ mingħandi, 7 sempliċement minħabba l-ħafna rivelazzjonijiet.
Għalhekk, biex ma nitgħolliex iżżejjed,+ ngħatajt xewka fil-laħam,+ anġlu taʼ Satana, biex tibqaʼ ssawwatni, sabiex ma nitgħolliex iżżejjed. 8 Minħabba f’hekk, tliet darbiet+ tlabt bil-ħrara lill-Mulej biex titbiegħed minni; 9 iżda hu fil-fatt qalli: “Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħi hi biżżejjed+ għalik; għax il-qawwa tiegħi tintgħamel perfetta fid-dgħjufija.”+ Għalhekk, b’ferħ kbir, nippreferi niftaħar bid-dgħjufijiet tiegħi+ biex il-qawwa tal-Kristu tibqaʼ fuqi bħal tinda. 10 Għaldaqstant nitgħaxxaq bid-dgħjufijiet, bl-insulti, bl-għaks, bil-persekuzzjonijiet u d-diffikultajiet, għal Kristu. Għax meta nkun dgħajjef, inkun setgħan.+
11 Jien sirt bniedem bla raġuni. Intom ġegħeltuni+ nsir hekk, għax imissni ġejt rikkmandat minnkom. Għax lanqas f’ħaġa waħda ma wrejt li jien inferjuri għall-appostli raffinati żżejjed+ tagħkom, anki jekk ma jien xejn.+ 12 Tabilħaqq, is-sinjali t’appostlu+ saru fostkom bis-sabar kollu,+ u b’sinjali u għeġubijiet u għemejjel setgħanin.+ 13 Għax fiex sirtu inqas mill-bqija tal-kongregazzjonijiet, ħlief li jien ma sirtx taʼ piż għalikom?+ Kunu qalbkom tajba u aħfruli dan in-nuqqas.
14 Ara! Din hi t-tielet darba+ li lest li niġi għandkom, iżda m’iniex se nkun taʼ piż. Għax mhux qed niġri wara ġidkom,+ imma warajkom; għax it-tfal+ m’għandhomx ifaddlu għall-ġenituri, imma l-ġenituri għal uliedhom.+ 15 Min-naħa tiegħi, b’ferħ kbir nonfoq u nintefaq għalkollox għal ruħkom.+ Jekk inħobbkom b’mod tant abbundanti, għandi nkun maħbub inqas? 16 Hu x’inhu l-każ, ma kontx taʼ piż għalikom.+ Madankollu, intom tgħidu li jien kont “makakk” u qbadtkom “b’ingann.”+ 17 Rigward kull wieħed minn dawk li bgħattilkom, ma pprofittajtx ruħi minnkom permezz tiegħu, hux hekk? 18 Ħeġġiġt lil Titu u miegħu bgħatt lill-ħu. Lanqas Titu ma pprofitta ruħu minnkom, hux hekk?+ Imxejna fl-istess spirtu,+ hux hekk? Fl-istess passi, hux hekk?
19 Dan il-ħin kollu kontu qed taħsbu li aħna konna qed nagħmlu d-difiża tagħna lilkom? Quddiem Alla qed nitkellmu f’unjoni maʼ Kristu. Imma, maħbubin, kollox isir biex jgħinkom tinbnew.+ 20 Għax nibżaʼ li b’xi mod, meta nasal,+ ma nsibkomx kif nixtieq u jien ma nkunx għalikom kif tixtiequ, imma, minflok, b’xi mod ikun hemm ġlied, għira,+ każi taʼ rabja, tilwim, tqasqis, tfesfis, każi taʼ kburija, diżordni.+ 21 Forsi, meta nerġaʼ niġi, Alla tiegħi jumiljani fostkom, u nitnikket minħabba ħafna li kienu dinbu+ u ma nidmux min-nuqqas taʼ ndafa u ż-żína+ u l-kondotta laxka+ li pprattikaw.