6 Issa jekk għandna t-tribulazzjoni, dan hu għall-faraġ u s-salvazzjoni tagħkom;+ jew jekk qed niġu mfarrġin, dan hu għall-faraġ tagħkom li jaħdem biex jgħinkom tissaportu l-istess sofferenzi li nsofru aħna wkoll.+
17 Minkejja dan, anki jekk qed niġi mferraʼ bħal offerta tax-xorb+ fuq is-sagrifiċċju+ u s-servizz pubbliku li l-fidi wasslitkom għalihom,+ jien kuntent u nifraħ+ magħkom ilkoll.
24 Jien issa qed nifraħ fis-sofferenzi tiegħi għalikom,+ u jien, mill-banda l-oħra, qed intemm f’ġismi dak li jonqos mit-tribulazzjonijiet+ tal-Kristu għan-nom taʼ ġismu, li hi l-kongregazzjoni.+
8 Għalhekk, peress li għandna affezzjoni tenera lejkom,+ konna kuntenti ħafna li mhux biss nagħtukom l-aħbar tajba t’Alla, imma wkoll ruħna stess,+ għax sirtu għeżież+ għalina.
17 Kunu ubbidjenti lejn dawk li qed imexxu fostkom+ u kunu sottomessi lejhom,+ għax huma qed jgħassulkom ruħkom bħala dawk li għad iridu jagħtu kont;+ sabiex dan jagħmluh bil-ferħ u mhux bit-tnehid, għax inkella jkun taʼ ħsara għalikom.+