Neħemija
13 Dakinhar sar qari+ mill-ktieb+ taʼ Mosè f’widnejn il-poplu; u nstab miktub fih li l-Għammoni+ u l-Mowabi+ qatt* ma kellhom jidħlu fil-kongregazzjoni taʼ l-Alla l-veru,+ 2 għax ma kinux iltaqgħu maʼ Israel bil-ħobż+ u l-ilma,+ imma qabbdu kontrihom lil Balgħam+ biex jisħithom.+ Madankollu, Alla tagħna bidel is-saħta f’barka.+ 3 U ġara li, malli semgħu l-liġi,+ bdew jifirdu+ l-kotra mħallta kollha minn maʼ Israel.
4 Issa qabel dan, Eljasib,+ il-qassis inkarigat mis-sala taʼ l-ikel+ tad-dar t’Alla tagħna, kien qarib taʼ Tobija;+ 5 u lil dan għamillu sala taʼ l-ikel kbira ħafna,+ fejn qabel kienu jqiegħdu regolarment l-offerta tal-qmuħ,+ l-inċens abjad u l-għodod u l-wieħed minn kull għaxra tal-qmuħ, taʼ l-inbid ġdid+ u taż-żejt,+ li hu sehem il-Leviti+ u l-għannejja u l-għassiesa tal-bibien, u l-kontribuzzjonijiet għall-qassisin.
6 U matul dan iż-żmien kollu jien ma kontx Ġerusalemm, għax wasalt għand is-sultan fis-sena tnejn u tletin+ t’Artaserse,+ is-sultan taʼ Babilonja, u xi żmien wara tlabt lis-sultan iħallini nwarrab għal ftit.+ 7 Imbagħad wasalt Ġerusalemm u nnotajt il-ħażen li wettaq Eljasib+ għal Tobija+ billi għamillu sala fil-bitħa tad-dar+ taʼ l-Alla l-veru. 8 U deherli li din kienet ħaġa ħażina ħafna.+ Għalhekk, irmejt+ l-għamara kollha tad-dar taʼ Tobija barra mis-sala taʼ l-ikel. 9 Imbagħad jien tajt l-ordni u s-swali taʼ l-ikel+ ġew imnaddfin;+ u rġajt qegħedt fihom l-għodod+ tad-dar taʼ l-Alla l-veru, maʼ l-offerta tal-qmuħ u l-inċens abjad.+
10 U skoprejt li l-porzjonijiet+ tal-Leviti ma kinux ngħatawlhom, u b’hekk il-Leviti u l-għannejja li kienu jagħmlu x-xogħol kienu telqu, kull wieħed lejn l-għalqa tiegħu.+ 11 U lill-ħakkiema deputati+ bdejt ngħidilhom bi ħtijiethom+ u għedtilhom: “Għalfejn ġiet traskurata d-dar taʼ l-Alla l-veru?”+ Għaldaqstant ġbart lil-Leviti flimkien u qegħedthom f’posthom. 12 U Ġuda kollu ġab il-wieħed minn kull għaxra+ tal-qmuħ+ u taʼ l-inbid ġdid+ u taż-żejt+ lejn l-imħażen.+ 13 Imbagħad inkarigajt lil Selemija l-qassis u Sadok il-kopista u Pedaja mil-Leviti fuq l-imħażen; u Ħanan, bin Żakkur, bin Mattanija,+ kien taħthom għax kienu meqjusin leali;+ u kien dmirhom li jqassmu+ lil ħuthom.
14 Ftakar fija,+ O Alla tiegħi, għal dan, u tħassarx+ l-atti tiegħi taʼ qalb tajba bl-imħabba li wettaqt għad-dar+ t’Alla tiegħi u s-servizz li jsir fiha.
15 F’dawk il-jiem rajt f’Ġuda nies jgħaffġu fl-imgħasar taʼ l-inbid fis-Sabat+ u jdaħħlu l-munzelli tal-qmuħ u jgħabbuhom+ fuq il-ħmir,+ kif ukoll inbid, għeneb u tin+ u kull xorta taʼ tagħbija, u jdaħħluhom f’Ġerusalemm f’jum is-Sabat;+ u jien xhedt kontrihom dakinhar li kienu qed ibigħu l-provvisti. 16 U t-Tirin+ kienu jgħammru fil-belt, u jdaħħlu l-ħut u kull xorta taʼ merkanzija+ u jbigħuhom fis-Sabat lil ulied Ġuda f’Ġerusalemm. 17 Għalhekk, bdejt ngħid lin-nobbli+ taʼ Ġuda bil-ħtija tagħhom u għedtilhom: “X’inhi din il-ħaġa ħażina li qed tagħmlu, iva, li qed tkasbru jum is-Sabat? 18 Mhux hekk għamlu missirijietkom,+ u minħabba f’hekk Alla tagħna ġab dan il-gwaj kollu fuqna,+ u fuq din il-belt ukoll? Madankollu, intom qed iżżidu mar-rabja taħraq kontra Israel billi tkasbru s-Sabat.”+
19 U ġara li, malli d-dell laqat il-bibien taʼ Ġerusalemm qabel is-Sabat, jien mill-ewwel tajt l-ordni u l-bibien bdew jingħalqu.+ U għedt ukoll li m’għandhomx jiftħuhom sa wara s-Sabat; u qegħedt lil xi wħud mill-qaddejja tiegħi stess fil-bibien sabiex ebda tagħbija ma tidħol f’jum is-Sabat.+ 20 Għaldaqstant, in-negozjanti u l-bejjiegħa taʼ kull xorta taʼ merkanzija qattgħu l-lejl barra Ġerusalemm għal darba tnejn. 21 Imbagħad wissejthom+ u għedtilhom: “Għalfejn qed tqattgħu l-lejl quddiem is-sur? Jekk terġgħu tagħmluha, immidd idi fuqkom.”+ Minn dakinhar ’l hemm ma ġewx fis-Sabat.
22 U komplejt ngħid lil-Leviti+ li għandhom regolarment jippurifikaw+ lilhom infushom u jidħlu, u jibqgħu jgħassu l-bibien+ biex iqaddsu+ jum is-Sabat. Dan, ukoll, ftakar+ għan-nom tiegħi, O Alla tiegħi, u tħassarni skond l-abbundanza tal-qalb tajba bl-imħabba tiegħek.+
23 U wkoll, f’dawk il-jiem sirt naf li l-Lhud kienu laqgħu għandhom+ nisa Asdodin,+ Għammonin, u Mowabin.+ 24 U nofs uliedhom kienu jitkellmu bl-Asdodi, u ħadd minnhom ma kien jaf jitkellem bil-Lhudi,+ imma bi lsien il-popli differenti. 25 U bdejt ngħidilhom bi ħtijiethom u llissen is-saħta kontrihom+ u nsawwat lil xi rġiel minnhom+ u naqlgħalhom xagħarhom u nġegħelhom jaħilfu b’Alla:+ “M’għandkomx tagħtu lil uliedkom bniet lil uliedhom subien, u m’għandkom taċċettaw lil ħadd minn uliedhom bniet għal uliedkom subien.+ 26 Mhux minħabba fihom dineb Salamun is-sultan taʼ Israel?+ U fost il-ħafna ġnus ma kienx hemm sultan bħalu;+ u kien maħbub minn Alla tiegħu,+ u għalhekk Alla għamlu sultan fuq Israel kollu. Imma anki lilu ġegħluh jidneb in-nisa barranin li żżewweġ.+ 27 U m’hijiex din ħaġa offensiva, li tagħmlu dan il-ħażen kbir kollu billi taġixxu b’nuqqas taʼ fedeltà kontra Alla tagħna meta tilqgħu għandkom nisa barranin?”+
28 U wieħed minn ulied Ġojada+ bin Eljasib+ il-qassis il-kbir kien ir-raġel taʼ bint Sanballat+ il-Ħoroni.+ Għalhekk, keċċejtu ’l bogħod minni.+
29 Ftakarhom, O Alla tiegħi, għat-tinġis+ tas-saċerdozju u l-patt+ tas-saċerdozju u tal-Leviti.+
30 U jien ippurifikajthom+ minn kull ħaġa barranija u tajt dmirijiet lill-qassisin u lil-Leviti, kull wieħed f’xogħlu,+ 31 saħansitra għall-provvista taʼ l-injam+ fi żminijiet stabbiliti u għall-ewwel frott misjur.