1 Ġwanni
5 Kulmin jemmen li Ġesù hu l-Kristu twieled minn Alla,+ u kulmin iħobb lil dak li kkaġuna t-twelid iħobb lil dak li twieled minnu.+ 2 B’dan insiru nafu li qed inħobbu+ lil ulied Alla,+ meta nkunu qed inħobbu lil Alla u nagħmlu l-kmandamenti tiegħu.+ 3 Għax l-imħabba+ t’Alla tfisser dan: li nosservaw il-kmandamenti tiegħu;+ u madankollu l-kmandamenti tiegħu m’humiex tqal,+ 4 għax dak kollu li twieled+ minn Alla jirbaħ lid-dinja.+ U din hi r-rebħa+ li rebħet+ lid-dinja, il-fidi tagħna.+
5 Min hu li jirbaħ+ lid-dinja+ jekk mhux min għandu l-fidi+ li Ġesù hu l-Iben t’Alla?+ 6 Dan hu li ġie permezz taʼ l-ilma u d-demm, Ġesù Kristu; mhux bl-ilma+ biss, imma bl-ilma u bid-demm.+ U l-ispirtu+ hu li jixhed, għax l-ispirtu hu l-verità. 7 Għax hemm tlieta li jixhdu, 8 l-ispirtu+ u l-ilma+ u d-demm,+ u t-tlieta huma fi qbil.+
9 Jekk nilqgħu x-xiehda li jagħtu l-bnedmin,+ ix-xiehda li jagħti Alla hi akbar, għax din hi x-xiehda li jagħti Alla, il-fatt li xehed+ dwar Ibnu. 10 Min ipoġġi l-fidi tiegħu fl-Iben t’Alla, fil-każ tiegħu tkun ngħatatlu x-xiehda.+ Min m’għandux fidi f’Alla jkun qed igiddbu,+ għax ma jkunx poġġa l-fidi tiegħu fix-xiehda li ngħatat,+ li Alla bħala xhud+ ta dwar Ibnu. 11 U din hi x-xiehda li ngħatat, li Alla tana l-ħajja taʼ dejjem,+ u din il-ħajja qiegħda f’Ibnu.+ 12 Min għandu l-Iben għandu din il-ħajja; min m’għandux l-Iben t’Alla m’għandux din il-ħajja.+
13 Qed niktbilkom dan sabiex tkunu tafu li għandkom il-ħajja taʼ dejjem,+ intom li poġġejtu l-fidi tagħkom f’isem l-Iben t’Alla.+ 14 U din hi l-fiduċja li għandna fih,+ li, kulma nitolbuh skond ir-rieda tiegħu, hu jismagħna.+ 15 Iktar minn hekk, jekk nafu li jismagħna f’kulma qed nitolbuh,+ nafu li se naqilgħu dak li tlabna peress li tlabnieh lilu.+
16 Jekk xi ħadd jilmaħ lil ħuh jagħmel dnub li ma jġibx il-mewt,+ għandu jitlob għalih, u Alla jagħtih il-ħajja,+ iva, lil dawk li ma jagħmlux dnub li jġib il-mewt.+ Hemm dnub li jġib il-mewt. Hu dwar dan id-dnub li ma ngħidlux biex jitlob.+ 17 Kull inġustizzja hi dnub;+ iżda hemm dnub li ma jġibx il-mewt.
18 Nafu li kulmin twieled minn Alla+ ma jipprattikax id-dnub, imma Dak+ li twieled minn Alla jħarsu, u l-Ħażin ma jaħkmux taħt idejh.+ 19 Aħna nafu li noriġinaw minn Alla,+ imma d-dinja kollha qiegħda taħt il-qawwa tal-Ħażin.+ 20 Imma aħna nafu li l-Iben t’Alla ġie,+ u tana l-kapaċità intellettwali+ biex niksbu l-għarfien dwar l-Alla l-veru.+ U aħna qegħdin f’unjoni+ miegħu, permezz taʼ Ibnu Ġesù Kristu. Dan hu l-Alla l-veru+ u l-ħajja taʼ dejjem.+ 21 Ulied ċkejknin, ħarsu ruħkom mill-idoli.+