LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w96 1/1 pp. 8-12
  • Huma ‘Għamlu Preċiż Hekk’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huma ‘Għamlu Preċiż Hekk’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fi Żmien Noè
  • Mosè​—L-​Iktar Ġwejjed Fost Il-​Bnedmin
  • Ġożwè​—Kuraġġjuż u B’Saħħtu Ħafna
  • Slaten​—Leali u Diżubbidjenti
  • Ngħixu Fi Qbil Mal-​Kelma T’Alla
  • Tgħallem it-Triqat taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Dak li Ftakar Ġożwè
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Uri li Int Lest!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Il-Kelma taʼ Ġeħova Qatt ma Tonqos milli Sseħħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
w96 1/1 pp. 8-12

Huma ‘Għamlu Preċiż Hekk’

“Din hi l-​imħabba taʼ Alla, li nżommu l-​kmandamenti tiegħu.”—1 ĠWANN 5:3.

1. X’jistaʼ jingħad rigward il-​kobor taʼ l-​imħabba t’Alla?

ALLA HU MĦABBA.” Dawk kollha li jsiru jafu lil Alla u jobdu l-​kmandamenti tiegħu jiksbu apprezzament profond għall-​kobor taʼ dik l-​imħabba. “Hawn qiegħda l-​imħabba: mhux għax aħna ħabbejna ’l Alla, imma għax ħabbna Hu u bagħat lil Ibnu biex ikun taʼ tpattija għal dnubietna.” Hekk kif neżerċitaw fidi fis-​sagrifiċċju prezzjuż bħala rahan taʼ Ġesù, aħna ‘nibqgħu fl-​imħabba t’Alla.’ (1 Ġwann 4:8-10, 16) B’hekk nistgħu ngawdu għana taʼ barkiet spiritwali issa u fis-​sistema t’affarijiet li ġejja, ħajja taʼ dejjem.—Ġwann 17:3; 1 Ġwann 2:15, 17.

2. Li josservaw il-​kmandamenti t’Alla kif ibbenefika lill-​qaddejja tiegħu?

2 Il-​kitba tal-​Bibbja hija abbundanti b’eżempji taʼ dawk li osservaw il-​kmandamenti t’Alla u ġew imberkin b’mod għani bħala riżultat. Dawn jinkludu xhieda taʼ qabel il-​Kristjanità, li dwar xi wħud minnhom l-​appostlu Pawlu kiteb: “Kollha bil-​fidi mietu dawn in-​nies. Kienu għadhom ma ħadux dak li kien imwiegħed, iżda huma rawh mill-​bogħod u sellmulu, waqt li għarfu li huma kienu barranin u għorba fuq l-art.” (Lhud 11:13) Iktar tard, qaddejja Kristjani devoti t’Alla bbenefikaw mill-​“grazzja u l-​verità [li] seħħu permezz taʼ Ġesù Kristu.” (Ġwann 1:17) Matul xi 6,000 sena taʼ storja umana, Jehovah ippremja xhieda leali li obdew il-​kmandamenti tiegħu, li verament “m’humiex tqal.”—1 Ġwann 5:2, 3.

Fi Żmien Noè

3. Noè b’liema modi għamel ‘preċiż hekk’?

3 Il-​kitba tal-​Bibbja tistqarr: “Kien minħabba fil-​fidi tiegħu li Noè, mgħarraf minn Alla dwar ħwejjeġ li kienu għadhom ma jidhrux, mimli b’biżaʼ qaddis bena arka biex isalva l-​familja tiegħu; u b’dik il-​fidi ikkundanna d-​dinja u sar werriet tal-​ġustizzja li tinkiseb bis-​saħħa tal-​fidi.” Bħala “ħabbar tal-​ġusti[z]zja,” Noè obda lil Alla bis-​sħiħ, billi wissa lid-​dinja vjolenti taʼ qabel id-​Dilluvju dwar il-​ġudizzju divin li kien qrib. (Lhud 11:7; 2 Pietru 2:5) Biex jibni l-​arka, segwa bir-​reqqa l-​pjanta pprovduta b’mod divin. Imbagħad daħħal l-​annimali u l-​provisti taʼ ikel speċifikati. “Hekk għamel Noè, għamel kull ma ordnalu Alla.”—Ġenesi 6:22.

4, 5. (a) Influwenza malinna kif effettwat lill-​umanità sal-​lum? (b) Għala għandna nagħmlu ‘preċiż hekk’ f’li nobdu struzzjonijiet divini?

4 Noè u l-​familja tiegħu kellhom jissieltu maʼ l-​influwenza malinna t’anġli diżubbidjenti. Dawn l-​ulied t’Alla mmaterjalizzaw u għammru maʼ nisa, waqt li pproduċew nisel ibridu superuman li kienu jintimidaw lill-​umanità. “L-​art tħassret quddiem Alla u mtliet bil-​vjolenza.” Jehovah bagħat l-​Għarqa biex jiknes lil dik il-​ġenerazzjoni mill-​agħar. (Ġenesi 6:4, 11-17; 7:1) Minn żmien Noè ’l hawn anġli demoniċi ma tħallewx jimmaterjalizzaw b’forma umana. Minkejja dan, ‘id-​dinja kollha għadha qiegħda taħt idejn il-​ħażin,’ Satana x-​Xitan. (1 Ġwann 5:19; Apokalissi 12:9) Profetikament, Ġesù qabbel lil dik il-​ġenerazzjoni ribelluża taʼ żmien Noè mal-​ġenerazzjoni taʼ bnedmin li rrifjutat lilu minn mindu s-​sinjal tal-​“miġja” [“preżenza,” NW] tiegħu beda jsir evidenti fl-​1914.—Mattew 24:3, 34, 37-39; Luqa 17:26, 27.

5 Illum, bħal fi żmien Noè, Satana qiegħed jipprova jġib lill-​umanità u l-​pjaneta tagħna f’rovina. (Apokalissi 11:15-18) Għaldaqstant huwa urġenti li nagħtu kas tal-​kmand ispirat: “Ilbsu l-​armatura taʼ Alla biex tkunu tifilħu tieqfu għat-​tnassis tax-​Xitan.” (Efesin 6:11) F’dan, niġu msaħħin billi nistudjaw il-​Kelma t’Alla u napplikawha f’ħajjietna. Jerġaʼ, għandna l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah li tieħu ħsiebna, bl-​“irsir leali u diskret” midluk tagħha u l-​anzjani taʼ mħabba tagħha, biex jirgħuna bil-​paċenzja fil-​mogħdija li għandna nimxu fiha. Għandna xogħol taʼ ppridkar globali x’inwettqu. (Mattew 24:14, 45-47, NW) Bħal Noè, li obda tant bir-​reqqa struzzjonijiet divini, jalla aħna dejjem ‘nagħmlu preċiż hekk.’

Mosè​—L-​Iktar Ġwejjed Fost Il-​Bnedmin

6, 7. (a) Mosè liema għażla premjanti għamel? (b) Mosè liema mudell kuraġġjuż ħallielna?

6 Ikkunsidra raġel ieħor taʼ fidi​—Mosè. Setaʼ gawda ħajja taʼ tpaxxija fost il-​lussu taʼ l-​Eġittu. Imma għażel “li aħjar ikun imkasbar flimkien mal-​poplu taʼ Alla milli jgawdi l-​hena tad-​dnub, hena li jgħaddi f’qasir żmien.” Bħala l-​qaddej inkarigat minn Jehovah, “ħares ’il quddiem lejn il-​ħlas [u] żamm iebes, daqs kemm kieku kien qiegħed jara lil Alla li ma jidhirx.”—Lhud 11:23-28.

7 F’Numri 12:3, naqraw: “Mosè kien bniedem umli, l-​aktar umli fost il-​bnedmin li hawn fuq wiċċ l-​art.” Għall-​kuntrarju, Farawni taʼ l-​Eġittu aġixxa bħala l-​iktar wieħed imkabbar fost il-​bnedmin kollha. Meta Jehovah ikkmanda lil Mosè u ’l Aronne biex jiddikjaraw il-​ġudizzju tiegħu fuq Farawni, kif irreaġixxew? Jintqalilna: “Hekk għamlu Mosè u Aron, għamlu kif ordnalhom il-​Mulej.” (Eżodu 7:4-7) X’mudell kuraġġjuż għalina li niddikjaraw il-​ġudizzji t’Alla llum!

8. L-​Iżraeliti kif kienu meħtiġin li jagħmlu ‘preċiż hekk,’ u l-​ferħ li rriżulta kif se jkun parallel maʼ dan fil-​futur qarib?

8 Taw l-​Iżraeliti appoġġ leali lil Mosè? Wara li Jehovah laqat lill-​Eġittu b’disgħa mill-​għaxar kastigi, hu ta lill-​Iżrael struzzjonijiet iddettaljati fuq l-​iċċelebrar tal-​Qbiż. “Miel il-​poplu u ta qima b’wiċċu fl-​art. U wlied Israel marru lejn djarhom u hekk għamlu: għamlu bħalma Alla ikkmanda lil Mosè u lil Aron.” (Eżodu 12:27, 28) F’nofs il-​lejl taʼ dak il-​jum importanti, l-​14 taʼ Nisan, taʼ l-​1513 Q.E.K., l-​anġlu t’Alla ssokta joqtol l-​ewwel imweldin kollha taʼ l-​Eġittu imma qabeż lid-​djar Iżraeliti. Għala ġew meħlusin l-​ewwel imweldin taʼ Iżrael? Għaliex kienu sabu protezzjoni taħt id-​demm tal-​ħaruf tal-​Qbiż, imċappas mad-​daħla tal-​bibien tagħhom. Kienu għamlu sewwa sew bħalma Jehovah kien ikkmanda lil Mosè u ’l Aronne. Iva, ‘hekk għamlu.’ (Eżodu 12:50, 51) Ħdejn il-​Baħar l-​Aħmar, Jehovah wettaq miraklu ieħor biex isalva lill-​poplu ubbidjenti tiegħu fil-​waqt li qered lil Farawni u l-​forza militari setgħana tiegħu. Kemm ħassewhom eżultati l-​Iżraeliti! L-​istess illum, ħafna li obdew il-​kmandamenti taʼ Jehovah se jithennew f’li jkunu xhieda li jaraw b’għajnejhom stess l-​ivvendikar tiegħu f’Armageddon.—Eżodu 15:1, 2; Apokalissi 15:3, 4.

9. Liema privileġġi taż-​żmien modern huma ffigurati bil-​quddiem mill-​fatt li l-​Iżraeliti għamlu ‘preċiż hekk’ f’konnessjoni mat-​tabernaklu?

9 Meta Jehovah ikkmanda lil Iżrael biex jiġbru kontribuzzjoni u jibnu tabernaklu fix-​xagħri, in-​nies ġenerożament taw l-​appoġġ sħiħ tagħhom. Imbagħad, saħansitra sa l-​iċken dettall, Mosè u l-​ħaddiema sħabu ħerqanin segwew il-​pjanti arkitettorali pprovduti minn Jehovah. “Hekk intemmet l-​opra sħiħa tat-​tabernaklu, tat-​tinda tal-​laqgħa; u wlied Israel għamlu kollox kif kien ordna l-​Mulej lil Mosè.” B’mod simili, fl-​inawgurazzjoni tas-​saċerdozju, “Mosè għamel kollox kif kien ordnalu l-​Mulej.” (Eżodu 39:32; 40:16) Fiż-​żminijiet moderni, għandna l-​opportunità li nagħtu appoġġ b’qalbna kollha lix-​xogħol taʼ ppridkar u lil programmi għal espansjoni tas-​Saltna. Huwa l-​privileġġ tagħna b’hekk li ningħaqdu f’li ‘nagħmlu preċiż hekk.’

Ġożwè​—Kuraġġjuż u B’Saħħtu Ħafna

10, 11. (a) X’għammar lil Ġożwè għal suċċess? (b) Kif nistgħu niġu msaħħin biex inkampaw mal-​provi taż-​żmien modern?

10 Meta Mosè inkariga lil Ġożwè biex imexxi lil Iżrael għal ġol-​pajjiż tal-​wegħda, x’aktarx li l-​Kelma ispirata miktuba taʼ Jehovah kienet disponibbli biss fil-​ħames kotba taʼ Mosè, xi salm jew tnejn, u l-​ktieb taʼ Ġob. Mosè kien struwixxa lil Ġożwè biex ilaqqaʼ lin-​nies meta jkunu waslu fil-​Pajjiż Imwiegħed u biex ‘jaqra din il-​liġi quddiem Israel kollu, b’mod li jisimgħuh.’ (Dewteronomju 31:10-12) Iktar minn hekk, Jehovah innifsu kkmanda lil Ġożwè: “Ma jitbiegħed qatt il-​ktieb taʼ din il-​liġi minn fommok, u aħseb fuqu lejl u nhar, biex tagħraf tagħmel kull ma hu miktub fih, u hekk tirnexxi f’egħmilek u jkollok ir-​riżq.”—Ġożwè 1:8.

11 Il-​qari taʼ kuljum tal-​“ktieb” taʼ Jehovah għammar lil Ġożwè biex jittratta mal-​provi quddiemu, sewwa sew bħalma qari taʼ kuljum tal-​Kelma taʼ Jehovah, il-​Bibbja, isaħħaħ lix-​Xhieda Tiegħu taż-​żmien modern biex ikampaw mal-​provi taʼ dawn “l-​aħħar jiem” kritiċi. (2 Timotju 3:1, NW) Imdawrin kif ninsabu aħna minn dinja vjolenti, ejjew indaħħlu f’qalbna aħna wkoll dak li Alla ammonixxa lil Ġożwè: “Agħmel il-​ħila u qawwi qalbek; tibżax u titħawwadx, għax il-​Mulej, Alla tiegħek, ikun miegħek kull fejn tmur.” (Ġożwè 1:9) Wara li kkonkwistaw lil Kangħan, it-​tribujiet taʼ Iżrael ġew ippremjati b’mod għani meta ssetiljaw f’wirthom. “Ulied Israel għamlu bħalma kien ordna l-​Mulej.” (Ġożwè 14:5) Premju simili jistenna lilna lkoll illum li naqraw il-​Kelma t’Alla u napplikawha fil-​ħajjiet tagħna, billi b’ubbidjenza nagħmlu ‘preċiż hekk.’

Slaten​—Leali u Diżubbidjenti

12. (a) Liema kmand ingħata lis-​slaten f’Iżrael? (b) In-​nuqqas tas-​slaten li jobdu f’liema ħaġa rriżulta?

12 Xi ngħidu dwar is-​slaten f’Iżrael? Jehovah kien poġġa fuq is-​sultan din il-​ħtieġa: “Meta joqgħod fuq it-​tron taʼ saltnatu jikteb mill-​ġdid din il-​liġi fi ktieb minn fuq dik li hemm għand il-​qassisin Leviti. U jżommha dejjem għandu u jaqraha l-​jiem kollha taʼ ħajtu, biex jitgħallem jibżaʼ mill-​Mulej, Alla tiegħu, u jħares il-​kliem kollu taʼ din il-​liġi u dawn l-​istatuti, biex iħarishom.” (Dewteronomju 17:18, 19) Obdewh is-​slaten taʼ Iżrael dak il-​kmand? Fil-​biċċa l-​kbira, naqsu b’mod miżerabbli, biex b’hekk sofrew is-​saħtiet imbassrin f’Dewteronomju 28:15-68. Finalment, Iżrael ġie mxerred “minn tarf taʼ l-​art għall-​ieħor.”

13. Kif nistgħu nibbenefikaw, bħalma għamel David, billi nuru mħabba għall-​Kelma taʼ Jehovah?

13 Madankollu, David​—l-​ewwel sultan uman leali f’Iżrael—​wera devozzjoni eċċezzjonali lejn Jehovah. Ta prova li kien ‘ferħ taʼ ljun f’Ġuda,’ billi ffigura bil-​quddiem lil Kristu Ġesù, “l-​Iljun [li jikkonkwista] tat-​tribù taʼ Ġuda, ir-​Rimja taʼ David.” (Ġenesi 49:8, 9; Apokalissi 5:5) Fejn kienet tinstab is-​saħħa taʼ David? Kellu apprezzament profond għall-​Kelma miktuba taʼ Jehovah u għex fi qbil magħha. F’Salm 19, “Salm taʼ David,” naqraw: “Il-​liġi tal-​Mulej perfetta.” Wara li jirreferi għat-​tfakkiriet, l-​ordnijiet, il-​kmandament, u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji taʼ Jehovah, David jissokta jistqarr: “[Huma] egħżeż mid-​deheb, mid-​deheb l-​aktar fin, oħla mill-​għasel u mill-​qtar tax-​xehda. Fehemhom sewwa l-​qaddej tiegħek; ħlas tajjeb għandu min iħarishom.” (Salm 19:8-12 [Salm19:7-11, NW]) Jekk il-​qari taʼ kuljum tal-​Kelma taʼ Jehovah u l-​immeditar fuqha kienu premjanti 3,000 sena ilu, kemm iktar huwa dan minnu llum!—Salm 1:1-3; 13:6; 119:72, 97, 111.

14. Il-​korsa taʼ Salamun b’liema mod turi l-​ħtieġa għal iktar minn sempliċi għarfien?

14 Xorta waħda, m’huwiex suffiċjenti li sempliċement tikseb għarfien. Huwa essenzjali wkoll għall-​qaddejja t’Alla li jaġixxu fuq dak l-​għarfien, li japplikawh skond ir-​rieda divina​—iva, li jagħmlu ‘preċiż hekk.’ Dan jistaʼ jintwera fil-​każ taʼ Salamun bin David, li lilu Jehovah għażel “biex joqgħod fuq it-​tron tas-​sultan tal-​Mulej fuq Israel.” Salamun irċieva l-​inkarigu li jibni t-​tempju, billi juża l-​pjanti arkitettorali li David irċieva ‘b’ispirazzjoni.’ (1 Kronaki 28:5, 11-13) Salamun kif setaʼ jwettaq din il-​biċċa xogħol tremenda? Bi tweġiba għal talba, Jehovah tah għerf u għarfien. B’dawn, u billi żamm mal-​pjanti pprovduti b’mod divin, Salamun kien kapaċi jibni dik id-​dar maestuża, li saret mimlija bil-​glorja taʼ Jehovah. (2 Kronaki 7:2, 3) Iktar tard, iżda, Salamun naqas. F’liema aspett? Il-​liġi taʼ Jehovah kienet stqarret rigward is-​sultan f’Iżrael: “Anqas ma għandu jkollu ħafna nisa, li ma ddurx qalbu.” (Dewteronomju 17:17) Madankollu Salamun “kellu sebaʼ mitt mara prinċipessi u tliet mija konkubini. U dawn in-​nisa tiegħu . . . dawrulu tassew qalbu għal wara allat oħra.” Fi xjuħitu, Salamun żvija milli jagħmel ‘preċiż hekk.’—1 Slaten 11:3, 4; Neħemija 13:26.

15. Ġożija kif għamel ‘preċiż hekk’?

15 Kien hemm ftit slaten ubbidjenti f’Ġuda, li l-​aħħar wieħed minnhom kien Ġożija. Fis-​sena 648 Q.E.K., beda jnaddaf l-​idolatrija ’l barra mill-​pajjiż u jirrinova t-​tempju taʼ Jehovah. Kien hemmhekk li l-​qassis il-​kbir sab “il-​ktieb tal-​liġi tal-​Mulej permezz taʼ Mosè.” X’għamel Ġożija dwar dan? “[I]s-sultan talaʼ fit-​tempju tal-​Mulej, u miegħu n-​nies kollha taʼ Ġuda u dawk kollha li kienu jgħammru Ġerusalemm, u l-​qassisin u l-​Leviti, u l-​poplu kollu, mill-​kbir saż-​żgħir; u b’mod li jisimgħuh qara l-​kliem kollu tal-​ktieb tal-​patt, li nstab fit-​tempju tal-​Mulej. U s-​sultan wieqaf fuq it-​tribuna għamel patt quddiem il-​Mulej li jimxi wara l-​Mulej, u jħares id-​digrieti u l-​kmandamenti, il-​preċetti u l-​liġijiet, b’qalbu kollha u b’ruħu kollha, biex iżomm il-​kliem kollu tal-​patt li hu miktub fuq dan il-​ktieb.” (2 Kronaki 34:14, 30, 31) Iva, Ġożija ‘għamel preċiż hekk.’ Bħala riżultat tal-​korsa leali tiegħu, l-​esekuzzjoni tal-​ġudizzju taʼ Jehovah fuq Ġuda taʼ mingħajr fidi ġiet miżmuma lura sa żmien l-​ulied subjien delinkwenti tiegħu.

Ngħixu Fi Qbil Mal-​Kelma T’Alla

16, 17. (a) F’liema aspetti rridu nsegwu fil-​passi taʼ Ġesù? (b) Liema qaddejja leali oħrajn t’Alla jipprovdu eżempji għalina?

16 Mill-​bnedmin kollha li qatt għexu, l-​aqwa eżempju taʼ meditar fuq il-​Kelma t’Alla u għixien fi qbil magħha hu l-​Mulej Ġesù Kristu. Il-​Kelma t’Alla kienet bħal ikel għalih. (Ġwann 4:34) Hu qal lis-​semmiegħa tiegħu: “L-​Iben ebda ħaġa ma jistaʼ jagħmel minn rajh jekk ma jarax lil Missieru jagħmilha; għax il-​ħwejjeġ li jagħmel il-​Missier, jagħmilhom l-​Iben ukoll, bħalu.” (Ġwann 5:19, 30; 7:28; 8:28, 42) Ġesù ‘għamel preċiż hekk,’ billi ddikjara: “Jiena nżilt mis-​sema mhux biex nagħmel ir-​rieda tiegħi, imma r-​rieda taʼ min bagħatni.” (Ġwann 6:38) Aħna Xhieda ddedikati taʼ Jehovah niġu mitlubin li nagħmlu ‘preċiż hekk’ billi nsegwu fil-​passi taʼ Ġesù.—Luqa 9:23; 14:27; 1 Pietru 2:21.

17 Li jagħmel ir-​rieda t’Alla kien dejjem fuq quddiemnett f’moħħ Ġesù. Hu kien familjari għall-​aħħar mal-​Kelma t’Alla u kien b’hekk mgħammar biex jagħti tweġibiet Skritturali. (Mattew 4:1-11; 12:24-31) Billi nagħtu attenzjoni kontinwa lill-​Kelma t’Alla, aħna wkoll nistgħu nsiru ‘perfetti, imħejjijin għal kull ħidma tajba.’ (2 Timotju 3:16, 17) Ejjew insegwu l-​eżempju taʼ qaddejja leali taʼ Jehovah taż-​żminijiet tal-​qedem u taż-​żminijiet segwenti u fuq kollox dak tas-​Sid tagħna, Ġesù Kristu, li qal: “[Sabiex i]d-dinja tagħraf li jiena nħobb lill-​Missier u li nagħmel kif ordnali l-​Missier.” (Ġwann 14:31) Jalla aħna wkoll nuru mħabbitna għal Alla billi nkomplu nagħmlu ‘preċiż hekk.’—Mark 12:29-31.

18. X’għandu jqanqalna biex insiru “dawk li jagħmlu l-​kelma,” u x’se jiġi diskuss issa?

18 Hekk kif nimmeditaw fuq il-​korsa ubbidjenti tal-​qaddejja t’Alla fi żminijiet Bibliċi, ma niġux aħna inkuraġġiti biex inwettqu servizz leali matul il-​jiem taʼ l-​għeluq tas-​sistema mill-​agħar taʼ Satana? (Rumani 15:4-6) Għandna tassew niġu stimulati biex insiru “dawk li jagħmlu l-​kelma” fl-​iktar sens sħiħ, bħalma se jiddiskuti l-​artiklu li jmiss.—Ġakbu 1:22. (w95 12/15)

Tiftakar Int?

◻ “L-​imħabba t’Alla” x’għandha tfisser għalina?

◻ X’nitgħallmu mill-​eżempji taʼ Noè, Mosè, u Ġożwè?

◻ Is-​slaten f’Iżrael sa liema punt obdew il-​“kelma” t’Alla?

◻ Ġesù kif inhu l-​Eżemplar tagħna f’li nagħmlu ‘preċiż hekk’?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja