1 Korintin
14 Iġru wara l-imħabba, u ibqgħu fittxu l-għotjiet spiritwali+ biż-żelu, imma preferibbilment l-ipprofetizzar.+ 2 Għax min jitkellem b’xi lsien ikun qed ikellem lil Alla mhux lill-bnedmin, għax ħadd ma jifhem,+ peress li jkun qed jitkellem sigrieti sagri+ bl-ispirtu. 3 Madankollu, min jipprofetizza jibni+ u jinkuraġġixxi u jfarraġ lill-bnedmin bi kliemu. 4 Min jitkellem b’xi lsien jibni lilu nnifsu, imma min jipprofetizza jibni lill-kongregazzjoni. 5 Issa nixtieq li intom ilkoll titkellmu bl-ilsna,+ imma nippreferi li tipprofetizzaw.+ Tabilħaqq, min jipprofetizza hu akbar minn min jitkellem bl-ilsna,+ sakemm, fil-fatt, ma jittraduċix, sabiex tinbena l-kongregazzjoni. 6 Imma issa, ħuti, kieku kelli niġi nkellimkom bl-ilsna, x’ġid nagħmlilkom jekk ma nkellimkomx b’xi rivelazzjoni+ jew b’xi għarfien+ jew b’xi profezija jew b’xi tagħlima?
7 Tabilħaqq, l-affarijiet bla ħajja, sew jekk flawt u sew jekk arpa, jagħmlu ħoss;+ imma jekk ma jagħmlux intervall fit-tonijiet, kif se jintgħaraf x’qed jindaqq bil-flawt jew bl-arpa? 8 Għax, tassew, jekk mit-trumbetta toħroġ sejħa li ma tkunx ċara, min jitħejja għall-battalja?+ 9 Hekk ukoll, jekk bi lsienkom ma tlissnux kliem li jinftiehem faċilment,+ kif se jintgħaraf x’qed jintqal? Fil-fatt, tkunu qed titkellmu fl-arja.+ 10 Fid-dinja hawn ħafna kwalitajiet taʼ lingwi, iżda ebda waħda minnhom m’hi mingħajr tifsir. 11 Għalhekk, jekk ma nifhimx xi jfisser dak li jingħad, inkun barrani+ għal min jitkellem, u min jitkellem ikun barrani għalija. 12 Hekk ukoll intom, ladarba tixtiequ b’żelu l-għotjiet taʼ l-ispirtu,+ fittxu li toktru fihom biex tinbena l-kongregazzjoni.+
13 Għaldaqstant, min jitkellem b’xi lsien ħa jitlob biex ikun jistaʼ jittraduċi.+ 14 Għax jekk qed nitlob b’xi lsien, hi l-għotja taʼ l-ispirtu tiegħi li qed titlob,+ imma moħħi ma jkunx qed jifhem. 15 Allura, xi jrid isir? Nitlob bl-għotja taʼ l-ispirtu, imma nitlob b’moħħi wkoll. Inkanta għanjiet taʼ tifħir+ bl-għotja taʼ l-ispirtu, imma nkanta għanjiet taʼ tifħir b’moħħi+ wkoll. 16 Inkella, jekk toffri tifħir b’għotja taʼ l-ispirtu, il-bniedem komuni kif se jgħid “Amen”+ meta int trodd ħajr, ladarba ma jafx x’int tgħid? 17 Veru, il-mod kif trodd ħajr hu eċċellenti, imma l-bniedem l-ieħor mhux qed jinbena.+ 18 Nirringrazzja lil Alla, jien nitkellem b’ilsna iktar minnkom ilkoll.+ 19 Minkejja dan, f’kongregazzjoni, nippreferi ngħid ħames kelmiet b’moħħi, biex ngħallem b’fommi lil oħrajn, milli għaxart elef kelma b’xi lsien.+
20 Ħuti, tkunux tfal żgħar fil-mentalità tagħkom,+ imma kunu tfal ċkejknin għal dak li hu ħażen;+ madankollu, kunu nies li kibru għalkollox fil-mentalità tagħhom.+ 21 Fil-Liġi hemm miktub: “‘Bl-ilsna tal-barranin u b’xofftejn l-istranġieri+ nkellem lil dan il-poplu;+ iżda lanqas hekk ma jagħtu kasi,’ jgħid Ġeħova.”+ 22 Għaldaqstant, l-ilsna m’humiex sinjal+ għal dawk li jemmnu, imma għal dawk li ma jemmnux,+ u l-ipprofetizzar m’huwiex għal dawk li ma jemmnux, imma għal dawk li jemmnu.+ 23 Għalhekk, jekk il-kongregazzjoni kollha tiltaqaʼ flimkien f’post wieħed u lkoll jitkellmu bl-ilsna,+ u jidħlu nies ordinarji jew oħrajn li ma jemmnux, ma jgħidux dawn li intom imġienen? 24 Imma jekk tkunu qed tipprofetizzaw ilkoll u jidħol xi ħadd li ma jemminx jew bniedem ordinarju, dan jiġi mwiddeb minn kulħadd+ u interrogat bir-reqqa minn kulħadd; 25 jinkixfu s-sigrieti taʼ qalbu,+ u b’hekk jinxteħet wiċċu fl-art u jqim lil Alla u jiddikjara: “Alla tassew qiegħed fostkom.”+
26 Allura, ħuti, x’għandu jsir? Meta tiltaqgħu flimkien, wieħed ikollu xi salm, ieħor xi tagħlima, ieħor xi rivelazzjoni, ieħor xi lsien, ieħor xi interpretazzjoni.+ Ħa jsir kollox biex tibnu lil xulxin.+ 27 U jekk xi wħud jitkellmu b’xi lsien, ħa jitkellmu tnejn jew tlieta l-iktar, u wieħed wara l-ieħor; u ħa jkun hemm min jittraduċi.+ 28 Jekk ma jkunx hemm min jittraduċi, ħa jibqgħu siekta fil-kongregazzjoni u jitkellmu f’qalbhom+ m’Alla. 29 Iktar minn hekk, ħa jitkellmu żewġ profeti jew tlieta,+ u l-oħrajn jifhmu t-tifsira.+ 30 Imma jekk ħaddieħor ikollu xi rivelazzjoni+ waqt li jkun bil-qiegħda hemmhekk, ħa jiskot l-ewwel wieħed. 31 Għax intom ilkoll tistgħu tipprofetizzaw+ wieħed wara l-ieħor, u b’hekk kulħadd jitgħallem u kulħadd jiġi inkuraġġit.+ 32 U l-għotjiet spiritwali tal-profeti għandhom jikkontrollawhom il-profeti. 33 Għax Alla m’huwiex Alla tad-diżordni,+ imma tal-paċi.+
Bħalma jsir fil-kongregazzjonijiet kollha tal-qaddisin, 34 ħa jibqgħu siekta n-nisa+ fil-kongregazzjonijiet, għax m’għandhomx permess jitkellmu, u ħa jkunu sottomessi,+ bħalma tgħid il-Liġi.+ 35 Għalhekk, jekk ikunu jridu jitgħallmu xi ħaġa, ħa jistaqsu lil żwieġhom id-dar, għax hu għajb+ li mara titkellem f’kongregazzjoni.
36 X’inhu? Mingħandkom ħarġet il-kelma t’Alla,+ jew sa ħdejkom biss waslet?
37 Jekk xi ħadd jaħseb li hu profeta jew għandu l-għotja taʼ l-ispirtu, ħa jirrikonoxxi dak li qed niktbilkom, għax hu l-kmandament tal-Mulej.+ 38 Imma jekk xi ħadd irid jibqaʼ fl-injoranza, ħa jibqaʼ fl-injoranza. 39 Għaldaqstant, ħuti, ibqgħu fittxu b’żelu l-ipprofetizzar,+ iżda m’għandkomx tipprojbixxu l-ilsna.+ 40 Imma ħa jsir kollox bid-deċenza u bl-ordni.+