Rumani
6 Għaldaqstant, x’ngħidu? Inkomplu fid-dnub biex toktor+ il-qalb tajba mhix mistħoqqa? 2 Jalla qatt ma jkun dan! Ladarba mitna għad-dnub,+ kif se nkomplu ngħixu iktar fih?+ 3 Jew ma tafux li aħna lkoll li tgħammidna fi Kristu Ġesù+ tgħammidna f’mewtu?+ 4 Għalhekk aħna ndfinna+ miegħu permezz tal-magħmudija tagħna f’mewtu, sabiex bħalma Kristu ġie mqajjem mill-imwiet permezz tal-glorja tal-Missier,+ hekk ukoll aħna għandna nimxu f’ħajja ġdida.+ 5 Għax jekk ngħaqadna miegħu f’mewt+ li tixbah lil tiegħu, żgur li se ningħaqdu miegħu wkoll fi rxoxt+ li jixbah lil tiegħu; 6 għax nafu li l-personalità l-qadima tagħna ssammret fuq iz-zokk miegħu+ biex il-ġisem midneb tagħna ma jibqax attiv+ u ma nibqgħux iktar ilsiera tad-dnub.+ 7 Għax min miet inħeles mid-dnub.+
8 Iktar minn hekk, jekk mitna maʼ Kristu, nemmnu li se ngħixu wkoll miegħu.+ 9 Għax nafu li issa li ġie mqajjem mill-imwiet,+ Kristu ma jmutx iktar;+ il-mewt m’għadhiex tiddominah. 10 Għax il-mewt li miet kienet mewt għad-dnub darba għal dejjem;+ imma l-ħajja li jgħix, qed jgħixha għal Alla.+ 11 Hekk ukoll intom: għoddu ruħkom li intom veru mejtin+ għad-dnub imma ħajjin+ għal Alla bi Kristu Ġesù.
12 Għalhekk, tħallux id-dnub ikompli jsaltan+ fil-ġisem mortali tagħkom biex tobdu x-xewqat tiegħu.+ 13 U tibqgħux tippreżentaw il-membri taʼ ġisimkom lid-dnub+ bħala armi taʼ l-inġustizzja,+ imma ppreżentaw ruħkom lil Alla bħala ħajjin+ mill-imwiet u l-membri taʼ ġisimkom lil Alla bħala armi+ tal-ġustizzja. 14 Għax id-dnub m’għandux jiddominakom, ladarba m’intomx taħt il-liġi+ imma taħt il-qalb tajba mhix mistħoqqa.+
15 X’nagħmlu mela? Nidinbu għax m’aħniex taħt il-liġi+ imma taħt il-qalb tajba mhix mistħoqqa?+ Jalla qatt ma jkun dan! 16 Ma tafux li jekk tibqgħu tippreżentaw ruħkom lil xi ħadd bħala lsiera biex tobduh tkunu lsiera tiegħu għax tobduh,+ tad-dnub+ li jwassal+ għall-mewt jew taʼ l-ubbidjenza+ li twassal għall-ġustizzja?+ 17 Imma ħajr lil Alla li kontu l-ilsiera tad-dnub iżda sirtu tobdu mill-qalb dik l-għamla taʼ tagħlim li ġejtu mogħtijin għaliha.+ 18 Iva, ladarba nħlistu+ mid-dnub, sirtu lsiera+ tal-ġustizzja.+ 19 Qed nitkellem taʼ bniedem minħabba d-dgħjufija taʼ laħamkom:+ għax bħalma ppreżentajtu l-membri taʼ ġisimkom+ bħala lsiera tan-nuqqas taʼ ndafa+ u tal-ksur tal-liġi biex tagħmlu dak li hu kontra l-liġi, hekk issa ppreżentaw il-membri taʼ ġisimkom bħala lsiera tal-ġustizzja biex tagħmlu dak li hu qaddis.+ 20 Għax meta kontu lsiera tad-dnub,+ kontu ħelsin mill-ġustizzja.
21 Allura, x’kien il-frott+ tagħkom dak iż-żmien? Affarijiet+ li issa jġegħlukom tistħu, għax it-tmiem tagħhom hu l-mewt.+ 22 Madankollu, issa, peress li nħlistu mid-dnub u sirtu lsiera t’Alla,+ il-frott tagħkom+ hu l-qdusija tagħkom, u t-tmiem hu l-ħajja taʼ dejjem.+ 23 Għax il-ħlas li jagħti d-dnub hu l-mewt,+ imma l-għotja+ li jagħti Alla hi l-ħajja taʼ dejjem+ bi Kristu Ġesù, il-Mulej tagħna.+