Eżodu
6 Għalhekk, Ġeħova qal lil Mosè: “Issa tara x’se nagħmillu lill-Fargħun,+ għax minħabba id qawwija hu jibgħathom u minħabba id b’saħħitha jkeċċihom ’il barra minn pajjiżu.”+
2 U Alla ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: “Jien Ġeħova.+ 3 U kont nidher lil Abraham,+ lil Iżakk,+ u lil Ġakobb+ bħala Alla li Jistaʼ Kollox,+ imma rigward ismi Ġeħova+ m’għarrafthomx għalkollox+ min jien. 4 U jien stabbilejt ukoll il-patt tiegħi magħhom biex nagħtihom l-art taʼ Kangħan, l-art li fiha għexu bħala barranin.+ 5 U jien, iva, jien, smajt it-tnehid taʼ wlied Israel,+ li qed jinżammu fil-jasar mill-Eġizzjani, u jien niftakar fil-patt tiegħi.+
6 “Għalhekk, għid lil ulied Israel, ‘Jien Ġeħova, u jien se noħroġkom mill-Eġittu u nneħħi t-tagħbijiet tagħhom minn fuqkom u neħliskom mill-jasar tagħhom,+ u tabilħaqq li se nifdikom bi driegħ maħruġ ’il barra u b’ġudizzji kbar.+ 7 U niħodkom għalija bħala poplu,+ u tabilħaqq inkun Alla għalikom;+ u żgur li tkunu tafu li jien Ġeħova Alla tagħkom li neħliskom mill-Eġittu u t-tagħbijiet tiegħu.+ 8 U ndaħħalkom fl-art li rfajt idi b’ħalfa+ li nagħtiha lil Abraham, lil Iżakk, u lil Ġakobb; u tabilħaqq li nagħtiha lilkom bħala xi ħaġa li tkun tagħkom.+ Jien Ġeħova.’”+
9 Imbagħad Mosè kellem dwar dan lil ulied Israel, imma dawn ma tawhx widen lil Mosè minħabba l-iskuraġġiment u l-jasar iebes.+
10 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 11 “Idħol, kellem lill-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu,+ sabiex jibgħat lil ulied Israel ’il barra minn pajjiżu.”+ 12 Madankollu, Mosè tkellem quddiem Ġeħova u qallu: “Ara! Ulied Israel ma tawnix widen;+ u kif qatt jistaʼ jagħtini widen il-Fargħun,+ jien li nsibha diffiċli biex nitkellem?”*+ 13 Imma Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u lil Aron u permezz tagħhom jikkmanda lil ulied Israel u lill-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu, sabiex dan joħroġ lil ulied Israel mill-art taʼ l-Eġittu.+
14 Dawn huma l-kapijiet taʼ dar missirijiethom: Ulied Ruben, l-ewwel imwieled taʼ Israel,+ kienu Ħanok, Pallu, Ħesron, u Karmi.+ Dawn huma l-familji taʼ Ruben.+
15 U wlied Simegħon kienu Ġemwel, Ġamin, Oħad, Ġakin, Soħar, u Sagħul, bin mara Kangħanija.+ Dawn huma l-familji taʼ Simegħon.+
16 U dawn huma l-ismijiet taʼ wlied Levi,+ skond id-dixxendenzi tal-familja tagħhom:+ Gerson, Keħat, u Merari.+ U s-snin tal-ħajja taʼ Levi kienu mija u sebgħa u tletin sena.
17 Ulied Gerson kienu Libni u Simgħi,+ skond il-familji tagħhom.+
18 U wlied Keħat kienu Għamram, Isħar, Ħebron, u Użżijel.+ U s-snin tal-ħajja taʼ Keħat kienu mija u tlieta u tletin sena.
19 U wlied Merari kienu Maħli u Musi.+
Dawn kienu l-familji tal-Leviti, skond id-dixxendenzi tal-familja tagħhom.+
20 Issa Għamram ħa b’martu lil Ġokebed, oħt missieru.+ Iktar tard wilditlu lil Aron u lil Mosè.+ U s-snin tal-ħajja t’Għamram kienu mija u sebgħa u tletin sena.
21 U wlied Isħar kienu Koraħ,+ Nefeg, u Żikri.
22 U wlied Użżijel kienu Misael, Elsafan, u Sitri.+
23 Issa Aron ħa b’martu lil Eliseba, bint Għamminadab, oħt Naħson.+ Iktar tard wilditlu lil Nadab, Abiħu, Elegħażar, u Itamar.+
24 U wlied Koraħ kienu Assir, Elkana, u Abijasaf.+ Dawn kienu l-familji tal-Koraħin.+
25 U Elegħażar, bin Aron,+ ħa b’martu lil waħda mill-bniet taʼ Putjel. Iktar tard wilditlu lil Fineħas.+
Dawn huma l-kapijiet taʼ missirijiet il-Leviti, skond il-familji tagħhom.+
26 Dawn huma dak Aron u dak Mosè li lilhom Ġeħova qal:+ “Oħorġu lil ulied Israel mill-art taʼ l-Eġittu skond l-armati tagħhom.”+ 27 Huma kienu dawk li kellmu lill-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu, biex joħorġu lil ulied Israel mill-Eġittu.+ Dawn huma dak Mosè u dak Aron.
28 U ġara, dakinhar li Ġeħova kellem lil Mosè fl-art taʼ l-Eġittu,+ 29 li Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: “Jien Ġeħova.+ Għid lill-Fargħun, sultan taʼ l-Eġittu, kulma qed ngħidlek.” 30 Imbagħad Mosè qal quddiem Ġeħova: “Ara! Jien insibha diffiċli biex nitkellem, u għalhekk kif qatt jistaʼ l-Fargħun jagħtini widen?”+