Salm
Għanja tat-Tlajjaʼ. Għanja taʼ David.
133 Kemm hu tajjeb u sabiħ
Li l-aħwa jgħixu flimkien fil-paċi!
2 Hu bħaż-żejt pur,
Li tferraʼ fuq ras Aron,
Li niżel mad-daqna tiegħu
U ċarċar mal-għonq tal-ħwejjeġ tiegħu.
3 Hu bħan-nida tal-Muntanja Ħermon
Li tinżel fuq il-muntanji taʼ Sijon.
Ġeħova wiegħed li hemmhekk in-nies se jiġu mberkin
B’ħajja taʼ dejjem.