Ġob
14 “Il-ħajja taʼ bniedem hi qasira
U kollha inkwiet.
4 Tistaʼ persuna midinba* twelled lil xi ħadd mingħajr dnub?
Żgur li le!
5 Il-ġranet tal-bniedem huma deċiżi.
U l-ammont tax-xhur tiegħu huwa f’idejk.
Int għamilt limitu għal kemm jgħix u ma jistax jaqbżu.
6 Ieqaf ħares lejh ħalli jistrieħ,
Sakemm jispiċċa l-ġurnata tax-xogħol tiegħu bħal ħaddiem mikri.
7 Għax anki siġra għandha tama.
Jekk iqaċċtuha terġaʼ titlaʼ,
U l-friegħi tagħha jkomplu jikbru.
8 Jekk l-għeruq tagħha jkollhom iż-żmien
U z-zokk tagħha jinxef,
9 Malli tmiss mal-ilma, terġaʼ ttellaʼ
U jkollha l-friegħi bħal pjanta ġdida.
10 Imma meta bniedem imut, ma jistaʼ jagħmel xejn.
Meta jieħu l-aħħar nifs, x’jiġri minnu?
11 Il-baħar jisparixxi,
U x-xmara tevapora u tinxef.
12 Bl-istess mod, bniedem jimtedd u ma jqumx.
Sakemm is-sema tibqaʼ teżisti, hu ma jqumx,
U lanqas mhu se jiġi mqajjem minn xi bniedem.
13 Mhux li kien taħbini fil-Qabar,*
Taħbini sakemm ma tibqax irrabjat,
U tagħtini żmien biex tiftakar fija!
14 Jekk bniedem imut, jistaʼ jerġaʼ jgħix?
Se nistenna matul iż-żmien li nkun ilsir
Sakemm niġi meħlus.
15 Int tgħajjatli, u jien inwieġbek.
Int se tkun tixtieq ħafna li terġaʼ tara l-bniedem li għamilt.
16 Imma issa qed toqgħod għassa għal kull pass li nagħmel;
Qed tara biss id-dnub tiegħi.
17 Int erfajt l-iżbalji tiegħi ġo basket magħluq sew,
U tissiġilla l-iżbalji tiegħi bil-kolla.
18 Bħalma muntanja taqaʼ u tiġi fix-xejn,
U blata tinqalaʼ minn postha,
19 Bħalma l-ilma jmermer il-ġebel,
U bħalma x-xita b’saħħitha tkaxkar il-ħamrija,
Int qridt it-tama tal-bniedem.
20 Int tibqaʼ tkissru sakemm imut;
Tbiddel il-mod kif jidher, u tibagħtu fil-qabar.
21 It-tfal tiegħu jistgħu jiġu onorati, imma hu ma jkunx jaf b’dan;
Jistgħu jiġu umiljati, imma ma jindunax b’dan.
22 Meta jkun għadu ħaj biss
Iħossu muġugħ u mdejjaq.”