Salm
Lid-direttur. Għanja taʼ David.
2 Hu ħariġni minn ħofra b’ilmijiet iħabbtu,
Mit-tajn u l-ħama.
Hu qegħedni fuq blata;
Hu għenni nimxi fuq art soda.
3 Imbagħad għallimni għanja ġdida,
Għanja li tfaħħar lill-Alla tagħna.
Ħafna se jibqgħu impressjonati meta jaraw dak li għamel Alla għalija
U se jafdaw f’Ġeħova.
5 Ġeħova Alla tiegħi, int tibqaʼ taħseb dwarna
U għamilt ħafna affarijiet tal-għaġeb għalina.
Ħadd ma jistaʼ jitqabbel miegħek.
Li kieku kelli nipprova nxandarhom u nitkellem dwarhom
Mhux se jirnexxili għax huma ħafna.
Int ma tlabtx offerti tal-ħruq u offerti għad-dnub.
7 Imbagħad jien għedt: “Hawn jien, ġejt.
Fl-iskroll* hemm miktub dwari.
9 Jien inxandar l-aħbar tajba tas-sewwa fil-kongregazzjoni l-kbira.
Ġeħova, bħalma taf sew,
Jien ma żammejtx lura milli nitkellem.
10 Dak li naf dwar is-sewwa tiegħek ma żammejtux għalija.
Jien inxandar li int Alla taʼ min jafdah u li ssalva.
Jien ma ħbejtx l-imħabba, il-lealtà,* u l-verità tiegħek mill-kongregazzjoni l-kbira.”
11 Iżżommx lura milli turini ħniena, Ġeħova.
Jalla jibqgħu jipproteġuni l-imħabba, il-lealtà, u l-verità tiegħek.
12 Id-diffikultajiet li għandi huma wisq biex ngħoddhom.
Tant għandi żbalji li ma nistax nara fejn sejjer;
Huma iktar mix-xagħar taʼ rasi,
U qtajt qalbi.
13 Jekk jogħġbok salvani, Ġeħova.
Fittex għinni, Ġeħova.
Jalla jaħarbu umiljati
Dawk li jieħdu gost bid-diffikultajiet tiegħi.
15 Ħa jibqgħu mbellhin bil-mistħija tagħhom
Dawk li qed iwaqqgħuni għaċ-ċajt u jgħiduli: “Ħaqqek!”
16 Ħa jifirħu u jaqbżu bil-ferħ
Dawk li qed ifittxu lilek.
Jalla dawk li jħobbu s-salvazzjoni li tiġi mingħandek
Dejjem jgħidu: “Ħa jkun imfaħħar bil-kbir Ġeħova.”
17 Jien batut u fqir;
Jalla tagħti kasi, Ġeħova.
Int l-għajnuna tiegħi u dak li jsalvani;
Iddumx biex tgħinni, Alla tiegħi.