Salm
Jien* se nfaħħar lil Ġeħova b’qalbi kollha.
2 Jien se nfaħħar lil Ġeħova tul ħajti kollha.
Se nfaħħar bil-kant lil* Alla kemm indum ħaj.
4 Meta ma jibqgħux jieħdu n-nifs,* dawn jerġgħu jsiru trab;
Dakinhar stess il-ħsibijiet tagħhom jisparixxu.
5 Ferħan hu dak li jitlob lill-Alla taʼ Ġakobb għall-għajnuna,
Li jittama f’Ġeħova l-Alla tiegħu.
7 Alla hu Dak li jagħmel ġustizzja maʼ min ġie mqarraq
U Dak li jagħti l-ħobż lil min hu bil-ġuħ.
Ġeħova qed jeħles lill-priġunieri.*
8 Ġeħova qed jiftaħ għajnejn dawk li ma jarawx;
Ġeħova qed isaħħaħ lil dawk imtaqqlin bl-inkwiet;
Ġeħova jħobb lil min hu ġust.
9 Ġeħova jipproteġi lir-residenti barranin;
Hu jappoġġa lill-orfni* u lill-armla,
Imma jħarbat il-pjanijiet* tal-ħżiena.
10 Ġeħova se jkun Re għal dejjem,
L-Alla taʼ Sijon se jibqaʼ minn ġenerazzjoni għal oħra.
Faħħru lil Jah!*