Ġenesi
5 Dan hu r-rakkont dwar il-familji li ġew minn Adam. Dakinhar li Alla ħalaq lil Adam, hu għamlu jixbah lilu. 2 Raġel u mara ħalaqhom. Fil-jum li ġew maħluqin, hu berikhom u semmiehom Bniedem.*
3 Adam għex 130 sena u mbagħad kellu iben jixbah lilu u semmieh Set. 4 Wara li kellu lil Set, Adam għex 800 sena. U hu kellu subien u bniet. 5 Mela b’kollox Adam għex 930 sena, u mbagħad miet.
6 Set għex 105 snin u mbagħad kellu lil Enos. 7 Wara li kellu lil Enos, Set għex 807 snin. U hu kellu subien u bniet. 8 Mela b’kollox Set għex 912-il sena, u mbagħad miet.
9 Enos għex 90 sena u mbagħad kellu lil Kenan. 10 Wara li kellu lil Kenan, Enos għex 815-il sena. U hu kellu subien u bniet. 11 Mela b’kollox Enos għex 905 snin, u mbagħad miet.
12 Kenan għex 70 sena u mbagħad kellu lil Maħalalel. 13 Wara li kellu lil Maħalalel, Kenan għex 840 sena. U hu kellu subien u bniet. 14 Mela b’kollox Kenan għex 910 snin, u mbagħad miet.
15 Maħalalel għex 65 sena u mbagħad kellu lil Ġared. 16 Wara li kellu lil Ġared, Maħalalel għex 830 sena. U hu kellu subien u bniet. 17 Mela b’kollox Maħalalel għex 895 sena, u mbagħad miet.
18 Ġared għex 162 sena u mbagħad kellu lil Enok. 19 Wara li kellu lil Enok, Ġared għex 800 sena. U hu kellu subien u bniet. 20 Mela b’kollox Ġared għex 962 sena, u mbagħad miet.
21 Enok għex 65 sena u mbagħad kellu lil Metuselaħ. 22 Wara li kellu lil Metuselaħ, Enok kompla jimxi mal-Alla l-veru* għal 300 sena. U hu kellu subien u bniet. 23 Mela b’kollox Enok għex 365 sena. 24 Enok kompla jimxi mal-Alla l-veru. Imbagħad ma deherx iktar, għax Alla ħadu.
25 Metuselaħ għex 187 sena u mbagħad kellu lil Lamek. 26 Wara li kellu lil Lamek, Metuselaħ għex 782 sena. U hu kellu subien u bniet. 27 Mela b’kollox Metuselaħ għex 969 sena, u mbagħad miet.
28 Lamek għex 182 sena u mbagħad kellu iben. 29 Hu semmieh Noè* u qal: “Dan se jserraħna* mix-xogħol tagħna u mit-taħbit* taʼ jdejna minħabba l-art li seħet Ġeħova.” 30 Wara li kellu lil Noè, Lamek għex 595 sena. U hu kellu subien u bniet. 31 Mela b’kollox Lamek għex 777 sena, u mbagħad miet.
32 Wara li Noè kellu 500 sena, hu kellu lil Sem, Ħam, u Ġafet.