Salm
Għanja taʼ David.
143 Ġeħova, ismaʼ t-talba tiegħi;
Agħti kas it-talba tiegħi għall-għajnuna.
Wiġibni għax int leali u ġust.
2 Jien il-qaddej tiegħek. Tiġġudikanix,
Għax ħadd ma jistaʼ jkun ġust f’għajnejk.
Hu ġegħelni ngħix fid-dlam bħal dawk li ilhom mejtin.
5 Jien niftakar fi żmien twil ilu;
Nimmedita fuq dak kollu li għamilt int;
Jien naħseb sew* dwar xogħol idejk.
Taħbix wiċċek minni,
Inkella nsir bħal dawk li neżlin fil-ħofra.*
Urini kif għandi ngħix,
Għax jien lilek nitlob biex tiggwidani.*
9 Ġeħova, eħlisni mill-għedewwa tiegħi.
Jien lejk indur għall-protezzjoni.
10 Għallimni nagħmel dak li trid int,
Għax int l-Alla tiegħi.
Int tajjeb;
Jalla tiggwidani bl-ispirtu tiegħek
Biex inkun nistaʼ nevita l-perikli u d-diffikultajiet.*
11 Ġeħova, żommni ħaj minħabba ismek.
Eħlisni* mit-tbatija tiegħi għax int ġust.