L-Għanja taʼ Salamun*
1 L-isbaħ għanja,+ taʼ Salamun:+ 2 “Ħa jbusni bil-bews taʼ fommu.+ Għax l-espressjonijiet tiegħek taʼ mħabba huma aħjar mill-inbid.+ 3 Iż-żejt tiegħek+ jarmi riħa tfuħ. Ismek bħal żejt li jitferraʼ.+ Għalhekk ħabbewk it-tfajliet. 4 Iġbidni miegħek;+ ejja niġru. Is-sultan daħħalni fil-kmamar tiegħu!+ Ejja nifirħu u nithennew flimkien. Ejja nsemmu l-espressjonijiet tiegħek taʼ mħabba iktar mill-inbid.+ Mhux taʼ b’xejn ħabbewk.+
5 “Sewda jien, imma sabiħa, O bniet taʼ Ġerusalemm,+ bħat-tined taʼ Kedar,+ imma bħad-drappijiet tat-tinda+ taʼ Salamun. 6 Tħarsux lejja għax jien samra, minħabba li ratni x-xemx. Ulied ommi rrabjaw miegħi; qabbduni nieħu ħsieb l-għelieqi tad-dwieli, għalkemm l-għalqa tad-dwieli tiegħi,+ dik li kelli jien, ma ħadtx ħsiebha.
7 “O int li ruħi tħobb,+ għidli fejn tmur tirgħa l-merħla,+ fejn tiħodha tistrieħ f’nofsinhar. Għalfejn għandi nsir bħal mara mgeżwra fl-ilbies tal-vistu fost l-imrieħel taʼ sħabek?”
8 “Jekk ma tafx, O l-isbaħ waħda fost in-nisa,+ mur wara l-passi tal-merħla u irgħa l-gidjien tiegħek maġenb it-tined tar-rgħajja.”
9 “ Maʼ debba minn tiegħi fost il-karrijiet tal-Fargħun xebbahtek,+ O maħbuba tiegħi.+ 10 Sbieħ ħaddejk bejn il-malji taʼ xagħrek, għonqok imdawwar b’kullana taż-żibeġ.+ 11 Nagħmlulek ċrieki tad-deheb+ u żibeġ tal-fidda.”
12 “Waqt li s-sultan kien mal-mejda tonda tiegħu, l-ispikonardu*+ tiegħi reħa l-fwieħa tiegħu.+ 13 Bħal borża bil-mirra+ hu għalija l-għażiż tiegħi; se jqattaʼ l-lejl bejn sidri.+ 14 Bħal għanqud ħenna*+ hu għalija l-għażiż tiegħi, qalb l-għelieqi tad-dwieli t’Għajn-geddi.”+
15 “Ara! Int sabiħa, O maħbuba tiegħi.+ Ara! Int sabiħa. Għajnejk bħal tal-ħamiem.”+
16 “Ara! Int sabiħ,+ għażiż tiegħi, u ħelu wkoll. Is-sodda tagħna+ tal-weraq. 17 It-travi tad-dar mill-isbaħ tagħna huma ċ-ċedri,+ u s-saqaf tagħna huwa s-siġar tal-ġnibru.
2 “Jien sempliċi fjur taż-żagħfran+ mill-pjanura tax-xatt,*+ ġilju tal-widien.”+
2 “Bħal ġilju qalb ix-xewk, hekk hi l-maħbuba tiegħi fost il-bniet.”+
3 “Bħal siġra tat-tuffieħ+ qalb is-siġar tal-foresta, hekk hu l-għażiż tiegħi fost il-ġuvintur.+ Ixxennaqt bil-ħrara għad-dell tiegħu, u hemmhekk qgħadt bil-qiegħda, u frottu togħomtu ħelu. 4 Hu daħħalni fid-dar taʼ l-inbid,+ u l-bandiera+ li firex fuqi kienet l-imħabba.+ 5 Agħtuni ċ-ċapep taż-żbib biex nerġaʼ nieħu saħħti,+ itimgħuni t-tuffieħ; għax jien marida bl-imħabba.+ 6 Idu x-xellugija taħt rasi; u idu l-leminija tħaddanni.+ 7 Ġegħeltkom taħilfu,+ O bniet taʼ Ġerusalemm, bl-għażżiela*+ jew biċ-ċerva+ tar-rabaʼ, li ma tipprovawx tqajmu jew tqanqlu fija l-imħabba qabel ma titqanqal waħedha.+
8 “Il-ħoss taʼ l-għażiż tiegħi!+ Ara! Ġej,+ tielaʼ fuq il-muntanji, jaqbeż fuq l-għoljiet. 9 L-għażiż tiegħi qisu għażżiela+ jew ferħ taʼ ċerv. Ara! Hu qiegħed wara l-ħajt tagħna, iħares fit-twieqi, jittawwal+ mill-gradi tat-twieqi.* 10 L-għażiż tiegħi wiġibni u qalli, ‘Qum, maħbuba tiegħi, sabiħa tiegħi,+ u ejja.+ 11 Għax ara! L-istaġun tax-xita+ għadda, ix-xita waqfet u telqet. 12 Deher iż-żahar fil-pajjiż,+ żmien iż-żbir tad-dwieli+ wasal, u f’pajjiżna nstemaʼ leħen il-gamiema.+ 13 U s-siġra tat-tin+ sajret it-tin bikri tagħha;+ u d-dwieli għandhom iż-żahar, u qed jarmu riħa tfuħ. Qum, O maħbuba tiegħi,+ sabiħa tiegħi, u ejja. 14 O ħamiema tiegħi+ li qiegħda fil-kenn taʼ l-irdum, f’post mistur ħdejn trejqa wieqfa fil-muntanji, ħallini narak,+ ħallini nismaʼ leħnek, għax leħnek pjaċevoli u s-sura tiegħek sabiħa.’”+
15 “Aqbdulna l-volpijiet,+ il-volpijiet iż-żgħar li qed iħarbtulna l-għelieqi tad-dwieli, għax l-għelieqi tad-dwieli tagħna għandhom iż-żahar.”+
16 “L-għażiż taʼ qalbi hu tiegħi u jien tiegħu.+ Qed jirgħa l-merħla+ qalb il-ġilji.+ 17 Dur lejja, O għażiż tiegħi, qabel tonfoħ iż-żiffa u jgħibu d-dellijiet; kun bħall-għażżiela+ jew bħall-ferħ taċ-ċerv fuq il-muntanji tal-firda.
3 “Matul l-iljieli fuq soddti fittixt lil dak li ruħi tħobb.+ Fittixtu, imma ma sibtux. 2 Ħa nqum u mmur indur fil-belt;+ ħa mmur infittex fit-toroq u fil-pjazez+ lil dak li ruħi tħobb. Fittixtu, imma ma sibtux. 3 Sabuni l-għassiesa+ li kienu qed iduru mal-belt, ‘Rajtuh lil dak li ruħi tħobb?’ 4 Bilkemm ilħaqt għaddejthom li ma sibtx lil dak li ruħi tħobb. Qbadtu, u ma ridtx nitilqu qabel ma ndaħħlu f’dar ommi u fil-kamra taʼ dik li darba kienet tqila bija. 5 Ġegħeltkom taħilfu,+ O bniet taʼ Ġerusalemm, bl-għażżiela jew biċ-ċerva tar-rabaʼ,+ li ma tipprovawx tqajmu jew tqanqlu fija l-imħabba qabel ma titqanqal waħedha.”+
6 “Dik x’inhi li tielgħa mix-xagħri bħal kolonni tad-duħħan, imfewħa bil-mirra u bl-inċens abjad,+ u b’kull tip taʼ terra tfuħ tan-negozjanti?”+
7 “Ara! Dik is-sodda tiegħu, taʼ Salamun. Madwarha hemm sittin raġel setgħan mill-irġiel setgħanin taʼ Israel.+ 8 Ilkoll kemm huma għandhom sejf u mħarrġin għat-taqbid tal-gwerra; kull wieħed b’sejfu fuq ġenbu minħabba dak li jistaʼ jikkaġuna l-biżaʼ bil-lejl.”+
9 “Dik il-lettiga* tas-Sultan Salamun, li għamel għalih innifsu mis-siġar tal-Libanu.+ 10 Il-kolonni tagħha għamilhom tal-fidda, u maʼ xiex iserraħ għamlu tad-deheb. Fejn joqgħod bil-qiegħda magħmul minn suf miżbugħ vjola ħamrani, u ġewwa tħejja bi mħabba mill-bniet taʼ Ġerusalemm.”
11 “Oħorġu, O bniet taʼ Sijon, u ħarsu lejn is-Sultan Salamun bil-girlanda+ li nisġitlu ommu+ f’jum iż-żwieġ tiegħu u f’jum il-ferħ taʼ qalbu.”+
4 “Ara! Int sabiħa,+ O maħbuba tiegħi. Ara! Int sabiħa. Għajnejk bħal tal-ħamiem,+ taħt il-velu tiegħek.+ Xagħrek bħal merħla mogħoż+ li niżlu joqomsu mill-muntanji taʼ Gilegħad.+ 2 Snienek bħal merħla nagħaġ li għadhom kemm ġew imġiżżin+ u li telgħu mill-ħasil, ilkoll għandhom tewmin, u l-ebda waħda minnhom ma tilfet iż-żgħar tagħha. 3 Xofftejk huma bħal ħajta lewn l-iskarlat, u kliemek pjaċevoli.+ Ngħasek bħal flieli taʼ rummiena taħt il-velu tiegħek.+ 4 Għonqok+ bħat-torri+ taʼ David, mibni b’filati tal-ġebel, li miegħu hemm imdendlin elf tarka, it-tarki tondi kollha+ taʼ l-irġiel setgħanin. 5 Sidrek qisu żewġt ifrieħ,+ tewmin t’għażżiela, li qed jirgħu fost il-ġilji.”+
6 “Qabel tonfoħ iż-żiffa+ u jgħibu d-dellijiet, jien nitlaq lejn il-muntanja tal-mirra u l-għolja taʼ l-inċens abjad.”+
7 “Int kollok kemm int sabiħa,+ O maħbuba tiegħi, u m’hemm l-ebda difett fik.+ 8 Ejja miegħi mil-Libanu, O għarusa,+ ejja miegħi mil-Libanu.+ Inżel minn fuq il-quċċata taʼ l-Anti-Libanu,* mill-quċċata tas-Senir+ u tal-Ħermon,+ mill-bejtiet taʼ l-iljuni, mill-muntanji tal-leopardi. 9 Ġegħeltha tħabbat lil qalbi, O oħti,+ għarusa tiegħi,+ ġegħeltha tħabbat lil qalbi b’waħda minn għajnejk,+ b’pendent wieħed tal-ġiżirana tiegħek. 10 Kemm huma sbieħ l-espressjonijiet tiegħek taʼ mħabba,+ O oħti, għarusa tiegħi! Kemm huma aħjar l-espressjonijiet tiegħek taʼ mħabba mill-inbid, u r-riħa tfuħ taż-żjut tiegħek minn kull xorta taʼ fwieħa!+ 11 Xofftejk dejjem iqattru l-għasel tax-xehda,+ O għarusa tiegħi. Għasel+ u ħalib għandek taħt ilsienek, u r-riħa tfuħ taʼ ħwejġek+ hi bħar-riħa tfuħ tal-Libanu. 12 Ġnien imsakkar hi oħti,+ l-għarusa tiegħi, ġnien imsakkar, għajn taʼ l-ilma siġillata. 13 Il-ġilda tiegħek ġenna tar-rummien, bl-aqwa frott,+ pjanti tal-ħenna flimkien maʼ pjanti taʼ l-ispikonardu;+ 14 l-ispikonardu+ u ż-żagħfran,+ il-qasab aromatiku+ u l-kannella,+ kif ukoll kull xorta taʼ siġra taʼ l-inċens abjad, mirra u sabbara,+ flimkien maʼ l-aqwa fwejjaħ;+ 15 u għajn taʼ l-ilma fil-ġonna, bir taʼ ilma ġieri,+ u nixxigħat żgħar neżlin mil-Libanu.+ 16 Qum, O riħ mit-tramuntana, u idħol ġewwa, O riħ min-nofsinhar.+ Onfoħ fuq il-ġnien tiegħi.+ Ħa jinfirxu l-fwejjaħ tiegħu.”
“Ħa jidħol l-għażiż tiegħi fil-ġnien tiegħu u jiekol mill-aqwa frott li fih.”
5 “Jien ġejt fil-ġnien tiegħi,+ O oħti,+ għarusa tiegħi.+ Qtajt il-mirra+ flimkien mal-ħwawar tiegħi. Kilt ix-xehda taʼ l-għasel flimkien maʼ l-għasel tiegħi;+ xrobt l-inbid flimkien mal-ħalib tiegħi.”
“Kulu, O ħbieb! Ixorbu u iskru bl-espressjonijiet taʼ mħabba.”+
2 “Jien rieqda, imma qalbi mqajma.+ Jinstemaʼ l-ħoss taʼ l-għażiż tiegħi jħabbat!”+
“Iftaħli,+ O oħti, O maħbuba tiegħi, ħamiema tiegħi, O int bla difett!+ Għax rasi kollha nida, in-nokkli taʼ xagħri mimlijin bil-qtar tal-lejl.”+
3 “‘Neħħejt il-libsa tiegħi. Kif nistaʼ nerġaʼ nilbisha? Ħsilt saqajja. Kif nistaʼ nħammiġhom?’ 4 L-għażiż tiegħi ġibed idu lura mit-toqba tal-bieb, u l-ġewwieni tiegħi+ tqanqal fija. 5 Jien qomt biex niftaħ lill-għażiż tiegħi, u idejja qattru l-mirra u subgħajja qattru l-mirra fuq it-toqba tal-lukkett. 6 Jien ftaħt lill-għażiż tiegħi, imma l-għażiż tiegħi kien dar u telaq. Ħassejt ruħi ħierġa meta tkellem. Mort infittxu, imma ma sibtux.+ Sejjaħtlu, imma ma wiġibnix. 7 Sabuni l-għassiesa+ li kienu qed iduru mal-belt. Sawtuni, weġġgħuni. L-għassiesa tas-swar+ ġibduli l-velu twil minn fuqi.
8 “Ġegħeltkom taħilfu,+ O bniet taʼ Ġerusalemm,+ li, jekk issibu lill-għażiż tiegħi,+ tgħidulu li jien marida bl-imħabba.”+
9 “X’għandu iktar l-għażiż tiegħek minn kwalunkwe raġel għażiż ieħor,+ O l-isbaħ waħda fost in-nisa?+ X’għandu iktar l-għażiż tiegħek minn kwalunkwe raġel għażiż ieħor, sabiex ġegħeltna naħilfu ħalfa bħal din?”+
10 “L-għażiż tiegħi sabiħ wisq u ħamrani, l-iktar li jispikka fost għaxart elef.+ 11 Rasu tad-deheb, deheb irfinut. In-nokkli taʼ xagħru għenieqed tat-tamal. Xagħru iswed bħaċ-ċawlun. 12 Għajnejh bħal ħamimiet ħdejn nixxigħat taʼ ilma, li qed jinħaslu fil-ħalib, waqt li jistrieħu ħdejn ix-xfar. 13 Ħaddejh huma bħal roqgħa ħwawar fi ġnien,+ torrijiet taʼ ħxejjex ifuħu. Xofftejh huma ġilji, iqattru l-mirra.+ 14 Idejh ċilindri tad-deheb, mimlijin bil-krisolitu. Żaqqu pjanċa taʼ l-avorju miksija biż-żaffiri. 15 Riġlejh kolonni taʼ l-irħam imsejsin fuq pedestalli taʼ deheb irfinut. Id-dehra tiegħu bħal-Libanu, impressjonanti bħaċ-ċedri.+ 16 Fommu kollu ħlewwa; hu fih għaxqa kollu kemm hu.+ Dan hu l-għażiż tiegħi, u dan hu l-maħbub tiegħi, O bniet taʼ Ġerusalemm.”
6 “Fejn mar l-għażiż tiegħek, O l-isbaħ waħda fost in-nisa?+ ’Il fejn dar l-għażiż tiegħek, sabiex infittxuh miegħek?”
2 “L-għażiż tiegħi niżel fil-ġnien tiegħu,+ lejn l-irqajjaʼ bil-pjanti tal-ħwawar,+ biex jirgħa l-merħla+ qalb il-ġonna, u biex jaqtaʼ l-ġilji. 3 Jien taʼ l-għażiż tiegħi, u l-għażiż taʼ qalbi hu tiegħi.+ Hu qed jirgħa l-merħla+ qalb il-ġilji.”
4 “Int sabiħa, O maħbuba tiegħi,+ bħal Belt il-Ġmiel,*+ ħelwa bħal Ġerusalemm,+ impressjonanti bħat-truppi+ miġburin madwar il-bnadar.+ 5 Dawwar għajnejk+ minni, għax tawni dehxa. Xagħrek bħal merħla mogħoż li niżlu joqomsu minn Gilegħad.+ 6 Snienek bħal merħla nagħaġ li telgħu mill-ħasil, ilkoll għandhom tewmin, u l-ebda waħda minnhom ma tilfet iż-żgħar tagħha.+ 7 Ngħasek bħal flieli taʼ rummiena taħt il-velu tiegħek.+ 8 Fost sittin sultana u tmenin konkubina u numru bla għadd taʼ tfajliet,+ 9 waħda biss hi l-ħamiema tiegħi,+ bla difett.+ Waħda hemm li hi t’ommha. Hi pura għal dik li wilditha. Il-bniet rawha, u sejħulha hienja; kull sultana u konkubina faħħritha,+ 10 ‘Min hi din il-mara+ li qed tħares ’l isfel bħaż-żerniq,+ sabiħa bħall-qamar kwinta,+ pura bħax-xemx tiddi,+ impressjonanti bħat-truppi miġburin madwar il-bnadar?’”+
11 “Kont inżilt fil-ġnien+ tas-siġar tal-ġewż, sabiex nara l-blanzuni fil-wied,*+ biex nara jekk id-dielja rmietx, jekk is-siġar tar-rummien ħarġux iż-żahar.+ 12 Bla ma naf kif, xewqti ġabitni ħdejn il-karrijiet tal-poplu ħerqan tiegħi.”
13 “Erġaʼ lura, erġaʼ lura, O Sulamija! Erġaʼ lura, erġaʼ lura, ħa narawk!”+
“X’tarawlha s-Sulamija?”+
“Xi ħaġa bħaż-żifna taʼ żewġ kampijiet!”
7 “Kemm huma sbieħ saqajk fis-sandli tiegħek,+ O bint ħerqana!+ It-tondjatura taʼ ġenbejk bħal ornament,+ xogħol idejn bniedem tas-sengħa. 2 Id-dawra taʼ żokortok tazza tonda. Ħa ma jonqosx minnha l-inbid imħallat.+ Żaqqek munzell qamħ, imdawwar bil-ġilji.+ 3 Sidrek qisu żewġt ifrieħ, tewmin t’għażżiela.+ 4 Għonqok+ bħal torri taʼ l-avorju. Għajnejk+ bħall-għadajjar taʼ Ħesbon,+ ħdejn il-bieb taʼ Bat-rabbim. Imnieħrek bħat-torri tal-Libanu, li jħares lejn Damasku. 5 Rasek hi bħall-Karmel,+ u t-trofof+ taʼ xagħrek huma bħal suf miżbugħ vjola ħamrani.+ Is-sultan mitluf wara xagħrek imdendel.+ 6 Kemm int sabiħa, u kemm int ħelwa, O tfajla maħbuba, fik għaxqa li ma bħalha!+ 7 Din l-istatura tiegħek tixbah lil siġra tal-palm,+ u sidrek+ lil għenieqed tat-tamal. 8 Jien għedt, ‘Ħa nitlaʼ fuq is-siġra tal-palm, biex naqbad il-friegħi tagħha bit-tamal.’+ U, jekk jogħġbok, ħa jkun sidrek bħall-għenieqed tad-dielja, u r-riħa tfuħ taʼ mnifsejk bħat-tuffieħ, 9 u t-togħma taʼ fommok bħall-aqwa nbid,”+ “inbid li jinżel ħelu ħelu+ għall-għażiż tiegħi, u jċarċar bil-mod fuq xofftejn dawk li jkunu reqdin.
10 “Jien taʼ l-għażiż tiegħi,+ u hu mxennaq għalija.+ 11 Ejja, O għażiż tiegħi, ħa mmorru fir-rabaʼ;+ ejja noqogħdu qalb il-pjanti tal-ħenna.+ 12 Ejja nqumu kmieni u mmorru fl-għelieqi tad-dwieli, ħa naraw jekk id-dielja rmietx,+ iż-żahar fetaħx,+ is-siġar tar-rummien warrdux.+ Hemmhekk nesprimi mħabbti lejk.+ 13 Il-mandragori*+ rħew ir-riħa tfuħ tagħhom, u ħdejn il-bibien tagħna hemm minn kull xorta taʼ frott mill-aqwa.+ Il-ġdid u l-qadim, O għażiż tiegħi, erfajtu għalik.
8 “O li kieku kont bħal ħija,+ li rdajt sider ommi!+ Kieku, meta nsibek barra, inbusek+ u n-nies ma jistmerrunix. 2 Immexxik u ndaħħlek f’dar ommi,+ li kienet tgħallimni. Nagħtik tixrob inbid imħawwar,+ il-meraq frisk tar-rummien. 3 Kieku, idu x-xellugija kienet tkun taħt rasi; u idu l-leminija tħaddanni.+
4 “Ġegħeltkom taħilfu, O bniet taʼ Ġerusalemm, li ma tipprovawx tqajmu jew tqanqlu fija l-imħabba qabel ma titqanqal waħedha.”+
5 “Min hi din il-mara+ li tielgħa mix-xagħri+ u li qed isserraħ fuq l-għażiż tagħha?”+
“Taħt is-siġra tat-tuffieħ qajjimtek. Hemmhekk ommok kienet bl-uġigħ tal-ħlas minħabba fik. Hemmhekk dik li kienet qed tildek ħasset l-uġigħ tal-ħlas.+
6 “Qegħedni bħala siġill fuq qalbek,+ bħala siġill fuq driegħek; għax l-imħabba hi b’saħħitha daqs il-mewt,+ tinsisti għal devozzjoni esklużiva+ b’sodizza daqs tal-Qabar.* Tħeġġeġ bħal ħuġġieġa nar, il-fjamma taʼ Jah.*+ 7 Ħafna ilmijiet m’humiex kapaċi jitfu l-imħabba,+ u lanqas ix-xmajjar ma jistgħu jġorruha magħhom.+ Li kieku bniedem kellu jagħti l-affarijiet kollha taʼ valur f’daru biex ikollu l-imħabba, in-nies żgur li jistmerruhom.”
8 “Għandna oħtna żgħira+ li m’għandhiex sider. X’se nagħmlu għal oħtna dakinhar li xi ħadd ikun iridha?”
9 “Jekk tkun bħal sur,+ nibnu fuqha ċint tal-fidda; imma jekk tkun bieb,+ nagħlquha b’tavla taċ-ċedru.”
10 “Jien sur, u sidri bħal torrijiet.+ Għalhekk, f’għajnejh sirt bħal waħda li sabet il-paċi.
11 “Salamun kellu għalqa tad-dwieli+ f’Bagħal-ħamon. Hu ħalla l-għalqa tad-dwieli f’idejn xi nies biex jieħdu ħsiebha.+ Kull wieħed minnhom kien jagħti elf biċċa tal-fidda għal frottha.
12 “L-għalqa tad-dwieli, li hi tiegħi, tibqaʼ tiegħi. L-elf hu tiegħek, O Salamun, u mitejn huma taʼ dawk li qed jieħdu ħsieb il-frott.”
13 “O int li tgħammar fil-ġonna,+ sħabi qegħdin attenti għal leħnek. Ħallini nisimgħu.”+
14 “Aħrab, għażiż tiegħi, u kun bħal għażżiela jew bħal ferħ taʼ ċerv fuq il-muntanji tal-ħwawar.”+
Bl-Ebrajk, dan il-ktieb hu msemmi għaż-żewġ kelmiet li jiftaħ bihom, “L-isbaħ għanja,” jew letteralment, “L-għanja taʼ l-għanjiet.”
Ħaxixa tfuħ.
Pjanta li minnha tittieħed żebgħa kannella fl-aħmar.
Jew, “mis-Saron.”
Jew, “ċerva ħafifa.”
Ara Mħ 5:28, in-nota taʼ taħt.
Divan jew sodda magħmula biex wieħed jinġarr b’mod irjali.
Letteralment, “Amana.”
Letteralment, “Tirsa.”
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.
Ara Ġen 30:14, in-nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.
Din hi l-unika darba fl-Għanja taʼ Salamun fejn jidher l-isem divin, hawnhekk fil-forma mqassra “Jah.” Qabbel Eżo 15:2, in-nota taʼ taħt.