LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Isaija 1:1-66:24
  • Isaija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Isaija
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Isaija

Isaija

1 Il-viżjoni+ taʼ Isaija*+ bin Għamoż li ra dwar Ġuda u Ġerusalemm f’jiem Użżija,+ Ġotam,+ Aħaż,+ u Ħeżekija,+ slaten taʼ Ġuda:+

2 Isimgħu,+ O smewwiet, u agħti widen, O art, għax Ġeħova nnifsu tkellem: “Ulied rabbejt u rawwimt,+ imma huma rvellaw kontrija.+ 3 Barri jaf min xtrah, u l-​ħmar jaf il-​maxtura taʼ sidu; imma Israel ma jafx,+ niesi ma wrewx li jifhmu.”+

4 Gwaj għall-​ġens midneb,+ il-​poplu mtaqqal bl-​iżball, nisel li jagħmel il-​ħażen,+ ulied li jġibu rovina!+ Telqu lil Ġeħova,+ ittrattaw lill-​Qaddis taʼ Israel b’nuqqas taʼ rispett,+ tawh daharhom.+ 5 Fejn jonqoskom tissawtu iżjed,+ billi tkomplu tirvellaw kontrija?+ Ir-​ras kollha hi f’qagħda marida, u l-​qalb kollha hi dgħajfa.+ 6 Mill-qiegħ tas-​saqajn sar-​ras m’hemmx parti waħda li hi f’saħħitha.+ Feriti u tbenġil u ġrieħi miftuħin—ma ġewx magħfusin jew marbutin, lanqas ma ġew imrattbin biż-​żejt.+ 7 Pajjiżkom ħerba,+ blietkom maħruqin bin-​nar;+ artkom qed jikluha+ l-​istranġieri quddiemkom,+ u l-​ħerba qisha tiġrif mill-​istranġieri.+ 8 U bint Sijon+ tħalliet bħal għarix f’għalqa tad-​dwieli, bħal post għall-​għassa f’għalqa tal-​ħjar, bħal belt imdawra.+ 9 Kieku Ġeħova taʼ l-​armati ma ħallilniex ftit uħud ħajjin,+ konna nsiru bħal Sodoma, konna nkunu qisna Gomorra.+

10 Isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova,+ dittaturi+ taʼ Sodoma.+ Agħtu widen għal-​liġi t’Alla tagħna, nies taʼ Gomorra. 11 “X’nambiha l-​kotra tas-​sagrifiċċji tagħkom?” jgħid Ġeħova. “Xbajt mill-​offerti sħaħ tal-​ħruq+ taʼ l-​imtaten+ u mix-​xaħam taʼ l-​annimali magħlufin tajjeb;+ u d-​demm+ tal-​barrin żgħar u tal-​ħrief irġiel u tal-​bdabad+ ma jogħġobnix.+ 12 Intom tidħlu biex taraw ’il wiċċi,+ imma min qabbadkom tagħmlu dan, biex tgħaffġu fil-​btieħi tiegħi?+ 13 Iddaħħlux iktar offerti tal-​qmuħ bla valur.+ L-​inċens hu xi ħaġa mistkerrha għalija.+ Il-​qamar ġdid+ u s-​Sabat,*+ l-​organizzar taʼ konvenzjonijiet+—ma nifilħux l-​użu tal-​qawwa maġika+ maʼ l-​assembleat solenni. 14 Il-qmura ġodda tagħkom u l-​istaġuni tagħkom tal-​festi ruħi bagħdithom.+ Għalija saru toqol;+ għejejt inġorrhom.+ 15 U meta tiftħu idejkom,+ jien naħbi għajnejja minnkom.+ Avolja tgħidu ħafna talb,+ m’iniex nismaʼ;+ idejkom imtlew bit-​tixrid taʼ demm.+ 16 Inħaslu;+ tnaddfu;+ neħħu l-​ħażen t’għemilkom minn quddiem għajnejja;+ tibqgħux tagħmlu l-​ħażen.+ 17 Tgħallmu agħmlu t-​tajjeb;+ fittxu l-​ġustizzja;+ ikkoreġu lil min jaħqar;+ agħmlu l-​ħaqq lit-​tifel bla missier;+ iddefendu l-​kawża taʼ l-​armla.”+

18 “Ejjew, issa, ħa nirranġaw l-​affarijiet taʼ bejnietna,” jgħid Ġeħova.+ “Għalkemm dnubietkom ikunu bħall-​iskarlat, se jintgħamlu bojod bħas-​silġ;*+ għalkemm ikunu ħomor bħad-​drapp krimżi, se jsiru bħas-​suf. 19 Jekk turu li għandkom ir-​rieda u tisimgħu, intom tieklu l-​ġid tal-​pajjiż.+ 20 Imma jekk tirrifjutaw+ u tkunu ribellużi, se jikolkom is-​sejf; għax fomm Ġeħova stess qalu dan.”+

21 O kif saret prostituta+ l-​belt li kienet turi fedeltà!+ Kienet mimlija ġustizzja;+ is-​sewwa kien jgħammar fiha,+ imma issa jgħammru l-​qattilin.+ 22 Il-fidda tiegħek saret ħmieġ li jitlaʼ fil-​wiċċ.+ Il-​birra tal-​qamħ tiegħek mifqugħa bl-​ilma.+ 23 Il-prinċpijiet tiegħek stinati u mseħbin mal-​ħallelin.+ Kull wieħed minnhom iħobb it-​tixħim+ u jiġri wara r-​rigali.+ Ma jagħmlux il-​ħaqq lit-​tifel bla missier; u l-​kawża legali taʼ l-​armla ma jridux jisimgħuha.+

24 Għalhekk, il-​kelma tal-​Mulej il-​veru, Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla l-​Qawwi taʼ Israel,+ hija: “Ah! Se neħles mill-​avversarji tiegħi, u se nitħallas+ mill-​għedewwa tiegħi.+ 25 U se ndawwar idi fuqek, u ndewwiblek u nneħħilek għalkollox* il-​ħmieġ li jitlaʼ fil-​wiċċ, u nneħħi l-​iskart kollu tiegħek.+ 26 U se nerġaʼ nġiblek l-​imħallfin bħal qabel, u l-​kunsillieri bħal fil-​bidu.+ Imbagħad, int tissejjaħ Belt is-​Sewwa, Belt taʼ Fedeltà.+ 27 Sijon tiġi mifdija bil-​ġustizzja,+ u dawk minnha li jerġgħu lura jinfdew bis-​sewwa.+ 28 U dawk li jirvellaw u l-​midinbin jieħdu tisbita fl-​istess ħin,+ u dawk li jitilqu lil Ġeħova jintemmu.+ 29 Għax se jistħu minħabba s-​siġar setgħanin li xtaqtu intom,+ u intom se tħossukom avviliti minħabba l-​ġonna li għażiltu.+ 30 Għax issiru bħal siġra kbira li l-​weraq tagħha qed jidbiel,+ u bħal ġnien bla ilma. 31 U r-​raġel enerġetiku jsir qanneb,+ u l-​prodott t’għemilu xrara; u t-​tnejn jaqbdu f’ħuġġieġa fl-​istess ħin, u ma jkun hemm ħadd biex jitfihom.”+

2 Dak li Isaija bin Għamoż ra f’viżjoni dwar Ġuda u Ġerusalemm:+ 2 U jrid iseħħ li fl-​aħħar parti tal-​jiem+ il-​muntanja tad-​dar+ taʼ Ġeħova ssir stabbilita fis-​sod ’il fuq mill-​quċċata tal-​muntanji,+ u titgħolla ’l fuq mill-​għoljiet;+ u lejha jiġru l-​ġnus kollha.+ 3 U ħafna popli jmorru u jgħidu: “Ejjew,+ ħa nitilgħu lejn il-​muntanja taʼ Ġeħova, lejn id-​dar taʼ l-​Alla taʼ Ġakobb; u hu jgħallimna dwar triqatu, u aħna nimxu fil-​mogħdijiet tiegħu.”+ Għax minn Sijon toħroġ il-​liġi, u l-​kelma taʼ Ġeħova minn Ġerusalemm.+ 4 U hu jagħmel il-​ħaqq fost il-​ġnus+ u jirranġa+ l-​affarijiet kollha għall-​ġid taʼ ħafna popli.+ U jkollhom jaħdmu sjufhom f’sikek tal-​moħriet u l-​lanez tagħhom fi skieken taż-​żabra.+ Ġens ma jerfax sejf kontra ġens, u ma jitħarrġux iktar għall-​gwerra.+

5 O intom taʼ dar Ġakobb, ejjew ħa nimxu fid-​dawl taʼ Ġeħova.+

6 Għax int abbandunajt lill-​poplu tiegħek, id-​dar taʼ Ġakobb.+ Għax huma mtlew b’dak li ġej mil-​Lvant,+ u jipprattikaw il-​maġija+ bħall-​Filistin, u huma miżgħudin b’ulied il-​barranin.+ 7 U arthom mimlija bil-​fidda u d-​deheb, u t-​teżori tagħhom bla limiti.+ U arthom mimlija żwiemel, u għandhom karrijiet bla limitu.+ 8 U arthom mimlija allat bla siwi.+ Imilu quddiem xogħol l-​idejn, quddiem dak li hu magħmul bis-​swabaʼ.+ 9 U l-​bniedem jitniżżel, u r-​raġel jitbaxxa, u ma jistax ikun taħfrilhom.+

10 Idħol fil-​blat u nħeba fit-​trab minħabba t-​twerwir minn Ġeħova u s-​superjorità tiegħu taʼ l-​għaġeb.+ 11 L-għajnejn suppervi tal-​bniedem iridu jitbaxxew, u l-​kburija taʼ l-​irġiel trid titniżżel;+ u Ġeħova waħdu jrid jitqiegħed fl-​għoli f’dak il-​jum.+ 12 Għax hu l-​jum taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.+ Qiegħed fuq kulmin hu mkabbar u mgħolli u fuq kulmin hu merfugħ jew baxx;+ 13 u fuq iċ-​ċedri kollha tal-​Libanu+ li huma għoljin u merfugħin u fuq kull siġra immensa tal-​Basan;+ 14 u fuq il-​muntanji għoljin kollha u fuq l-​għoljiet kollha merfugħin;+ 15 u fuq kull torri għoli u fuq kull sur fortifikat;+ 16 u fuq il-​bastimenti kollha taʼ Tarsis+ u fuq id-​dgħajjes sbieħ kollha. 17 U s-​suppervja tal-​bniedem trid titniżżel, u l-​kburija taʼ l-​irġiel trid titbaxxa;+ u Ġeħova waħdu jrid jitqiegħed fl-​għoli f’dak il-​jum.+

18 U l-​allat bla siwi se jgħibu għalkollox.+ 19 U n-​nies jidħlu fl-​għerien tal-​blat u fil-​ħofor tat-​trab minħabba t-​twerwir minn Ġeħova u s-​superjorità tiegħu taʼ l-​għaġeb,+ meta jqum biex l-​art titriegħed.+ 20 F’dak il-​jum il-​bniedem se jaqbad l-​allat tiegħu tal-​fidda li ma jiswew xejn u l-​allat tiegħu tad-​deheb li huma bla siwi u li ntgħamlulu biex imil quddiemhom, u jitfagħhom lill-​ġrieden* u lill-​friefet il-​lejl,+ 21 biex jidħol fil-​ħofor tal-​blat u fix-​xquq taʼ l-​irdumijiet, minħabba t-​twerwir minn Ġeħova u s-​superjorità tiegħu taʼ l-​għaġeb,+ meta jqum biex l-​art titriegħed. 22 Għall-ġid tagħkom stess, itilquh lill-​bniedem, li nifsu qiegħed fi mnifsejh,+ għax għalfejn għandu jiġi kunsidrat?+

3 Għax, ara, il-​Mulej il-​veru,+ Ġeħova taʼ l-​armati, qed ineħħi minn Ġerusalemm+ u minn Ġuda kull appoġġ u għajnuna, jiġifieri, il-​ħobż u l-​ilma,+ 2 ir-raġel setgħan u l-​gwerrier, l-​imħallef u l-​profeta,+ dak li jipprattika t-​teħbir u x-​xiħ,+ 3 il-kap taʼ ħamsin+ u r-​raġel rispettat ferm u l-​kunsillier u l-​espert fl-​arti tal-​maġija, u s-​saħħâr tas-​sengħa.+ 4 U nagħmel lit-​tfal bħala prinċpijiet tagħhom, u l-​qawwa li biha jaħkmu fuqhom jużawha skond kif ifettlilhom.+ 5 U n-​nies ikunu tiranni fuq xulxin, kull wieħed fuq sieħbu.+ Se jqumu kontra xulxin, it-​tifel kontra x-​xiħ,+ u dak li ma tantx hu stmat kontra dak li għandu jiġi onorat.+ 6 Għax kull wieħed se jaqbad lil ħuh f’dar missieru, u jgħidlu: “Għandek mantell. Imissek tkun id-​dittatur+ tagħna u din il-​ħerba kollha tkun taħt idejk.” 7 Hu se jgħolli leħnu dakinhar, u jgħid: “M’iniex se ndewwi l-​feriti; u f’dari la hemm ħobż u lanqas mantelli. M’għandkomx tagħmluni dittatur fuq il-​poplu.”

8 Għax Ġerusalemm tfixklet u Ġuda waqaʼ,+ għax ilsienhom u l-​għemejjel tagħhom huma kontra Ġeħova,+ billi ġabu ruħhom b’mod ribelluż fl-​għajnejn glorjużi tiegħu.+ 9 L-espressjoni stess taʼ wiċċhom tixhed kontrihom,+ u jgħidu dwar id-​dnub tagħhom li jixbah lil taʼ Sodoma.+ Ma ħbewhx. Gwaj għalihom! Għax ġabu l-​gwaj fuqhom infushom.+

10 Għidu li se jaħbatlu tajjeb lill-​ġust,+ għax hu se jiekol frott l-​għemejjel tiegħu.+ 11 Jaħasra għall-​ħażin! Gwaj! Għax kif ittratta lil ħaddieħor se jiġi trattat!+ 12 U dawk li jagħtu x-​xogħol lill-​poplu tiegħi qed jaġixxu bl-​aħrax, u n-​nisa qed jaħkmu fuqu.+ O poplu tiegħi, dawk li qed imexxuk qed iġegħluk tiżvija,+ u ħawdulek it-​triq minfejn għandek tgħaddi.+

13 Ġeħova jieħu postu għall-​kawża u jqum bil-​wieqfa biex jaqtaʼ s-​sentenza fuq il-​popli.+ 14 Ġeħova jressaq għall-​ġudizzju lix-​xjuħ u lill-​prinċpijiet tal-​poplu tiegħu.+

“U intom ħraqtu l-​għalqa tad-​dwieli. Dak li ttieħed b’serq mingħand il-​magħkus jinsab fi djarkom.+ 15 Xi tridu tgħidu biha meta tgħaffġu lill-​poplu tiegħi, u tisħqu wiċċ il-​magħkusin?”+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati.

16 U Ġeħova jgħid: “Talli l-​bniet taʼ Sijon saru suppervi u jimxu b’għonqhom imserdaq waqt li b’għajnejhom jitfgħu ħars provokattiv, u jimxu b’passi ħfief u żgħar, u jċenċlu b’saqajhom,+ 17 Ġeħova se jimla l-​qorriegħa taʼ ras il-​bniet taʼ Sijon bil-​qoxra,+ u Ġeħova se jikxfilhom ġbinhom.+ 18 Dakinhar Ġeħova se jneħħi s-​sbuħija taċ-​ċpiepet u l-​faxex taʼ madwar ir-​ras u l-​ornamenti għamla taʼ qamar,+ 19 l-imsielet u l-​brazzuletti u l-​velijiet,+ 20 taʼ kull għata tar-​ras u l-​katini ornamentali tas-​saqajn u t-​trieħi taʼ madwar is-​sider+ u r-​reċipjenti tal-​fwieħa* u l-​amuleti għamla taʼ bebbux,+ 21 iċ-ċrieket u l-​ħoloq taʼ l-​imnieħer,+ 22 l-ilbies ċerimonjali u t-​tuniki taʼ fuq u l-​imnatar u l-​boroż, 23 u l-​mirja taʼ l-​idejn+ u l-​ilbiesi taʼ taħt u t-​turbantijiet+ u l-​velijiet kbar.+

24 “U jrid iseħħ li minflok riħa taʼ żejt tal-​balzmu+ jkun hemm biss riħa taʼ moffa; u minflok ċinturin, ħabel; u minflok stil taʼ xagħar artistiku, qargħa;+ u minflok ilbies rikk, tħażżim bl-​ilbies taʼ l-​ixkora;+ u marka tat-​timbru+ minflok ġmiel. 25 Bis-sejf jaqgħu l-​irġiel tiegħek, u s-​setgħa tiegħek tgħib bil-​gwerra.+ 26 U l-​bibien tagħha jkollhom jagħmlu l-​vistu+ u jesprimu n-​niket, u hi tiżvojta. U se toqgħod bil-​qiegħda maʼ l-​art.”+

4 U dakinhar sebaʼ nisa se jaqbdu raġel wieħed,+ u jgħidulu: “Se nieklu ħobżna u nilbsu l-​mantelli tagħna; biss ħa nissejħu b’ismek biex inneħħu t-​tmaqdir minn fuqna.”+

2 F’dak il-​jum, ir-​rimja+ li Ġeħova jġiegħel li toħroġ tkun għad-​dekorazzjoni u għall-​glorja,+ u l-​frott tal-​pajjiż ikun xi ħaġa taʼ min wieħed ikun kburi bih+ u xi ħaġa sabiħa għal dawk minn Israel li ħarbu.+ 3 U jrid iseħħ li dawk li jifdal f’Sijon u dawk li jibqgħu f’Ġerusalemm se jintqal dwarhom li huma qaddisin għalih,+ kulmin hu miktub għall-​ħajja f’Ġerusalemm.+

4 Meta Ġeħova jkun ħasel il-​ħmieġ tal-​bniet taʼ Sijon+ u laħlaħ+ it-​tixrid taʼ demm+ taʼ Ġerusalemm minn ġewwa fiha bil-​forza tal-​ġudizzju u bil-​forza li taħraq,+ 5 Ġeħova se joħloq ukoll fuq il-​post stabbilit kollu tal-​Muntanja Sijon+ u fuq il-​post tagħha għall-​konvenzjonijiet sħaba u duħħan bi nhar, u d-​dija taʼ nar+ iħeġġeġ bil-​lejl;+ għax fuq kulma hu glorjuż se jkun hemm il-​kenn.+ 6 U jkun hemm għarix għad-​dell mis-​sħana u n-​nixfa taʼ bi nhar,+ u bħala refuġju u moħba mill-​maltempata u mix-​xita.+

5 Ħa nkanta għanja, jekk jogħġobkom, għall-​maħbub tiegħi, għanja dwar il-​maħbub tiegħi u l-​għalqa tad-​dwieli tiegħu.+ Il-​maħbub tiegħi kellu għalqa tad-​dwieli fuq ġenb għammiel t’għolja. 2 U ħaffirha u neħħielha l-​ġebel u ħawwel fiha dielja ħamra prima, u bena torri f’nofsha.+ U ħaffer fiha magħsar taʼ l-​inbid.+ U baqaʼ jittama li tagħmel l-​għeneb,+ imma għamlet għeneb salvaġġ.+

3 “U issa, O abitanti taʼ Ġerusalemm u nies taʼ Ġuda, jekk jogħġobkom, iġġudikaw bejni u bejn l-​għalqa tad-​dwieli tiegħi.+ 4 X’jonqosni nagħmlilha lill-​għalqa tad-​dwieli tiegħi li m’għamiltux diġà?+ Għaliex qgħadt nittama li tagħmel l-​għeneb, imma għamlet għeneb salvaġġ? 5 U issa, jekk jogħġobkom, ħa ngħarrafkom x’se nagħmlilha l-​għalqa tad-​dwieli tiegħi: Se titneħħa l-​bordura taʼ madwarha,+ u tinħaraq.+ Il-​ħajt tal-​ġebel tagħha se jiġġarraf, u ssir post li jgħaffġu minn fuqu.+ 6 U nagħmilha ħaġa meqruda.+ Ma tinżabarx, u lanqas ma tinħadem bl-​imgħażqa.+ U fiha jikbru l-​għollieq u l-​ħaxix ħażin;+ u nagħti kmand lis-​sħab biex minnu ma tinżilx xita fuqha.+ 7 Għax l-​għalqa tad-​dwieli+ taʼ Ġeħova taʼ l-​armati hi dar Israel, u n-​nies taʼ Ġuda huma l-​art imħawla li kien jgħożż.+ U baqaʼ jittama għal ġudizzju,+ imma, ara, kien hemm il-​ksur tal-​liġi; għas-​sewwa, imma, ara, minflok kien hemm għajat.”+

8 Gwaj għal dawk li jżidu dar maʼ dar,+ u li jgħaqqdu għalqa m’għalqa sakemm ma jibqax iżjed spazju+ u jkollkom tgħammru waħedkom f’nofs il-​pajjiż! 9 Smajt b’widnejja lil Ġeħova taʼ l-​armati jaħlef li ħafna djar, għalkemm sbieħ u tajbin, se jsiru oġġett taʼ stagħġib, bla ma ħadd jgħammar fihom.+ 10 Għax anki għaxar fiddiena*+ dwieli se jipproduċu biss bat wieħed,+ u ħomer żerriegħa jipproduċi biss efa waħda.+

11 Gwaj għal dawk li jqumu kmieni fil-​għodu biex ifittxu x-​xorb li jsakkar,+ u li jdumu fit-​tard fid-​dlam taʼ fil-​għaxija biex jintilfu bl-​inbid!+ 12 U fil-​festi tagħhom+ ikun hemm l-​arpa u l-​istrument tal-​korda, it-​tanburlin u l-​flawt, u l-​inbid; imma lejn l-​attività taʼ Ġeħova ma jħarsux, u xogħol idejh ma rawhx.+

13 Għalhekk, il-​poplu tiegħi jkollu jmur fl-​eżilju minħabba n-​nuqqas t’għarfien;+ u l-​glorja tagħhom tkun irġiel imġewħin,+ u l-​folla tagħhom tkun niexfa qoxqox bl-​għatx.+ 14 Għalhekk, il-​Qabar* wessaʼ ruħu u fetaħ ħalqu beraħ bla limitu;+ u n-​nobbli f’dik il-​belt, kif ukoll il-​folla tagħha u l-​għagħa tagħha u min jifraħ, żgur jinżlu ġo fih.+ 15 U l-​bniedem jitniżżel, u r-​raġel jitbaxxa, u għajnejn l-​għoljin jitbaxxew ukoll.+ 16 U Ġeħova taʼ l-​armati se jogħla permezz tal-​ġudizzju,+ u l-​Alla l-​veru, il-​Qaddis,+ iqaddes lilu nnifsu permezz tas-​sewwa.+ 17 U l-​ħrief se jirgħu hemmhekk bħallikieku fil-​mergħa tagħhom; u r-​residenti barranin se jieklu fil-​postijiet imħarbtin fejn darba kien hemm l-​annimali magħlufin tajjeb.+

18 Gwaj għal dawk li jiġbdu l-​iżball bil-​ħbula tan-​nuqqas taʼ verità, u d-​dnub bħallikieku bl-​irbit taʼ mal-​karrijiet;+ 19 dawk li qed jgħidu: “Ħa jiġi malajr xogħlu; ħa jħaffef, sabiex narawh; u ħa jersaq u jseħħ l-​iskop tal-​Qaddis taʼ Israel, sabiex inkunu nafuh!”+

20 Gwaj għal dawk li qed jgħidu li t-​tajjeb hu ħażin u l-​ħażin hu tajjeb,+ dawk li qed jibdlu d-​dlam mad-​dawl u d-​dawl mad-​dlam, dawk li qed jibdlu l-​morr mal-​ħelu u l-​ħelu mal-​morr!+

21 Gwaj għal dawk li huma għorrief f’għajnejhom stess u għaqlin f’wiċċhom stess!+

22 Gwaj għal dawk li huma setgħanin biex jixorbu l-​inbid, u għall-​irġiel li huma mimlijin enerġija biex iħalltu x-​xorb li jsakkar,+ 23 dawk li qed jiddikjaraw lill-​ħażin ġust minħabba t-​tixħim,+ u li lill-​ġust jiħdulu l-​ġustizzja minnu!+

24 Għalhekk, bħalma lsien tan-​nar jiblaʼ t-​tiben*+ u l-​ħaxix niexef jintilef fil-​fjammi, iz-​zokk t’għeruqhom isir jinten bħall-​moffa,+ u l-​inwar tagħhom isir bħat-​trab, għax irrifjutaw il-​liġi taʼ Ġeħova taʼ l-​armati,+ u wrew nuqqas taʼ rispett għal dak li qal il-​Qaddis taʼ Israel.+ 25 Huwa għalhekk li r-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra n-​nies tiegħu, u se jmidd idu kontrihom u jolqothom.+ U l-​muntanji jitheżżu,+ u l-​iġsma mejtin tagħhom isiru bħaż-​żibel f’nofs it-​toroq.+

Minħabba dan kollu, ma reġġax lura r-​rabja tiegħu, imma idu għadha maħruġa ’l barra. 26 U għolla arblu bħala sinjal għal ġens kbir ’il bogħod,+ u saffar lil dak li qiegħed f’tarf l-​art;+ u, ara, dan se jiġi malajr bil-​ħeffa.+ 27 Ħadd minnhom m’hu għajjien jew qed jitfixkel. Ħadd ma qabdu n-​ngħas u ħadd m’hu rieqed. U ċ-​ċinturin madwar ġenbejhom ma jinfetaħx, u lanqas il-​qfieli tas-​sandli tagħhom ma jinqatgħu fi tnejn; 28 għax il-​vleġeġ tagħhom misnunin u l-​qwas tagħhom milwijin.+ Difrejn iż-​żwiemel tagħhom qishom żnied,+ u r-​roti tagħhom bħal riħ taʼ tempesta.+ 29 L-għajat tagħhom hu bħal dak taʼ ljun, u jgħajtu bħal iljuni b’saħħithom.+ U jgergru u jaħtfu l-​priża u jġorruha f’post fiż-​żgur, u ma jkun hemm ebda ħellies.+ 30 U dakinhar jgħajtu għaliha bħall-​għajat tal-​baħar.+ U wieħed jiċċassa lejn il-​pajjiż, u hemmhekk jara dlam li jnikket;+ u anki d-​dawl iddallam minħabba l-​qtar li nieżel fuqu.

6 Fis-sena li miet+ is-​Sultan Użżija jien, madankollu, rajt lil Ġeħova,+ bil-​qiegħda fuq tron+ għoli u merfugħ ’il fuq, u djulu kien qed jimla t-​tempju.+ 2 Fuqu kien hemm serafini weqfin.+ Kull wieħed kellu sitt ġwienaħ. Bi tnejn kien iżomm wiċċu mgħotti,+ u bi tnejn kien iżomm saqajh mgħottijin, u bi tnejn kien itir ’l hemm u ’l hawn. 3 U wieħed kien qed isejjaħ lill-​ieħor u jgħid: “Qaddis, qaddis, qaddis hu Ġeħova taʼ l-​armati.+ Kulma hemm fl-​art jirrifletti l-​glorja tiegħu.” 4 U mal-​leħen taʼ min kien qed isejjaħ, il-​pernijiet+ fuq l-​għetiebi bdew jitriegħdu, u d-​dar stess bil-​mod il-​mod imtliet bid-​duħħan.+

5 U jien għedt: “Gwaj għalija! Żgur se naqaʼ fis-​skiet tal-​mewt, għax jien bniedem mhux nadif f’xofftejh,+ u fost poplu mhux nadif f’xofftejh qed ngħammar;+ għax għajnejja raw lis-​Sultan innifsu, Ġeħova taʼ l-​armati!”+

6 Għal dan, wieħed mis-​serafini tar lejja, u f’idu kellu ġamra taqbad+ li kien ħa bi mqass mill-​artal.+ 7 U messli ħalqi+ u qal: “Ara! Din messitlek xofftejk, u l-​iżball tiegħek telaq u dnubek tpatta.”+

8 U bdejt nismaʼ leħen Ġeħova jgħid: “Lil min se nibgħat, u min se jmurilna?”+ U jien għedt: “Hawn jien! Ibgħat lili.”+ 9 U hu kompla jgħid: “Mur, u għid lil dan il-​poplu, ‘Isimgħu darba wara l-​oħra, imma tifhmux; u araw darba wara l-​oħra, imma tiħdux għarfien.’+ 10 Lil dan il-​poplu agħtihom qalb li ma titqanqalx,+ u agħtihom widnejn li ma jirreaġixxux,+ u waħħlilhom għajnejhom flimkien, biex ma jkunux jistgħu jaraw b’għajnejhom u ma jkunux jistgħu jisimgħu b’widnejhom, u biex qalbhom ma tkunx tistaʼ tifhem u biex ma jdurux lura u jfiqu.”+

11 Għal dan, jien għedt: “Sakemm, O Ġeħova?”+ Imbagħad hu qal: “Sakemm il-​bliet jitfarrku u jsiru rovina, u ma jifdalx abitanti fihom, u d-​djar ma jkunx fihom bnedmin, u l-​art tkun rovinata u abbandunata;+ 12 u Ġeħova jbiegħed lill-​bnedmin, u l-​qalba tal-​pajjiż issir abbandunata.+ 13 U se jibqaʼ fih wieħed minn kull għaxra,+ u dan irid jerġaʼ jsir xi ħaġa għall-​ħruq, bħal siġra kbira u bħal siġra immensa li, meta jitqaċċtu,+ jibqgħalhom iz-​zokk+ fl-​art; nisel qaddis se jkun iz-​zokk tiegħu.”+

7 Issa ġara fi żmien Aħaż,+ bin Ġotam, bin Użżija, is-​sultan taʼ Ġuda, li Resin+ is-​sultan tas-​Sirja—flimkien maʼ Pekaħ+ bin Remalija, is-​sultan taʼ Israel—telaʼ Ġerusalemm biex jiggwerra kontriha, u ma setax jegħlibha.+ 2 U wasal rapport f’dar David, jgħid: “Is-​Sirja straħet fuq Efrajm.”+

U qalbu u qalb il-​poplu tiegħu bdiet tirtogħod, bħalma s-​siġar tal-​foresta jirtogħdu bir-​riħ.+

3 U Ġeħova qal lil Isaija: “Jekk jogħġbok, oħroġ iltaqaʼ m’Aħaż, int flimkien maʼ ibnek Segħar-ġasub,*+ u mur f’tarf il-​kanal+ taʼ l-​għadira taʼ fuq, ħdejn it-​triq ewlenija li tagħti għall-​għalqa tal-​ħassiel.+ 4 U għidlu, ‘Oqgħod attent li ma tinkwetax.+ Tibżax, u tħallix lil qalbek tkun beżgħana+ minħabba dawn iż-​żewġt izkuk idaħħnu li kważi nħarqu għalkollox, minħabba r-​rabja taħraq taʼ Resin u s-​Sirja u bin Remalija,+ 5 minħabba li s-​Sirja, flimkien m’Efrajm u bin Remalija, fasslet il-​ħażin kontrik billi qalet: 6 “Ejjew nitilgħu kontra Ġuda u nġarrfuh u niħduh taħt idejna billi ninfduh; u ejjew nagħmlu sultan ieħor isaltan ġo fih, lil bin Tabel.”+

7 “‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Dan ma jreġix, lanqas ma jseħħ.+ 8 Għax il-​kap tas-​Sirja huwa Damasku, u l-​kap taʼ Damasku huwa Resin; u fi żmien ħamsa u sittin sena biss Efrajm se jitfarrak u ma jibqax poplu.+ 9 U l-​kap t’Efrajm huwa s-​Samarija,+ u l-​kap tas-​Samarija huwa bin Remalija.+ Jekk ma jkollkomx fidi, m’intomx se ddumu ħafna.”’”+

10 U Ġeħova kompla jkellem lil Aħaż ftit iktar, u qal: 11 “Staqsi lil Ġeħova Alla tiegħek għal sinjal,+ fil-​fond daqs il-​Qabar* jew fl-​għoli daqs ir-​reġjuni taʼ fuq.” 12 Imma Aħaż qal: “M’iniex se nistaqsi, u lanqas ma se ngħaddi minn prova lil Ġeħova.”

13 U l-​profeta qal: “Ismaʼ, jekk jogħġbok, O dar David. Hija daqshekk ħaġa żgħira għalikom li tgħejjew lin-​nies, biex tgħejjew ukoll lil Alla tiegħi?+ 14 Għalhekk, Ġeħova se jagħtikom sinjal: Ara! It-​tfajla+ toħroġ tqila,+ u tiled iben,+ u hi ssemmih Emmanuwel.* 15 Butir u għasel ikun qed jiekol sa ma jkun jaf iwarrab il-​ħażin u jagħżel it-​tajjeb.+ 16 Għax qabel it-​tifel ikun jaf kif iwarrab il-​ħażin u jagħżel it-​tajjeb,+ l-​art taż-​żewġ slaten li minħabba fihom qed tħossok imkexkex ferm se tkun ġiet mitluqa għalkollox.+ 17 Ġeħova se jġib kontrik+ u kontra l-​poplu tiegħek u kontra dar missierek jiem li ma kienx hawn bħalhom minn dakinhar li Efrajm infired minn maʼ Ġuda,+ jiġifieri, is-​sultan taʼ l-​Assirja.+

18 “U jrid iseħħ dakinhar li Ġeħova jsaffar lid-​dubbien li qiegħed f’tarf il-​kanali tan-​Nil taʼ l-​Eġittu u lin-​naħal+ li qiegħed fl-​art taʼ l-​Assirja,+ 19 u huma jiġu, ilkoll kemm huma, u joqogħdu fil-​widien taʼ l-​irdumijiet u fix-​xquq tal-​blat u fuq kull siġra tax-​xewk u fuq kull post taʼ tisqija.+

20 “Dakinhar, permezz taʼ mus mikri mir-​reġjun tax-​Xmara,*+ iva, permezz tas-​sultan taʼ l-​Assirja,+ Ġeħova se jqaxxar ir-​ras u s-​suf tas-​saqajn, u jneħħi wkoll id-​daqna.+

21 “U jrid iseħħ dakinhar li individwu se jħalli ħajja baqra żgħira mill-​merħla u żewġ nagħġiet.+ 22 U minħabba l-​abbundanza tal-​produzzjoni tal-​ħalib, wieħed se jiekol il-​butir; għax butir u għasel+ biss se jiekol kulmin jifdal fil-​pajjiż.

23 “U jrid iseħħ dakinhar li kull post fejn darba kien hemm elf dielja, jiswew elf biċċa tal-​fidda,+ se jkun għall-​għollieq u għall-​ħaxix ħażin.+ 24 Bil-vleġeġ u l-​qaws se jiġi hemmhekk,+ għax il-​pajjiż se jkun kollu għollieq u ħaxix ħażin. 25 U l-​muntanji kollha fejn qabel kien jitneħħa x-​xewk bl-​imgħażqa, m’intix se tmur fuqhom minħabba l-​biżaʼ mill-​għollieq u l-​ħaxix ħażin; u l-​art issir post fejn il-​barrin jitħallew jiġru u art li jgħaffġu fuqha n-​nagħaġ.”+

8 U Ġeħova qalli: “Ħu tavla+ kbira u ikteb fuqha b’pinna tat-​tinqix komuni, ‘Maħer-salal-ħas-baż.’* 2 U ħalli jikkonfermawli+ dan xhieda leali,+ Urija l-​qassis+ u Żakkarija bin Ġeberekija.”

3 Imbagħad ersaqt lejn il-​profetessa, u hi ħarġet tqila u maż-​żmien wildet iben.+ Ġeħova mbagħad qalli: “Semmih Maħer-salal-ħas-baż, 4 għax qabel it-​tifel ikun jaf isejjaħ,+ ‘Missieri!’ u ‘Ommi!’ ir-​riżorsi taʼ Damasku u l-​priża tas-​Samarija se jitkaxkru quddiem is-​sultan taʼ l-​Assirja.”+

5 U Ġeħova kompla jkellimni, u qalli: 6 “Minħabba li dan il-​poplu rrifjuta+ l-​ilmijiet taʼ Silogħa*+ li jgelglu bil-​mod u minflok jifraħ+ b’Resin u bin Remalija;+ 7 minħabba f’hekk, ara, Ġeħova se jġib kontrihom+ l-​ilmijiet setgħanin u kotrana tax-​Xmara,+ is-​sultan taʼ l-​Assirja+ u l-​glorja kollha tiegħu.+ U hu jfawwar in-​nixxigħat kollha tiegħu u jaqbeż ix-​xtut kollha tiegħu 8 u jibqaʼ jiġri minn ġo Ġuda. Jgħarraq u jibqaʼ għaddej.+ Jilħaq sa l-​għonq.+ U l-​firxa taʼ ġwinħajh+ timla l-​wisaʼ taʼ pajjiżek, O Emmanuwel!”*+

9 Agħmlu l-​ħsara, O popli, imma se titfarrku biċċiet; u agħtu widen, intom ilkoll f’partijiet imbegħdin taʼ l-​art!+ Tħażżmu,+ imma se titfarrku biċċiet!+ Tħażżmu, imma se titfarrku biċċiet! 10 Fasslu pjan, u se jisfaxxa!+ Lissnu kelma, u mhix se treġi, għax magħna hu Alla!*+ 11 Għax l-​id b’saħħitha taʼ Ġeħova kienet fuqi u, sabiex idawwarni milli nimxi fit-​triq taʼ dan il-​poplu, qalli: 12 “M’għandkomx tgħidu, ‘Konfoffa!’ kulmeta dan il-​poplu jgħid, ‘Konfoffa!’+ u m’għandkomx tibżgħu minn dak li jibżgħu huma, u lanqas m’għandkom titkexkxu minħabba fih.+ 13 Huwa lil Ġeħova taʼ l-​armati li għandkom tittrattaw bħala qaddis,+ u minnu għandkom tibżgħu,+ u għandu jkun hu li jġegħelkom titriegħdu.”+

14 U hu jsir bħala post sagru;+ imma jkun bħala ġebla biex wieħed jaħbat magħha u bħala blata taʼ tfixkil+ għaż-​żewġt idjar taʼ Israel, bħala nasba u bħala nassa għall-​abitanti taʼ Ġerusalemm.+ 15 U ħafna fosthom se jitfixklu u jaqgħu u jitkissru, u jidħlu f’nassa u jinqabdu.+

16 Gerbeb din ix-​xiehda,+ issiġilla l-​liġi fost id-​dixxipli tiegħi!+ 17 U jien se nibqaʼ nistenna lil Ġeħova,+ li qed jaħbi wiċċu minn dar Ġakobb,+ u se nittama fih.+

18 Ara! Jien u l-​ulied li tani Ġeħova,+ aħna bħal sinjali+ u bħal mirakli f’Israel mingħand Ġeħova taʼ l-​armati, li qed jgħammar fuq il-​Muntanja Sijon.+

19 U jekk jgħidulkom: “Staqsu lill-​medji taʼ l-​ispirti+ jew lil dawk bi spirtu taʼ tbassir li qed ifesfsu+ u jitkellmu minn taħt l-​ilsien,” m’huwiex lil Alla tiegħu li poplu għandu jistaqsi?+ Għandhom persuni mejtin jiġu mistoqsijin għan-​nom taʼ persuni ħajjin?+ 20 Staqsu l-​liġi u x-​xiehda!+

Żgur li se jkomplu jitkellmu skond dan il-​kliem+ imma ma se jkollhom l-​ebda dawl taż-​żerniq.+ 21 U kull wieħed se jgħaddi mill-​pajjiż mikdud u bil-​ġuħ;+ u minħabba li jkun bil-​ġuħ u mbaqbaq, hu se jisħet lis-​sultan tiegħu u lil Alla tiegħu+ u jħares ’il fuq. 22 U jħares lejn l-​art, u jara niket u dlam,+ oskurità, żminijiet diffiċli u swidija bla ebda dija.+

9 Madankollu, id-​dlam ma jkunx bħal meta l-​pajjiż kien taħt pressjoni, bħaż-​żmien taʼ qabel meta wieħed ittratta b’disprezz l-​art taʼ Żebulun u l-​art taʼ Naftali+ u meta iktar tard onoraha+—it-​triq ħdejn il-​baħar, fir-​reġjun tal-​Ġordan, il-​Galilija tal-​ġnus.+ 2 In-nies li kienu mexjin fid-​dlam raw dawl kbir.+ U dawk li jgħammru fl-​art taʼ dell iswed ħafna,+ idda dawl fuqhom.+ 3 Int għamilt il-​ġens kotran;+ ferraħtu bil-​kbir.+ Huma ferħu quddiemek bħal bil-​ferħ taʼ żmien il-​ħsad,+ bħal dawk li jifirħu meta jaqsmu l-​priża.+

4 Għax il-​madmad tat-​tagħbija tagħhom+ u l-​ħatar taʼ fuq spallejhom, il-​bastun taʼ dak li jġegħelhom jaħdmu,+ int farrakthom biċċiet bħal f’jum Midjan.+ 5 Għax kull qorq taʼ min jirfes+ u jdamdam l-​art u l-​mantell mgħaddas fid-​demm saru ikel għan-​nar.+ 6 Għax twildilna tifel,+ ngħatalna iben;+ u l-​ħakma taʼ prinċep se tkun fuq spalltu.+ U ismu jissejjaħ Kunsillier taʼ l-​Għaġeb,+ Alla Setgħan,+ Missier Etern,+ Prinċep tal-​Paċi.+ 7 Għall-kobor tal-​ħakma tiegħu+ bħala prinċep u għall-​paċi ma jkun hemm ebda tmiem,+ fuq it-​tron taʼ David+ u fuq saltnatu sabiex jistabbiliha fis-​sod+ u jsaħħaħha permezz tal-​ġustizzja+ u s-​sewwa,+ minn issa ’l quddiem u għal dejjem.* L-​istess żelu taʼ Ġeħova taʼ l-​armati se jagħmel dan.+

8 Kien hemm kelma li Ġeħova bagħat kontra Ġakobb, u waqgħet fuq Israel.+ 9 U l-​poplu se jkun jafha,+ iva, ilkoll kemm huma, Efrajm u min jgħammar fis-​Samarija,+ minħabba s-​suppervja tagħhom u minħabba l-​qalb insolenti tagħhom billi jgħidu:+ 10 “Waqaʼ l-​madum,* imma se nibnu bil-​ġebel minġur.+ Tqaċċtu s-​siġar tal-​ġummajż,+ imma minflokhom se nħawlu ċ-​ċedri.” 11 U Ġeħova se jgħolli lill-​avversarji taʼ Resin kontrih, u l-​għedewwa taʼ dan isuqhom bin-​niggieża,+ 12 is-Sirja mil-​lvant+ u l-​Filistin minn wara,+ u se jibilgħu lil Israel b’ħalq miftuħ.+ Minħabba dan kollu, ma reġġax lura r-​rabja tiegħu, imma idu għadha maħruġa ’l barra.+

13 U n-​nies ma reġgħux lura lejn Dak li sawwathom,+ u ma fittxewx lil Ġeħova taʼ l-​armati.+ 14 U Ġeħova se jaqtaʼ minn Israel ir-​ras+ u d-​denb,+ ir-​rimja u l-​ħaxixa,* f’jum wieħed.+ 15 Min hu mdaħħal fiż-​żmien u rispettat ferm huwa r-​ras,+ u l-​profeta li jagħti istruzzjoni falza huwa d-​denb.+ 16 U dawk li qed imexxu lil dan il-​poplu huma dawk li qed iġegħluhom jiżvijaw;+ u dawk li huma mmexxijin qed jitħawdu.+ 17 Huwa għalhekk li Ġeħova mhux se jifraħ biż-​żagħżugħ+ li hemm f’nofshom, u mhux se jħenn għat-​tifel bla missier u għall-​armla tagħhom; għax ilkoll kemm huma apostati+ u nies li jagħmlu l-​ħażen u kull fomm jitkellem bla sens. Minħabba dan kollu, ma reġġax lura r-​rabja tiegħu, imma idu għadha maħruġa ’l barra.+

18 Għax il-​ħażen qabad bħal nar;+ se jiblaʼ l-​għollieq u l-​ħaxix ħażin.+ U se jaqbad fl-​imsaġar tal-​foresta,+ u se jintrefgħu ’l fuq bħad-​duħħan.+ 19 Bir-rabja qalila taʼ Ġeħova taʼ l-​armati l-​pajjiż ħa n-​nar, u l-​poplu se jsir bħal ikel għan-​nar.+ Ħadd ma se juri mogħdrija lanqas lejn ħuh.+ 20 U wieħed jaqtaʼ xi ħaġa x’jiekol fuq il-​lemin u jibqaʼ bil-​ġuħ; u xi ħadd jiekol fuq ix-​xellug u ma jixbax.+ Kull wieħed jiekol il-​laħam taʼ driegħu stess,+ 21 Manasse lil Efrajm, u Efrajm lil Manasse. Flimkien ikunu kontra Ġuda.+ Minħabba dan kollu, ma reġġax lura r-​rabja tiegħu, imma idu għadha maħruġa ’l barra.+

10 Gwaj għal dawk li qed jgħaddu regolamenti taʼ ħsara+ u dawk li l-​ħin kollu jiktbu digrieti li jġibu l-​inkwiet, 2 sabiex iwarrbu lill-​batuti minn kawża legali u jaħtfu l-​ġustizzja minn id il-​magħkusin tal-​poplu tiegħi,+ biex jagħmlu lin-​nisa romol priża tagħhom, u sabiex jisirqu saħansitra lis-​subien bla missier!+ 3 U x’se tagħmlu dakinhar li l-​attenzjoni ddur fuqkom,+ u fir-​rovina, meta din tiġi mill-​bogħod?+ Għand min se taħarbu għall-​għajnuna,+ u fejn se tħallu l-​glorja tagħkom,+ 4 meta ma jibqgħalkomx ħlief li tmilu mal-​priġunieri u li taqgħu mal-​maqtulin?+ Minħabba dan kollu, ma reġġax lura r-​rabja tiegħu, imma idu għadha maħruġa ’l barra.+

5 “Ara, l-​Assirjan,+ il-​ħatar għar-​rabja tiegħi,+ u l-​għuda li qiegħda f’idhom għall-​kundanna tiegħi! 6 Kontra ġens apostata+ se nibagħtu, u kontra l-​poplu tar-​rabja qalila tiegħi se noħroġlu kmand,+ biex jieħu ħafna priża u biex jisraq kemm jiflaħ u jgħaffġu bħat-​tajn tat-​toroq.+ 7 Għalkemm forsi ma jkunx hekk, se jħossu inklinat jagħmel dan; għalkemm qalbu forsi ma tkunx hekk, se jfassal pjanijiet dwar dan, għax f’qalbu għandu li jeqred għalkollox,+ u biex jeqred ħafna ġnus.+ 8 Għax hu jgħid, ‘M’humiex il-​prinċpijiet tiegħi slaten fl-​istess ħin?+ 9 M’hijiex Kalno+ bħal Karkemis?+ M’hijiex Ħamat+ bħal Arfad?+ M’hijiex is-​Samarija+ bħal Damasku?+ 10 Kulmeta idi laħqet is-​saltniet taʼ xi alla bla siwi li x-​xbihat minquxin tiegħu huma iżjed kotrana minn dawk li hemm Ġerusalemm u s-​Samarija,+ 11 ma kienx ir-​riżultat l-​istess bħalma se nagħmel lis-​Samarija u l-​allat bla siwi tagħha,+ u li mbagħad se nagħmel lil Ġerusalemm u l-​idoli tagħha?’+

12 “U jrid iseħħ li meta Ġeħova jtemm ix-​xogħol kollu tiegħu fuq il-​Muntanja Sijon u f’Ġerusalemm, jien se nitlob kont mis-​sultan taʼ l-​Assirja minħabba l-​qalb insolenti tiegħu u għajnejh l-​imkabbrin għax jaħseb li hu xi ħaġa.+ 13 Għax hu qal: ‘Se naġixxi bil-​qawwa taʼ idi,+ u b’għerfi, għax għandi l-​abbiltà li nifhem; u se nneħħi l-​fruntieri tal-​popli,+ u l-​affarijiet maħżunin tagħhom se nħarbathom,+ u bħal wieħed qawwi se nwaqqaʼ lill-​abitanti.+ 14 U idi+ se tilħaq ir-​riżorsi+ tal-​popli daqslikieku kienu bejta taʼ l-​għasafar; u bħalma jinġabar il-​bajd li jkun tħalla, jien se niġbor l-​art kollha, u ma jkun hemm ħadd li jħabbat ġwinħajh jew jiftaħ ħalqu jew ipespes.’”

15 Sejra mannara togħla fuq dak li jaqtaʼ biha, jew is-​serrieq jitkabbar fuq dak li jmexxih ’il quddiem u lura, bħallikieku l-​bastun iressaq ’il quddiem u lura lil dawk li jgħolluh, u l-​ħatar għolla lil min m’huwiex taʼ l-​injam?+ 16 Għalhekk, il-​Mulej il-​veru, Ġeħova taʼ l-​armati, se jibqaʼ jibgħat fuq il-​qawwijin tiegħu marda li therrihom,+ u taħt il-​glorja tiegħu se jibqaʼ jaqbad ħruq bħall-​ħruq tan-​nar.+ 17 U d-​Dawl taʼ Israel+ irid isir nar,+ u l-​Qaddis tiegħu fjamma;+ u din trid tħeġġeġ u tiblaʼ l-​ħaxix ħażin u l-​għollieq tiegħu+ f’jum wieħed. 18 U l-​glorja tal-​foresta u tal-​ġnien tal-​frott tiegħu Hu se jtemmha għalkollox,+ u ssir bħal xi ħadd marid li qed idub fix-​xejn.+ 19 U l-​bqija tas-​siġar tal-​foresta tiegħu tant isiru ftit li anki tifel ikun jaf jikteb kemm ikun hemm.+

20 U jseħħ dakinhar li dawk li jifdal minn Israel+ u dawk mid-​dar taʼ Ġakobb li jkunu ħarbu qatt iktar ma jistrieħu fuq dak li qed isawwathom,+ u huma se jistrieħu fuq Ġeħova, il-​Qaddis taʼ Israel,+ bil-​fedeltà.+ 21 Fdal biss se jerġaʼ lura,* il-​fdal taʼ Ġakobb, lejn l-​Alla Setgħan.+ 22 Għax għalkemm in-​nies tiegħek, O Israel, ikunu bħar-​ramel tal-​baħar,+ fdal biss minn fosthom se jerġaʼ lura.+ Ġejja qerda totali+ li diġà ġiet deċiża, ġejja bħal għarqa, bis-​sewwa,+ 23 għax il-​Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati, se jwettaq fil-​pajjiż kollu qerda totali+ u d-​deċiżjoni li ma tistax tinbidel.+

24 Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati: “Tibżax, O poplu tiegħi li tgħammar f’Sijon,+ minħabba l-​Assirjan, li kien isawtek bil-​ħatar+ u li kien jgħolli l-​bastun tiegħu kontrik bħalma kien jagħmel l-​Eġittu.+ 25 Għax ftit ferm baqaʼ—u l-​kundanna+ se tkun intemmet, u r-​rabja tiegħi tkun ġabithom fix-​xejn.+ 26 U Ġeħova taʼ l-​armati se jxejjer kontrih frosta+ bħal fit-​telfa taʼ Midjan ħdejn il-​blata Għoreb;+ u l-​bastun tiegħu se jkun fuq il-​baħar,+ u se jgħollih kif għamel maʼ l-​Eġittu.+

27 “U jrid iseħħ dakinhar li t-​tagħbija tiegħu se titlaq minn fuq spalltek,+ u l-​madmad tiegħu minn fuq għonqok,+ u l-​madmad ċertament li se jitfarrak+ minħabba ż-​żejt.”*

28 Hu wasal f’Għajjât;+ għadda minn Migron; f’Mikmax+ ħalla l-​affarijiet tiegħu. 29 Għaddew mill-​ilma baxx, f’Geba+ qattgħu l-​lejl, Rama+ triegħdet, Gibegħa+ taʼ Sawl ħarbet. 30 Semmaʼ leħnek bit-​twerżiq, O bint Gallim.+ Oqgħod attenta, O Lajsa. O int il-​magħkusa, Għanatot!+ 31 Madmena ħarbet. L-​abitanti taʼ Gebim marru jfittxu l-​kenn. 32 Qabel jispiċċa l-​jum, hu jieqaf f’Nob.+ Ixejjer idu b’theddida lejn il-​muntanja taʼ bint Sijon, l-​għolja taʼ Ġerusalemm.+

33 Ara! Il-​Mulej il-​veru, Ġeħova taʼ l-​armati, qed jiżbor il-​friegħi b’tisbita terribbli;+ u dawk li twalu fid-​daqs qed jinqatgħu, u l-​għoljin se jitbaxxew.+ 34 U hu qaċċat l-​imsaġar tal-​foresta b’għodda tal-​ħadid, u permezz taʼ wieħed qawwi jaqaʼ l-​Libanu.+

11 U trid toħroġ fergħa+ żgħira miz-​zokk taʼ Ġesse;+ u mill-​għeruq tiegħu rimja+ se tagħti l-​frott.+ 2 U fuqu jrid jistrieħ l-​ispirtu taʼ Ġeħova,+ l-​ispirtu taʼ l-​għerf+ u taʼ l-​abbiltà li jifhem,+ l-​ispirtu taʼ l-​għoti taʼ pariri u tas-​setgħa,+ l-​ispirtu taʼ l-​għarfien+ u tal-​biżaʼ taʼ Ġeħova;+ 3 u hu jsib għaxqa fil-​biżaʼ taʼ Ġeħova.+

U mhux se jiġġudika biss fuq dak li jara b’għajnejh, lanqas ma jwiddeb sempliċement skond dak li jismaʼ b’widnejh.+ 4 U bis-​sewwa jiġġudika lill-​batuti,+ u b’mod rett jagħti twiddib għan-​nom tal-​ġwejdin taʼ l-​art. U se jsawwat l-​art bil-​ħatar taʼ fommu;+ u bl-​ispirtu taʼ xofftejh jagħti l-​mewt lill-​ħażin.+ 5 U s-​sewwa jkun iċ-​ċinturin taʼ ġenbejh,+ u l-​fedeltà ċ-​ċinturin taʼ qaddu.+

6 U l-​lupu se jgħammar għal xi żmien mal-​ħaruf,+ u l-​leopard jimtedd mal-​gidi, u l-​għoġol u l-​iljun b’saħħtu+ u l-​annimal magħluf tajjeb ilkoll flimkien;+ u tifel ċkejken se jkun mexxej fuqhom. 7 U l-​baqra u l-​ors se jirgħu; il-​frieħ tagħhom se jimteddu flimkien. U saħansitra l-​iljun se jiekol it-​tiben bħall-​barri.+ 8 U t-​tarbija tal-​ħalib se tilgħab fuq il-​ħofra tal-​kobra;+ u t-​tifel li qataʼ l-​ħalib iqiegħed idu fuq il-​bokka tal-​bejta taʼ serp velenuż. 9 Ma se jagħmlu ebda ħsara+ jew ħerba fuq il-​muntanja qaddisa kollha tiegħi;+ għax l-​art se tkun mimlija bl-​għarfien taʼ Ġeħova bħalma l-​ilmijiet jiksu l-​baħar.+

10 U jrid iseħħ f’dak il-​jum+ li jkun hemm l-​għerq taʼ Ġesse+ wieqaf bħala sinjal għall-​popli.+ Il-​ġnus ukoll se jduru lejh biex jistaqsuh,+ u l-​post taʼ mistrieħ tiegħu se jsir glorjuż.+

11 U jrid iseħħ f’dak il-​jum li Ġeħova jerġaʼ joffri idu, għat-​tieni darba,+ biex mill-​Assirja,+ mill-​Eġittu,+ minn Patros,+ minn Kus,+ minn Għelam,+ mis-​Sinar,+ minn Ħamat, u mill-​gżejjer tal-​baħar+ jikseb lill-​fdal tal-​poplu tiegħu li jkun baqaʼ. 12 U jgħolli sinjal għall-​ġnus u jiġmaʼ lill-​imxerrdin taʼ Israel;+ u lill-​imferrxin taʼ Ġuda jiġborhom flimkien mill-​erbat itruf taʼ l-​art.+

13 U l-​għira t’Efrajm trid titlaq,+ u l-​għedewwa taʼ Ġuda se jinqerdu wkoll. Efrajm ma jgħirx għal Ġuda, u lanqas Ġuda ma se jkun l-​għadu t’Efrajm.+ 14 U jtiru għal fuq spallet il-​Filistin lejn il-​punent;+ flimkien se jaħtfu bħala priża lil ulied il-​Lvant.+ Se jieħdu taħt idejhom lil Edom u Mowab,+ u wlied Għammon ikunu sudditi tagħhom.+ 15 U Ġeħova se jnixxef ilsien il-​baħar Eġizzjan,+ u jxejjer idu lejn ix-​Xmara+ bir-​riħ jaħraq tiegħu. U jsawwatha fis-​sebaʼ nixxigħat tagħha, u hu jġiegħel lin-​nies jimxu bis-​sandli tagħhom.+ 16 U jkun hemm triq ewlenija+ li toħroġ mill-​Assirja għall-​fdal+ tal-​poplu tiegħu li jkun baqaʼ,+ sewwasew bħalma kien hemm għal Israel dakinhar li ħareġ mill-​art taʼ l-​Eġittu.

12 U f’dak il-​jum+ int żgur tgħid: “Nirringrazzjak, O Ġeħova, għax għalkemm għadabt għalija, ir-​rabja tiegħek bil-​mod il-​mod reġgħet lura,+ u bdejt tfarraġni.+ 2 Ara! Alla hu s-​salvazzjoni tiegħi.+ Jien se nafda fih u ma nitkexkixx;+ għax Jah* Ġeħova hu s-​saħħa+ u s-​setgħa tiegħi,+ u hu sar is-​salvazzjoni tiegħi.”+

3 B’ferħ kbir intom se ttellgħu l-​ilma min-​nixxigħat tas-​salvazzjoni.+ 4 U f’dak il-​jum se tgħidu: “Irringrazzjaw lil Ġeħova!+ Sejħu ismu.+ Għarrfu l-​għemejjel tiegħu fost il-​popli.+ Xandru li ismu qiegħed fl-​għoli.+ 5 Għannu lil Ġeħova,+ għax hu għamel affarijiet straordinarji.+ Dan qed jiġi mgħarraf fl-​art kollha.

6 “Infexx werżaq u għajjat bil-​ferħ, O abitanta taʼ Sijon, għax kbir f’nofsok hu l-​Qaddis taʼ Israel.”+

13 Id-dikjarazzjoni kontra Babilonja+ li Isaija bin Għamoż+ ra f’viżjoni: 2 “Għollu arblu bħala sinjal+ fuq muntanja taʼ blat għeri. Għollu leħinkom lejhom, xejru idkom,+ sabiex jidħlu mill-​bibien tan-​nobbli.+ 3 Jien stess ħriġt il-​kmand lill-​gwerriera li għażilt.*+ Sejjaħt ukoll lis-​setgħanin tiegħi biex jesprimu r-​rabja tiegħi,+ dawk li huma ferħanin b’mod taʼ l-​għaġeb. 4 Ismaʼ! Folla fil-​muntanji, ħoss bħal taʼ poplu kotran!+ Ismaʼ! L-​għagħa tas-​saltniet, taʼ ġnus miġburin flimkien!+ Ġeħova taʼ l-​armati qed jiġmaʼ l-​armata tal-​gwerra.+ 5 Ġejjin mill-​pajjiż ’il bogħod,+ minn tarf is-​smewwiet, Ġeħova u l-​armi tal-​kundanna tiegħu, biex ifarrku l-​art kollha.+

6 “Newħu,+ għax il-​jum taʼ Ġeħova hu qrib!+ Ġej bħala tħarbit minn Dak li Jistaʼ Kollox.+ 7 Huwa għalhekk li jintelqu l-​idejn kollha, u qalb il-​bniedem mortali ddub kollha.+ 8 U n-​nies jitħawdu.+ Jagħtuhom weġgħat u jaqbadhom l-​uġigħ tal-​ħlas; bħal mara li qed tiled ikollhom l-​uġigħ tal-​ħlas.+ Iħarsu lejn xulxin mistagħġbin. Wiċċhom ikun aħmar nar.+

9 “Ara! Il-​jum taʼ Ġeħova ġej, kiefer kemm bil-​qilla u kemm bir-​rabja taħraq, sabiex l-​art jagħmilha oġġett taʼ stagħġib,+ u sabiex jeqred għalkollox lill-​midinbin mill-​art.+ 10 Għax il-​kwiekeb tas-​smewwiet u l-​kostellazzjonijiet tagħhom taʼ Kesil*+ m’humiex se jitfgħu d-​dawl tagħhom; ix-​xemx se tiddallam hi u ħierġa, u l-​qamar mhux se jagħti d-​dawl tiegħu. 11 U jien se nġib il-​ħażen taʼ l-​art produttiva+ fuqha stess, u l-​iżball tal-​ħżiena fuqhom stess. U se ntemm il-​kburija tal-​prużuntużi, u nbaxxi s-​suppervja tat-​tiranni.+ 12 Se nagħmel lill-​bniedem mortali iktar rari mid-​deheb irfinut,+ u l-​bniedem taʼ l-​art iktar rari mid-​deheb t’Ofir.+ 13 Għalhekk, nheżżeż is-​sema,+ u l-​art titriegħed minn postha għall-​qilla taʼ Ġeħova taʼ l-​armati+ u għall-​jum tar-​rabja taħraq tiegħu.+ 14 U jrid iseħħ li, bħal għażżiela* li qed jiġru warajha u bħal merħla li m’għandha lil ħadd biex jiġborha flimkien,+ huma jduru, kull wieħed lejn il-​poplu tiegħu; u jaħarbu, kull wieħed lejn pajjiżu.+ 15 Kulmin jinstab se jiġi minfud, u kulmin jinqabad se jaqaʼ bis-​sejf;+ 16 u t-​tfal stess se jitfarrku quddiem għajnejhom.+ Djarhom se jiġu mħarbtin, u n-​nisa tagħhom se jiġu stuprati.+

17 “Ara, jien qed inqajjem kontrihom il-​Medin,+ li għalihom il-​fidda m’hi xejn u li bid-​deheb ma jitgħaxxqux. 18 U l-​qwas tagħhom se jfarrku lill-​irġiel żgħażagħ.+ U lil frott il-​ġuf ma jitħassruhx;+ għajnejhom mhux se jiddispjaċihom għall-​ulied. 19 U Babilonja, id-​dekorazzjoni tas-​saltniet,+ is-​sbuħija u l-​kburija tal-​Kaldin,+ trid issir bħal meta Alla għeleb lil Sodoma u Gomorra.+ 20 Qatt ma se tkun abitata,+ u minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni ma jkunx hemm iktar post għaliha.+ L-​Għarbi mhux se jwaqqaf it-​tinda tiegħu hemmhekk, u l-​ebda ragħaj m’hu se jħalli l-​imrieħel tiegħu jimteddu hemmhekk. 21 U hemmhekk jimteddu l-​annimali tad-​deżert, u fi djarhom tbejjet il-​kokka imperjali.+ U hemmhekk jgħammar in-​ngħam u joqogħdu jaqbżu d-​demonji forma taʼ mogħża.*+ 22 U x-​xakalli se jnewħu fit-​torrijiet tagħha li kienu mgħammrin,+ u s-​sriep il-​kbar se jkunu fil-​palazzi mill-​isbaħ. U dalwaqt tasal is-​siegħa tagħha, u jiemha mhux se jiġu mtawlin.”+

14 Għax Ġeħova se juri ħniena maʼ Ġakobb,+ u żgur jerġaʼ jagħżel lil Israel;+ u jagħtihom il-​mistrieħ f’arthom,+ u r-​residenti barranin jingħaqdu magħhom, u jintrabtu maʼ dar Ġakobb.+ 2 U l-​popli jiħduhom u jġibuhom lura fil-​post tagħhom, u dawk taʼ dar Israel jiħduhom fl-​art taʼ Ġeħova biex ikunu qaddejja rġiel u nisa tagħhom;+ u jieħdu fil-​jasar+ lil dawk li żammewhom fil-​jasar, u jkollhom taħthom lil dawk li ġegħluhom jaħdmu.+

3 U jrid iseħħ f’dak il-​jum, meta Ġeħova jagħtik il-​mistrieħ mill-​uġigħ tiegħek u mit-​taħbit tiegħek u mill-​jasar iebes li kont ilsir fih,+ 4 li int taqbad dan il-​qawl kontra s-​sultan taʼ Babilonja u tgħid:

“Kif waqaf dak li kien iġiegħel lil oħrajn jaħdmu iebes, kif waqfet il-​moħqrija!+ 5 Ġeħova kisser il-​ħatar tal-​ħżiena, il-​bastun tal-​ħakkiema,+ 6 dak li sawwat lill-​popli fil-​qilla bi swat bla waqfien,+ dak li rażżan lill-​ġnus bir-​rabja u b’persekuzzjoni bla kontroll.+ 7 L-art kollha straħet,+ m’għadx għandha tfixkil. In-​nies qed jifirħu b’għajat ferrieħi.+ 8 Anki s-​siġar tal-​ġnibru+ u ċ-​ċedri tal-​Libanu ferħu minħabba fik, u qalu, ‘Mindu mteddejt, ħadd+ ma ġie biex jaqtagħna għall-​injam.’

9 “Anki l-​Qabar*+ hemm taħt tqanqal minħabba fik biex jiltaqaʼ miegħek int u dieħel. Minħabba fik qajjem lil dawk bla qawwa fil-​mewt,+ il-​mexxejja kollha taʼ l-​art li qishom mogħoż.+ Qajjem lis-​slaten kollha tal-​ġnus minn fuq it-​tronijiet tagħhom.+ 10 Ilkoll kemm huma jitkellmu u jgħidulek, ‘Int ukoll sirt dgħajjef bħalna?+ Sirt qisek aħna?+ 11 Lejn il-​Qabar tniżżlet kburitek flimkien mal-​ħoss kontinwu taʼ l-​istrumenti tal-​korda tiegħek.+ Taħtek hemm id-​dud mifrux bħal sodda; u l-​ħniex huma l-​għata tiegħek.’+

12 “O kif waqajt mis-​sema,+ int li tiddi, bin iż-​żerniq! Kif tqaċċatt u waqajt maʼ l-​art,+ int li kont iddgħajjef il-​ġnus!+ 13 Int għedt f’qalbek, ‘Se nitlaʼ sas-​smewwiet.+ ’Il fuq mill-​kwiekeb+ t’Alla se ngħollih it-​tron tiegħi,+ u se npoġġi bil-​qiegħda fuq il-​muntanja tal-​laqgħa,+ fl-​iktar partijiet imbegħdin tat-​tramuntana.+ 14 Se nitlaʼ ’l fuq mill-​postijiet għoljin tas-​sħab;+ se nsir nixbah lill-​Iktar Għoli.’+

15 “Madankollu, se titniżżel fil-​Qabar,+ lejn il-​qiegħnett tal-​ħofra.+ 16 Dawk li jarawk se jibqgħu jħarsu lejk; se jeżaminawk mill-​qrib, u jistaqsu, ‘Huwa dan ir-​raġel li kien qed jheżżeż l-​art, li kien qed iriegħed is-​saltniet,+ 17 li għamel l-​art produttiva bħax-​xagħri u li għeleb il-​bliet tagħha,+ li ma fetaħx it-​triq għall-​priġunieri tiegħu biex imorru lura d-​dar?’+ 18 Is-slaten l-​oħrajn kollha tal-​ġnus, iva, ilkoll kemm huma, imteddew fil-​glorja, kull wieħed f’qabru stess.+ 19 Imma int, int intremejt mingħajr post fejn tindifen,+ bħal rimja mistkerrha, imlibbes bi rġiel maqtulin bis-​sejf li neżlin f’qiegħ taʼ ħofra,+ bħal ġisem mejjet li qed jintrifes.+ 20 M’intix se tingħaqad magħhom f’qabar, għax int għamilt lil pajjiżek stess ħerba, int qtilt lil niesek stess. Nisel dawk li jagħmlu l-​ħażen mhux se jissemma iktar.+

21 “Ħejju post fejn jinqatlu wliedu stess minħabba l-​iżball taʼ missirijiethom,+ sabiex ma jqumux u jieħdu l-​art f’idejhom u jimlew wiċċ l-​art produttiva bil-​bliet.”+

22 “U jien inqum kontrihom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.

“U naqtaʼ minn Babilonja kull isem+ u fdal u nisel u dixxendent,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

23 “U nagħmilha l-​proprjetà tal-​porkuspini u nġegħelha timtela bl-​għadajjar fejn jikber il-​qasab, u se niknisha bl-​ixkupa tal-​qerda,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.

24 Ġeħova taʼ l-​armati ħalef,+ u qal: “Żgur li bħalma ħsibt, hekk iseħħ; u bħalma ddeċidejt, hekk jiġri,+ 25 sabiex inkisser lill-​Assirjan fil-​pajjiż tiegħi+ u nisħqu fuq il-​muntanji tiegħi;+ u sabiex il-​madmad tiegħu jitlaq minn fuqhom u t-​tagħbija tiegħu titlaq minn fuq spallejhom.”+

26 Dan hu l-​iskop li ddeċidejt kontra l-​art kollha, u din hi l-​id maħruġa kontra l-​ġnus kollha. 27 Għax Ġeħova taʼ l-​armati nnifsu ddeċieda,+ u min jistaʼ jħassarlu?+ U idu ħariġha, u min jistaʼ jreġġagħha lura?+

28 Fis-sena li fiha miet is-​Sultan Aħaż+ saret din id-​dikjarazzjoni: 29 “Tithenniex,+ O Filistja,+ ħadd minnek, sempliċement għax il-​bastun taʼ dak li sawtek tkisser.+ Għax mill-​għerq tas-​serp+ se joħroġ serp velenuż,+ u frottu jkun serp ħafif b’velenu jaħraq bħan-​nar.+ 30 U l-​ewwel imweldin tal-​batuti se jieklu, u l-​foqra se jimteddu fis-​sigurtà.+ U bil-​ġuħ se noqtol lill-​għerq tiegħek, u dak li jifdal minnek se jinqatel.+ 31 Newwaħ, O bieb! Għajjat, O belt! Kollok kemm int se taqtaʼ qalbek, O Filistja! Għax mit-​tramuntana ġej duħħan, u m’hemmx suldat li qed iwarrab mir-​ringiela tiegħu.”+

32 U kif se jwiġbuhom lill-​messaġġiera+ tal-​ġnus? Li Ġeħova qiegħed il-​pedament taʼ Sijon,+ u fiha se jistkennu l-​magħkusin tal-​poplu tiegħu.

15 Id-dikjarazzjoni kontra Mowab:+ Peress li tħarbtet bil-​lejl, Ar+ taʼ Mowab issikktet. Peress li tħarbat bil-​lejl, Kir+ taʼ Mowab issikket. 2 Hu telaʼ lejn Id-​Dar u lejn Dibon,+ lejn il-​postijiet għall-​qima,* biex jibki. Mowab inewwaħ għal Nebo+ u għal Medeba.+ L-​irjus kollha fih huma qargħin;+ kull daqna mqaxxra. 3 Fit-toroq tiegħu tħażżmu bl-​ilbies taʼ l-​ixkora.+ Fuq il-​bjut+ u fil-​pjazez t’hemmhekk kulħadd inewwaħ u jinżel jibki.+ 4 U Ħesbon u Elegħale+ jgħajtu. Leħinhom instemaʼ saħansitra f’Ġaħas.+ Huwa għalhekk li jibqgħu jgħajtu l-​irġiel armati taʼ Mowab. Ruħu tirtogħod ġo fih.

5 Qalbi stess tgħajjat minħabba Mowab.+ Dawk li ħarbu minn hemmhekk waslu Sogħar+ u Għeglat-selisija.+ Għax it-​telgħa taʼ Luħit+ kulħadd jitlagħha bil-​biki; għax fit-​triq lejn Ħoronajm+ huma jgħajtu dwar il-​katastrofi. 6 Għax l-​ilmijiet taʼ Nimrim+ isiru ħerba. Għax il-​ħaxix aħdar nixef, il-​ħaxix spiċċa; m’hemm xejn iħaddar.+ 7 Huwa għalhekk li dak li jifdal u l-​affarijiet maħżunin li refgħu jġorruhom għan-​naħa l-​oħra tal-​wied tas-​siġar tal-​luq. 8 Għax l-​għajat dar mat-​territorju taʼ Mowab.+ It-​tinwiħ t’hemmhekk wasal s’Eglajm; it-​tinwiħ t’hemmhekk wasal sa Bir-​elim, 9 għax l-​ilmijiet taʼ Dimon imtlew bid-​demm. Għax kontra Dimon se nżid affarijiet oħrajn, u nibgħat l-​iljuni għall-​Mowabin li jaħarbu u għal dawk li jifdal fl-​art.+

16 Ibagħtu muntun lill-​ħakkiem tal-​pajjiż,+ minn Sela lejn ix-​xagħri, lejn il-​muntanja taʼ bint Sijon.+

2 U jiġri li l-​bniet taʼ Mowab fl-​ilmijiet baxxi taʼ l-​Arnon+ isiru bħal tajra li taħrab, imtajra mill-​bejta tagħha.+

3 “Offru parir, wettqu d-​deċiżjoni.+

“F’nofs il-​ġurnata, agħmel dellek bħal-​lejl.+ Aħbi lill-​imxerrdin;+ tittradixxi ’l ħadd minn dawk li qed jaħarbu.+ 4 Ħa jgħixu fik bħala barranin l-​imxerrdin tiegħi, O Mowab.+ Sir moħba għalihom minħabba dak li jħarbat.+ Għax min jaħqar riesaq lejn tmiemu; it-​tħarbit spiċċa; dawk li qed jgħaffġu lill-​oħrajn intemmew minn fuq l-​art.+

5 “U bil-​qalb tajba bl-​imħabba se jiġi stabbilit tron fis-​sod;+ u wieħed irid joqgħod fuqu bil-​verità fit-​tinda taʼ David,+ u jiġġudika u jfittex il-​ġustizzja u jkun pront biex jagħmel is-​sewwa.”+

6 Smajna bil-​kburija taʼ Mowab, li hu kburi ħafna;+ is-​suppervja tiegħu u l-​kburija tiegħu u l-​qilla tiegħu+—it-​tpaċpiċ vojt tiegħu mhux se jseħħ.+ 7 Għalhekk, Mowab se jnewwaħ għal Mowab; iva, kollu kemm hu se jnewwaħ.+ Il-​milqutin se jokorbu għaċ-​ċapep taż-​żbib taʼ Kir-ħareset,+ 8 għax ir-​rabaʼ mtarraġ taʼ Ħesbon+ dbiel. Lid-​dielja taʼ Sibma,+ sidien il-​ġnus qaċċtulha l-​friegħi tagħha ħomor nar. Kienu laħqu sa Ġagħżer;+ kienu ġrew fix-​xagħri. Ir-​rimjiet tagħha tħallew iħaddru waħedhom; kienu waslu sal-​baħar.

9 Huwa għalhekk li se nibki mal-​biki taʼ Ġagħżer għad-​dielja taʼ Sibma.+ Bid-​dmugħ tiegħi nxarrbek għasra, O Ħesbon+ u Elegħale,+ għax matul is-​sajf tiegħek u l-​ħsad tiegħek instemaʼ l-​għajat.+ 10 U l-​hena u l-​ferħ ittieħdu mill-​ġnien tal-​frott; u fl-​għelieqi tad-​dwieli m’hemmx għajat ferrieħi.+ Dak li jagħsar m’huwiex jagħsar inbid fil-​magħsar.+ L-​għajat jien waqqaftu.+

11 Huwa għalhekk li l-​ġewwieni tiegħi qed jokrob bħal arpa minħabba Mowab,+ u minħabba Kir-ħareset nokrob ġewwa fija.+

12 U ġara li Mowab deher għajjien fil-​post għall-​qima;*+ u ġie fis-​santwarju tiegħu biex jitlob,+ u ma setaʼ jagħmel xejn.+

13 Din hija l-​kelma li Ġeħova kien qal qabel dwar Mowab. 14 U issa Ġeħova tkellem, u qal: “Fi żmien tliet snin, bħas-​snin taʼ ħaddiem mikri,+ il-​glorja+ taʼ Mowab tkun ġiet diżonorata u tkun ġarrbet kull xorta taʼ taqlib kbir, u dawk li jibqaʼ jkunu fdal żgħir ħafna u bla setgħa.”+

17 Id-dikjarazzjoni kontra Damasku:+ “Ara! Damasku m’għadhiex belt, u saret munzell, rovina li qed titmermer.+ 2 Il-bliet abbandunati t’Għarogħer+ saru biss postijiet għall-​imrieħel, fejn dawn jimteddu u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.+ 3 U għabet il-​belt fortifikata minn Efrajm,+ u s-​saltna minn Damasku;+ u dawk li jifdal mis-​Sirja se jsiru bħall-​glorja taʼ wlied Israel,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.+

4 “U jrid iseħħ f’dak il-​jum li l-​glorja taʼ Ġakobb se tonqos,+ u l-​ħxuna taʼ laħmu se tinżel.+ 5 U meta l-​ħassâd ikun qed jiġbor iż-​żaraʼ wieqaf u driegħu jaħsad is-​sbul,+ se jkun bħal wieħed li jlaqqat is-​sbul fil-​pjanura l-​baxxa taʼ Refajm.+ 6 U jibqaʼ fih tilqit bħal meta titfarfar is-​siġra taż-​żebbuġ; żewġ żebbuġiet misjurin jew tlieta fin-​naħa taʼ fuq tal-​fergħa; erbgħa jew ħamsa fuq il-​friegħi tagħha li jagħmlu l-​frott,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova l-​Alla taʼ Israel.+

7 Dakinhar il-​bniedem se jħares lejn Dak li għamlu, u għajnejh se jħarsu fiss lejn il-​Qaddis taʼ Israel.+ 8 U ma jħarisx lejn l-​artali,+ xogħol idejh;+ u ma jħarisx fiss lejn dak li għamlu subgħajh, lanqas lejn l-​arbli sagri jew l-​artali taʼ l-​inċens.+ 9 Dakinhar il-​bliet fortifikati tiegħu jsiru bħal post mitluq għalkollox fil-​bosk, iva, il-​fergħa li telqu għalkollox minħabba wlied Israel; u jrid isir art abbandunata.+ 10 Għax int insejt+ l-​Alla tas-​salvazzjoni tiegħek;+ u ma ftakartx fil-​Blata+ tal-​fortizza tiegħek. Huwa għalhekk li int tħawwel ħafna xitel sabiħ, u tħawwel ir-​rimja taʼ stranġier f’nofshom. 11 Bi nhar tistaʼ ddawwar bir-​reqqa il-​post imħawwel tiegħek b’ċint, u fil-​għodu tara li ż-​żerriegħa tiegħek tinbet, imma mhux se jkun hemm ħsad f’jum il-​mard u l-​uġigħ bla fejqan.+

12 Ara! L-​għagħa taʼ ħafna popli, li qed jitqallbu bħalma jitqalleb il-​baħar! U l-​istorbju tal-​ġnus, li qed idamdmu bħall-​ħoss taʼ ilmijiet setgħanin!+ 13 Il-ġnus+ se jdamdmu bħall-​ħoss taʼ ħafna ilmijiet. U Hu se jċanfarhom,+ u jaħarbu ’l bogħod u jiġu mtajrin bħall-​karfa tal-​muntanji fir-​riħ u bħal ħaxix niexef maqbud fi tromba tar-​riħ taʼ tempesta.+ 14 Fil-għaxija, ara, ikun hemm twerwir għal għarrieda. Qabel ma jsir fil-​għodu—ma jkunux iktar.+ Dan hu sehem dawk li jħarbtuna, u dak li jmiss lil dawk li jaħtfuna bħala priża.+

18 Gwaj għall-​pajjiż taʼ l-​insetti li jvenvnu ġwinħajhom, li qiegħed fir-​reġjun tax-​xmajjar taʼ l-​Etjopja!+ 2 Qed jibgħat lil xi wħud+ bil-​baħar, u bil-​bastimenti tal-​papiru fuq wiċċ l-​ilmijiet, billi jgħid: “Morru, messaġġiera ħfief, lejn ġens twil u b’ġilda lixxa, lejn poplu li jqanqal il-​biżaʼ kullimkien, ġens taʼ saħħa kbira li jisħaq kollox, li pajjiżu nġarr mix-​xmajjar.”+

3 Intom ilkoll li tgħammru fl-​art produttiva+ u residenti taʼ l-​art, intom se taraw dehra bħal meta jitgħolla arblu bħala sinjal fuq il-​muntanji,+ u se tisimgħu ħoss bħal meta jindaqq qarn.+ 4 Għax hekk qalli Ġeħova: “Se noqgħod kwiet u nħares lejn il-​post stabbilit tiegħi,+ u dan ikun bħas-​sħana u d-​dija taʼ bi nhar,+ bħas-​sħaba tan-​nida fis-​sħana tal-​ħsad.+ 5 Għax qabel il-​ħsad, meta l-​inwar ikun perfett u l-​fjur jinbidel f’għeneb li qed isir, ikollhom jinqatgħu wkoll il-​friegħi żgħar bis-​skieken taż-​żabra u jitneħħew ir-​rimjiet irqaq, ikollhom jinżabru.+ 6 Se jitħallew kollha għall-​għasfur tal-​priża li jtir fuq il-​muntanji u għall-​bhima taʼ l-​art.+ U fuqhom l-​għasfur tal-​priża jqattaʼ s-​sajf, u kull bhima taʼ l-​art tqattaʼ żmien il-​ħsad.+

7 “F’dak iż-​żmien se jinġieb rigal lil Ġeħova taʼ l-​armati,+ mingħand poplu twil u b’ġilda lixxa,+ iva, mingħand poplu li jqanqal il-​biżaʼ kullimkien, ġens taʼ saħħa kbira li jisħaq kollox, li pajjiżu nġarr mix-​xmajjar, u se jinġieb lejn il-​post taʼ isem Ġeħova taʼ l-​armati, il-​Muntanja Sijon.”+

19 Id-dikjarazzjoni kontra l-​Eġittu:+ Ara! Ġeħova riekeb fuq sħaba li miexja bil-​ħeffa+ u ġejja l-​Eġittu. U l-​allat bla siwi taʼ l-​Eġittu se jirtogħdu minħabba fih,+ u f’nofsu se ddub qalb l-​Eġizzjani.+

2 “Se nsuq lill-​Eġizzjani bin-​niggieża kontra l-​Eġizzjani stess, u kull wieħed minnhom se jiggwerra kontra ħuh, u kull wieħed kontra sieħbu, belt kontra belt, saltna kontra saltna.+ 3 U f’nofsu se jkollhom spirtu mifxul dawk li jgħammru fl-​Eġittu,+ u jien se nħawwad il-​pjanijiet tagħhom.+ U huma żgur imorru għand l-​allat bla siwi+ u għand is-​sħaħar u għand il-​medji taʼ l-​ispirti u għand dawk li xogħolhom hu li jbassru l-​ġrajjiet.+ 4 U jien se nagħti l-​Eġittu f’idejn sid iebes, u s-​sultan li jaħkem fuqhom ikun b’saħħtu,”+ hija l-​kelma tal-​Mulej il-​veru, Ġeħova taʼ l-​armati.

5 U l-​ilma se jinxef mill-​baħar, u x-​xmara tixxotta u titqaxqax.+ 6 U x-​xmajjar jintnu; il-​kanali tan-​Nil taʼ l-​Eġittu se jitbaxxew u jixxottaw.+ Il-​qasab+ u l-​ħaxix* jitmermru. 7 Se jinxfu l-​mergħat ħdejn ix-​Xmara Nil, mal-​bokka tax-​Xmara Nil, u kull art miżrugħa tax-​Xmara Nil.+ Se jittajru mar-​riħ u jgħibu. 8 U s-​sajjieda żgur jitnikktu, u dawk kollha li jitfgħu s-​snanar fix-​Xmara Nil żgur ikunu mdejqin, u dawk li jifirxu x-​xbieki tas-​sajd fuq wiċċ l-​ilma se jiddgħajfu.+ 9 U dawk li jaħdmu fil-​kittien mimxut+ se jistħu; kif ukoll dawk li jinsġu drappijiet bojod bin-​newl. 10 U n-​nissieġa tiegħu+ se jħossuhom imfarrkin, se jitnikket kull ħaddiem li jieħu l-​paga.

11 Il-prinċpijiet taʼ Sogħan+ huma tassew boloh. U m’humiex raġunevoli l-​pariri taʼ l-​għorrief li hemm fost dawk li jagħtu l-​pariri lill-​Fargħun.+ Kif tistgħu tgħidu lill-​Fargħun: “Jien bin l-​għorrief, bin is-​slaten tal-​qedem”? 12 Fejn huma, mela, l-​għorrief tiegħek,+ sabiex issa jkunu jistgħu jgħidulek u sabiex ikunu jafu dak li Ġeħova taʼ l-​armati ddeċieda li jagħmel dwar l-​Eġittu?+ 13 Il-prinċpijiet taʼ Sogħan aġixxew bil-​bluha,+ il-​prinċpijiet taʼ Nof*+ ġew imqarrqin, l-​irġiel ewlenin+ tat-​tribujiet tiegħu ġiegħlu l-​Eġittu jiġġerra. 14 Ġeħova ferraʼ f’nofsu l-​ispirtu taʼ taħwid;+ u huma ġiegħlu l-​Eġittu jixxengel ’l hemm u ’l hawn f’kulma jagħmel, bħalma xi ħadd fis-​sakra jixxengel ’l hemm u ’l hawn waqt li jgħaffeġ fil-​vomtu tiegħu stess.+ 15 U l-​Eġittu mhux se jkollu xogħol li jkunu jistgħu jagħmluh ir-​ras jew id-​denb, ir-​rimja jew is-​simara.+

16 Dakinhar l-​Eġittu jsir bħan-​nisa, u se jitriegħed+ u jitkexkex minħabba t-​tixjir taʼ l-​id li Ġeħova taʼ l-​armati qed ixejjer kontrih.+ 17 U l-​art taʼ Ġuda ssir għall-​Eġittu raġuni biex jistordi bil-​biżaʼ.+ Dawk kollha li jisimgħu biha jibżgħu minħabba dak li Ġeħova taʼ l-​armati qed jiddeċiedi kontrih.+

18 Dakinhar se jkun hemm ħamest ibliet fl-​art taʼ l-​Eġittu+ li jitkellmu l-​lingwa taʼ Kangħan+ u jaħilfu+ lil Ġeħova taʼ l-​armati. Belt waħda jkun jisimha Belt it-​Tiġrif.

19 Dakinhar se jkun hemm artal għal Ġeħova f’nofs l-​art taʼ l-​Eġittu,+ u kolonna għal Ġeħova ħdejn il-​fruntiera tiegħu. 20 U dan ikun bħala sinjal u bħala xiehda dwar Ġeħova taʼ l-​armati fl-​art taʼ l-​Eġittu;+ għax huma jgħajtu lil Ġeħova minħabba dawk li jaħqruhom,+ u hu jibagħtilhom salvatur, iva, wieħed grandjuż, li se jeħlishom.+ 21 U Ġeħova se jsir magħruf fost l-​Eġizzjani;+ u dakinhar l-​Eġizzjani se jkunu jafu lil Ġeħova, u se joffru sagrifiċċju u għotja+ u jagħmlu wegħda lil Ġeħova u jrodduha.+ 22 U Ġeħova se jidrob l-​Eġittu.+ Se jkun hemm drib u fejqan;+ u huma jerġgħu lura lejn Ġeħova,+ u hu jħallihom jitolbuh bil-​ħrara u jfejjaqhom.+

23 Dakinhar se jkun hemm triq ewlenija+ mill-​Eġittu għall-​Assirja, u l-​Assirja tiġi l-​Eġittu u l-​Eġittu jmur l-​Assirja; u se jagħtu servizz sagru, l-​Eġittu maʼ l-​Assirja. 24 Dakinhar Israel ikun it-​tielet maʼ l-​Eġittu u maʼ l-​Assirja,+ jiġifieri, barka f’nofs l-​art,+ 25 għax Ġeħova taʼ l-​armati se jkun bierku+ u qal: “Ikun imbierek il-​poplu tiegħi, l-​Eġittu, u xogħol idejja, l-​Assirja,+ u l-​wirt tiegħi, Israel.”+

20 Fis-sena li t-​Tartan*+ ġie Asdod,+ meta ntbagħat minn Sargon is-​sultan taʼ l-​Assirja,+ u ggwerra kontra Asdod u rebaħha;+ 2 dak iż-​żmien il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Isaija bin Għamoż,+ tgħid: “Mur,+ u ħoll l-​ilbies taʼ l-​ixkora minn fuq ġenbejk;+ u inżaʼ s-​sandli tiegħek minn saqajk.”+ U hekk għamel, u mexa għarwien u ħafi.+

3 U Ġeħova kompla jgħid: “Bħalma l-​qaddej tiegħi Isaija mexa għarwien u ħafi għal tliet snin bħala sinjal+ u tbassira kontra l-​Eġittu+ u kontra l-​Etjopja,+ 4 hekk is-​sultan taʼ l-​Assirja se jmexxi lill-​imjassrin taʼ l-​Eġittu+ u lill-​eżiljati taʼ l-​Etjopja, subien u rġiel xjuħ, għarwenin u ħafjin, u b’warranihom mikxuf, l-​għera taʼ l-​Eġittu.+ 5 U se jitwerwru u jistħu minħabba l-​Etjopja, li ħarsu lejha bħala t-​tama tagħhom,+ u minħabba l-​Eġittu, is-​sbuħija tagħhom.+ 6 U l-​abitant taʼ din l-​art taʼ mal-​baħar se jgħid dakinhar, ‘Hemm hi t-​tama tagħna, li ħrabna lejha għall-​għajnuna, sabiex ninħelsu minħabba s-​sultan taʼ l-​Assirja!+ U kif se naħarbu aħna?’”

21 Id-dikjarazzjoni kontra x-​xagħri tal-​baħar:*+ Riesaq gwaj bħall-​irjieħ+ taʼ tempesta min-​nofsinhar, mix-​xagħri ġej, minn pajjiż li jqanqal il-​biżaʼ.+ 2 Intwerejt viżjoni iebsa:+ It-​traditur qed jaġixxi bi tradiment, u dak li jħarbat qed iħarbat.+ Itlaʼ, O Għelam! Assedja, O Medja!+ It-​tnehid kollu minħabba fiha jien waqqaftu.+ 3 Huwa għalhekk li ġenbejja qed juġgħuni ħafna.+ Qabdu jagħtuni l-​weġgħat, bħall-​weġgħat taʼ mara li qed tiled.+ Tant inħossni konfuż li m’iniex nismaʼ; tant tħawwadt li m’iniex nara. 4 Qalbi qed tgħaġġel; it-​tkexkix werwirni. L-​għabex li tant kien jogħġobni sar tal-​biżaʼ għalija.+

5 Ħa tinfirex il-​mejda, jitħejja l-​post għas-​siġġijiet, u jkun hemm min jiekol u jixrob!+ Qumu, prinċpijiet,+ idilku t-​tarka.+ 6 Għax hekk qalli Ġeħova:

“Mur, qiegħed għassies ħalli jgħid eżatt dak li jara.”+

7 U ra karru tal-​gwerra b’par żwiemel tal-​ġiri, karru tal-​gwerra bil-​ħmir, karru tal-​gwerra bl-​iġmla. U qagħad attent ħafna, b’attenzjoni kbira. 8 U beda jgħajjat bħal iljun:+ “Fuq it-​torri taʼ l-​għassa, O Ġeħova, jien noqgħod wieqaf il-​ħin kollu bi nhar, u fil-​post tal-​gwardja tiegħi jien noqgħod tul l-​iljieli kollha.+ 9 U ara, issa, ġej karru tal-​gwerra bl-​irġiel u b’par żwiemel tal-​ġiri!”+

U hu beda jitkellem u jgħid: “Waqgħet! Waqgħet Babilonja,+ u x-​xbihat minquxin kollha t’allatha hu kissirhom maʼ l-​art!”+

10 O midrusin tiegħi u bin il-​qiegħa tad-​dris tiegħi,+ dak li smajt mingħand Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, jien ħabbarthulkom.

11 Id-dikjarazzjoni kontra Duma:* Hemm wieħed isejjaħli mis-​Segħir:+ “Għassies, fiex inhu l-​lejl? Għassies, fiex inhu l-​lejl?”+ 12 L-għassies qal: “Fil-​għodu jrid jiġi, u l-​lejl ukoll. Jekk intom tridu tistaqsu, staqsu. Erġgħu ejjew!”

13 Id-dikjarazzjoni kontra l-​pjanura tad-​deżert: Fil-​foresta li hemm fil-​pjanura tad-​deżert se tqattgħu l-​lejl, O karavani tan-​nies taʼ Dedan.+ 14 Ġibu l-​ilma biex tiltaqgħu maʼ l-​għatxan. O abitanti tal-​pajjiż taʼ Tema,+ iltaqgħu maʼ dak li ħarab u ħudulu l-​ħobż. 15 Għax minħabba s-​sjuf ħarbu huma, minħabba s-​sejf mislut, u minħabba l-​qaws milwi u minħabba t-​toqol tal-​gwerra.

16 Għax hekk qalli Ġeħova: “Fi żmien sena, bħas-​snin taʼ ħaddiem mikri,+ il-​glorja kollha taʼ Kedar+ trid tintemm. 17 U fdal żgħir se jibqaʼ mill-​għadd taʼ l-​arċieri, l-​irġiel setgħanin taʼ wlied Kedar,+ għax Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, qal dan.”+

22 Id-dikjarazzjoni għall-​wied tal-​viżjoni:+ Xi ġralek, mela, biex in-​nies tiegħek telgħu kollha fuq il-​bjut?+ 2 Kont mimlija bil-​konfużjoni, kont belt storbjuża, belt ferrieħa.+ Il-​maqtulin tiegħek m’humiex dawk maqtulin bis-​sejf, u lanqas dawk maqtulin fil-​battalja.+ 3 Id-dittaturi+ kollha tiegħek ħarbu f’daqqa.+ Ittieħdu priġunieri bla ma kien hemm bżonn qaws. Dawk kollha li nstabu min-​nies tiegħek ittieħdu priġunieri flimkien.+ Kienu ħarbu ’l bogħod.

4 Huwa għalhekk li jien għedt: “Dawru ħarsitkom minn fuqi. Se nuri l-​imrar tiegħi bil-​biki.+ Tinsistux li tfarrġuni minħabba t-​tħarbit taʼ bint il-​poplu tiegħi.+ 5 Għax huwa l-​jum taʼ konfużjoni+ u taʼ telfa+ u taʼ taħwid+ mingħand il-​Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati, fil-​wied tal-​viżjoni. Hemmhekk qiegħed dak li jġarraf il-​ħajt,+ u l-​għajta lejn il-​muntanja.+ 6 U Għelam+ qabad il-​barżakka tal-​vleġeġ, fil-​karru tal-​gwerra tal-​bniedem miġbud miż-​żwiemel tal-​ġiri; u Kir+ kixef it-​tarka. 7 U jrid iseħħ li l-​aqwa pjanuri baxxi tiegħek jimtlew bil-​karrijiet tal-​gwerra, u ż-​żwiemel tal-​ġiri żgur jieħdu posthom fil-​bieb, 8 u l-​ilqugħ taʼ Ġuda se jitneħħa. U dakinhar int se tħares lejn l-​armerija+ tad-​dar tal-​foresta,+ 9 u intom se taraw it-​tiċrit fis-​swar tal-​Belt taʼ David, għax se jkun hemm ħafna.+ U se tiġbru l-​ilmijiet taʼ l-​għadira t’isfel.+ 10 U se tgħoddu d-​djar taʼ Ġerusalemm. U ġġarrfu wkoll id-​djar biex is-​sur+ ma jkunx jistaʼ jittieħed. 11 U bejn iż-​żewġ ħitan tagħmlu ġibjun għall-​ilmijiet taʼ l-​għadira l-​qadima.+ U m’intomx se tħarsu lejn il-​Wieħed Grandjuż li għamel dan, u lil min sawru żmien twil ilu m’intomx se tarawh.

12 “U l-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati, se jsejħilkom dakinhar biex tibku+ u titnikktu u tqaxxru xagħarkom qargħa u titħażżmu bl-​ilbies taʼ l-​ixkora.+ 13 Imma, ara! Hemm ferħ u tgawdija, baqar u nagħaġ qed jinqatlu u qed jittiekel il-​laħam u jinxtorob l-​inbid,+ u qed jingħad, ‘Ħa nieklu u nixorbu, għax għada mmutu.’”+

14 U Ġeħova taʼ l-​armati kellimni u smajtu b’widnejja:+ “‘Dan l-​iżball mhux se jkun hemm tpattija+ għalih għan-​nom tagħkom sakemm tmutu,’+ qal il-​Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati.”

15 Hekk qal il-​Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati: “Mur, idħol għand dan il-​prokuratur, għand Sebna,+ li qiegħed fuq id-​dar,+ u għidlu, 16 ‘X’għandek hawnhekk, u lil min għandek hawnhekk, biex ħaffirt għalik post għad-​dfin?’+ Fuq għolja qed iħaffer il-​post tad-​dfin tiegħu; fil-​blat qed jaqtaʼ dar għalih. 17 ‘Ara! Ġeħova jwaddbek ’l isfel bis-​saħħa, O raġel b’saħħtek, u jaqbdek bil-​forza. 18 Żgur se jagħmlek kobba marsusa, bħal ballun iwaddbek ’il bogħod lejn medda kbira t’art. Hemmhekk tmut, u hemmhekk il-​karrijiet tal-​glorja tiegħek se jkunu d-​diżunur taʼ dar sidek. 19 U nwarrbek minn postok; u se titniżżel mill-​pożizzjoni uffiċjali tiegħek.+

20 “‘U jrid iseħħ dakinhar li jien insejjaħ lill-​qaddej tiegħi,+ jiġifieri, lil Eljakim+ bin Ħilkija.+ 21 U llibbsu l-​libsa tiegħek, u norbotlu sew madwaru t-​terħa tiegħek,+ u d-​dominju tiegħek nagħtihulu f’idejh; u hu jsir missier għall-​abitant taʼ Ġerusalemm u għal dar Ġuda.+ 22 U nqiegħed il-​muftieħ+ tad-​dar taʼ David fuq spallejh, u hu jiftaħ mingħajr ħadd ma jagħlaq, u jagħlaq mingħajr ħadd ma jiftaħ.+ 23 U ndaħħlu bħal musmar+ fis-​sod, u jsir bħala tron taʼ glorja għal dar missieru.+ 24 U jdendlu miegħu l-​glorja kollha taʼ dar missieru: id-​dixxendenti u r-​rimjiet, jiġifieri, ir-​reċipjenti żgħar kollha, ir-​reċipjenti f’għamla taʼ skutelli kif ukoll ir-​reċipjenti kollha f’għamla taʼ ġarar kbar.

25 “‘Dakinhar,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, ‘il-​musmar+ imdaħħal f’post dejjiemi se jitneħħa,+ u se jinqalaʼ u jaqaʼ, u t-​tagħbija taʼ fuqu taqaʼ u titkisser, għax Ġeħova qalu dan.’”+

23 Id-dikjarazzjoni għal Tir:+ Newħu, bastimenti taʼ Tarsis!+ Għax tħarbtet u m’għadhiex port, m’għadhiex post fejn tidħlu.+ Saru jafu b’dan mill-​art taʼ Kittim.+ 2 Isktu, abitanti taʼ l-​art taʼ mal-​baħar. Il-​merkanti minn Sidon,+ dawk li jaqsmu l-​baħar, imlewk. 3 U fuq ħafna ilmijiet kien hemm iż-​żerriegħa taʼ Siħor,+ il-​ħsad tan-​Nil, id-​dħul tiegħek; u kien il-​qligħ tal-​ġnus.+

4 Istħi, O Sidon.+ Għax il-​baħar, O fortizza tal-​baħar, qal: “Ma kellix uġigħ tal-​ħlas, u ma wlidtx, u la rabbejt ġuvintur u lanqas rawwimt xebbiet.”+ 5 Bħal fir-​rapport dwar l-​Eġittu,+ in-​nies se jaqbadhom uġigħ kbir bir-​rapport dwar Tir.+ 6 Aqsmu lejn Tarsis; newħu, abitanti taʼ l-​art taʼ mal-​baħar. 7 Din hi l-​belt tagħkom li ilha tifraħ minn żmien twil ilu, mill-​qedem? Saqajha kienu jiħduha ’l bogħod biex tgħix bħala barranija.

8 Min hu li ddeċieda dan+ kontra Tir, dik li tagħti l-​kuruni, li l-​merkanti tagħha kienu prinċpijiet, li n-​negozjanti tagħha kienu n-​nies onorati taʼ l-​art?+

9 Ġeħova taʼ l-​armati ddeċieda dan,+ li jkasbar il-​kburija taʼ kull sbuħija,+ li jittratta b’disprezz lin-​nies onorati kollha taʼ l-​art.+

10 Għaddi minn fuq artek bħax-​Xmara Nil, O bint Tarsis.+ M’għadx hemm tarzna.+ 11 Hu medd idu fuq il-​baħar; heżżeż is-​saltniet.+ Ġeħova nnifsu ta kmand kontra l-​Feniċja, biex il-​fortizzi tagħha jinqerdu għalkollox.+ 12 U jgħid: “Qatt iktar ma terġaʼ tifraħ,+ O maħqura, il-​bint verġni taʼ Sidon.+ Qum u aqsam lejn il-​Kittim.+ Lanqas hemmhekk ma se tkun tistaʼ tistrieħ.”

13 Ara! L-​art tal-​Kaldin.+ Dan hu l-​poplu—mhux l-​Assirja+—li għamilha għall-​annimali tad-​deżert.+ Huma tellgħu t-​torrijiet tagħhom taʼ l-​assedju,+ u neżżgħulha għalkollox it-​torrijiet mgħammrin tagħha;+ intgħamlet rovina li qed titfarrak.+

14 Newħu, bastimenti taʼ Tarsis, għax il-​fortizza tagħkom tħarbtet.+

15 U jrid iseħħ dakinhar li Tir tintesa għal sebgħin sena,+ daqs il-​jiem taʼ sultan. Wara sebgħin sena Tir se jiġrilha bħal fl-​għanja dwar prostituta: 16 “Aqbad arpa, u mur madwar il-​belt, O prostituta minsija.+ Agħmel l-​aħjar li tistaʼ biex iddoqq fuq il-​kordi; ħa jkunu ħafna l-​għanjiet tiegħek, sabiex ikunu jistgħu jiftakruk.”

17 U jrid iseħħ wara sebgħin sena li Ġeħova jitfaʼ l-​attenzjoni tiegħu fuq Tir, u hi terġaʼ tibda tinkera+ u tagħmel prostituzzjoni mas-​saltniet kollha taʼ l-​art fuq wiċċ l-​art.+ 18 U l-​qligħ tagħha u l-​ħlas tal-​kiri tagħha+ jsiru xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova. Ma jinħażnux, u lanqas jitfaddlu, għax il-​ħlas tal-​kiri tagħha se jkun għal dawk li jgħammru quddiem Ġeħova,+ biex jieklu sa ma jixbgħu u biex ikollhom ilbies eleganti.+

24 Ara! Ġeħova qed ibattal l-​art u jħalliha mitluqa;+ hu qalibha wiċċha ’l isfel+ u xerred l-​abitanti tagħha.+ 2 U jiġri lill-​poplu bħalma jiġri lill-​qassis; lill-​qaddej bħal sidu; lill-​qaddejja bħal sidtha; lix-​xerrej bħall-​bejjiegħ; lil min jislef bħal min jissellef; lil dak li jieħu l-​imgħax bħal dak li jħallas l-​imgħax.+ 3 Bla dubju l-​art se titbattal, u bla dubju se jaħtfu l-​priża minnha,+ għax Ġeħova qal din il-​kelma.+ 4 L-art tnikktet,+ dbielet. L-​art produttiva ddgħajfet, dbielet. Il-​kbarat tan-​nies tal-​pajjiż iddgħajfu.+ 5 U l-​art tniġġset taħt l-​abitanti tagħha,+ għax injoraw il-​liġijiet,+ bidlu r-​regolament,+ kisru l-​patt li hu għal żmien indefinit.+ 6 Huwa għalhekk li s-​saħta kielet l-​art,+ u dawk li jgħammru fiha qed jinstabu ħatjin. Huwa għalhekk li naqsu fl-​għadd dawk li jgħammru fl-​art u fadal ftit bnedmin mortali.+

7 L-inbid ġdid tnikket, id-​dielja dbielet,+ dawk kollha taʼ qalb ferħana qed jitniehdu.+ 8 Il-ħoss ferrieħi tat-​tanburlini waqaf, intemm l-​istorbju taʼ dawk ferħanin ferm, il-​ferħ kbir taʼ l-​arpa waqaf.+ 9 Jixorbu l-​inbid imma ma jkantawx; ix-​xorb li jsakkar ikun morr għal dawk li jixorbuh. 10 Il-belt abbandunata ġġarrfet;+ kull dar issakkret biex ħadd ma jidħol fiha. 11 Hemm għajta fit-​toroq għax iridu l-​inbid. L-​hena kollu telaq; il-​ferħ kbir taʼ l-​art għab.+ 12 Il-belt tħalliet f’kundizzjoni li tbellhek; il-​bieb tfarrak u sar biss borġ ġebel.+

13 Għax hekk isir f’nofs l-​art, fost il-​popli, bħal meta titfarfar is-​siġra taż-​żebbuġ,+ bħat-​tilqit wara li jispiċċa l-​ġbir taʼ l-​għeneb.+ 14 Huma se jgħollu leħinhom u jgħajtu bil-​ferħ. Minħabba s-​superjorità taʼ Ġeħova se jinfexxu jwerżqu mill-​baħar.+ 15 Għalhekk, fir-​reġjun tad-​dawl+ se jigglorifikaw lil Ġeħova,+ u fil-​gżejjer tal-​baħar l-​isem taʼ Ġeħova,+ l-​Alla taʼ Israel. 16 Minn tarf l-​art smajna xi melodiji:+ “Dekorazzjoni għall-​Ġust!”+

Imma jien ngħid: “Inħossni mixrub,+ inħossni mixrub! Gwaj għalija! It-​tradituri aġixxew bi tradiment.+ Iva, bi tradiment aġixxew it-​tradituri.”+

17 Il-biżaʼ u l-​ħofra u n-​nasba huma fuqek, int li tgħammar fl-​art.+ 18 U jrid iseħħ li kulmin jaħrab mill-​ħoss taʼ xi ħaġa tal-​biżaʼ se jaqaʼ fil-​ħofra, u kulmin jitlaʼ minn ġol-​ħofra jinqabad fin-​nasba.+ Għax bwieb l-​għargħar li huma fl-​għoli jinfetħu,+ u s-​sisien taʼ l-​art jitriegħdu.+ 19 L-art inqasmet għalkollox, l-​art theżżet għalkollox, l-​art tħarrket għalkollox.+ 20 L-art tixxengel ħafna bħal raġel fis-​sakra, u titbandal ’l hemm u ’l hawn bħal għarix taʼ l-​għassa.+ U l-​ksur tal-​liġi tagħha jtaqqalha,+ u se taqaʼ u ma terġax tqum.+

21 U jrid iseħħ f’dak il-​jum li Ġeħova se jġib il-​ġudizzju tiegħu fuq l-​armata taʼ l-​għoli fl-​għoli, u fuq is-​slaten taʼ l-​art fl-​art.+ 22 U se jinġabru bħalma jinġabru l-​priġunieri fil-​ħofra,+ u jissakkru fil-​ħabs taħt l-​art;+ u wara ħafna jiem se jingħataw attenzjoni.+ 23 U ħassu avvilit il-​qamar kwinta, u x-​xemx tiddi stħat,+ għax Ġeħova taʼ l-​armati sar sultan+ glorifikat fuq il-​Muntanja Sijon+ u f’Ġerusalemm u quddiem ix-​xjuħ tiegħu.+

25 O Ġeħova, int Alla tiegħi.+ Jien neżaltak,+ jien infaħħar lil ismek,+ għax int għamilt affarijiet taʼ l-​għaġeb,+ skopijiet+ mill-​qedem, u mxejt bil-​fedeltà+ u b’mod li jixraqlek fiduċja.+ 2 Għax il-​belt għamiltha borġ ġebel, il-​belt fortifikata rovina li qed titfarrak, it-​torri fejn jgħammru l-​istranġieri ma ħallejtux jibqaʼ, u l-​belt ma terġax tinbena għal żmien indefinit.+ 3 Huwa għalhekk li dawk li huma poplu b’saħħtu se jigglorifikawk; il-​belt tal-​ġnus tiranniċi se tibżaʼ minnek.+ 4 Għax int sirt fortizza għall-​batut, fortizza għall-​fqir fin-​niket tiegħu,+ kenn mill-​maltempata tax-​xita, dell+ mis-​sħana, meta t-​tiranni jħabbtu mal-​ħajt bħal maltempata tax-​xita. 5 Int titfi l-​ħoss taʼ l-​istranġieri, bħalma ttaffi s-​sħana f’pajjiż bla ilma, bid-​dell taʼ sħaba ttaffi s-​sħana.+ Il-​melodija tat-​tiranni titmewwet.+

6 U Ġeħova taʼ l-​armati se jagħmel għall-​popli kollha,+ fuq din il-​muntanja,+ ikla kbira bi platti mħawrin sew biż-​żejt,+ ikla kbira bi nbid imħolli joqgħod fuq it-​tartru, bi platti mħawrin sew biż-​żejt mimlijin mudullun,+ taʼ nbid+ imħolli joqgħod fuq it-​tartru, imsoffi.+ 7 U fuq din il-​muntanja se jiblaʼ wiċċ l-​għata li qed tgħatti lill-​popli kollha,+ u n-​nisġa minsuġa fuq il-​ġnus kollha. 8 Hu jiblaʼ l-​mewt għal dejjem,+ u l-​Mulej Sovran Ġeħova se jimsaħ id-​dmugħ mill-​uċuħ kollha.+ U t-​tmaqdir tal-​poplu tiegħu se jneħħih mill-​art kollha,+ għax Ġeħova qalu dan.

9 U dakinhar wieħed jgħid: “Ara! Dan hu Alla tagħna.+ Fih ittamajna,+ u hu se jsalvana.+ Dan hu Ġeħova.+ Fih ittamajna. Ejjew nifirħu u nithennew bis-​salvazzjoni permezz tiegħu.”+

10 Għax id Ġeħova se tistrieħ fuq din il-​muntanja,+ u Mowab se jinsaħaq+ f’postu bħal meta munzell tiben jinsaħaq fil-​post għad-​demel.+ 11 U joħroġ idejh f’nofsu* bħal meta għawwiem joħroġ idejh biex jgħum, u se jbaxxi s-​suppervja tiegħu+ billi b’idejh jagħtiha daqqiet bis-​sengħa. 12 U l-​belt fortifikata tiegħu, bi swar għoljin għas-​sigurtà, se jwaqqagħha; se jbaxxiha, u jitfagħha maʼ l-​art, fit-​trab.+

26 Dakinhar+ titkanta din l-​għanja+ fl-​art taʼ Ġuda:+ “Għandna belt b’saħħitha.+ Hu jqiegħed is-​salvazzjoni fis-​swar u l-​ħitan b’saħħithom.+ 2 Iftħu l-​bibien+ sabiex il-​ġens ġust li qed juri fedeltà fil-​kondotta tiegħu jkun jistaʼ jidħol.+ 3 Dak li l-​inklinazzjoni taʼ qalbu hija soda int se tħarsu f’paċi kontinwa,+ għax jafda fik.+ 4 Afdaw f’Ġeħova+ għal dejjem, għax f’Jah Ġeħova hemm il-​Blata+ taʼ dejjem.

5 “Għax hu se jwaqqaʼ lil dawk li qed jgħammru fl-​għoli,+ fil-​belt għolja.+ Hu jbaxxiha, ibaxxiha sa l-​art; hu jitfagħha fit-​trab.+ 6 Se titgħaffeġ taħt is-​saqajn, saqajn il-​magħkus, il-​passi tal-​batuti.”+

7 Il-mogħdija tal-​ġust hija retta.+ Minħabba li int rett, int se twitti t-​triq tal-​ġust.+ 8 Iva, minħabba l-​mogħdija tal-​ġudizzji tiegħek, O Ġeħova, aħna ttamajna fik.+ Ruħna tixxennaq+ għal ismek u t-​tifkira tiegħek.+ 9 B’ruħi xtaqtek bil-​lejl;+ iva, bl-​ispirtu ġewwa fija qgħadt infittxek;+ għax, meta tiġġudika l-​art,+ l-​abitanti taʼ l-​art produttiva jitgħallmu+ s-​sewwa.+ 10 Għalkemm il-​ħażin jintwera ħniena, hu ma jitgħallimx is-​sewwa.+ Fl-​art retta jaġixxi bl-​inġustizzja+ u ma jarax il-​kobor taʼ Ġeħova.+

11 O Ġeħova, idek għollejtha,+ imma ma jarawhiex.+ Se jaraw u jistħu+ meta turi ż-​żelu għall-​poplu tiegħek. Iva, in-​nar+ se jiblaʼ lill-​avversarji tiegħek. 12 O Ġeħova int se tagħtina l-​paċi,+ għax kulma għamilna wettaqtu int.+ 13 O Ġeħova Alla tagħna, minbarra lilek kellna sidien oħrajn li kienu sidien fuqna.+ Permezz tiegħek biss se nsemmu lil ismek.+ 14 Mejtin huma; m’humiex se jgħixu.+ Billi huma bla qawwa fil-​mewt,+ ma jqumux.+ Għalhekk, dawwart l-​attenzjoni tiegħek sabiex teqridhom għalkollox u ma jissemmewx iktar.+

15 Int kattart il-​ġens; O Ġeħova, int kattart il-​ġens;+ igglorifikajt lilek innifsek.+ Wessajt it-​trufijiet kollha tal-​pajjiż.+ 16 O Ġeħova, fin-​niket daru lejk;+ meta rċivew id-​dixxiplina tiegħek ferrgħu qalbhom f’talba minn taħt l-​ilsien.+ 17 Bħal mara tqila li tkun waslet biex tiled, li jkollha l-​uġigħ tal-​ħlas, u li tgħajjat bl-​uġigħ, hekk sirna aħna minħabba fik, O Ġeħova.+ 18 Konna qisna nisa tqal, kellna l-​uġigħ tal-​ħlas;+ imma fil-​fatt kulma wlidna kien ir-​riħ. Mhux veru salvajna l-​art,+ u ħadd ma twieled biex jgħammar fl-​art produttiva.+

19 “Il-​mejtin tiegħek se jgħixu.+ Il-​katavri se jqumu.+ Stenbħu u għajtu bil-​ferħ, O residenti tat-​trab!+ Għax in-​nida tiegħek+ hi bħan-​nida tal-​ħobbejż,+ u l-​art se tħalli jitwieldu lil dawk bla qawwa fil-​mewt.+

20 “Mur, poplu tiegħi, idħol fil-​kmamar taʼ ġewwa tiegħek, u agħlaq il-​bibien tiegħek warajk.+ Inħeba għal mument wieħed sakemm tgħaddi l-​kundanna.+ 21 Għax, ara, Ġeħova ġej minn postu biex jitlob kont mill-​abitanti taʼ l-​art għall-​iżball tagħhom,+ u l-​art se tikxef it-​tixrid taʼ demm tagħha+ u ma tkomplix tgħatti l-​maqtulin tagħha.”+

27 F’dak il-​jum Ġeħova,+ bis-​sejf iebes u kbir u b’saħħtu tiegħu,+ se jdawwar l-​attenzjoni tiegħu lejn Levjatan,*+ is-​serp li jitkaxkar,+ iva, lejn Levjatan, is-​serp mgħawweġ, u se joqtol lill-​mostru tal-​baħar+ li qiegħed fil-​baħar.

2 F’dak il-​jum kantawlha:+ “Għalqa tad-​dwieli+ taʼ nbid ibaqbaq! 3 Jien, Ġeħova, qed inħarisha.+ Se nsaqqiha l-​ħin kollu.+ Se nħarisha saħansitra lejl u nhar sabiex ħadd ma jagħmlilha l-​ħsara.+ 4 M’iniex inkorlat.+ Min se jażżarda jagħtini l-​għollieq+ u l-​ħaxix ħażin fil-​battalja? Jien se nirfes fuqhom. Se nagħtihom in-​nar f’daqqa.+ 5 Minflok, ħa jaqbad mal-​fortizza tiegħi, ħa jagħmel paċi miegħi; ħa jagħmel paċi miegħi.”+

6 Fil-jiem li ġejjin Ġakobb se jrabbi l-​għeruq, Israel+ se joħroġ l-​inwar u jarmi; u se jimlew wiċċ l-​art bil-​prodott.+

7 Għandu hu jissawwat bis-​swat taʼ min isawtu? Jew, għandu jinqatel bħalma nqatlu l-​maqtulin tiegħu?+ 8 B’għajta li tbeżżaʼ int se jkollok xi tgħid magħha meta tibgħatha ’l hemm. Hu jrid ikeċċiha bil-​buffura qawwija tiegħu f’jum taʼ riħ mil-​lvant.+ 9 Għalhekk, b’dan il-​mod l-​iżball taʼ Ġakobb se jkun tpatta,+ u dan ikun ir-​riżultat kollu meta jneħħilu dnubu,+ meta jagħmel il-​ġebel kollu taʼ l-​artal bħal ġebel tal-​ġir li ġie mitħun, sabiex l-​arbli sagri+ u l-​artali taʼ l-​inċens ma jitwaqqfux.+ 10 Għax il-​belt fortifikata se tkun waħedha, il-​mergħa se titħalla waħedha u abbandunata bħal xagħri.+ Hemmhekk jirgħa l-​għoġol, u hemmhekk jimtedd; u hu se jiklilha l-​friegħi.+ 11 Meta l-​friegħi żgħar tagħha jkunu nixfu, in-​nisa jidħlu jqaċċtuhom u jagħtuhom in-​nar.+ Għax m’huwiex poplu li jifhem fil-​fond.+ Huwa għalhekk li Dak li għamlu m’hu se jurih ebda ħniena, u Dak li sawru mhux se jurih qalb tajba.+

12 U jrid iseħħ f’dak il-​jum li Ġeħova se jfarfar il-​frott,+ mill-​ilma ġieri tax-​Xmara+ sal-​wied* taʼ l-​Eġittu,+ u hekk intom infuskom se tinġabru wieħed wieħed,+ O wlied Israel. 13 U jrid iseħħ f’dak il-​jum li jindaqq qarn kbir,+ u dawk li qed jgħibu fl-​art taʼ l-​Assirja+ u dawk li huma mxerrdin fl-​art taʼ l-​Eġittu+ jiġu u jmilu+ quddiem Ġeħova fuq il-​muntanja qaddisa f’Ġerusalemm.+

28 Gwaj għall-​kuruna prominenti tas-​sakranazzi t’Efrajm.+ Din il-​girlanda sabiħa hi biss fjura li qed tidbiel, milbusa mill-​belt li tinsab ’il fuq mill-​wied fertili fejn jgħixu dawk li jiħodhom l-​inbid! 2 Ara! Ġeħova għandu lil xi ħadd b’saħħtu u mimli enerġija.+ Bħal maltempata bir-​ragħad u s-​silġ,+ maltempata qerrieda, bħal maltempata bir-​ragħad u ilmijiet qawwijin li jgħarrqu,+ hu se jsabbatha maʼ l-​art bil-​forza. 3 Il-kuruni prominenti tas-​sakranazzi t’Efrajm se jitgħaffġu+ taħt is-​saqajn. 4 U l-​fjura li qed tidbiel+ tal-​girlanda sabiħa, milbusa mill-​belt li tinsab ’il fuq mill-​wied fertili, trid issir bħat-​tina bikrija+ qabel is-​sajf, li, meta wieħed jaraha, lanqas tkun laħqet ġiet f’idu li ma jiblagħhiex.

5 F’dak il-​jum Ġeħova taʼ l-​armati se jsir bħal kuruna mżejna+ u bħal girlanda sabiħa+ għal dawk li jifdal+ mill-​poplu tiegħu, 6 u bħal spirtu taʼ ġustizzja għal dak li joqgħod bil-​qiegħda biex jiġġudika,+ u bħal setgħa għal dawk li qed ibiegħdu l-​battalja mill-​bieb.+

7 U dawn ukoll—minħabba l-​inbid żvijaw u minħabba x-​xorb li jsakkar iġġerrew ’l hemm u ’l hawn. Il-​qassis u l-​profeta+ żvijaw minħabba x-​xorb li jsakkar, tħawdu bl-​inbid, iġġerrew+ ’l hemm u ’l hawn bix-​xorb li jsakkar; żvijaw u ma baqgħux jaraw viżjonijiet, ixxenglu huma u jieħdu d-​deċiżjonijiet. 8 Għax l-​imwejjed imtlew bil-​vomtu moqżież+—m’hemm ebda post mingħajru.

9 “Lil min se jgħallem fl-​għarfien,+ u lil min se jfiehem dak li nstemaʼ?+ Lil dawk li qatgħu l-​ħalib, lil dawk imwarrbin minn sider ommhom?+ 10 Għax ‘kmand fuq kmand, kmand fuq kmand, ħabel tal-​kejl fuq ħabel tal-​kejl, ħabel tal-​kejl fuq ħabel tal-​kejl, ftit hawnhekk, ftit hemmhekk.’”*+ 11 Għax ikellem lil dan il-​poplu+ permezz taʼ nies li jtemtmu b’xofftejhom+ u li għandhom ilsien differenti,+ 12 lill-poplu li qallu: “Dan hu l-​post taʼ mistrieħ. Serraħ lill-​għajjien. U dan hu l-​post taʼ serħan,” imma li ma kienx lest jismaʼ.+ 13 U għalihom il-​kelma taʼ Ġeħova ċertament li se ssir “kmand fuq kmand, kmand fuq kmand, ħabel tal-​kejl fuq ħabel tal-​kejl, ħabel tal-​kejl fuq ħabel tal-​kejl,+ ftit hawnhekk, ftit hemmhekk,” sabiex imorru u jaqgħu b’lura u jitkissru u jidħlu f’nassa u jinqabdu.+

14 Għalhekk, isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, ja fanfaruni, ħakkiema+ taʼ dan il-​poplu li qegħdin f’Ġerusalemm: 15 Talli għedtu: “Għamilna patt mal-​Mewt;+ u mal-​Qabar* kellna viżjoni;+ id-​dilluvju kbir, jekk jgħaddi minn hawn, ma jiġix għalina, għax stkennejna+ f’gidba u fil-​qerq inħbejna”;+ 16 għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, qed inqiegħed bħala pedament f’Sijon+ ġebla,+ ġebla provata,+ il-​ġebla tax-​xewka prezzjuża+ taʼ pedament fiż-​żgur.+ Ħadd minn dawk li jeżerċitaw il-​fidi fiha ma se jaħkmu l-​paniku.+ 17 U se nagħmel il-​ġustizzja l-​ħabel tal-​kejl+ u s-​sewwa+ l-​invell; u s-​silġ+ irid jiknes il-​kenn tal-​gidba,+ u l-​ilmijiet se jgħarrqu l-​moħba.+ 18 U l-​patt tagħkom mal-​Mewt se jdub,+ u dik il-​viżjoni li kellkom mal-​Qabar ma treġix.+ Id-​dilluvju kbir, meta jgħaddi,+ se jgħaffiġkom.+ 19 Kull darba li jgħaddi, se jiħodkom miegħu,+ għax se jgħaddi kull fil-​għodu, bi nhar u bil-​lejl; u dan ikun biss biex jikkaġuna l-​biżaʼ+ ħalli l-​oħrajn jifhmu dak li nstemaʼ.”

20 Għax is-​sodda hi qasira wisq biex wieħed joqgħod mimdud fuqha, u l-​liżar minsuġ hu dejjaq wisq biex wieħed jitkebbeb fih. 21 Għax Ġeħova se jqum bħal fuq il-​Muntanja Perasim,+ se jitqanqal bħal fil-​pjanura l-​baxxa qrib Gibegħon,+ biex jagħmel għemilu—għemilu huwa stramb—u biex jagħmel ix-​xogħol tiegħu—xogħlu m’huwiex tas-​soltu.+ 22 U issa twaqqgħux kollox għaċ-​ċajt,+ sabiex l-​irbit tagħkom ma jissaħħaħx, għax għall-​art+ kollha hemm qerda totali, iva, xi ħaġa deċiża, li jien smajt dwarha mingħand il-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati.

23 Agħtu widen, u isimgħu leħni; oqogħdu attenti u isimgħu x’qed ngħid. 24 Jaqaw min jaħrat jibqaʼ jaħrat il-​jum kollu+ sabiex jiżraʼ ż-​żerriegħa, u jikser u jwitti l-​ħamrija taʼ l-​art tiegħu?+ 25 Meta jkun wittielha l-​wiċċ, ma jxerridx hu l-​kemmun iswed u jraxxax il-​kemmun,+ u ma jridx hu jitfaʼ l-​qamħ, il-​millieġ,+ u x-​xgħir fil-​post magħżul tagħhom,+ u l-​ispelta*+ fit-​trufijiet taʼ l-​art tiegħu?+ 26 U jiġi koreġut+ skond dak li hu sewwa. Alla tiegħu stess jistruwih.+ 27 Għax il-​kemmun iswed ma jinsaħaqx b’għodda tad-​dris;+ u fuq il-​kemmun ma tgħaddi ebda rota taʼ karru. Għax il-​kemmun iswed ġeneralment jindires b’ħatar,+ u l-​kemmun b’bastun. 28 Jaqaw il-​qmuħ li minnhom jagħmlu l-​ħobż ġeneralment jiġu misħuqin? Għax wieħed qatt ma jibqaʼ jgħaffiġhom+ bla heda.+ U jmexxi r-​romblu tal-​karru tiegħu, u ż-​żwiemel tiegħu, imma ma jisħaqhomx.+ 29 Dan ukoll ġie minn Ġeħova taʼ l-​armati,+ li għandu skop taʼ l-​għaġeb, li ħadem b’mod effettiv ħafna.+

29 “Gwaj għal Arjel,*+ għal Arjel, il-​belt fejn ikkampja David!+ Żidu sena maʼ sena; ħa jsiru l-​festi+ kollha. 2 U lil Arjel nagħlaqha minn kullimkien,+ u jkun hemm niket u tinwiħ,+ u ssir għalija bħall-​fuklar taʼ l-​artal t’Alla.+ 3 U se nikkampja fuq kull naħa tiegħek, u nassedjak b’ħajt taʼ zkuk ippontati u ntellaʼ kontrik strutturi taʼ l-​assedju.+ 4 U titbaxxa, u b’hekk titkellem minn maʼ l-​art, u mit-​trab kliemek jinstemaʼ fil-​baxx.+ U leħnek jiġi minn maʼ l-​art bħal taʼ medjum taʼ l-​ispirti, u mit-​trab tfesfes kliemek.+ 5 U l-​folla taʼ dawk li huma stranġieri għalik se ssir bħal trab fin,+ u l-​folla tat-​tiranni+ ssir bħall-​karfa li ttir.+ U dan iseħħ f’mument, f’daqqa waħda.+ 6 Ġeħova taʼ l-​armati se jagħtik l-​attenzjoni tiegħu bir-​ragħad u bit-​theżżiż u b’ħoss kbir, b’riefnu u tempesta, u l-​fjamma taʼ nar li jiblaʼ.”+

7 U lill-​folla tal-​ġnus kollha li qed jiggwerraw kontra Arjel,+ iva, dawk kollha li qed jiggwerraw kontriha, u t-​torrijiet taʼ l-​assedju weqfin kontriha u dawk li jagħlquha minn kullimkien+ jiġrilhom bħal f’ħolma, f’viżjoni taʼ bil-​lejl. 8 Iva, jiġrilhom bħal meta xi ħadd bil-​ġuħ joħlom li qed jiekol, u jqum u jħossu vojt;+ u bħal meta xi ħadd bil-​għatx joħlom li qed jixrob, u jqum u jkun għajjien u jħossu xott; hekk se jiġrilha l-​folla tal-​ġnus kollha li qed jiggwerraw kontra l-​Muntanja Sijon.+

9 Iċċassaw, u ibqgħu mgħaġġbin;+ agħmu lilkom infuskom, u kunu mogħmijin.+ Huma sikru,+ imma mhux bl-​inbid; ixxenglu, imma mhux bix-​xorb li jsakkar.+

10 Għax Ġeħova ferraʼ fuqkom spirtu taʼ rqad fil-​fond;+ u għalqilkom għajnejkom, il-​profeti,+ u għattielkom raskom,+ il-​viżjonarji.+ 11 U għalikom il-​viżjoni taʼ kollox issir bħall-​kliem taʼ ktieb li ġie siġillat,+ li jagħtuh lil xi ħadd li jaf jaqra, u jgħidulu: “Aqrah għajjat, jekk jogħġbok,” u hu jkollu jgħid: “Ma nistax, għax siġillat”;+ 12 u l-​ktieb ikollu jingħata lil xi ħadd li ma jafx jaqra, u xi ħadd jgħidlu: “Aqrah għajjat, jekk jogħġbok,” u hu jkollu jgħid: “Jien lanqas biss naf naqra.”

13 U Ġeħova jgħid: “Talli dan il-​poplu resaq qrib b’fommu, u gglorifikani biss b’xofftejh,+ u biegħed qalbu minni,+ u jitgħallem il-​kmandi tal-​bnedmin u jqishom bħala l-​biżaʼ minni,+ 14 għalhekk, hawn jien, se nerġaʼ naġixxi b’mod taʼ l-​għaġeb maʼ dan il-​poplu,+ b’mod taʼ l-​għaġeb u b’xi ħaġa taʼ l-​għaġeb; u l-​għerf taʼ l-​għorrief tagħhom jgħib, u l-​abbiltà li għandhom l-​għaqlin tagħhom biex jifhmu tinħeba.”+

15 Gwaj għal dawk li qed jaħbu fil-​fond ħafna l-​iskop minn Ġeħova,+ u li l-​għemejjel tagħhom saru f’post mudlam,+ waqt li jgħidu: “Min qed jarana, min jaf bina?”+ 16 Kemm intom imħassrin! Għandu l-​fuħħari jitqies bħat-​tafal?+ Għax, għandha l-​ħaġa magħmula tgħid dwar dak li għamilha: “M’għamilnix hu”?+ U sejra l-​ħaġa msawra tgħid dwar dak li sawwarha: “Ma fehem xejn”?+

17 Mhux ftit żmien ieħor fadal biex il-​Libanu jinbidel fi ġnien tal-​frott+ u l-​ġnien tal-​frott jitqies bħala foresta?+ 18 U dakinhar it-​torox jisimgħu kliem il-​ktieb,+ u mis-​swidija u mid-​dlam għajnejn l-​għomja jaraw.+ 19 U l-​ġwejdin+ se jżidu l-​ferħ tagħhom b’Ġeħova, u anki l-​foqra tal-​bnedmin jifirħu bil-​Qaddis taʼ Israel,+ 20 għax it-​tirann irid jersaq lejn tmiemu,+ u l-​fanfarun irid jispiċċa,+ u dawk kollha li qegħdin għassa biex jagħmlu l-​ħsara+ jridu jinqerdu, 21 dawk li jġiegħlu lill-​bniedem jidher midneb b’kelmtu,+ u dawk li jqiegħdu l-​lixka għal dak li jwiddeb f’bieb il-​belt,+ u dawk li jwarrbu lill-​ġust b’argumenti vojta.+

22 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova lil dar Ġakobb, hu li feda lil Abraham:+ “Ġakobb issa mhux se jistħi, u wiċċu mhux se jisfar;+ 23 għax meta jara lil uliedu, xogħol idejja, f’nofsu,+ huma se jqaddsu lil ismi,+ u jqaddsu lill-​Qaddis taʼ Ġakobb,+ u l-​Alla taʼ Israel se jqisuh b’rispett profond.+ 24 U dawk li qed jiżbaljaw fl-​ispirtu tagħhom se jifhmu, u anki dawk li qed igergru se jitgħallmu.”+

30 “Gwaj għall-​ulied rashom iebsa,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “dawk li lesti jwettqu skop, imma mhux dak li ġej minni;+ u jsawbu l-​offerti tal-​likwidi, imma mhux bl-​ispirtu tiegħi, sabiex iżidu dnub fuq dnub;+ 2 dawk li ħerġin biex jinżlu l-​Eġittu+ u li ma staqsewx x’jgħid fommi,+ u li jridu jistkennu fil-​fortizza tal-​Fargħun u jsibu refuġju fid-​dell taʼ l-​Eġittu!+ 3 U l-​fortizza tal-​Fargħun issir għalikom raġuni biex tistħu,+ u r-​refuġju fid-​dell taʼ l-​Eġittu ikun kaġun t’umiljazzjoni.+ 4 Għax il-​prinċpijiet tiegħu ġew f’Sogħan,+ u l-​mibgħutin tiegħu waslu Ħanes. 5 Kulħadd se jistħi minħabba poplu li m’hu taʼ ġid għal ħadd, li m’huwiex t’għajnuna u lanqas taʼ ġid, imma hu raġuni għal mistħija u kaġun taʼ tmaqdir.”+

6 Id-dikjarazzjoni kontra l-​bhejjem tan-​nofsinhar:+ Mill-​pajjiż taʼ niket+ u kundizzjonijiet diffiċli, taʼ l-​iljun u l-​leopard li jgħajjat, tal-​lifgħa u tas-​serp ħafif b’velenu jaħraq bħan-​nar,+ huma jġorru r-​riżorsi tagħhom fuq dahar il-​ħmir, u l-​provvisti tagħhom fuq il-​ħotba taʼ l-​iġmla.+ Dawn ma se jkunu t’ebda ġid għall-​poplu. 7 U l-​Eġizzjani huma biss frugħa, u l-​għajnuna li se jagħtu tkun għalxejn.+ Għalhekk, sejjaħtlu: “Raħab+—tajbin biss biex joqogħdu bil-​qiegħda.”

8 “Issa ejja, ikteb dan fuq tavla magħhom, u iktbu fi ktieb,+ biex iservi għall-​futur, bħala xiehda għal żmien indefinit.+ 9 Għax huwa poplu ribelluż,+ ulied li ma jżommux mal-​verità,+ ulied li ma kinux lesti jisimgħu l-​liġi taʼ Ġeħova;+ 10 li qalu lil dawk li qed jaraw, ‘Tarawx,’ u lil dawk li jkollhom viżjonijiet, ‘Tarawx għalina viżjonijiet t’affarijiet veri.+ Għidulna affarijiet li jmellsu; araw viżjonijiet t’affarijiet qarriqin.+ 11 Warrbu mit-​triq; żvijaw mill-​mogħdija.+ Issemmulniex iktar lill-​Qaddis taʼ Israel.’”+

12 Għaldaqstant, hekk qal il-​Qaddis taʼ Israel: “Talli tirrifjutaw din il-​kelma,+ u talli tafdaw fl-​imbrolji u fil-​qerq u tistrieħu fuqhom,+ 13 għalhekk, dan l-​iżball isirilkom bħal parti mkissra li waslet biex taqaʼ minn ħajt għoli u mżaqqaq,+ li t-​tiġrif tiegħu jistaʼ jiġi malajr, f’daqqa waħda.+ 14 U se jitkisser bħalma titkisser ġarra kbira taʼ fuħħari,+ imfarrka biċċiet bla ma ħadd jistaʼ jsalvaha, tant li fost il-​biċċiet imfarrkin ma tkunx tistaʼ tinstab biċċa fuħħar biex biha jinġarr in-​nar mill-​ħuġġieġa jew biex jinġabar ftit ilma mill-​wiċċ f’post kollu għadajjar.”+

15 Għax hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, il-​Qaddis taʼ Israel:+ “Jekk tiġu lura u tistrieħu se ssalvaw. Se tkunu setgħanin jekk ma tinkwetawx u jkollkom il-​fiduċja.”+ Imma intom m’intomx lesti tagħmlu dan.+ 16 U intom għedtu: “Le, imma se naħarbu fuq iż-​żwiemel!”+ Għalhekk, se taħarbu. “U se nirkbu fuq żwiemel ħfief!”+ Għalhekk, dawk li jiġru warajkom se jkunu ħfief.+ 17 Elf se jitriegħdu bil-​biżaʼ minħabba ċ-​ċanfira taʼ wieħed;+ minħabba ċ-​ċanfira taʼ ħamsa intom se taħarbu sakemm tkunu bqajtu bħal arblu fuq il-​quċċata taʼ muntanja u bħal sinjal fuq għolja.+

18 U għaldaqstant, Ġeħova se jibqaʼ jistenna biex jurikom qalb tajba,+ u għaldaqstant se jqum biex jurikom ħniena.+ Għax Ġeħova hu Alla taʼ ġudizzju.+ Henjin+ dawk kollha li jibqgħu jistennewh.+ 19 Meta n-​nies f’Sijon+ se jgħammru f’Ġerusalemm,+ int b’ebda mod ma tibki.+ Hu bla dubju jħenn għalik mal-​ħoss taʼ l-​għajta tiegħek; malli jismagħha jwieġbek.+ 20 U Ġeħova se jagħtikom il-​ħobż tan-​niket u l-​ilma tal-​moħqrija;+ madankollu, l-​Istruttur Grandjuż tiegħek mhux se jkun iktar moħbi, u għajnejk jaraw lill-​Istruttur Grandjuż tiegħek.+ 21 U widnejk jisimgħu kelma minn warajk tgħid: “Din hi t-​triq.+ Imxu fiha,” f’każ li tmorru lejn il-​lemin jew f’każ li tmorru lejn ix-​xellug.+

22 U tridu tkasbru l-​kisi tal-​fidda tax-​xbihat minquxin tagħkom+ u l-​kisi tad-​deheb+ taʼ l-​istatwi tagħkom magħmulin minn metall imdewweb.+ Trid twarrabhom.+ U bħal mara bit-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar, int tgħidilhom: “Ħmieġ!”+ 23 U se jagħti x-​xita għaż-​żerriegħa li tiżraʼ l-​art biha,+ u bħala l-​prodott taʼ l-​art il-​ħobż, li jrid ikun bnin u rikk.*+ Dakinhar il-​bhejjem tiegħek se jirgħu f’mergħa spazjuża.+ 24 U l-​baqar u l-​ħmir li jaħdmu l-​art se jieklu l-​għalf imħawwar bil-​ħaxixa qarsa, li jidderra* bil-​pala+ u l-​furkettun. 25 U fuq kull muntanja għolja u fuq kull għolja kbira jkun hemm nixxigħat,+ ġwiebi taʼ l-​ilma, fil-​jum tal-​qatla l-​kbira meta jaqgħu t-​torrijiet.+ 26 U d-​dawl tal-​qamar kwinta jsir bħad-​dawl tax-​xemx tiddi; u d-​dawl tax-​xemx tiddi jsir sebaʼ darbiet iktar qawwi,+ bħad-​dawl taʼ sebat ijiem, fil-​jum li Ġeħova jorbot il-​ġerħa+ tal-​poplu tiegħu u jfejjaq+ il-​ferita kbira li ġiet bid-​daqqa li tah.

27 Ara! Isem Ġeħova ġej mill-​bogħod, iħeġġeġ bir-​rabja tiegħu+ u bi sħab tqil. U xofftejh imtlew bil-​kundanna, u lsienu hu bħal nar li jiblaʼ.+ 28 U l-​ispirtu tiegħu hu bħal wied li jgħarraq u li jilħaq sa l-​għonq,+ biex jgħarbel lill-​ġnus bl-​għarbiel+ tal-​frugħa; u fix-​xedaq tal-​popli+ jkun hemm ilġiem+ li jġegħelhom jiżvijaw. 29 Intom se jkollkom għanja+ bħal dik li titkanta fil-​lejl li fih wieħed iqaddes lilu nnifsu għal festa,+ u ferħ fil-​qalb bħal dak taʼ wieħed li jimxi bil-​flawt+ sabiex jidħol fil-​muntanja taʼ Ġeħova,+ għand il-​Blata taʼ Israel.+

30 U Ġeħova ċertament li se jsemmaʼ d-​dinjità taʼ leħnu+ u juri li driegħu nieżel biex jolqot,+ bis-​saħna tar-​rabja+ u bil-​ħeġġa taʼ nar li jiblaʼ+ u b’xita qawwija u b’maltempata tax-​xita+ u b’biċċiet tas-​silġ.+ 31 Għax għal-​leħen taʼ Ġeħova, l-​Assirja se titwerwer;+ hu se jsawwatha b’bastun.+ 32 U kull tixjira tal-​ħatar tiegħu tal-​kastig li Ġeħova se jniżżel fuq l-​Assirja se tkun bit-​tanburlini u l-​arpi;+ u se jiġġildilhom b’battalji taʼ tixjir t’armi.+ 33 Għax Tofet*+ tagħha diġà twaqqaf fi żminijiet reċenti; tħejja għas-​sultan.+ Hu għamel il-​munzell għoli. In-​nar u l-​injam huma kotrana. Nifs Ġeħova, bħal wied taʼ kubrit, qed iqabbdu.+

31 Gwaj għal dawk li neżlin l-​Eġittu għall-​għajnuna,+ dawk li jistrieħu fuq sempliċi żwiemel,+ u li jafdaw fil-​karrijiet tal-​gwerra+ għax huma kotrana, u fiż-​żwiemel tal-​ġiri għax huma setgħanin ferm, imma li ma ħarsux lejn il-​Qaddis taʼ Israel u ma fittxewx lil Ġeħova.+ 2 U hu wkoll għaref+ u se jġib il-​gwaj,+ u ma reġġax lura kliemu;+ u se jqum kontra d-​dar taʼ dawk li jagħmlu l-​ħażen+ u kontra l-​għajnuna taʼ dawk li jipprattikaw il-​ħsara.+

3 Iżda l-​Eġizzjani huma bnedmin taʼ l-​art,+ u mhux Alla; u ż-​żwiemel tagħhom huma laħam,+ u mhux spirtu. U Ġeħova nnifsu se jmidd idu, u dak li qed joffri l-​għajnuna se jitfixkel, u dak li qed jiġi megħjun se jaqaʼ,+ u lkoll kemm huma se jintemmu fl-​istess ħin.

4 Għax hekk qalli Ġeħova: “Bħalma l-​iljun, iva, l-​iljun b’saħħtu,+ igerger għall-​priża tiegħu, meta għadd sħiħ taʼ rgħajja jissejħu kontrih, u minkejja leħinhom hu ma jibżax u minkejja l-​istorbju tagħhom ma jċedix; bl-​istess mod Ġeħova taʼ l-​armati jinżel biex jiggwerra għall-​Muntanja Sijon u l-​għolja tagħha.+ 5 Bħal għasafar jittajru fuq iż-​żgħar tagħhom, Ġeħova taʼ l-​armati se jiddefendi lil Ġerusalemm bl-​istess mod.+ Jiddefendiha u jeħlisha.+ Jaħfirhielha u jħarrabha.”

6 “Erġgħu lura+ lejn Dak li rvellajtu bil-​kbir kontrih, O wlied Israel.+ 7 Għax dakinhar kull wieħed se jwarrab l-​allat tiegħu tal-​fidda li ma jiswew xejn u l-​allat tiegħu tad-​deheb li huma bla siwi,+ li idejkom stess għamlu bħala dnub.+ 8 U l-​Assirjan jaqaʼ bis-​sejf, imma mhux dak taʼ raġel; u jinbelaʼ minn sejf, imma mhux sejf taʼ bniedem.+ U jkollu jaħrab minħabba s-​sejf, u ż-​żgħażagħ tiegħu se jkollhom jagħmlu xogħol forzat. 9 U l-​blat tiegħu se jgħib bil-​biżaʼ, u minħabba l-​arblu li jservi bħala sinjal+ il-​prinċpijiet tiegħu jitwerwru,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, li d-​dawl tiegħu hu f’Sijon u l-​forn tiegħu+ hu f’Ġerusalemm.

32 Ara! Sultan+ se jsaltan għas-​sewwa;+ u prinċpijiet+ se jaħkmu għall-​ġustizzja. 2 U kull wieħed ikun bħal post taʼ kenn mir-​riħ u lqugħ mill-​maltempata tax-​xita,+ bħal nixxigħat taʼ l-​ilma f’art bla ilma,+ bħad-​dell taʼ blata kbira f’art niexfa.+

3 U għajnejn dawk li jaraw m’humiex se jkunu mwaħħlin flimkien, u widnejn dawk li qed jisimgħu se joqogħdu attenti.+ 4 U qalb dawk li jgħaġġlu żżejjed se tikkunsidra l-​għarfien,+ u saħansitra lsien dawk li jtemtmu se jkun ħafif biex jitkellem affarijiet ċari.+ 5 Il-bniedem bla sens mhux se jissejjaħ iktar ġeneruż; u l-​bniedem taʼ bla prinċipji mhux se jissejjaħ nobbli;+ 6 għax min hu bla sens se jitkellem affarijiet bla sens,+ u qalbu tfassal il-​ħsara,+ biex jipprattika l-​apostasija+ u biex jgħid il-​gideb kontra Ġeħova, biex iħalli ruħ min hu bil-​ġuħ vojta,+ u ma jagħtix x’jixrob lil min hu bil-​għatx. 7 U inkwantu għal dak li m’għandux prinċipji, il-​metodi tiegħu huma ħżiena;+ hu ta parir favur atti taʼ kondotta laxka,+ biex ikisser lil dawk li qed isofru minħabba kliem falz,+ saħansitra meta xi ħadd fqir ikun qed jgħid dak li hu sewwa.

8 Imma l-​ġeneruż ta parir favur il-​ġenerożità; u se jibqaʼ jkun favur il-​ġenerożità.+

9 “Intom in-​nisa b’moħħkom mistrieħ, qumu, isimgħu minn leħni!+ Intom il-​bniet li ma tinkwetaw fuq xejn, agħtu widen għal dak li qed ngħid! 10 Fi żmien sena u ftit jiem intom li ma tinkwetaw fuq xejn se tinkwetaw,+ għax il-​ġbir taʼ l-​għeneb se jkun spiċċa imma ma jkun daħal l-​ebda frott miġbur.+ 11 Triegħdu, ja nisa b’moħħkom mistrieħ! Inkwetaw, intom li ma tinkwetaw fuq xejn! Inżgħu u nkixfu, u ħażżmu ġenbejkom bl-​ilbies taʼ l-​ixkora.+ 12 Ħabbtu fuq sidirkom b’tinwiħ+ għall-​għelieqi sbieħ,+ għad-​dielja li tagħti l-​frott. 13 Fuq l-​art tal-​poplu tiegħi hemm biss xewk, telgħu siġar iniggżu,+ għax dawn telgħu mad-​djar kollha li darba kienu mimlijin ferħ, iva, il-​belt ferħana ferm.+ 14 Għax it-​torri li kien mgħammar tħalla vojt,+ l-​għagħa tal-​belt ġiet abbandunata. Għofel+ u t-​torri taʼ l-​għassa saru rabaʼ għeri, għal żmien indefinit post li jifirħu bih iż-​żebri, il-​mergħa taʼ l-​imrieħel; 15 sakemm jitferraʼ fuqna l-​ispirtu mill-​għoli,+ u x-​xagħri jkun sar ġnien tal-​frott, u l-​ġnien tal-​frott jitqies bħala foresta vera.+

16 “U fix-​xagħri se tgħammar il-​ġustizzja, u fil-​ġnien tal-​frott joqgħod is-​sewwa.+ 17 U x-​xogħol tas-​sewwa veru jkun paċi;+ u s-​servizz tas-​sewwa veru, kwiet u sigurtà għal żmien indefinit.+ 18 U l-​poplu tiegħi jgħammar f’postijiet taʼ paċi u f’residenzi mimlijin sigurtà u f’postijiet taʼ mistrieħ bla xkiel.+ 19 U meta taqaʼ l-​foresta jinżel is-​silġ+ u l-​belt titbaxxa għalkollox.+

20 “Henjin intom li qed tiżirgħu ż-​żerriegħa ħdejn l-​ilmijiet kollha,+ u li titilqu saqajn il-​barri u l-​ħmar.”+

33 Gwaj għalik li qed tħarbat mingħajr ma titħarbat, u int li qed tittradixxi mingħajr ma jittraduk!+ Malli tispiċċa tħarbat, se titħarbat.+ Malli tieqaf tittradixxi, se jittraduk.+

2 O Ġeħova ħenn għalina.+ Fik ittamajna.+ Kun id-​driegħ tagħna+ kull fil-​għodu,+ iva, is-​salvazzjoni tagħna fi żmien taʼ niket.+ 3 Mal-ħoss taʼ l-​għajat tiegħek il-​popli jaħarbu.+ Hekk kif tqum, il-​ġnus jinxterdu.+ 4 Bħalma l-​wirdien ikaxkar kollox, hekk se tinġabar il-​priża+ tagħkom, u se jaqbżu fuqha bħal qtajjaʼ ġurati.+ 5 Ġeħova se jitgħolla,+ għax hu jgħammar fl-​għoli.+ Hu se jimla lil Sijon bil-​ġustizzja u s-​sewwa.+ 6 Il-fedeltà li tintwera fi żminijietek se tkun rikkezzi taʼ salvazzjoni+—l-​għerf, l-​għarfien,+ u l-​biżaʼ taʼ Ġeħova.+ Dan hu t-​teżor tiegħu.

7 Ara! L-​eroj tagħhom għajtu fit-​triq; il-​messaġġiera tal-​paċi+ se jibku biki taʼ mrar. 8 It-toroq ewlenin ġew abbandunati;+ dak li kien jgħaddi mill-​mogħdija m’għadux.+ L-​għadu kiser il-​patt;+ stmerr il-​bliet;+ ma tax kas il-​bniedem mortali.+ 9 Il-pajjiż qiegħed bil-​vistu, iddgħajjef.+ Il-​Libanu ġie avvilit;+ tmermer. Is-​Saron+ saret bħal pjanura tad-​deżert; u l-​Basan u l-​Karmel qed iwaqqgħu l-​weraq tagħhom.+

10 “Issa se nqum,”+ jgħid Ġeħova, “issa se nogħla;+ issa se nintrefaʼ.+ 11 Intom tnisslu ħaxix niexef;+ se tildu t-​tiben.* L-​ispirtu tagħkom stess, bħal nar,+ se jiblagħkom.+ 12 U l-​popli jsiru bħal dak li jifdal mill-​ġir maħruq. Jingħataw in-​nar bħax-​xewk maqtugħ.+ 13 Isimgħu, intom li qegħdin ’il bogħod, x’se jkolli nagħmel!+ U intom li qegħdin viċin, kunu afu s-​setgħa tiegħi.+ 14 F’Sijon il-​midinbin qed jitwerwru;+ l-​apostati+ nħakmu mit-​tregħid u jgħidu: ‘Min minna jistaʼ jgħammar għal xi żmien maʼ nar li jiblaʼ?+ Min minna jistaʼ jgħammar għal xi żmien maʼ ħġejjeġ tan-​nar li jaqbdu għal żmien twil?’+

15 “Hemm wieħed li miexi kontinwament fis-​sewwa+ u jitkellem dak li hu rett,+ li qed jirrifjuta l-​qligħ inġust mill-​frodi,+ li qed ifarfar idejh milli jaċċetta t-​tixħim,+ li qed isodd widnejh biex ma jismax it-​tixrid taʼ demm, u qed jagħlaq għajnejh sabiex ma jarax dak li hu ħażin.+ 16 Hu jkun dak li jgħammar fuq l-​għoljiet;+ bħala post fl-​għoli taʼ sigurtà se jkollu l-​postijiet bil-​blat li diffiċli biex jintlaħqu.+ Ħobżu jingħatalu;+ u l-​ilma ma jonqoslux.”+

17 Għajnejk se jaraw sultan sabiħ;+ se jaraw pajjiż ’il bogħod.+ 18 Qalbek se tikkummenta fuq ħaġa tal-​biżaʼ b’ton baxx:+ “Fejn hu s-​segretarju? Fejn hu dak li jħallas?+ Fejn hu dak li jgħodd it-​torrijiet?”+ 19 Ma tarax poplu insolenti, poplu b’lingwa tqila ħafna biex tifhimha, taʼ lsien itemtem li ma tifhmux.+ 20 Ħares lejn Sijon,+ il-​belt taʼ l-​okkażjonijiet taʼ festi tagħna!+ Għajnejk se jaraw lil Ġerusalemm bħala post mgħammar bla tfixkil, tinda li ħadd ma jżarmaha.+ L-​imsiemer tat-​tinda qatt ma jinqalgħu ’l barra, u l-​ħbula tagħha ma jinqatgħux fi tnejn.+ 21 Imma hemmhekk il-​Maestuż,+ Ġeħova, se jkun għalina bħal xmajjar+ u kanali wesgħin. L-​ebda flotta taʼ xwieni ma tgħaddi minnhom, u l-​ebda bastiment maestuż ma jaqsamhom. 22 Għax Ġeħova hu l-​Imħallef tagħna,+ Ġeħova hu Dak li jagħtina l-​istatuti,+ Ġeħova hu s-​Sultan tagħna;+ hu se jsalvana.+

23 Il-ħbula taʼ l-​għadu jridu jiddendlu merħijin; l-​arblu tal-​bastiment tagħhom mhux se jżomm wieqaf fis-​sod; huma ma fetħux il-​qlugħ.

Dak iż-​żmien, il-​priża abbundanti se tinqasam; iz-​zopop fil-​fatt se jieħdu priża kbira.+ 24 U ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: “Jien marid.”+ In-​nies li jgħixu fl-​art se jkun inħafrilhom l-​iżball tagħhom.+

34 Itilgħu qrib, O ġnus, biex tisimgħu;+ u intom il-​popli,+ oqogħdu attenti. Ħa tagħti widen l-​art u kulma fiha,+ l-​art produttiva+ u l-​prodott kollu tagħha.+ 2 Għax Ġeħova huwa rrabjat għall-​ġnus kollha,+ u hu inkorlat għall-​armata kollha tagħhom.+ Hu se jiddedikahom għall-​qerda;* se jagħtihom għall-​qatla.+ 3 U l-​maqtulin tagħhom se jintefgħu ’l barra; u l-​intiena taʼ l-​iġsma mejtin tagħhom se titlaʼ;+ u l-​muntanji jridu jinħallu b’demmhom.+ 4 U dawk kollha fl-​armata tas-​smewwiet se jitmermru.+ U s-​smewwiet jitgerbu,+ bħal romblu taʼ ktieb; u l-​armata kollha tagħhom se tinxef u taqaʼ, bħalma jinxef u jaqaʼ l-​weraq minn fuq id-​dielja u t-​tina niexfa minn fuq is-​siġra tat-​tin.+

5 “Għax fis-​smewwiet sejfi+ se jixxarrab għasra. Ara! Fuq Edom se jinżel,+ fuq il-​poplu li jien iddedikajt għall-​qerda+ bil-​ġustizzja. 6 Ġeħova għandu sejf; se jimtela bid-​demm;+ se jiddellek bix-​xaħam, bid-​demm taʼ l-​imtaten żgħar u l-​bdabad, bix-​xaħam+ tal-​kliewi taʼ l-​imtaten. Għax Ġeħova se jagħmel sagrifiċċju f’Bosra, u qatla kbira fl-​art t’Edom.+ 7 U l-​barrin salvaġġi+ jridu jinżlu magħhom, u l-​barrin żgħar mas-​setgħanin;+ u l-​art tagħhom trid tixxarrab għasra bid-​demm, u t-​trab tagħhom se jiddellek bix-​xaħam.”+

8 Għax Ġeħova għandu jum taʼ vendetta,+ sena taʼ tpattija għall-​kawża legali minħabba Sijon.+

9 U l-​widien tagħha* jridu jinbidlu f’żift, u t-​trab tagħha f’kubrit; u artha trid issir bħal żift jaqbad.+ 10 Ma tintefiex, la bil-​lejl u lanqas bi nhar; għal żmien indefinit id-​duħħan tagħha jibqaʼ tielaʼ ’l fuq.+ Minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni se tibqaʼ niexfa;+ għal dejjem taʼ dejjem ħadd ma se jgħaddi minnha.+ 11 U l-​pellikan u l-​porkuspin iridu jagħmluha tagħhom, u l-​kokka tal-​qrun u ċ-​ċawlun se jgħammru fiha;+ u hu jrid imidd fuqha l-​ħabel tal-​kejl+ tal-​vojt u ċ-​ċomb tal-​baħħ. 12 M’hemm ħadd min-​nobbli tagħha li se jsejħulu biex ikun sultan, u l-​prinċpijiet tagħha lkoll se jisfaw fix-​xejn.+ 13 Mat-torrijiet tagħha li kienu mgħammrin irid jitlaʼ x-​xewk, il-​ħurrieq u l-​għollieq fil-​postijiet fortifikati tagħha;+ u hi ssir post fejn joqogħdu x-​xakalli,+ il-​bitħa għan-​ngħam.+ 14 U l-​annimali tad-​deżert iridu jiltaqgħu maʼ l-​annimali li jnewħu, u d-​demonju forma taʼ mogħża*+ se jsejjaħ lil sieħbu. Iva, hemmhekk l-​għasfur li joħroġ bil-​lejl* jitlajja u jsib post taʼ mistrieħ.+ 15 Hemmhekk is-​serp qisu vleġġa jagħmel il-​bejta tiegħu u jbid, u jfaqqas il-​bajd u jiġbru flimkien taħt id-​dell tiegħu. Iva, hemmhekk l-​għasafar tal-​priża*+ jridu jinġabru flimkien, kull wieħed mas-​sieħba tiegħu.

16 Fittxu għalikom infuskom fil-​ktieb+ taʼ Ġeħova u aqraw għajtu: l-​ebda waħda minnhom ma naqset;+ kollha għandhom is-​sieħba tagħhom, għax fomm Ġeħova ta l-​kmand,+ u huwa l-​ispirtu tiegħu li ġabarhom flimkien.+ 17 U Hu tefaʼ x-​xorti għalihom, u idu qassmitilhom il-​post bil-​ħabel tal-​kejl.+ Għal żmien indefinit se jkun tagħhom; minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni se jgħammru fih.

35 Ix-xagħri u r-​reġjun bla ilma se jifirħu,+ u l-​pjanura tad-​deżert se tifraħ u twarrad bħaż-​żagħfran.+ 2 Bla dubju din twarrad,+ u tifraħ bil-​ferħ u b’għajat ferrieħi.+ Tingħatalha l-​glorja tal-​Libanu,+ il-​ġmiel tal-​Karmel+ u tas-​Saron.+ Se jkun hemm dawk li jaraw il-​glorja taʼ Ġeħova,+ il-​ġmiel t’Alla tagħna.+

3 Saħħu l-​idejn dgħajfin, u ssodaw l-​irkopptejn li qed jirtogħdu.+ 4 Għidu lil dawk ansjużi f’qalbhom:+ “Agħmlu l-​ħila.+ Tibżgħux.+ Ara! Alla tagħkom ġej bil-​vendetta,+ iva, Alla ġej biex iħallas lura.+ Hu stess ġej u jsalvakom.”+

5 F’dak iż-​żmien jinfetħu għajnejn l-​għomja,+ u jinfetħu widnejn it-​torox.+ 6 Dak iż-​żmien iz-​zopp se jixxabbat bħaċ-​ċerv,+ u lsien il-​mutu se jgħajjat bil-​ferħ.+ Għax fix-​xagħri jkunu ħarġu l-​ilmijiet, u fil-​pjanura tad-​deżert igelglu widien taʼ ilma. 7 U l-​art imqaxqxa bis-​sħana tkun saret bħal għadira mimlija qasab, u l-​art għatxana bħal għejun taʼ l-​ilma.+ Fil-​post fejn joqogħdu x-​xakalli,+ il-​post taʼ mistrieħ tagħhom, se jkun hemm ħaxix aħdar u qasab u pjanti tal-​papiru.+

8 U se jkun hemm triq ewlenija+ hemmhekk, iva, triq; u se tissejjaħ it-​Triq tal-​Qdusija.+ Min m’huwiex nadif ma jgħaddix minnha.+ U se tkun għal min jimxi fit-​triq, u mhux se jkun hemm boloh jiġġerrew fiha. 9 Mhux se jkun hemm iljuni, u l-​bhejjem salvaġġi li jgħixu fuq il-​priża m’humiex se jitilgħu minnha.+ Ebda wieħed minnhom ma se jinstab hemmhekk;+ u dawk mixtrijin lura jridu jimxu fiha.+ 10 U dawk mifdijin minn Ġeħova se jerġgħu lura+ u jiġu lejn Sijon b’għajta ferriħija;+ u fuq rashom ikollhom il-​ferħ għal dejjem.*+ Se jiksbu ferħ kbir u hena, u n-​niket u t-​tnehid jaħarbu ’l hemm.+

36 Issa ġara li fis-​sena erbatax tas-​Sultan Ħeżekija, Sennakerib+ is-​sultan taʼ l-​Assirja+ telaʼ kontra l-​bliet fortifikati kollha taʼ Ġuda u ħadhom f’idejh.+ 2 U s-​sultan taʼ l-​Assirja fl-​aħħar bagħat lir-​Rabsake*+ minn Lakis+ lejn Ġerusalemm,+ għand is-​Sultan Ħeżekija, b’qawwa militari kbira, u waqaf ħdejn il-​kanal+ taʼ l-​għadira taʼ fuq,+ ħdejn it-​triq ewlenija li tagħti għall-​għalqa tal-​ħassiel.+ 3 Imbagħad ħarġu jiltaqgħu miegħu Eljakim+ bin Ħilkija, li kien jieħu ħsieb id-​dar, u Sebna+ s-​segretarju u Ġowaħ+ bin Asaf+ ir-​reġistratur.+

4 Għaldaqstant, ir-​Rabsake qalilhom: “Jekk jogħġobkom, għidu lil Ħeżekija, ‘Hekk qal is-​sultan il-​kbir,+ is-​sultan taʼ l-​Assirja:+ “X’inhi din il-​fiduċja li fdajt fiha?+ 5 Int għedt (imma bil-​kliem biss), ‘Għandi l-​istrateġija u s-​setgħa għall-​gwerra.’+ Issa f’min fdajt, biex irribellajt kontrija?+ 6 Ara, int fdajt fl-​appoġġ taʼ din il-​qasba mkissra,+ l-​Eġittu,+ li jekk raġel iserraħ fuqha tidħol fil-​pala taʼ idu u tinfidhielu. Hekk hu l-​Fargħun,+ is-​sultan taʼ l-​Eġittu, għal kulmin jafda fih.+ 7 U jekk tgħidli, ‘F’Ġeħova Alla tagħna fdajna,’ mhux tiegħu kienu l-​postijiet għall-​qima*+ u l-​artali li neħħa Ħeżekija,+ filwaqt li jgħid lil Ġuda u Ġerusalemm, ‘Milu quddiem dan l-​artal’?”’+ 8 Mela issa, agħmel imħatra,+ jekk jogħġbok, maʼ sidi s-​sultan taʼ l-​Assirja:+ nagħtik elfejn żiemel u naraw jekk, min-​naħa tiegħek, intix kapaċi tqiegħed rikkieba fuqhom.+ 9 Allura kif tistaʼ tkeċċi gvernatur li huwa fost wieħed mill-​iċken qaddejja taʼ sidi,+ meta int trid tafda fl-​Eġittu għall-​karrijiet u r-​rikkieba taż-​żwiemel?+ 10 U issa taħseb li jien tlajt kontra dan il-​pajjiż biex nagħmlu ħerba mingħajr l-​awtorizzazzjoni taʼ Ġeħova? Ġeħova nnifsu qalli,+ ‘Itlaʼ kontra dan il-​pajjiż, u agħmlu ħerba.’”+

11 Għal dan, Eljakim+ u Sebna+ u Ġowaħ+ qalu lir-​Rabsake:+ “Jekk jogħġbok, tkellem mal-​qaddejja tiegħek bil-​lingwa Sirjana,+ għax aħna nifhmuk; u tkellimniex bil-​lingwa tal-​Lhud+ ħalli ma jisimgħux in-​nies taʼ fuq is-​sur.”+ 12 Imma r-​Rabsake qal: “Jaqaw sidi bagħatni ngħid dan il-​kliem lil sidkom u lilkom? Mhux lill-​irġiel bil-​qiegħda fuq is-​sur, sabiex jieklu ħmieġhom stess u jixorbu l-​awrina tagħhom stess magħkom?”+

13 U r-​Rabsake baqaʼ wieqaf hemmhekk,+ jgħajjat b’leħen għoli bil-​lingwa tal-​Lhud;+ u kompla jgħid: “Isimgħu l-​kliem tas-​sultan il-​kbir, is-​sultan taʼ l-​Assirja.+ 14 Hekk qal is-​sultan, ‘Tħallux lil Ħeżekija jqarraq bikom,+ għax hu ma jistax jeħliskom.+ 15 U tħallux lil Ħeżekija jġegħelkom tafdaw f’Ġeħova,+ billi jgħidilkom: “Żgur li Ġeħova se jeħlisna.+ Din il-​belt ma tingħatax f’idejn is-​sultan taʼ l-​Assirja.”+ 16 Tisimgħux minn Ħeżekija; għax hekk qal is-​sultan taʼ l-​Assirja: “Agħmlu ftehim miegħi,+ u oħorġu u ejjew għandi, u ħa jiekol kull wieħed minnkom mid-​dielja tiegħu u kull wieħed mit-​tina tiegħu+ u ħa jixrob kull wieħed l-​ilma tal-​ġiebja tiegħu,+ 17 sakemm niġi u niħodkom f’art bħall-​art tagħkom,+ art tal-​qmuħ u taʼ l-​inbid ġdid, art tal-​ħobż u taʼ l-​għelieqi tad-​dwieli; 18 sabiex Ħeżekija ma jħajjarkomx,+ billi jgħidilkom, ‘Ġeħova nnifsu se jeħlisna.’ Jaqaw kien hemm xi wieħed mill-​allat tal-​ġnus li ħeles lil artu minn taħt idejn is-​sultan taʼ l-​Assirja?+ 19 Fejn huma l-​allat taʼ Ħamat+ u Arfad?+ Fejn huma l-​allat taʼ Sefarwajim?+ U ħelsuha lis-​Samarija minn taħt idejja?+ 20 Min fost l-​allat kollha taʼ dawn l-​artijiet ħeles lil artu minn taħt idejja,+ biex Ġeħova jeħles lil Ġerusalemm minn taħt idejja?”’”+

21 U huma baqgħu siktin u ma wiġbuhx kelma,+ għax il-​kmand tas-​sultan kien jgħid: “Twiġbuhx.”+ 22 Imma Eljakim+ bin Ħilkija, li kien jieħu ħsieb id-​dar,+ u Sebna+ s-​segretarju u Ġowaħ+ bin Asaf ir-​reġistratur marru għand Ħeżekija bi ħwejjiġhom imċarrtin,+ u qalulu bil-​kliem tar-​Rabsake.+

37 U ġara li malli s-​Sultan Ħeżekija semaʼ dan, hu ċarrat ħwejġu u libes ilbies taʼ l-​ixkora+ u daħal fid-​dar taʼ Ġeħova.+ 2 Barra minn hekk, hu bagħat lil Eljakim,+ li kien jieħu ħsieb id-​dar, u lil Sebna s-​segretarju+ u lix-​xjuħ fost il-​qassisin+ għand il-​profeta+ Isaija+ bin Għamoż lebsin ilbies taʼ l-​ixkora. 3 U qalulu: “Hekk qal Ħeżekija, ‘Dan il-​jum huwa jum taʼ niket,+ taʼ ċanfir, u taʼ insolenza bi stmerrija;+ għax l-​ulied waslu f’fomm il-​ġuf, imma m’hemmx saħħa biex jitwieldu.+ 4 Għandu mnejn Ġeħova Alla tiegħek jismaʼ l-​kliem tar-​Rabsake*+ li ntbagħat minn sidu s-​sultan taʼ l-​Assirja biex iwaqqaʼ għaċ-​ċajt+ lill-​Alla l-​ħaj, u jitlob kont minnu għall-​kliem li semaʼ Ġeħova Alla tiegħek.+ U int itlob+ għan-​nom tal-​fdal li għad baqaʼ.’”+

5 Għalhekk, il-​qaddejja tas-​Sultan Ħeżekija marru għand Isaija.+ 6 U Isaija qalilhom: “Dan għidulu lil sidkom, ‘Hekk qal Ġeħova:+ “Tibżax+ minħabba l-​kliem li smajt u li l-​qaddejja+ tas-​sultan taʼ l-​Assirja maqdruni bih. 7 Ara, se nqiegħed spirtu+ fih, u hu jismaʼ rapport+ u jmur lura lejn pajjiżu; u nġiegħlu jaqaʼ bis-​sejf f’pajjiżu stess.”’”+

8 Wara dan, ir-​Rabsake+ semaʼ li s-​sultan taʼ l-​Assirja kien telaq minn Lakis,+ u għalhekk reġaʼ lura għandu u sabu jiġġieled kontra Libna.+ 9 U semagħhom jgħidu dwar Tirħaka+ s-​sultan taʼ l-​Etjopja: “Ħareġ jiġġieled kontrik.” Meta semaʼ b’dan, minnufih hu bagħat messaġġiera+ għand Ħeżekija biex jgħidlu: 10 “Hekk għidulu lil Ħeżekija s-​sultan taʼ Ġuda, ‘Tħallix lil Alla tiegħek li qed tafda fih iqarraq bik,+ billi jgħidlek: “Ġerusalemm mhix se tingħata f’idejn is-​sultan taʼ l-​Assirja.”+ 11 Ara! Int stess smajt x’għamlu s-​slaten taʼ l-​Assirja lill-​pajjiżi kollha, kif ħarbtuhom;*+ u taħseb li int se teħlisha?+ 12 Jaqaw ħelsuhom+ l-​allat+ tal-​ġnus li missirijieti għamluhom ħerba, lil Gożan+ u Ħaran+ u Reżef u wlied Għeden+ li kienu f’Tel-assar? 13 Fejn hu s-​sultan taʼ Ħamat+ u s-​sultan t’Arfad+ u s-​sultan tal-​belt taʼ Sefarwajim+—taʼ Ħena u taʼ Iwwa?’”+

14 Imbagħad Ħeżekija ħa l-​ittra minn id il-​messaġġiera u qraha,+ u Ħeżekija telaʼ lejn id-​dar taʼ Ġeħova u firixha quddiem Ġeħova.+ 15 U Ħeżekija beda jitlob lil Ġeħova+ u jgħid: 16 “O Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel,+ li qiegħed bil-​qiegħda fuq il-​kerubini, int waħdek l-​Alla l-​veru tas-​saltniet kollha taʼ l-​art.+ Int għamilt is-​smewwiet u l-​art.+ 17 Mejjel widintek u ismaʼ, O Ġeħova.+ Iftaħ għajnejk+ u ara, O Ġeħova, u ismaʼ l-​kliem kollu li Sennakerib+ bagħat biex iwaqqaʼ għaċ-​ċajt lill-​Alla l-​ħaj.+ 18 Huwa fatt, O Ġeħova, li s-​slaten taʼ l-​Assirja ħarbtu l-​artijiet kollha, u lil arthom stess.+ 19 U l-​allat tagħhom ġew mitfugħin fin-​nar,+ għax ma kienu allat xejn+ imma xogħol idejn il-​bniedem,+ injam u ġebel; għalhekk qerduhom.+ 20 U issa, O Ġeħova Alla tagħna,+ salvana minn idejh,+ sabiex is-​saltniet kollha taʼ l-​art ikunu jafu li int, O Ġeħova, int waħdek Alla.”+

21 U Isaija bin Għamoż bagħat jgħid lil Ħeżekija: “Hekk qal Ġeħova l-​Alla taʼ Israel, ‘Talli tlabtni dwar Sennakerib is-​sultan taʼ l-​Assirja,+ 22 din hi l-​kelma li Ġeħova qal kontrih:

“Il-​verġni, bint Sijon, stmerritek, ħaditek biċ-​ċajt.+

Minn warajk bint Ġerusalemm xenglet rasha.+

23 Lil min waqqajt għaċ-​ċajt+ u maqdart?+

Kontra min għollejt leħnek+

U terfaʼ għajnejk fl-​għoli?+

Kontra l-​Qaddis taʼ Israel!+

24 Bil-qaddejja tiegħek waqqajt għaċ-​ċajt lil Ġeħova u għedt,+

‘Bil-​kotra taʼ karrijiet tal-​gwerra li għandi, jien+—

Jien se nitlaʼ fl-​għoli tal-​muntanji,+

L-​iktar partijiet ’il bogħod tal-​Libanu;+

U naqtaʼ ċ-​ċedri kbar tiegħu, l-​aħjar siġar tal-​ġnibru tiegħu.+

U nidħol fl-​iktar għolja mbiegħda, il-​foresta tas-​siġar tal-​frott tiegħu.+

25 Inħaffer u nixrob l-​ilmijiet,

U nnixxef b’qiegħ saqajja l-​kanali kollha tan-​Nil+ taʼ l-​Eġittu.’+

26 Ma smajtx?+ Sa minn żmien twil ilu hekk iddeċidejt li nagħmel.+

Minn jiem mgħoddija sawwartu dan.+ Issa se nġiegħlu jseħħ.+

U ninqeda bik biex il-​bliet fortifikati nagħmilhom gozz rovini abbandunati.+

27 U l-​abitanti tagħhom se jkollhom idejhom dgħajfin;+

Se jibżgħu u jistħu.+

Se jiddgħajfu bħall-​ħaxix tar-​rabaʼ u bħall-​ħaxix aħdar tari,+

Ħaxix taʼ fuq il-​bjut+ u tar-​rabaʼ mtarraġ fir-​riħ mil-​lvant.+

28 U jien naf tajjeb+ meta int toqgħod bil-​qiegħda bil-​kwiet u meta toħroġ+ u meta tidħol,

U meta tirrabja għalija,+

29 Għax ir-​rabja li għandek għalija+ u l-​għajat tiegħek waslu f’widnejja.+

U se nqiegħed il-​ganċ tiegħi fi mnieħrek u l-​ilġiem tiegħi bejn xofftejk,+

U rreġġgħek lura mit-​triq li ġejt minnha.”+

30 “‘U dan ikun is-​sinjal għalik: Din is-​sena jittiekel dak li jinbet miż-​żerriegħa mxerrda,+ u fit-​tieni sena l-​qmuħ li jinbtu waħedhom; imma fit-​tielet sena iżirgħu ż-​żerriegħa u aħsdu u ħawlu l-​għelieqi bid-​dwieli u kulu frotthom.+ 31 U dawk taʼ dar Ġuda li jeħilsuha, dawk li jifdal,+ se jniżżlu l-​għeruq u jtellgħu l-​frott.+ 32 Għax minn Ġerusalemm se joħroġ fdal,+ u mill-​Muntanja Sijon ikun hemm dawk li jeħilsuha.+ Iż-​żelu nnifsu taʼ Ġeħova taʼ l-​armati se jagħmel dan.+

33 “‘Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova dwar is-​sultan taʼ l-​Assirja:+ “Ma jidħolx f’din il-​belt,+ u ebda vleġġa ma jispara hemmhekk, u la jersaq lejha b’tarka u lanqas itellaʼ kontriha rampa għall-​assedju.”’+

34 “‘Mit-​triq li ġie minnha se jerġaʼ lura, u f’din il-​belt ma jidħolx,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+ 35 ‘U żgur niddefendi+ din il-​belt biex insalvaha minħabba fija stess+ u minħabba David il-​qaddej tiegħi.’”+

36 U l-​anġlu+ taʼ Ġeħova ħareġ u qatel mija u ħamsa u tmenin elf ruħ fil-​kamp taʼ l-​Assirjani.+ Meta n-​nies qamu kmieni fil-​għodu, sabuhom ilkoll iġsma mejtin.+ 37 Għaldaqstant, Sennakerib+ is-​sultan taʼ l-​Assirja rtira mill-​battalja u telaq u mar lura,+ u qagħad Ninwe.+ 38 U ġara li meta kien qed imil fid-​dar taʼ Nisrok+ l-​alla tiegħu,+ Adrammelek u Sareser, uliedu stess, qatluh bis-​sejf,+ u huma nfushom ħarbu lejn l-​art t’Ararat.+ U ibnu Esar-ħaddon+ beda jsaltan minfloku.

38 Dak iż-​żmien Ħeżekija marad u kien għoddu miet.+ Għaldaqstant, il-​profeta Isaija+ bin Għamoż daħal ħdejh u qallu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Agħti ordnijiet lil taʼ darek,+ għax m’intix se ddum ħaj; dalwaqt tmut.’”+ 2 Għalhekk, Ħeżekija dar wiċċu mal-​ħajt+ u beda jitlob lil Ġeħova+ 3 u jgħid: “Nissupplikak,* O Ġeħova, ftakar,+ jekk jogħġbok, kif jien imxejt+ quddiemek bil-​verità+ u b’qalb sħiħa,+ u għamilt dak li hu tajjeb f’għajnejk.” U Ħeżekija beka fuq li beka.+

4 U l-​kelma+ taʼ Ġeħova issa ġiet għand Isaija, tgħid: 5 “Mur, u għid lil Ħeżekija, ‘Hekk qal Ġeħova l-​Alla taʼ David missierek:+ “Jien smajt it-​talba tiegħek.+ Rajt id-​dmugħ tiegħek.+ Ara, se nżidlek ħmistax-il sena oħra maʼ ħajtek;+ 6 u lilek u lil din il-​belt neħliskom minn idejn is-​sultan taʼ l-​Assirja, u niddefendi lil din il-​belt.+ 7 U dan hu s-​sinjal mingħand Ġeħova li Ġeħova se jwettaq din il-​kelma li qal:+ 8 Ara, id-​dell li kien niżel fuq it-​taraġ t’Aħaż bix-​xemx+ se mmexxih lura għaxar tarġiet.”’”+ U x-​xemx imxiet lura bil-​mod il-​mod għaxar tarġiet fuq it-​taraġ li kienet niżlet.+

9 Kitba taʼ Ħeżekija s-​sultan taʼ Ġuda, meta marad+ u fieq mill-​marda tiegħu.+

10 Jien għedt: “F’nofs jiemi se ngħaddi minn bibien+ il-​Qabar.*

Se niċċaħħad mill-​bqija+ tas-​snin tiegħi.”

11 Għedt: “M’iniex se nara lil Jah, iva, Jah, fl-​art tal-​ħajjin.+

M’iniex se nara iżjed lill-​bnedmin—sejjer maʼ dawk li jgħammru fl-​art fejn kollox hu wieqaf.

12 Il-post fejn noqgħod ġie maqlugħ+ u ttieħed minni bħat-​tinda tar-​rgħajja.

Kebbibt ħajti bħal wieħed li jinseġ bin-​newl;

Ġejt maqtugħ+ bħalma d-​drapp minsuġ jitneħħa minn man-​newl.

Minn bi nhar sa bil-​lejl int tibqaʼ terħini.+

13 Sa fil-​għodu kkalmajt lili nnifsi.+

Bħal iljun, hu jibqaʼ jiksirli għadmi kollu;+

Minn bi nhar sa bil-​lejl int tibqaʼ terħini.+

14 Bħar-rundun, il-​bulbul, hekk noqgħod inpespes;+

Noqgħod ingorr bħal ħamiema.+

Għajnejja ħarsu lejn l-​għoli sakemm infnew+ u għedt:

‘O Ġeħova, qed inħossni mtaqqal. Idħol għalija.’+

15 X’se ngħid, u x’se jgħidli hu?+

Hu tkellem kif ukoll aġixxa għalija.+

Issa jien se nkompli nimxi bil-​kwiet matul is-​snin kollha tiegħi minħabba l-​imrar taʼ ruħi.+

16 ‘O Ġeħova, minħabba kliemek in-​nies jibqgħu jgħixu; u bħal kulħadd, l-​ispirtu tiegħi jsib il-​ħajja bih.+

U int se terġaʼ tagħtini s-​saħħa u żżommni ħaj.+

17 Ara! Flok paċi jien ħadt dak li hu morr, iva, morr;+

U int intrabatt maʼ ruħi u żammejtha mill-​ħofra tat-​tmermir.+

Għax int tfajt dnubieti kollha wara dahrek.+

18 Għax il-​Qabar ma jistax ifaħħrek;+ il-​mewt ma tistax tagħtik tifħir.+

Dawk li neżlin fil-​ħofra ma jistgħux iħarsu bit-​tama lejn il-​fedeltà tiegħek.+

19 Il-ħaj, il-​ħaj, hu jistaʼ jfaħħrek,+

Bħalma nistaʼ jien illum.+

Il-​missier jistaʼ jagħti l-​għarfien+ lil uliedu dwar il-​fedeltà tiegħek.

20 O Ġeħova, ejja salvani,+ u aħna ndoqqulek biċċiet tal-​mużika minn tiegħi fuq l-​istrumenti tal-​korda+

Għall-​jiem kollha taʼ ħajjitna fid-​dar taʼ Ġeħova.’”+

21 U Isaija qal: “Ħa jġibu ċappa tin niexef u pressat u jidilkuha fuq il-​musmar,+ sabiex ifiq.”+ 22 Sadanittant, Ħeżekija kien qal: “X’inhu s-​sinjal li juri li se nitlaʼ fid-​dar taʼ Ġeħova?”+

39 Dak iż-​żmien Merodak-baladan+ bin Baladan is-​sultan taʼ Babilonja+ bagħat xi ittri u rigal+ lil Ħeżekija, wara li semaʼ li Ħeżekija kien marad imma reġaʼ ħa saħħtu.+ 2 Għalhekk, Ħeżekija feraħ bl-​irġiel u wriehom id-​dar tat-​teżor tiegħu,+ il-​fidda u d-​deheb u ż-​żejt tal-​balzmu+ u ż-​żejt tajjeb u l-​armerija kollha tiegħu+ u kulma kien hemm fit-​teżori tiegħu. Ma kien hemm xejn f’daru u fid-​dominju kollu tiegħu li Ħeżekija ma wrihulhomx.+

3 Imbagħad il-​profeta Isaija mar għand is-​Sultan Ħeżekija u qallu:+ “X’qalu dawn l-​irġiel u minfejn ġew għandek?” U Ħeżekija qallu: “Ġew għandi minn art imbiegħda, minn Babilonja.”+ 4 U kompla jgħidlu: “X’raw mid-​dar tiegħek?”+ U Ħeżekija qal: “Kulma hawn f’dari rawh. Ma kien hemm xejn li ma wrejthomx mit-​teżori tiegħi.” 5 Imbagħad Isaija qal lil Ħeżekija:+ “Ismaʼ l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, 6 ‘Ara! Għad jiġu jiem meta kulma hu f’darek u kulma ħażnu missirijietek sa llum se jinġarr lejn Babilonja.’+ ‘Xejn ma jitħalla,’+ qal Ġeħova. 7 ‘U xi wħud minn uliedek stess li se joħorġu minnek, u li int se ssir missierhom, se jittieħdu+ u jsiru uffiċjali tal-​palazz+ fil-​palazz tas-​sultan taʼ Babilonja.’”+

8 Għal dan, Ħeżekija qal lil Isaija: “Il-​kelma taʼ Ġeħova li għedt hi tajba.”+ U żied jgħid: “Għax il-​paċi u l-​verità+ se jkomplu fi żmieni.”+

40 “Farrġu, farrġu lill-​poplu tiegħi,” jgħid l-​Alla tagħkom.+ 2 “Kellmu lil Ġerusalemm biex tilħqulha qalbha+ u għidulha li s-​servizz militari tagħha twettaq,+ li l-​iżball tagħha tħallas.+ Għax minn id Ġeħova hi qalgħet l-​ammont sħiħ għad-​dnubiet kollha tagħha.”+

3 Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħajjat fix-​xagħri:+ “Ħejju t-​triq taʼ Ġeħova!+ Iddrittaw it-​triq ewlenija għal Alla minn ġol-​pjanura tad-​deżert.+ 4 Ħa jitgħolla kull wied,+ u titbaxxa kull muntanja u għolja.+ U l-​art bl-​għoljiet titwitta, u l-​art imħarbta ssir pjanura f’wied.+ 5 U l-​glorja taʼ Ġeħova se tintwera,+ u l-​bnedmin kollha se jarawha flimkien,+ għax fomm Ġeħova qalu dan.”+

6 Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħid: “Għajjat!”+ U wieħed qal: “X’se ngħajjat?”

“Il-​bnedmin kollha huma ħaxix aħdar, u l-​qalb tajba bl-​imħabba tagħhom kollha hi bħall-​inwar tar-​rabaʼ.+ 7 Il-ħaxix aħdar nixef, l-​inwar dbiel,+ għax l-​ispirtu taʼ Ġeħova nefaħ fuqu.+ Żgur li n-​nies huma ħaxix aħdar.+ 8 Il-ħaxix aħdar nixef, l-​inwar dbiel;+ imma l-​kelma t’Alla tagħna, din tibqaʼ għal dejjem.”*+

9 Itlaʼ lejn muntanja għolja,+ O mara li ġġib l-​aħbar tajba għal Sijon.+ Għolli leħnek bis-​saħħa, O mara li ġġib l-​aħbar tajba għal Ġerusalemm.+ Għollih. Tibżax.+ Għid lill-​bliet taʼ Ġuda: “Hawn hu Alla tagħkom.”+ 10 Ara! Il-​Mulej Sovran Ġeħova ġej bħal wieħed b’saħħtu, u driegħu se jaħkem għalih.+ Ara! Il-​premju tiegħu hu miegħu,+ u l-​ħlas li jagħti qiegħed quddiemu.+ 11 Bħal ragħaj se jirgħa l-​merħla tiegħu.+ Bi driegħu se jiġbor flimkien il-​ħrief;+ u jġorrhom f’ħobbu.+ Lil dawk li jreddgħu jmexxihom b’attenzjoni.+

12 Min kejjel l-​ilmijiet fil-​pala taʼ idu,+ u ħa l-​qisien tas-​smewwiet b’xiber+ u tefaʼ f’kejla* t-​trab taʼ l-​art,+ jew wiżen il-​muntanji bi strument, u l-​għoljiet fil-​miżien? 13 Min ħa l-​qisien taʼ l-​ispirtu* taʼ Ġeħova, u min jistaʼ jagħtih il-​pariri u jgħarrfu xi ħaġa?+ 14  Maʼ min ikkonsulta biex ikun jistaʼ jfiehmu, jew min jgħallmu l-​mogħdija tal-​ġustizzja, jew jgħallmu l-​għarfien,+ jew jgħarrfu kif għandu jifhem verament?+

15 Ara! Il-​ġnus huma bħal qatra minn barmil; u tqiesu bħal kisja taʼ trab f’miżien.+ Ara! Hu jgħolli l-​gżejjer+ bħal sempliċi trab fin. 16 Lanqas is-​siġar tal-​Libanu m’huma biżżejjed biex iżommu nar jaqbad, u l-​annimali salvaġġi+ t’hemmhekk m’humiex biżżejjed għal offerta tal-​ħruq.+ 17 Quddiemu l-​ġnus kollha huma bħal xi ħaġa li ma teżistix;+ hu jqishom bħax-​xejn u bħal xi ħaġa mhix reali.+

18  Maʼ min tistgħu xxebbhuh lil Alla,+ u liema ħaġa tistgħu tqabbluha miegħu?+ 19 Il-bniedem tas-​sengħa sawwab il-​metall imdewweb ġo forma biex jagħmel xbieha,+ u l-​ħaddiem fil-​metall ksieha bid-​deheb,+ u qed isawwar il-​ktajjen tal-​fidda fil-​forġa.+ 20 Hu jagħżel siġra biex jagħtiha bħala kontribuzzjoni, siġra li mhix imħassra.+ U jfittex bniedem tas-​sengħa biex jipprepara xbieha skolpita+ li ma taqax.+

21 Ma tafux? Ma smajtux? Ma ntqalilkomx mill-​bidunett? Għadkom ma fhimtux dak li sar evidenti minn mindu tqiegħdu s-​sisien taʼ l-​art?+ 22 Hemm Wieħed li jgħammar ’il fuq miċ-​ċirku taʼ l-​art,+ li l-​abitanti tagħha huma bħall-​ġurati li jaqbżu, Hu li qed imidd is-​smewwiet bħal drapp fin, li jifrixhom bħal tinda li jgħammar fiha,+ 23 li qed iġib l-​uffiċjali għoljin fix-​xejn, li lill-​imħallfin taʼ l-​art għamilhom xi ħaġa mhix reali.+

24 Qatt ma tħawlu; qatt ma nżergħu; iz-​zokk tagħhom qatt ma qabbad l-​għeruq fl-​art.+ U jekk xi ħadd biss jonfħilhom huma jinxfu+ u r-​riefnu jġorrhom bħat-​tiben.*+

25 “Imma maʼ min tistgħu xxebbhuni sabiex inkun ugwali miegħu?” jgħid il-​Qaddis.+ 26 “Erfgħu għajnejkom fl-​għoli u araw. Min ħalaqhom dawn l-​affarijiet?+ Dak li qed joħroġ l-​armata tal-​kwiekeb bin-​numru tagħhom u jsejħilhom kollha b’isimhom.+ Minħabba l-​abbundanza t’enerġija attiva,+ billi għandu wkoll qawwa enerġetika, lanqas waħda minnhom m’hi nieqsa.

27 “O Ġakobb, għala titkellem, u O Israel, għala tgħid, ‘Triqti hi moħbija minn Ġeħova,+ u l-​ġustizzja li suppost tintwera lejja Alla ma jinnotahiex’?+ 28 Ma tafx jew ma smajtx?+ Ġeħova, il-​Ħallieq taʼ truf l-​art, huwa Alla għal dejjem.+ Ma jegħjiex jew jinfileġ.+ Ħadd ma jistaʼ jifhem x’intelliġenza għandu.+ 29 Qed jagħti l-​qawwa lill-​għajjien;+ u jimla bis-​setgħa lil dak li m’għandux enerġija biex jaġixxi.+ 30 It-tfal se jegħjew kif ukoll jinfilġu, u l-​ġuvintur żgur se jitfixklu, 31 imma dawk li jittamaw+ f’Ġeħova se jiksbu l-​qawwa mill-​ġdid.+ Se jogħlew bil-​ġwienaħ bħall-​ajkli.+ Jiġru u ma jinfilġux; jimxu u ma jegħjewx.”+

41 “Agħtuni l-​attenzjoni fis-​skiet, intom il-​gżejjer;+ u ħalli l-​popli+ jerġgħu jsibu l-​qawwa. Ħa jersqu+ u mbagħad jitkellmu. Ħa nersqu qrib xulxin għall-​ġudizzju.+

2 “Min qajjem lil xi ħadd minn tlugħ ix-​xemx?+ Min sejjaħlu bis-​sewwa biex jersaq Lejh,* biex jagħtih quddiemu l-​ġnus, biex imur irażżan saħansitra lis-​slaten?+ Min tahomlu bħala trab għal sejfu, sabiex jixterdu bħat-​tiben* bil-​qaws tiegħu?+ 3 Min baqaʼ jiġri warajhom, baqaʼ għaddej fil-​paċi bil-​mixi mill-​mogħdija li ma ġiex minnha? 4 Min ħa azzjoni+ u għamel dan, u sejjaħ lill-​ġenerazzjonijiet waħda wara l-​oħra sa mill-​bidu taż-​żminijiet?+

“Jien, Ġeħova, l-​Ewwel Wieħed;+ u nibqaʼ l-​istess anki meta jiġu dawk taʼ l-​aħħar.”+

5 Il-gżejjer+ raw u bdew jibżgħu. It-​truf taʼ l-​art bdew jitriegħdu.+ Resqu u baqgħu ġejjin. 6 Kull wieħed mar jgħin lil sieħbu, u wieħed qal lil ħuh: “Agħmel il-​ħila.”+ 7 Għalhekk, il-​bniedem tas-​sengħa saħħaħ lill-​ħaddiem fil-​metall;+ dak li jillixxa bil-​martell tal-​forġa saħħaħ lil dak li qed jagħti bil-​mazza fuq l-​inkwina, u jgħidlu: “Tajba s-​saldatura.” Fl-​aħħar, wieħed rabtu bl-​imsiemer sabiex ma jaqax.+

8 “Imma int, O Israel, int il-​qaddej tiegħi,+ u int, O Ġakobb, il-​wieħed li għażilt,+ in-​nisel t’Abraham+ il-​ħabib tiegħi;+ 9 int, li qbadtek minn truf l-​art,+ u int, li sejjaħtlek mill-​partijiet imbegħdin tagħha.+ U għalhekk għedtlek, ‘Int il-​qaddej tiegħi;+ jien għażiltek,+ u ma ċħadtekx.+ 10 Tibżax, għax jien miegħek.+ Tiċċassax ’l hemm u ’l hawn, għax jien Alla tiegħek.+ Jien inqawwik.+ Jien ngħinek verament.+ Jien inżommok sod tassew b’idi l-​leminija+ tas-​sewwa.’+

11 “Ara! Kulmin qed jitbaqbaq għalik se jistħi u jkun umiljat.+ L-​irġiel li qed jitlewmu miegħek se jisfaw fix-​xejn u jgħibu.+ 12 Lil dawk l-​irġiel li qed jiġġildulek int għad tfittixhom, imma ma ssibhomx.+ Dawk l-​irġiel li huma fi gwerra miegħek se jsiru bħal xi ħaġa li ma teżistix u li m’hi xejn.+ 13 Għax jien, Ġeħova Alla tiegħek, qed naqbdek minn idek il-​leminija+ u ngħidlek, ‘Tibżax.+ Jien stess ngħinek.’+

14 “Tibżax Ġakobb, daqsxejn taʼ dudu,+ intom nies taʼ Israel.+ Jien stess ngħinek,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, iva, Dak li jixtrik lura,*+ il-​Qaddis taʼ Israel. 15 “Ara! Għamiltek slitta tad-​dris,+ għodda tad-​dris ġdida bi snien taʼ żewġt ixfar. Int tisħaq il-​muntanji u tfarrakhom; u l-​għoljiet iġġibhom bħall-​karfa.+ 16 Int idderrihom,+ u riħ iġorrhom miegħu,+ u riefnu jxerridhom f’postijiet differenti.+ U int tifraħ b’Ġeħova.+ Se tiftaħar bik innifsek minħabba l-​Qaddis taʼ Israel.”+

17 “Il-​magħkusin u l-​foqra qed ifittxu l-​ilma,+ imma m’hemmx. Bl-​għatx li għandhom,+ ilsienhom nixef.+ Jien, Ġeħova, se nwiġibhom.+ Jien, l-​Alla taʼ Israel, mhux se nitlaqhom.+ 18 Fuq l-​għoljiet għerjin se niftaħ ix-​xmajjar, u n-​nixxigħat f’nofs il-​pjanuri fil-​widien.+ Ix-​xagħri nagħmlu għadira bl-​ilma mimlija qasab, u l-​art bla ilma nagħmilha għejun taʼ l-​ilma.+ 19 Fix-xagħri se nqiegħed iċ-​ċedru, is-​siġra taʼ l-​akaċja u tar-​riħan u taż-​żejt.+ Fil-​pjanura tad-​deżert se nqiegħed is-​siġra tal-​ġnibru, u s-​siġra tal-​fraxxnu u taċ-​ċipress flimkien;+ 20 sabiex in-​nies kollha f’daqqa jaraw u jkunu jafu u jagħtu kas u jkollhom id-​dehen, li id Ġeħova għamlet dan, u l-​Qaddis taʼ Israel ħalaq dan.”+

21 “Ressqu l-​kawża kontroversjali tagħkom,”+ jgħid Ġeħova. “Ġibu l-​argumenti tagħkom,”+ jgħid is-​Sultan taʼ Ġakobb.+ 22 “Ersqu u għidulna l-​affarijiet li se jiġru. L-​ewwel affarijiet—għidulna x’kienu, sabiex niħduhom bis-​serjetà u nkunu nafu l-​futur tagħhom. Jew semmgħulna l-​affarijiet li ġejjin.+ 23 Għidu l-​affarijiet li ġejjin wara, sabiex inkunu nafu li intom allat.+ Iva, imisskom tagħmlu l-​ġid jew id-​deni, sabiex nistagħġbu u naraw dan flimkien.+ 24 Ara! Intom xi ħaġa li ma teżistix, u ma wettaqtu xejn.+ Kulmin jagħżel lilkom hu ħaġa mistkerrha.+

25 “Qajjimt lil xi ħadd mit-​tramuntana u dan ġej.+ Minn tlugħ ix-​xemx+ se jsejjaħ ismi. U ġej fuq il-​ħakkiema deputati bħallikieku kienu tafal+ u bħalma fuħħari jgħaffeġ il-​materjal imxarrab.

26 “Min qal xi ħaġa mill-​bidu, sabiex inkunu nafu, jew mill-​passat, sabiex ngħidu, ‘Għandu raġun’?+ Fil-​fatt m’hemm ħadd li qed jitkellem. Fil-​fatt m’hemm ħadd li qed isemmaʼ leħnu. Fil-​fatt m’hemm ħadd li qed jismagħkom tgħidu xi kelma.”+

27 Jien l-​ewwel wieħed; jien qed ngħid lil Sijon: “Ara! Hawn huma!”+ U lil Ġerusalemm se nagħtiha wieħed li jġib aħbar tajba.+

28 U bqajt nara, u ma kien hemm ħadd; u ma kien hemm ħadd minnhom li jagħti parir.+ U komplejt nistaqsihom, sabiex iwiġbuni. 29 Ara! Ilkoll huma xi ħaġa li ma teżistix. Xogħol idejhom m’hu xejn. Ix-​xbihat tagħhom magħmulin minn metall imdewweb huma riħ u m’humiex reali.+

42 Ara! Il-​qaddej tiegħi,+ li nżommu sod!+ Il-​magħżul tiegħi,+ li ruħi approvat!+ Jien qegħedt l-​ispirtu tiegħi fih.+ Se juri l-​ġustizzja lill-​ġnus.+ 2 Ma jgħajjatx jew jgħolli leħnu, u ma jsemmax leħnu fit-​triq.+ 3 Qasba miksura ma jaqsamhiex;+ ftila tal-​kittien tnemnem ma jitfihiex. Hu se juri l-​ġustizzja bil-​verità.+ 4 Hu ma jegħjiex jew jitfarrak sakemm iġib il-​ġustizzja fuq l-​art;+ u l-​gżejjer jibqgħu jistennew għal-​liġi tiegħu.+

5 Hekk qal l-​Alla l-​veru, Ġeħova, il-​Ħallieq tas-​smewwiet+ u l-​Wieħed Grandjuż li jifrixhom;+ Dak li medd l-​art+ u l-​prodott tagħha,+ li ta n-​nifs+ lin-​nies taʼ fuqha,+ u l-​ispirtu lil dawk li jimxu fiha:+ 6 “Jien, Ġeħova, aġixxejt bis-​sewwa+ u sejjaħtlek, u qbadtlek idek.+ U se nħarsek u nagħtik bħala patt għan-​nies,+ bħala dawl għall-​ġnus,+ 7 biex tiftaħ l-​għajnejn għomja,+ biex toħroġ mill-​kalzri lill-​ħabsi,+ mill-​ħabs lil dawk bil-​qiegħda fid-​dlam.+

8 “Jien Ġeħova. Dak hu ismi;+ u lil ħadd iktar ma nagħti l-​glorja tiegħi,+ lanqas it-​tifħir tiegħi+ lix-​xbihat minquxin.+

9 “L-​ewwel affarijiet—ara, ġew,+ imma jien ngħidilkom affarijiet ġodda. Qabel ifiġġu, jien insemmagħhomlkom.”+

10 Kantaw lil Ġeħova għanja ġdida,+ it-​tifħir tiegħu minn tarf l-​art,+ intom li l-​għajxien tagħkom hu mill-​baħar+ u minn kulma hemm fih, intom il-​gżejjer u dawk li toqogħdu fihom.+ 11 Ħa jgħollu leħinhom ix-​xagħri+ u l-​bliet tiegħu, u l-​irħula fejn joqgħod Kedar.+ Ħa jgħajtu bil-​ferħ dawk li jgħammru fil-​blat għoli.+ Minn fuq il-​qċaċet tal-​muntanji, ħa jgħajtu kemm jifilħu n-​nies. 12 Ħa jagħtu glorja lil Ġeħova,+ u ħa jfaħħruh fil-​gżejjer.+

13 Ġeħova se joħroġ bħal raġel setgħan.+ Bħal gwerrier se jqanqal iż-​żelu tiegħu.+ Se jgħajjat, iva, se jsemmaʼ għajta tal-​gwerra;+ se juri li hu iktar setgħan mill-​għedewwa tiegħu.+

14 “Jien qgħadt kwiet għal ħafna żmien.+ Bqajt sieket.+ Rażżant lili nnifsi.+ Bħal mara li qed tiled se nokrob, nilheġ, u nieħu nifsijiet fl-​istess ħin.+ 15 Se nħarbat+ il-​muntanji u l-​għoljiet, u nnixxef il-​ħaxix kollu tagħhom. U nibdel ix-​xmajjar fi gżejjer, u nnixxef l-​għadajjar mimlijin qasab.+ 16 U mmexxi lill-​għomja fi triq li ma jafuhiex;+ minn triq li ma jafuhiex ngħaddihom.+ Se nibdel il-​post mudlam quddiemhom f’dawl,+ u l-​art imħarbta f’wita.+ Dawn huma l-​affarijiet li se nagħmlilhom, u m’iniex se nitlaqhom.”+

17 Iridu jitreġġgħu lura, se jistħu ħafna, dawk li qed jafdaw fix-​xbieha skolpita,+ dawk li qed jgħidu lil xbieha magħmula minn metall imdewweb: “Intom l-​allat tagħna.”+

18 Isimgħu, ja torox; u ħarsu ħa taraw, ja għomja.+ 19 Min hu agħma, jekk mhux il-​qaddej tiegħi, u min hu trux bħall-​messaġġier tiegħi li jien nibgħat? Min hu agħma bħal min hu mħallas, jew agħma bħall-​qaddej taʼ Ġeħova?+ 20 Int rajt ħafna affarijiet, imma ma bqajtx tħares.+ Ftaħt widnejk, imma ma bqajtx tismaʼ.+ 21 Minħabba s-​sewwa tiegħu+ Ġeħova għoġbu jkabbar il-​liġi+ u jagħmilha maestuża. 22 Imma dan poplu misruq u maħtuf,+ ilkoll maqbudin fil-​ħofor, u nżammu moħbijin fil-​ħabsijiet.+ Insterqu mingħajr xi ħadd biex jeħlishom,+ inħatfu mingħajr xi ħadd li jgħid: “Agħtihomli lura!”

23 Min fostkom se jagħti widen għal dan? Min se jagħti kas u jismaʼ għaż-​żmien li ġej?+ 24 Min ta lil Ġakobb biex jinħataf, u lil Israel biex jinsteraq? Mhux Ġeħova, li dnibna kontrih, u li triqatu huma ma ridux jimxu fihom u li l-​liġi tiegħu ma ridux jisimgħu minnha?+ 25 Għalhekk, Hu baqaʼ jsawwab fuq Israel il-​korla tiegħu, ir-​rabja tiegħu, u s-​saħħa tal-​gwerra.+ U din għalqitu dawramejt u ħarqitu,+ imma ma tax kas;+ u kompliet tħeġġeġ kontrih, imma ma daħħal xejn f’qalbu.+

43 U issa hekk qal Ġeħova, il-​Ħallieq tiegħek,+ O Ġakobb, u Dak li sawrek,+ O Israel: “Tibżax, għax jien xtrajtek mill-​ġdid.+ Sejjaħtlek b’ismek.+ Int tiegħi.+ 2 Jekk tgħaddi mill-​ilmijiet,+ jien inkun miegħek;+ u mix-​xmajjar, dawn ma jgħarrqukx.+ Jekk ikollok tgħaddi min-​nar, ma tinħaraqx, u l-​fjamma ma xxawtekx.+ 3 Għax jien Ġeħova Alla tiegħek, il-​Qaddis taʼ Israel is-​Salvatur tiegħek.+ Jien tajt l-​Eġittu b’fidwa għalik,+ l-​Etjopja+ u Seba minflokok. 4 Peress li int kont prezzjuż f’għajnejja,+ qistek onorabbli, u ħabbejtek.+ U nagħti bnedmin minflokok, u ġnus minflok ruħek.+

5 “Tibżax, għax jien miegħek.+ Minn tlugħ ix-​xemx inġib lil nislek, u minn inżul ix-​xemx niġbrok flimkien.+ 6 Se ngħid lit-​tramuntana,+ ‘Ċedi!’ u lin-​nofsinhar, ‘Iżżommhomx lura. Ġib lil uliedi s-​subien mill-​bogħod, u lil uliedi l-​bniet minn tarf l-​art,+ 7 lil kulmin jissejjaħ b’ismi+ u li jien ħlaqt għall-​glorja tiegħi,+ li jien sawwart, iva, li jien għamilt.’+

8 “Oħroġ lil poplu agħma għalkemm għandu għajnejn, u lil dawk torox għalkemm għandhom widnejn.+ 9 Ħa jinġabru flimkien il-​ġnus kollha f’post wieħed, u ħalli l-​popli jinġemgħu flimkien.+ Min hemm fosthom li jistaʼ jgħid dan?+ Jew jistgħu jsemmgħulna l-​affarijiet li se jiġru l-​ewwel?+ Ħa jġibu x-​xhieda tagħhom,+ sabiex jiġu dikjarati ġusti, jew ħa jisimgħu u jgħidu, ‘Din hi l-​verità!’”+

10 “Intom ix-​xhieda tiegħi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “iva, il-​qaddej tiegħi li jien għażilt,+ sabiex tkunu tafu+ u jkollkom il-​fidi fija,+ u sabiex tifhmu li jien l-​istess Wieħed.+ Qabli ma ssawwar ebda Alla,+ u warajja baqaʼ ma kien hemm ħadd.+ 11 Jien—jien Ġeħova,+ u m’hemm ebda salvatur ħliefi.”+

12 “Jien tkellimt u salvajt u semmajt,+ meta ma kien hemm fostkom ebda alla barrani.+ Għalhekk, intom ix-​xhieda tiegħi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u jien Alla.+ 13 Barra minn hekk, dan iż-​żmien kollu jien bqajt l-​istess Wieħed;+ u m’hemm ħadd li jistaʼ jipprovdi ħelsien minn idi.+ Se nieħu azzjoni,+ u min jistaʼ jreġġagħha lura?”+

14 Hekk qal Ġeħova, Dak li xtrakom lura,+ il-​Qaddis taʼ Israel:+ “Minħabba fikom se nibgħathom lejn Babilonja u nniżżel l-​istaneg tal-​ħabsijiet+ u lill-​Kaldin fuq il-​bastimenti, u huma se jixhru.+ 15 Jien Ġeħova l-​Qaddis tagħkom,+ il-​Ħallieq taʼ Israel,+ is-​Sultan tagħkom.”+

16 Hekk qal Ġeħova, li għamel triq fil-​baħar u mogħdija f’nofs ilmijiet qawwijin,+ 17 Dak li ħareġ il-​karru tal-​gwerra u ż-​żiemel, il-​qawwa militari u l-​irġiel b’saħħithom fl-​istess ħin:+ “Se jimteddu.+ Ma jqumux.+ Żgur jintfew.+ Bħal ftila tal-​kittien se jintfew.”+

18 “Tiftakrux l-​ewwel affarijiet, u toqogħdux tqisu l-​affarijiet taʼ qabel. 19 Ara! Qed nagħmel xi ħaġa ġdida.+ Issa se tfiġġ. Se tkunu tafuha, hux hekk?+ Tabilħaqq, minn ġox-​xagħri se nagħmel triq,+ xmajjar minn ġod-​deżert.+ 20 Il-bhima salvaġġa tar-​rabaʼ se tigglorifikani,+ ix-​xakalli u n-​ngħam;+ għax jien se nkun ġibt l-​ilma fix-​xagħri, ix-​xmajjar fid-​deżert,+ biex nagħti jixrob lill-​poplu tiegħi, il-​magħżul tiegħi,+ 21 il-poplu li sawwart għalija, sabiex jirrakkonta dwari affarijiet li jistħoqqilhom tifħir.+

22 “Imma int ma sejjaħtlix, O Ġakobb,+ għax xbajt minni, O Israel.+ 23 Ma ġibtlix in-​nagħaġ taʼ l-​offerti sħaħ tal-​ħruq, u bis-​sagrifiċċji tiegħek ma gglorifikajtnix.+ Ma ġegħeltekx taqdini b’għotja, jew m’għejjejtekx bl-​inċens abjad.+ 24 Ma xtrajtlix bi flusek qasba aromatika;+ u ma xebbajtnix bix-​xaħam tas-​sagrifiċċji tiegħek.+ Fil-​fatt, int ġegħelt lili naqdi minħabba dnubietek; jien għejejt bl-​iżbalji tiegħek.+

25 “Jien—jien li qed inħassar+ il-​ksur tal-​liġi tiegħek+ għan-​nom tiegħi stess,+ u dnubietek m’iniex se niftakarhom.+ 26 Fakkarni; ħa nidħlu f’ġudizzju flimkien;+ irrakkonta n-​naħa tiegħek sabiex tieħu r-​raġun.+ 27 Missierek stess, l-​ewwel wieħed, dineb,+ u l-​kelliema tiegħek kisru l-​liġi tiegħi.+ 28 Għalhekk, se nkasbar il-​prinċpijiet tal-​post qaddis, u se nagħti lil Ġakobb bħala raġel dedikat għall-​qerda* u lil Israel biex jiġi mgħajjar.+

44 “U issa ismaʼ, O Ġakobb qaddej tiegħi,+ u int, O Israel, li jien għażilt.+ 2 Hekk qal Ġeħova, Dak li għamlek+ u li sawrek,+ li kompla jgħinek sa minn ġoż-​żaqq,+ ‘Tibżax,+ O qaddej tiegħi Ġakobb, u int, Ġesurun,*+ li jien għażilt. 3 Għax jien se nferraʼ l-​ilma fuq l-​għatxan,+ u n-​nixxigħat fuq il-​post niexef.+ Se nferraʼ l-​ispirtu tiegħi fuq nislek,+ u l-​barka tiegħi fuq id-​dixxendenti tiegħek. 4 U jinbtu bħallikieku qalb il-​ħaxix aħdar,+ bħas-​siġar tal-​luq+ ħdejn il-​ġwiebi taʼ l-​ilma. 5 Wieħed se jgħid: “Jien taʼ Ġeħova.”+ U l-​ieħor se jsejjaħ lilu nnifsu bl-​isem taʼ Ġakobb,+ u ieħor se jikteb fuq idu: “Taʼ Ġeħova.” U jkun hemm min isemmi lilu nnifsu b’isem Israel.’+

6 “Hekk qal Ġeħova, is-​Sultan taʼ Israel+ u Dak li xtrah lura,+ Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Jien l-​ewwel u jien l-​aħħar,+ u m’hemm ebda Alla ħliefi.+ 7 U min hemm bħali?+ Ħa jsejjaħ, ħa jgħid u jippreżenta l-​evidenza tiegħu lili.+ Bħalma għamilt jien mindu ħtart il-​poplu taʼ żmien twil ilu,+ ħa jgħidu huma min-​naħa tagħhom l-​affarijiet li ġejjin kif ukoll l-​affarijiet li se jseħħu ’l quddiem. 8 Titwerwrux u tibqgħux imbellhin.+ Jien mhux minn dak iż-​żmien ilni nġegħelkom tisimgħu wieħed wieħed u ngħidilkom b’dan?+ U intom ix-​xhieda tiegħi.+ Jeżisti xi Alla ħliefi?+ Le, m’hemm l-​ebda Blata.+ Ma naf bl-​ebda wieħed.’”

9 Dawk kollha li sawru x-​xbieha skolpita huma ħaġa mhix reali,+ u l-​għeżież tagħhom ma se jkunu t’ebda benefiċċju,+ u bħala xhieda tagħhom ma jaraw xejn u ma jafu xejn,+ sabiex huma jistħu.+ 10 Min sawwar alla jew sawwab il-​metall imdewweb ġo forma biex jagħmel xbieha?+ Ma kienu assolutament t’ebda benefiċċju.+ 11 Ara! Sħabu kollha se jistħu,+ u n-​nies tas-​sengħa huma biss bnedmin. Ilkoll se jinġabru flimkien.+ Se jieqfu. Se jitwerwru. Se jistħu flimkien.+

12 U min jonqox il-​ħadid bl-​għodda* tiegħu għandu ħafna x’jagħmlilha bil-​ġamar; u jifformaha bl-​imrietel; u għandu ħafna x’jagħmlilha bid-​driegħ qawwi tiegħu.+ U qabdu l-​ġuħ, u naqsitu l-​qawwa. Ma xorobx, u għalhekk għeja.

13 U min jonqox l-​injam fetaħ il-​ħabel tal-​kejl; u jimmarkaha bil-​ġibs aħmar; u jaħdimha bil-​furmatur; u jkompli jimmarkaha bil-​kumpass, u bil-​mod il-​mod jagħmilha tixbah lil raġel,+ lis-​sbuħija tal-​bniedem, biex toqgħod f’dar.+

14 Hemm wieħed li xogħlu hu li jaqtaʼ ċ-​ċedri; u jagħżel ċerta speċi taʼ siġra, siġra immensa, u jħalliha tikber b’saħħitha fost is-​siġar tal-​foresta.+ Hu ħawwel is-​siġra tar-​rand, u x-​xita qawwija tkabbarha. 15 U saret xi ħaġa biex il-​bniedem iżomm in-​nar jaqbad. Għalhekk, jieħu parti minnha sabiex isaħħan lilu nnifsu. Fil-​fatt, jagħmel ħuġġieġa u jaħmi l-​ħobż. U wkoll, jaħdem alla sabiex imil quddiemu.+ Għamilha fi xbieha skolpita,+ u jinxteħet fl-​art quddiemha. 16 Nofsha jaħraqha fin-​nar. Fuq nofsha jixwi l-​laħam li jiekol, u jixbaʼ. U jissaħħan u jgħid: “Ah! Issaħħant. Rajt id-​dawl taʼ ħuġġieġa.” 17 Imma dak li jibqaʼ minnha jagħmlu alla, ix-​xbieha skolpita tiegħu. Jinxteħet fl-​art quddiemha u jmil u jitlobha u jgħid: “Eħlisni, għax int alla tiegħi.”+

18 Ma jafux,+ u ma jifhmux,+ għax għajnejhom imżellġin u ma jarawx,+ u qalbhom ukoll u m’għandhiex dehen.+ 19 U ħadd ma jiftakar b’qalbu+ jew għandu l-​għarfien jew l-​abbiltà li jifhem,+ u jgħid: “Nofsha ħraqtha fin-​nar, u fuq il-​ġamar tagħha ħmejt il-​ħobż; nixwi l-​laħam u niekol. Imma issa dak li baqaʼ minnha se nagħmlu f’xi ħaġa mistkerrha?+ Se ninxteħet fl-​art quddiem l-​injam niexef taʼ siġra?” 20 Hu qed jiekol l-​irmied.+ Qalbu l-​imqarrqa żvijatu.+ U ma jeħlisx ruħu, u lanqas jgħid: “F’idi l-​leminija mhux gidba għandi?”+

21 “Ftakar dawn l-​affarijiet, O Ġakobb,+ u int, O Israel, għax int il-​qaddej tiegħi.+ Jien sawwartek.+ Int qaddej tiegħi. O Israel, jien ma ninsiekx.+ 22 Se nħassar il-​ksur tal-​liġi tiegħek bħal bi sħaba,+ u dnubietek bħal bi sħab oħxon. Erġaʼ lura lejja,+ għax jien nixtrik lura.+

23 “Għajtu bil-​ferħ, smewwiet,+ għax Ġeħova ħa azzjoni!+ Għajtu bil-​ferħ taʼ rebħa,+ postijiet l-​iktar baxxi taʼ l-​art!+ Ifirħu, muntanji,+ b’għajat ferrieħi, foresta u intom is-​siġar kollha li fiha! Għax Ġeħova xtara lura lil Ġakobb, u fuq Israel qed juri sbuħitu.”+

24 Hekk qal Ġeħova, Dak li xtrak lura+ u li sawrek minn ġoż-​żaqq: “Jien, Ġeħova, qed nagħmel kollox, nifrex is-​smewwiet+ waħdi, immidd l-​art.+ Min kien hemm miegħi? 25 Jien se nfixkel is-​sinjali taʼ min ipaċpaċ fil-​vojt, u noħroġ taʼ miġnun lil min jeħber;+ jien Hu li rreġġaʼ lura lill-​għorrief, u li nbiddel l-​għarfien tagħhom fi bluha;+ 26 li nagħmel il-​kelma tal-​qaddej tiegħi sseħħ, u li nwettaq kompletament dak li jxandru l-​messaġġiera tiegħi;+ li ngħid dwar Ġerusalemm, ‘Se tkun mgħammra,’+ u dwar il-​bliet taʼ Ġuda, ‘Se jinbnew mill-​ġdid,+ u jien intellaʼ l-​postijiet abbandunati tagħha’;+ 27 li ngħid lill-​ilmijiet fondi, ‘Evaporaw; u se nnixxef ix-​xmajjar kollha tagħkom’;+ 28 li ngħid dwar Ċiru,+ ‘Hu r-​ragħaj tiegħi, u kulma nitgħaxxaq bih hu se jwettqu kompletament’;+ anki dak li għedt dwar Ġerusalemm, ‘Se tinbena mill-​ġdid,’ u dwar it-​tempju, ‘Il-​pedament tiegħek se jitqiegħed.’”+

45 Hekk qal Ġeħova lill-​midluk tiegħu,+ lil Ċiru, li qbadtlu idu l-​leminija,+ biex irrażżan il-​ġnus quddiemu,+ sabiex inneħħi l-​ħżiem minn maʼ ġenbejn is-​slaten; biex niftaħ quddiemu l-​bibien li jintlewew fi tnejn, sabiex lanqas il-​bibien tal-​belt ma jingħalqu: 2 “Jien immur qablek,+ u nwitti l-​ħotob taʼ l-​art.+ Il-​bibien tar-​ram aħmar infarrakhom, u l-​istaneg tal-​ħadid inqaċċathom.+ 3 U nagħtik it-​teżori+ fid-​dlam u t-​teżori moħbijin fil-​postijiet misturin, sabiex tkun taf li jien Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, li qed insejjaħlek b’ismek.+ 4 Minħabba l-​qaddej tiegħi Ġakobb u Israel il-​magħżul tiegħi,+ jien sejjaħtlek b’ismek; tajtek isem t’unur, għalkemm ma kontx tafni.+ 5 Jien Ġeħova, u m’hemm ħadd ieħor.+ M’hemm ebda Alla għajri.+ Jien se nħażżmek sew, għalkemm ma kontx tafni, 6 sabiex in-​nies ikunu jafu minn tlugħ ix-​xemx u minn inżulha li m’hemm ħadd ħliefi.+ Jien Ġeħova, u m’hemm ħadd ieħor.+ 7 Nifforma d-​dawl+ u noħloq id-​dlam,+ nagħmel il-​paċi+ u noħloq il-​gwaj;+ jien, Ġeħova, qed nagħmel dawn l-​affarijiet kollha.+

8 “O smewwiet, qattru minn fuq;+ u s-​sema msaħħab ħa jraxxax is-​sewwa.+ Ħa tinfetaħ l-​art, u ħa tagħmel il-​frott tas-​salvazzjoni, u ħa tnibbet is-​sewwa+ fl-​istess ħin. Jien, Ġeħova, ħlaqtha.”+

9 Gwaj għal min iħaqqaqha maʼ Dak li sawru,+ bħalma biċċa fuħħar tħaqqaqha mal-​biċċiet l-​oħrajn tal-​fuħħar taʼ l-​art! Għandu t-​tafal+ jgħid lil min sawru: “X’int tagħmel?” U l-​prodott tiegħek jgħid: “M’għandux idejn”? 10 Gwaj għal min jgħid lil missier: “Dan x’nissilt?” u lill-​mara: “Dan x’inhu li qed tħoss l-​uġigħ tal-​ħlas għalih?”+

11 Hekk qal Ġeħova, il-​Qaddis taʼ Israel+ u Dak li sawru:+ “Staqsuni dwar l-​affarijiet li ġejjin+ u li għandhom x’jaqsmu maʼ wliedi;+ u agħtuni kmandi dwar għemil+ idejja. 12 Jien għamilt l-​art+ u jien ħlaqt il-​bniedem fuqha.+ Jien, iva, idejja stess firxu s-​smewwiet,+ u jien ikkmandajt l-​armata kollha tagħhom.”+

13 “Jien stess qajjimt lil xi ħadd bis-​sewwa,+ u niddrittalu triqatu kollha.+ Hu jkun dak li jibni l-​belt tiegħi,+ u jħalli lill-​eżiljati tiegħi jitilqu,+ mhux b’xi ħlas+ jew b’xi tixħim,” qal Ġeħova taʼ l-​armati.

14 Hekk qal Ġeħova: “Il-​ħaddiema mhux imħallsin taʼ l-​Eġittu+ u l-​merkanti taʼ l-​Etjopja u s-​Sabegħanin,+ irġiel twal,+ se jiġu għandek, u jsiru tiegħek.+ Warajk jimxu; fl-​irbit+ ġejjin, u se jmilu quddiemek.+ Lilek se jitolbu, billi jgħidu, ‘Tabilħaqq, Alla qiegħed f’unjoni miegħek,+ u m’hemm ħadd ieħor; m’hemmx Alla ieħor.’”+

15 Tassew, int Alla li qed iżżomm ruħek moħbi,+ l-​Alla taʼ Israel, Salvatur.+ 16 Se jistħu u jkunu umiljati, ilkoll kemm huma. Dawk li jaħdmu l-​idoli se jkollhom jimxu flimkien b’umiljazzjoni.+ 17 Imma Israel se jiġi salvat, għax hu f’unjoni maʼ Ġeħova,+ b’salvazzjoni għal żminijiet indefiniti.+ Intom m’intomx se tistħu,+ u lanqas ma se tkunu umiljati+ għaż-​żminijiet indefiniti taʼ l-​eternità.

18 Għax hekk qal Ġeħova, il-​Ħallieq tas-​smewwiet,+ Hu l-​Alla l-​veru,+ Dak li sawwar l-​art u li għamilha,+ Hu li stabbiliha fis-​sod,+ li ma ħalaqhiex sempliċement għalxejn, li sawwarha biex tkun abitata:+ “Jien Ġeħova, u m’hemm ħadd ieħor.+ 19 Ma tkellimtx f’post mistur,+ f’post mudlam taʼ l-​art; u lanqas m’għedt lil nisel Ġakobb, ‘Fittxuni għalxejn.’+ Jien Ġeħova, li nitkellem dak li hu sewwa, ngħid dak li hu rett.+

20 “Inġabru u ejjew.+ Intom li ħrabtu mill-​ġnus,+ ersqu viċin xulxin. Dawk li qed iġorru l-​injam tax-​xbieha skolpita tagħhom ma ħadux għarfien, u lanqas dawk li jitolbu lil alla li ma jistaʼ jsalva lil ħadd.+ 21 Irrapportaw u ppreżentaw il-​każ tagħkom.+ Iva, ħa jikkonsultaw flimkien f’unità. Min semmaʼ dan minn żmien twil ilu?+ Min irrapportah minn dak iż-​żmien?+ Mhux jien, Ġeħova, li ħliefi m’hemmx Alla ieħor;+ Alla ġust u Salvatur,+ li m’hemm ħadd ieħor għajri?+

22 “Duru lejja u salvaw,+ intom ilkoll fi truf l-​art; għax jien Alla, u m’hemm ħadd ieħor.+ 23 Bija nnifsi ħlift+—minn fommi stess ħarġet il-​kelma bis-​sewwa,+ biex ma terġax lura+—li kull irkoppa tintlewa quddiemi,+ kull ilsien se jaħlifli,+ 24 billi jgħid, ‘Żgur li f’Ġeħova hemm is-​sewwa sħiħ u s-​saħħa.+ Dawk kollha li jitbaqbqu kontrih se jiġu dritt għandu u se jistħu.+ 25 Minħabba Ġeħova dawk kollha min-​nisel+ taʼ Israel se jkunu fis-​sewwa+ u se jiftaħru.’”+

46 Bel+ intlewa,+ Nebo tgħawweġ; l-​idoli tagħhom+ saru tal-​bhejjem salvaġġi u taʼ l-​annimali domestiċi, it-​tagħbijiet tagħhom, is-​soror tagħhom, toqol għall-​annimali għajjenin. 2 Iridu jitgħawġu; ilkoll iridu jintlewew; ma jistgħux jipprovdu ħelsien+ għall-​idoli tagħhom li jinġarru bħala toqol, imma huma stess imorru fil-​jasar.+

3 “Ismagħni, O dar Ġakobb, u intom ilkoll li fadal minn dar Israel,+ intom li qandiltkom minn meta kontu fiż-​żaqq, dawk li ġarrejt sa mill-​ġuf.+ 4 Jien nibqaʼ l-​istess Wieħed anki meta tixjieħu;+ anki meta xagħarkom isir griż nibqaʼ nqandilkom.+ Jien naġixxi,+ sabiex inġorr u nqandel u nipprovdi ħelsien.+

5 “ Maʼ min se xxebbhuni+ jew tagħmluni ugwali jew tqabbluni sabiex inkunu nixxiebhu?+ 6 Hemm dawk li qed joħorġu kemm jifilħu deheb mill-​borża tal-​flus, u jiżnu l-​fidda bil-​lasta tal-​miżien. Iqabbdu lil xi ħadd li jaħdem il-​metall, u hu jagħmel dan f’alla.+ Imbagħad jinxteħtu fl-​art, iva, imilu.+ 7 Iġorruh fuq l-​ispalla,+ iqandluh u jagħmluh f’postu sabiex joqgħod wieqaf hemmhekk. Ma jiċċaqlaqx minn postu.+ Jekk xi ħadd jgħajjatlu ma jwiġbux; ma jsalvax lil dak li jkun min-​niket tiegħu.+

8 “Ftakru dan, sabiex tagħmlu kuraġġ. Daħħluh f’qalbkom,+ intom li tiksru l-​liġi.+ 9 Ftakru fl-​ewwel affarijiet taʼ żmien twil ilu,+ li jien id-​Divin+ u m’hemmx Alla ieħor,+ u lanqas ħadd m’hu bħali;+ 10 jien li mill-​bidu ngħid it-​tmiem,+ u minn żmien twil ilu l-​affarijiet li ma sarux;+ li ngħid, ‘L-​iskop tiegħi se jreġi,+ u kulma nitgħaxxaq bih nagħmlu’;+ 11 li qed insejjaħ lil għasfur tal-​priża minn tlugħ ix-​xemx,+ lir-​raġel li se jwettaq l-​iskop tiegħi minn pajjiż ’il bogħod.+ Jien għedtu dan; jien inġiegħlu jseħħ.+ Jien sawwartu, u jien inwettqu.+

12 “Isimgħuni, intom taʼ qalb stinata,+ intom imbegħdin mis-​sewwa.+ 13 Ressaqt is-​sewwa tiegħi qrib.+ M’huwiex ’il bogħod,+ u s-​salvazzjoni tiegħi m’hijiex ġejja tard.+ U se nagħti s-​salvazzjoni lil Sijon, sbuħiti lil Israel.”+

47 Inżel u poġġi bil-​qiegħda fit-​trab,+ O verġni, bint Babilonja.+ Poġġi maʼ l-​art fejn m’hemmx tron,+ O bint il-​Kaldin.+ Għax m’intix se terġaʼ tesperjenza li n-​nies isejħulek delikata u mfissda.+ 2 Ħu mitħna taʼ l-​idejn+ u itħan id-​dqiq. Neħħi l-​velu tiegħek.+ Inżaʼ d-​dublett wiesaʼ tiegħek.+ Ikxef riġlek.+ Aqsam ix-​xmajjar. 3 Trid tikxef l-​għera tiegħek.+ U l-​għajb tiegħek irid jidher.+ Se nagħmel vendetta,+ u ma nuri ħniena maʼ ħadd.

4 “Hemm Dak li jixtrina lura.+ Ġeħova taʼ l-​armati jismu,+ il-​Qaddis taʼ Israel.”+

5 Poġġi bil-​qiegħda kwieta+ u mur fid-​dlam,+ O bint il-​Kaldin;+ għax m’intix se terġaʼ tesperjenza li n-​nies isejħulek is-​Sinjura+ tas-​Saltniet.+ 6 Jien għadabt għall-​poplu tiegħi.+ Kasbart il-​wirt tiegħi,+ u tajthom f’idejk.+ Int ma wrejthom ebda ħniena.+ Il-​madmad tiegħek fuq ix-​xiħ għamiltu tqil ferm.+ 7 U għedt: “Se nkun is-​Sinjura għal żmien indefinit,+ għal dejjem.” Ma daħħalthomx f’qalbek dawn l-​affarijiet; ma ftakartx fit-​tmiem tal-​kwistjoni.+

8 U issa ismaʼ dan, ja mara mogħtija għall-​pjaċiri, dik li tpoġġi bil-​qiegħda fis-​sigurtà,+ dik li tgħid f’qalbha: “Jien il-​waħda, u m’hemm ħadd ieħor.+ M’iniex se npoġġi bħala armla, u m’iniex se nkun naf x’jiġifieri li titlef l-​ulied.”+ 9 Imma dawn iż-​żewġ affarijiet jiġu fuqek f’daqqa, f’jum wieħed:+ titlef lil uliedek u ssir armla. Iridu jiġu fuqek bis-​sħiħ,+ minħabba l-​kotra taʼ sħarijietek, is-​setgħa kbira taʼ kull magħmul li tagħmel bla rażan.+ 10 U bqajt tafda fil-​ħażen tiegħek.+ Għedt: “Ħadd m’hu jarani.”+ L-​għerf u l-​għarfien tiegħek+—dan żvijak; u tibqaʼ tgħid f’qalbek: “Jien biss u m’hemm ħadd ħliefi.” 11 U l-​gwaj irid jiġi fuqek; ma se tkun taf l-​ebda seħer kontrih. U l-​għawġ se jaqaʼ fuqek;+ u ma tkunx tistaʼ tbiegħdu. U f’daqqa waħda+ tiġi fuqek rovina li m’intix midħla tagħha.

12 Ieqaf fejn int, issa, bil-​magħmul u s-​sħarijiet kotrana tiegħek,+ li ilek titħabat fihom minn żgħożitek; sabiex forsi tkun tistaʼ tibbenefika, sabiex forsi tkun tistaʼ tbeżżaʼ lin-​nies. 13 Int għejejt daqskemm għandek min jagħtik pariri. Ħa jqumu, issa, u jsalvawk, dawk li jqimu s-​smewwiet, dawk li jħarsu lejn il-​kwiekeb,+ dawk li mill-​qmura ġodda jagħtu l-​għarfien dwar x’se jiġrilek. 14 Ara! Saru bħat-​tiben.*+ Se jaħraqhom in-​nar.+ Mhux se jeħilsu ruħhom+ mill-​qawwa tal-​fjamma.+ Ma se jkun hemm ebda ġamar jixgħel biex bih jisħnu n-​nies, l-​ebda dawl taʼ ħuġġieġa biex wieħed joqgħod bil-​qiegħda quddiemu. 15 Hekk se jsiru għalik, dawk li tħabatt magħhom bħala s-​sħaħar tiegħek+ minn żgħożitek. Se jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn, kull wieħed lejn ir-​reġjun tiegħu. Ma se jkun hemm ħadd biex isalvak.+

48 Isimgħu dan, O dar Ġakobb, intom li qed tissejħu bl-​isem taʼ Israel+ u li ħriġtu mill-​ilmijiet taʼ Ġuda,+ intom li taħilfu bl-​isem taʼ Ġeħova+ u li ssemmu lill-​Alla taʼ Israel,+ mhux bil-​verità u mhux bis-​sewwa.+ 2 Għax sejħu lilhom infushom nies mill-​belt qaddisa,+ u serrħu fuq l-​Alla taʼ Israel,+ li Ġeħova taʼ l-​armati huwa ismu.+

3 “L-​ewwel affarijiet għedthom minn dak iż-​żmien, u ħarġu minn fommi, u bqajt insemmagħhom.+ F’daqqa waħda aġixxejt, u l-​affarijiet seħħew.+ 4 Billi naf li int iebes+ u li n-​nervituri t’għonqok huma tal-​ħadid+ u ġbinek tar-​ram aħmar,+ 5 bqajt ngħidlek sa minn dak iż-​żmien. Qabel dawn seħħew, semmajthomlok,+ biex ma tgħidx, ‘L-​idolu tiegħi wettaqhom, u x-​xbieha skolpita tiegħi u x-​xbieha tiegħi magħmula minn metall imdewweb ikkmandawhom.’+ 6 Int smajt.+ Ħares lejn dan kollu.+ U intom m’intomx se tħabbruh?+ Qed insemmgħek affarijiet ġodda minn dan iż-​żmien, iva, affarijiet li żammejt merfugħin, li ma kontx tafhom.+ 7 Issa se jinħolqu, u mhux f’dak iż-​żmien, l-​affarijiet li qabel illum ma kontx smajthom, sabiex ma tgħidx, ‘Ara! Diġà kont naf bihom.’+

8 “Iktar minn hekk, int ma smajtx,+ lanqas ma kont taf, u minn dak iż-​żmien ’il quddiem widnejk ma nfetħux. Għax jien naf sew li int assolutament bqajt taġixxi bi tradiment,+ u sejħulek ‘wieħed li ilu jikser il-​liġi sa miż-​żaqq.’+ 9 Minħabba ismi se nżomm ir-​rabja tiegħi,+ u għat-​tifħir tiegħi se nitrażżan miegħek sabiex ma tinqeridx.+ 10 Ara! Jien irfinajtek, imma mhux bħall-​fidda.+ Għażiltek fil-​forn tas-​sofferenza.+ 11 Minħabba fija stess, minħabba fija stess se naġixxi,+ għax kif jistaʼ wieħed iħalli lilu nnifsu jiġi mkasbar?+ U l-​glorja tiegħi ma nagħtiha lil ħadd iktar.+

12 “Ismagħni, O Ġakobb, u int O Israel l-​imsejjaħ tiegħi. Jien l-​istess Wieħed.+ Jien l-​ewwel.+ Iktar minn hekk, jien l-​aħħar.+ 13 Iktar minn hekk, idi qiegħdet is-​sisien taʼ l-​art,+ u leminti firxet is-​smewwiet.+ Jien qed insejħilhom, sabiex jippreżentaw lilhom infushom flimkien.+

14 “Inġabru flimkien, intom ilkoll, u isimgħu.+ Min fosthom qalilkom dawn l-​affarijiet? Ġeħova ħabbu.+ Hu se jagħmel kif jogħġbu maʼ Babilonja,+ u driegħu se jkun fuq il-​Kaldin.+ 15 Jien—jien tkellimt. U jien sejjaħtlu.+ Jien ġibtu, u triqtu se jkollha suċċess.+

16 “Ersqu lejja. Isimgħu dan. Mill-​bidu ma tkellimtx fil-​moħbi.+ Meta seħħ, jien hemmhekk kont.”

U issa l-​Mulej Sovran Ġeħova bagħatni, anki l-​ispirtu tiegħu.+ 17 Hekk qal Ġeħova, Dak li xtrak lura,+ il-​Qaddis taʼ Israel:+ “Jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, li ngħallmek għall-​ġid tiegħek,+ li mmexxik fit-​triq li għandek timxi.+ 18 O li kieku fil-​fatt tagħti kas il-​kmandamenti tiegħi!+ Imbagħad il-​paċi tiegħek tkun bħal xmara,+ u s-​sewwa tiegħek bħall-​mewġ tal-​baħar.+ 19 U nislek ikun bħar-​ramel, u d-​dixxendenti mill-​ġewwieni tiegħek ikunu bħall-​frak tar-​ramel.+ Ismu ma jinqatax u ma jinqeridx għalkollox minn quddiemi.”+

20 Oħorġu minn Babilonja!+ Aħarbu mill-​Kaldin.+ Għidu dan bil-​ħoss t’għajat ferrieħi, semmgħuh.+ Wassluh sa tarf l-​art.+ Għidu: “Ġeħova xtara lura lill-​qaddej tiegħu Ġakobb.+ 21 U ma qabadhomx l-​għatx+ meta mexxiehom minn postijiet imħarbtin.+ Ġiegħel l-​ilma jgelgel mill-​blata għalihom, u qasam blata sabiex inixxi l-​ilma.”+

22 “M’hemmx paċi,” qal Ġeħova, “għall-​ħżiena.”+

49 Isimgħuni, O gżejjer,+ u oqogħdu attenti, ġnus ’il bogħod.+ Ġeħova nnifsu sejjaħli+ meta kont fiż-​żaqq.+ Mill-​ġewwieni t’ommi semma ismi.+ 2 U għamilli fommi bħal sejf jaqtaʼ.+ Fid-​dell+ taʼ idu ħbieni.+ U bil-​mod il-​mod għamilni vleġġa misnuna. Żammni mistur fil-​barżakka tal-​vleġeġ tiegħu. 3 U qalli: “Int il-​qaddej tiegħi, O Israel,+ int dak li bih nuri sbuħiti.”+

4 Imma jien għedt: “Għalxejn tħabatt.+ Il-​qawwa tiegħi użajtha għal xi ħaġa mhix reali u għall-​frugħa.+ Tassew, il-​ġudizzju tiegħi hu f’idejn Ġeħova,+ u l-​ħlas tiegħi f’idejn Alla tiegħi.”+ 5 U issa Ġeħova, Dak li fformani fiż-​żaqq bħala qaddej tiegħu,+ qalli biex inġiblu lura lil Ġakobb,+ sabiex Israel jinġabar għandu.+ U jien inkun glorifikat f’għajnejn Ġeħova, u Alla tiegħi jkun sar is-​saħħa tiegħi. 6 U qal: “Ma kinitx ħaġa żgħira wisq għalik li tkun il-​qaddej tiegħi biex tqajjem it-​tribujiet taʼ Ġakobb u ġġib lura l-​imħarsin taʼ Israel;+ jien għamiltek ukoll bħala dawl tal-​ġnus,+ sabiex is-​salvazzjoni tiegħi tkun tistaʼ tasal sa tarf l-​art.”+

7 Hekk qal Ġeħova, Dak li xtara lura lil Israel,+ il-​Qaddis tiegħu, lil dak li hu mistmerr għalkollox,+ lil dak mistkerrah mill-​ġens,+ lill-​qaddej tal-​ħakkiema:+ “Is-​slaten infushom se jaraw u jqumu,+ u l-​prinċpijiet ukoll, u se jmilu, minħabba Ġeħova, li juri fedeltà,+ il-​Qaddis taʼ Israel, li jagħżel lilek.”+

8 Hekk qal Ġeħova: “Fi żmien t’approvazzjoni jien wiġibtek,+ u f’jum taʼ salvazzjoni għentek;+ u bqajt inħarsek sabiex inkun nistaʼ nagħtik bħala patt għan-​nies,+ biex l-​art terġaʼ tiġi għal li kienet,+ biex kwalunkwe wirt abbandunat jerġaʼ jsir taʼ min kien,+ 9 biex ngħid lill-​priġunieri,+ ‘Oħorġu!’+ lil dawk li huma fid-​dlam,+ ‘Uru ruħkom!’+ Ħdejn it-​toroq se jirgħu, u l-​mergħa tagħhom se tkun f’kull passaġġ.+ 10 Ma jiħodhomx il-​ġuħ,+ u lanqas jaqbadhom l-​għatx,+ ma jintlaqtux mis-​sħana tikwi jew mix-​xemx.+ Għax Dak li jitħassarhom se jmexxihom,+ u jiħodhom ħdejn in-​nixxigħat taʼ l-​ilma.+ 11 U l-​muntanji tiegħi kollha nagħmilhom triq, u t-​toroq ewlenin tiegħi se jkunu f’post fl-​għoli.+ 12 Ara! Dawn saħansitra jiġu mill-​bogħod,+ u, ara, dawn mit-​tramuntana+ u mill-​punent,+ u dawn mill-​art taʼ Sinim.”

13 Għajtu għajta ferriħija, smewwiet,+ u ifraħ, art.+ Ħa jithennew il-​muntanji b’għajat ferrieħi.+ Għax Ġeħova farraġ lill-​poplu tiegħu,+ u qed juri li jitħassar lin-​nies tiegħu li qed isofru.+

14 Imma Sijon baqgħet tgħid: “Ġeħova telaqni,+ u Ġeħova nsieni.”+ 15 Tistaʼ mara tinsa lit-​tarbija tagħha tal-​ħalib biex ma titħassarx lil bin żaqqha?+ Anki dawn in-​nisa jistgħu jinsew,+ iżda jien ma ninsiekx.+ 16 Ara! Fuq il-​pali taʼ idejja naqqaxtek.+ Il-​ħitan tiegħek huma quddiemi l-​ħin kollu.+ 17 Uliedek għaġġlu. Dawk li ġarrfuk u ħarbtuk se jitilqu minnek. 18 Erfaʼ għajnejk madwarek u ħares. Ilkoll ġew miġburin flimkien.+ Ġew għandek. “Daqskemm jien ħaj,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova,+ “int se tilbishom kollha bħallikieku ornamenti, u se torbothom miegħek qisek għarusa.+ 19 Għalkemm il-​postijiet tiegħek imħarbtin u l-​postijiet tiegħek abbandunati u l-​art tiegħek rovinata,+ għalkemm issa marsusa wisq biex l-​abitanti jgħammru fik, u dawk li belgħuk huma ’l bogħod,+ 20 madankollu se tismaʼ lill-​ulied li tkun ksibt wara li tlift lill-​oħrajn+ jgħidulek, ‘Il-​post sar wisq marsus għalija.+ Agħmilli l-​wisaʼ, sabiex inkun nistaʼ ngħammar.’+ 21 U int ċertament li tgħid f’qalbek, ‘Min kien il-​missier li nissilli lil dawn, ladarba jien mara li tilfet lil uliedha u ma jistax ikollha tfal, li ttieħdet fl-​eżilju bħala priġuniera?+ U lil dawn min rabbiehom?+ Ara! Jien kont bqajt waħdi.+ Dawn—fejn kienu?’”+

22 Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara! Se nerfaʼ idi lejn il-​ġnus,+ u ngħolli s-​sinjal tiegħi lejn il-​popli.+ U huma jġibu lil uliedek subien fi ħdanhom, u jġorru lil uliedek bniet fuq spallithom.+ 23 U s-​slaten ikunu dawk li jieħdu ħsiebek,+ u l-​prinċipessi tagħhom ikunu għalik dawk li jreddgħu. Se jmilu quddiemek b’wiċċhom maʼ l-​art,+ u se jilagħqu t-​trab taʼ saqajk;+ u int se jkollok tkun taf li jien Ġeħova, li min jittama fija ma jkollux għalfejn jistħi.”+

24 Jistgħu l-​maqbudin jittieħdu mingħand raġel setgħan,+ jew jistgħu l-​imjassrin taħt id it-​tirann jaħarbu?+ 25 Imma hekk qal Ġeħova: “Saħansitra l-​imjassrin tar-​raġel setgħan se jittieħdu,+ u dawk li diġà nqabdu mit-​tirann innifsu se jaħarbu.+ U jien niġġieled maʼ min jiġġieled miegħek,+ u nsalvalek lil uliedek.+ 26 U lil dawk li jittrattawk ħażin inġegħelhom jieklu laħamhom stess; u se jiskru b’demmhom bħallikieku bi nbid ħelu. U l-​bnedmin kollha se jkollhom ikunu jafu li jien, Ġeħova,+ jien is-​Salvatur tiegħek+ u Dak li xtrak lura,+ l-​Alla l-​Qawwi taʼ Ġakobb.”+

50 Hekk qal Ġeħova: “Fejn, allura, huwa ċ-​ċertifikat tad-​divorzju+ t’ommkom, li lilha jien keċċejt?+ Jew, minn dawk li għandi d-​dejn magħhom lil min begħtkom jien?+ Ara! Minħabba l-​iżbalji tagħkom stess+ ġejtu mibjugħin, u minħabba l-​ksur tal-​liġi tagħkom stess tkeċċiet ommkom.+ 2 Għala ġara li, meta jien dħalt, ma kien hemm ħadd?+ Meta sejjaħt, ħadd ma wieġeb?+ Qsaret daqstant idi li ma tistax tifdi,+ jew m’għandix jien qawwa li neħles? Ara! Biċ-​ċanfira tiegħi+ nnixxef il-​baħar;+ nagħmel ix-​xmajjar xagħri.+ Il-​ħut tagħhom jinten minħabba li ma jkun hemm ebda ilma, u jmut bl-​għatx.+ 3 Jien illibbes is-​smewwiet bid-​dlam,+ u ngħattihom bid-​drapp taʼ l-​ixkora.”+

4 Il-Mulej Sovran Ġeħova tani l-​ilsien taʼ wieħed li ġie mgħallem,+ sabiex inkun naf kif inwieġeb lill-​għajjien b’kelma.+ Hu jqajjimni kull fil-​għodu; hu jqajjimli widinti biex nismaʼ bħal wieħed li ġie mgħallem.+ 5 Il-Mulej Sovran Ġeħova nnifsu fetaħli widinti, u jien, min-​naħa tiegħi, ma kontx ribelluż.+ Ma dortx fid-​direzzjoni opposta.+ 6 Dahri tajtu lil dawk li sawtuni, u ħaddejja+ lil dawk li jnittfu x-​xagħar. Wiċċi ma ħbejtux minn affarijiet umiljanti u mill-​bżieq.+

7 Imma l-​Mulej Sovran Ġeħova nnifsu se jgħinni.+ Għalhekk, mhux se jkolli għalxiex inħossni umiljat. Għalhekk, webbist wiċċi bħaż-​żnied, u naf li mhux se jkolli għalfejn nistħi.+ 8 Qrib hu Dak li qed jiddikjarani ġust.+ Min jistaʼ jħaqqaqha miegħi? Ejjew inqumu bil-​wieqfa flimkien.+ Min hu l-​avversarju tiegħi fil-​ġudizzju?+ Ħa jersaq lejja.+ 9 Ara! Il-​Mulej Sovran Ġeħova nnifsu se jgħinni. Min jistaʼ jiddikjarani mill-​agħar?+ Ara! Ilkoll kemm huma, bħal libsa, se jitmermru.+ Sempliċi kamla se tikolhom.+

10 Min fostkom jibżaʼ+ minn Ġeħova, billi jagħti widen għal-​leħen tal-​qaddej tiegħu,+ li mexa fi dlam kontinwu+ u li għalih ma kien hemm ebda dija? Ħa jafda f’isem Ġeħova+ u jserraħ fuq Alla tiegħu.+

11 “Ara! Intom ilkoll li qed tixegħlu n-​nar, billi tqabbdu x-​xrar, imxu fid-​dawl tan-​nar tagħkom, u fost ix-​xrar li ħeġġiġtu. Minn idi, dan hu li se tieħdu żgur: Se timteddu f’uġigħ kbir.+

51 “Isimgħuni, intom li qed tiġru wara s-​sewwa,+ intom li qed tipprovaw issibu lil Ġeħova.+ Ħarsu lejn il-​blata+ li ġejtu maqtugħin minnha, u lejn il-​vojt tal-​ħofra li nħriġtu minnha. 2 Ħarsu lejn missierkom+ Abraham+ u lejn Sara+ li wilditkom bl-​uġigħ tal-​ħlas. Għax meta sejjaħtlu hu kien wieħed,+ u beriktu u għamiltu ħafna.+ 3 Għax Ġeħova se jfarraġ lil Sijon.+ Hu se jfarraġ il-​postijiet imħarbtin kollha tagħha,+ u jagħmel ix-​xagħri tagħha bħall-​Għeden+ u l-​pjanura tad-​deżert tagħha bħall-​ġnien taʼ Ġeħova.+ Ferħ kbir u hena se jinstabu fiha, radd il-​ħajr u l-​leħen taʼ melodija.+

4 “Agħti kasi, O poplu tiegħi; u agħtini widen, ġens tiegħi.+ Għax se toħroġ liġi mingħandi,+ u d-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħi se nwaqqafha bħala dawl għall-​popli.+ 5 Is-sewwa tiegħi fil-​qrib.+ Is-​salvazzjoni tiegħi+ ġejja, u dirgħajja se jiġġudikaw lill-​popli.+ Il-​gżejjer se jittamaw fija,+ u se jistennew għal driegħi.+

6 “Erfgħu għajnejkom lejn is-​smewwiet,+ u ħarsu lejn l-​art hemm taħt. Għax is-​smewwiet idubu u jixxerrdu bħal duħħan,+ u bħal libsa l-​art titmermer,+ u l-​abitanti tagħha jmutu bħal sempliċi nemusa. Imma s-​salvazzjoni tiegħi tkun għal dejjem,+ u s-​sewwa tiegħi ma jitkissirx.+

7 “Isimgħuni, intom li tafu s-​sewwa, il-​poplu li f’qalbu hemm il-​liġi tiegħi.+ Tibżgħux mit-​tmaqdir tal-​bnedmin mortali, u titwerwrux sempliċement minħabba t-​tgħajjir tagħhom.+ 8 Għax il-​kamla se tikolhom bħallikieku kienu libsa, u l-​kamla tal-​ħwejjeġ tikolhom bħallikieku kienu suf.+ Imma s-​sewwa tiegħi jibqaʼ għal dejjem, u s-​salvazzjoni tiegħi għal ġenerazzjonijiet bla għadd.”+

9 Stenbaħ, stenbaħ, ilbes is-​saħħa,+ O driegħ taʼ Ġeħova!+ Stenbaħ bħal fi żmien il-​qedem, bħal fil-​ġenerazzjonijiet taʼ żmien twil ilu.+ Mhux int kont dak li kisser lil Raħab+ biċċiet, dak li nifed il-​mostru tal-​baħar?+ 10 Mhux int kont dak li nixxef il-​baħar, l-​ilmijiet tal-​fond kbir?+ Dak li għamel mill-​fond tal-​baħar triq għal dawk mixtrijin lura sabiex jaqsmu minnha?+ 11 Imbagħad il-​mifdijin taʼ Ġeħova se jerġgħu lura u jiġu lejn Sijon b’għajta ferriħija,+ u fuq rashom ikollhom il-​ferħ għal dejjem.+ Se jaslu għall-​ferħ kbir u l-​hena.+ U n-​niket u t-​tnehid jaħarbu ’l hemm.+

12 “Jien—jien hu li qed infarraġkom.+

“Min int biex tibżaʼ minn bniedem mortali li se jmut,+ u minn bin il-​bniedem li jintgħamel bħall-​ħaxix aħdar?+ 13 U min int biex tinsa lil Ġeħova, Dak li għamlek,+ li firex is-​smewwiet+ u qiegħed is-​sisien taʼ l-​art,+ u minħabba f’hekk il-​jum kollu kont dejjem imbeżżaʼ minħabba l-​korla taʼ dak li għalqek minn kullimkien,+ bħallikieku kien lest biex jagħmlek ħerba?+ U fejn hi l-​korla taʼ dak li għalqek minn kullimkien?+

14 “Dak li qed jitbaxxa bil-​ktajjen malajr se jinħall,+ sabiex ma jmurx mejjet lejn il-​ħofra+ u sabiex ma jiġix nieqes minn ħobżu.+

15 “Imma jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, Dak li jqanqal il-​baħar sabiex il-​mewġ tiegħu jitqalleb.+ Ġeħova taʼ l-​armati jismu.+ 16 U jien inqiegħed kliemi f’fommok,+ u ngħattik bid-​dell taʼ idi,+ sabiex nistabbilixxi s-​smewwiet+ u nqiegħed is-​sisien taʼ l-​art+ u ngħid lil Sijon, ‘Int il-​poplu tiegħi.’+

17 “Stenbaħ, stenbaħ, qum, O Ġerusalemm,+ int li xrobt minn id Ġeħova l-​kies tal-​korla tiegħu.+ Int xrobt, int battalt it-​tazza, il-​kies li qed jistordik.+ 18 Ħadd mill-​ulied kollha+ li wildet ma mexxieha, u mill-​ulied kollha li rabbiet ħadd ma qabdilha idha.+ 19 Ġrawlek dawk iż-​żewġ affarijiet.+ Min se jissimpatizza miegħek?+ Tħarbit u tiġrif, u ġuħ u sejf!+ Min se jfarrġek?+ 20 Uliedek stess ħasshom ħażin.+ Imteddew f’ras it-​toroq kollha bħal nagħaġ salvaġġi fix-​xibka,+ bħal dawk mimlijin bil-​korla taʼ Ġeħova,+ iċ-​ċanfira t’Alla tiegħek.”+

21 Għalhekk, ismaʼ dan, jekk jogħġbok, O mara+ li qed issofri u fis-​sakra, imma mhux bl-​inbid.+ 22 Hekk qal il-​Mulej tiegħek, Ġeħova, iva, Alla tiegħek, li jiġġieled+ għall-​poplu tiegħu: “Ara! Se niħodlok minn idek il-​kies li qed jistordik.+ It-​tazza, il-​kies tal-​korla—ma terġax tixorbu.+ 23 U jien inqiegħdu f’id dawk li qed jirritawk,+ dawk li qalu lil ruħek, ‘Tbaxxa sabiex naqsmu għan-​naħa l-​oħra,’ u b’hekk kont tagħmel dahrek bħall-​art, u bħal triq għal dawk li kienu jaqsmu.”+

52 Stenbaħ, stenbaħ, ilbes saħħtek,+ O Sijon! Ilbes il-​ħwejjeġ sbieħ tiegħek,+ O Ġerusalemm, il-​belt qaddisa!+ Għax mhux se jerġaʼ jkun hemm fik min mhux ċirkonċiż u min mhux nadif.+ 2 Qum mit-​trab,+ tfarfar, oqgħod bil-​qiegħda, O Ġerusalemm. Ħoll l-​irbit li għandek m’għonqok, O bint imjassra taʼ Sijon.+

3 Għax hekk qal Ġeħova: “B’xejn kontu mibjugħin,+ u mingħajr flus se tinxtraw mill-​ġdid.”+

4 Għax hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Kien fl-​Eġittu li n-​nies tiegħi marru l-​ewwel biex jgħixu bħala barranin;+ u min-​naħa tagħha, l-​Assirja ħaqrithom għalxejn.”

5 “U issa, x’se nagħmel minħabba din is-​sitwazzjoni?” hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Għax il-​poplu tiegħi ttieħed b’xejn.+ Dawk li ħakmu fuqu qagħdu jgħajtu,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u l-​ħin kollu, il-​jum kollu, ismi ġie trattat b’nuqqas taʼ rispett.+ 6 Għal dik ir-​raġuni, il-​poplu tiegħi se jkun jaf ismi,+ iva, għal dik ir-​raġuni f’dak il-​jum, għax jien hu li qed nitkellem.+ Ara! Jien hu!”

7 Kemm huma sbieħ fuq il-​muntanji saqajn+ dak li qed iġib aħbar tajba,+ dak li qed ixandar il-​paċi,+ dak li qed iġib aħbar tajba taʼ xi ħaġa aħjar,+ dak li qed ixandar is-​salvazzjoni,+ dak li qed jgħid lil Sijon: “Alla tiegħek sar sultan!”+

8 Ismaʼ! L-​għassiesa tiegħek stess+ għollew leħinhom.+ Għalenija jibqgħu jgħajtu bil-​ferħ; għax meta Ġeħova jiġbor lura lil Sijon+ se jħarsu f’għajnejn xulxin.+

9 Ifirħu, għajtu bil-​ferħ għalenija, postijiet imħarbtin taʼ Ġerusalemm,+ għax Ġeħova farraġ lill-​poplu tiegħu;+ xtara mill-​ġdid lil Ġerusalemm.+ 10 Ġeħova kixef id-​driegħ qaddis tiegħu quddiem għajnejn il-​ġnus kollha;+ u t-​truf kollha taʼ l-​art iridu jaraw is-​salvazzjoni t’Alla tagħna.+

11 Warrbu, warrbu, oħorġu minn hemmhekk,+ tmissu xejn li m’huwiex nadif;+ oħorġu minn ġo nofsha,+ ibqgħu nodfa, intom li qed iġġorru l-​għodod tad-​dar taʼ Ġeħova.+ 12 Għax se toħorġu bla ebda paniku, u m’intomx se taħarbu tiġru.+ Għax Ġeħova se jmur qabilkom,+ u l-​Alla taʼ Israel se jkun l-​għassies li jimxi warajkom.+

13 Ara! Il-​qaddej tiegħi+ se jaġixxi bid-​dehen.+ Se jkollu pożizzjoni għolja u se jintrefaʼ u jiġi eżaltat ferm.+ 14 Daqskemm iċċassaw u stagħġbu lejh ħafna nies+—tant kemm id-​dehra tiegħu tħassret+ iktar minn taʼ kull bniedem ieħor, u s-​sura impressjonanti tiegħu+ iktar minn dik taʼ wlied il-​bnedmin— 15 daqstant ieħor se jaħsad lil ħafna ġnus.+ Is-​slaten se jagħlqu ħalqhom meta jarawh,+ għax se jaraw dak li ma ntqalilhomx, u se jkollhom jikkunsidraw dak li ma semgħux.+

53 Min poġġa l-​fidi f’dak li nstemaʼ minna?+ U lil min ġie rivelat+ id-​driegħ taʼ Ġeħova?+ 2 U hu jitlaʼ bħal fergħa+ żgħira quddiem min josservah, u bħal għerq minn art bla ilma. M’għandux sura impressjonanti, u lanqas ġmiel;+ u meta narawh, mhux se jkollu d-​dehra li ġġegħelna nixtiquh.+

3 Hu kien mistmerr u skartat min-​nies,+ raġel li kien jaf x’inhu l-​uġigħ u kien midħla tal-​mard.+ U bħallikieku dorna biex ma nħarsux lejn wiċċu.+ Hu kien mistmerr, u aħna ma stmajniehx.+ 4 Tassew, hu ġarr il-​mard tagħna;+ u inkwantu għall-​weġgħat tagħna, tgħabba bihom hu.+ Imma aħna nfusna qisnieh bħala wieħed kastigat,+ imsawwat,+ u milqut bis-​sofferenza minn Alla.+ 5 Imma hu kien qed jiġi minfud+ minħabba li aħna ksirna l-​liġi;+ kien qed jitfarrak għall-​iżbalji tagħna.+ Kellu fuqu s-​swat maħsub għall-​paċi tagħna,+ u minħabba l-​feriti tiegħu+ kellna l-​fejqan.+ 6 Ilkoll kemm aħna ġġerrejna ’l hemm u ’l hawn bħal nagħaġ;+ kulħadd dar lejn triqtu; u Ġeħova nnifsu ġiegħel li l-​iżball tagħna lkoll jaqaʼ fuq dak il-​wieħed.+ 7 Hu kien magħkus ferm,+ u ħalla lil min jaħqru;+ madankollu ma fetaħx fommu. Inġieb bħal nagħġa għall-​qatla;+ u bħal nagħġa li timmuta quddiem min iġiżżha, hu wkoll ma fetaħx fommu.+

8 Kien maħqur u ttieħed mingħajr ma ngħata ġudizzju ġust;+ u min se jkun jimpurtah mid-​dettalji taʼ nislu?+ Għax inqataʼ+ mill-​art tal-​ħajjin.+ Qalaʼ d-​daqqa+ minħabba li l-​poplu tiegħi kiser il-​liġi.+ 9 Il-post għad-​dfin tiegħu jkun mal-​ħżiena,+ u f’mewtu jkun mal-​klassi taʼ l-​għonja,+ minkejja li ma wettaqx xi vjolenza+ u ma kien hemm ebda qerq f’fommu.+

10 Imma Ġeħova għoġbu jfarrku;+ marrdu.+ Jekk int tħejji lil ruħu bħala offerta għall-​ħtija,+ hu jara lil nislu,+ itawwal jiemu,+ u kulma jogħġob+ lil Ġeħova jirnexxi f’idu.+ 11 Minħabba l-​inkwiet taʼ ruħu hu se jara+ u jkun sodisfatt.+ Permezz taʼ l-​għarfien tiegħu, il-​ġust, il-​qaddej tiegħi,+ se jġib qagħda ġusta lil ħafna nies;+ u l-​iżbalji tagħhom iġorrhom hu.+ 12 Għalhekk, se nagħtih sehem maʼ ħafna,+ u mas-​setgħanin se jqassam il-​priża,+ minħabba l-​fatt li hu ferraʼ ruħu sal-​mewt,+ u kien magħdud maʼ dawk li jiksru l-​liġi;+ u hu nnifsu ġarr id-​dnub taʼ ħafna nies,+ u qabeż għal dawk li jiksru l-​liġi.+

54 “Għajjat bil-​ferħ, mara li ma jistax ikollok tfal u li ma wlidtx!+ Ifraħ b’għajta ferriħija u nfexx werżaq,+ int li ma kellekx uġigħ tal-​ħlas;+ għax ulied l-​abbandunata huma iktar numerużi minn ulied il-​mara li għandha sidha bħal raġel miżżewweġ,”+ qal Ġeħova. 2 “Agħmel il-​post tat-​tinda tiegħek iktar spazjuż.+ Ħa jiġġebbdu d-​drappijiet tat-​tabernaklu grandjuż tiegħek. Toqgħodx lura. Tawwal il-​ħbula tat-​tinda tiegħek, u saħħaħ l-​imsiemer tat-​tinda tiegħek.+ 3 Għax int toħroġ lejn il-​lemin u lejn ix-​xellug,+ u nislek jieħu l-​ġnus taħt idejh,+ u huma jgħammru saħansitra fil-​bliet abbandunati.+ 4 Tibżax,+ għax mhux se jkollok għalfejn tistħi;+ u tħossokx umiljata, għax m’intix se tkun diżappuntata.+ Għax se tinsa saħansitra l-​għajb taʼ żmien żgħożitek,+ u ma tiftakarx iżjed iż-​żebliħ taż-​żmien li fih bqajt armla.”

5 “Għax il-​Wieħed Grandjuż li għamlek+ huwa sidek bħal raġel miżżewweġ,+ li Ġeħova taʼ l-​armati huwa ismu;+ u l-​Qaddis taʼ Israel hu Dak li xtrak lura.+ L-​Alla taʼ l-​art kollha se jissejjaħ.+ 6 Għax Ġeħova sejjaħlek bħallikieku kont mara miżżewġa mitluqa għalkollox u bi spirtu mweġġaʼ,+ u bħal mara li żżewġet f’żgħożitha+ imma li mbagħad ġiet imwarrba,”+ qal Alla tiegħek.

7 “Għal ftit biss tlaqtek għalkollox,+ imma se nerġaʼ niġbrok flimkien bi ħniniet kbar.+ 8 Jien ħbejt wiċċi minnek b’għadab kbir għal waqt wieħed,+ imma se jkolli ħniena minnek b’qalb tajba bl-​imħabba għal żmien indefinit,”+ qal Dak li xtrak lura,+ Ġeħova.

9 “Dan hu bħal żmien Noè għalija.+ Bħalma ħlift li l-​ilmijiet taʼ Noè ma jerġgħux jgħaddu fuq l-​art,+ hekk ukoll ħlift li ma nagħdabx għalik jew inċanfrek.+ 10 Għax il-​muntanji jistgħu jitneħħew, u l-​għoljiet jistgħu jitħarrku,+ imma l-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħi ma titneħħiex minn fuqek,+ u l-​patt taʼ paċi tiegħi ma jitħarrikx,”+ qal Ġeħova, Dak li jkollu ħniena minnek.+

11 “O mara li qed issofri,+ imħabbta mit-​tempesta,+ bla faraġ,+ ara, jien inqiegħed il-​ġebel tiegħek b’tajn b’saħħtu,+ u se nqiegħed il-​pedament tiegħek+ biż-​żaffir.+ 12 U se nagħmillek iċ-​ċnut tas-​swar tar-​rubini, u l-​bibien tiegħek taʼ ħaġar jixgħel bħan-​nar,+ u t-​trufijiet kollha tiegħek taʼ ħaġar sabiħ. 13 U wliedek kollha+ jkunu persuni mgħallmin minn Ġeħova,+ u l-​paċi taʼ wliedek tkun kotrana.+ 14 Int tkun stabbilita fis-​sod u fis-​sewwa.+ Se tkun ’il bogħod mill-​moħqrija+—għax ma tibżaʼ xejn minn dan—u ’l bogħod minn kull ħaġa taʼ twerwir, għax din ma tersaqx lejk.+ 15 Jekk xi ħadd fil-​fatt jattakkak, ma jkunx bl-​ordni tiegħi.+ Ikun min ikun li jattakkak se jaqaʼ minħabba fik.”+

16 “Ara! Jien stess ħlaqt lill-​bniedem tas-​sengħa, dak li jonfoħ+ fuq in-​nar tal-​ġamar+ u jagħmel arma bħala l-​ħidma tiegħu. U jien, ukoll, ħlaqt lir-​raġel li jġib rovina+ u tħarbit. 17 Kwalunkwe arma li tissawwar kontrik ma tirnexxix,+ u kwalunkwe lsien li jqum kontrik fil-​ġudizzju, int tikkundannah.+ Dan hu l-​wirt tal-​qaddejja taʼ Ġeħova,+ u s-​sewwa tagħhom ġej mingħandi,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+

55 Isa, intom ilkoll li għandkom l-​għatx!+ Ejjew lejn l-​ilma.+ U dawk li m’għandhomx flus! Ejjew, ixtru u kulu.+ Iva, ejjew, ixtru l-​inbid+ u l-​ħalib+ bla flus u bla prezz.+ 2 Għalfejn tibqgħu tħallsu l-​flus għal dak li m’huwiex ħobż, u għala titħabtu għal dak li ma jġibx sodisfazzjon?+ Isimgħuni sew, u kulu dak li hu tajjeb,+ u ħa titgħaxxaq ferm ruħkom b’ikel rikk.+ 3 Mejlu widnitkom+ u ejjew għandi.+ Isimgħu, u ruħkom tibqaʼ ħajja,+ u jien ċertament li nagħmel patt magħkom għal żmien indefinit+ fi qbil mal-​provi taʼ min joqgħod fuqhom tal-​qalb tajba bl-​imħabba murija lil David.+ 4 Ara! Tajtu+ lill-​popli+ bħala xhud,+ bħala mexxej+ u kmandant+ għall-​popli.

5 Ara! Int se ssejjaħ lil ġens li ma tafx,+ u wħud minn ġens li ma kinux jafuk se jiġru lejk,+ minħabba Ġeħova Alla tiegħek,+ u minħabba l-​Qaddis taʼ Israel,+ għax hu jkun sebbħek.+

6 Fittxu lil Ġeħova waqt li għadu jistaʼ jinstab.+ Sejħulu waqt li qiegħed fil-​qrib.+ 7 Ħalli l-​ħażin jerħi triqtu,+ u dak li jagħmel il-​ħsara jerħi ħsibijietu;+ u ħa jerġaʼ lura lejn Ġeħova, li jkollu ħniena minnu,+ u lejn Alla tagħna, għax hu jaħfer bil-​kbir.+

8 “Għax ħsibijietkom m’humiex ħsibijieti,+ u lanqas triqati m’huma triqatkom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 9 “Għax daqskemm is-​smewwiet huma ogħla mill-​art,+ hekk triqati huma ogħla minn triqatkom,+ u ħsibijieti minn ħsibijietkom.+ 10 Għax bħalma tinżel ix-​xita qawwija, u l-​borra, mis-​smewwiet u ma terġax lura lejn dak il-​post, jekk ma xxarrabx l-​art u ġġegħelha tnibbet u tipproduċi l-​frott,+ u ż-​żerriegħa tingħata lil min jiżraʼ u l-​ħobż lil min jiekol,+ 11 hekk ukoll tkun kelmti li toħroġ minn fommi.+ Ma terġax lura lejja mingħajr riżultati,+ imma żgur tagħmel dak li jogħġobni,+ u żgur tirnexxi f’dak li bgħattha tagħmel.+

12 “Għax bil-​ferħ toħorġu,+ u bil-​paċi tiġu mdaħħlin.+ Il-​muntanji u l-​għoljiet jifirħu quddiemkom b’għajta ferriħija,+ u s-​siġar tar-​rabaʼ lkoll se jċapċpu idejhom.+ 13 Minflok is-​siġra tax-​xewk titlaʼ s-​siġra tal-​ġnibru.+ Minflok il-​ħurrieqa titlaʼ s-​siġra tar-​riħan.+ U dan jagħmel lil Ġeħova magħruf,+ u jkun sinjal għal żmien indefinit+ li ma jispiċċax.”

56 Hekk qal Ġeħova: “Ħarsu l-​ġustizzja,+ u agħmlu dak li hu sewwa.+ Għax is-​salvazzjoni tiegħi dalwaqt ġejja,+ u s-​sewwa tiegħi dalwaqt jinkixef.+ 2 Hieni l-​bniedem mortali li jagħmel dan,+ u bin il-​bniedem li jżomm sod maʼ dan,+ billi jħares is-​Sabat sabiex ma jkasbrux,+ u jżomm idu sabiex ma jagħmel ebda tip taʼ ħażen.+ 3 U ħa ma jgħidx il-​barrani li ntrabat maʼ Ġeħova,+ ‘Ġeħova żgur se jifridni minn mal-​poplu tiegħu.’+ U lanqas l-​ewnuku+ m’għandu jgħid, ‘Ara! Jien siġra niexfa.’”

4 Għax hekk qal Ġeħova lill-​ewnuċi li jħarsu s-​Sabatijiet tiegħi u li għażlu dak li jien tgħaxxaqt bih+ u li qed iżommu sod mal-​patt tiegħi:+ 5 “Saħansitra lilhom se nagħtihom f’dari+ u ’l ġewwa mis-​swar tiegħi monument+ u isem,+ xi ħaġa aħjar minn ulied subien u bniet.+ Nagħtihom isem għal żmien indefinit,+ wieħed li mhux se jispiċċa.+

6 “U lill-​barranin li ntrabtu maʼ Ġeħova biex jaqduh+ u biex iħobbu l-​isem taʼ Ġeħova,+ sabiex isiru qaddejja tiegħu, dawk kollha li qed iħarsu s-​Sabat sabiex ma jkasbruhx u qed iżommu sod mal-​patt tiegħi,+ 7 se nġibhom ukoll lejn il-​muntanja qaddisa tiegħi+ u nferraħhom fid-​dar tiegħi tat-​talb.+ L-​offerti sħaħ tal-​ħruq+ u s-​sagrifiċċji tagħhom+ se jiġu aċċettati fuq l-​artal tiegħi.+ Għax dari tissejjaħ dar tat-​talb għall-​popli kollha.”+

8 Il-kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, li qed jiġbor flimkien lill-​imxerrdin taʼ Israel,+ hija: “Se niġborlu flimkien oħrajn minbarra dawk li diġà nġabrulu.”+

9 Intom l-​annimali salvaġġi kollha tar-​rabaʼ, ejjew kulu, intom l-​annimali salvaġġi kollha fil-​foresta.+ 10 L-għassiesa tiegħu huma għomja.+ Ħadd minnhom ma ta kas.+ Ilkoll kemm huma klieb imbikkmin; ma jistgħux jinbħu,+ imma jilhġu, jimteddu, u jħobbu jonogħsu.+ 11 Huma klieb li ruħhom xewqana+ għall-​aħħar; qatt ma jixbgħu.+ Huma wkoll rgħajja li qatt ma tgħallmu jifhmu.+ Ilkoll kemm huma daru lejn triqithom, kull wieħed għall-​qligħ inġust mill-​fruntiera tiegħu:+ 12 “Ejjew! Ħa nġib ftit inbid; u ejjew nixorbu kemm nifilħu xorb li jsakkar.+ U għada jkun bħal-​lum, anzi ħafna aħjar.”+

57 Il-ġust għab,+ imma ħadd ma qed idaħħal dan f’qalbu.+ U n-​nies taʼ qalb tajba bl-​imħabba nġabru mal-​mejtin,+ waqt li ħadd m’hu jifhem li l-​ġust inġabar minħabba l-​gwaj.+ 2 Jidħol fil-​paċi;+ jistrieħ+ fuq soddtu,+ kulmin jimxi fid-​dritt.+

3 “Imma intom, itilgħu u ersqu ’l hawn,+ ulied mara li tbassar,+ ja nisel taʼ persuna adultera u taʼ mara li tagħmel il-​prostituzzjoni:+ 4 Minħabba min qed tifirħu u tieħdu gost?+ Għal min qed iċċarrtu ħalqkom, toħorġu lsienkom barra?+ M’intomx intom ulied il-​ksur tal-​liġi, nisel il-​gideb,+ 5 dawk li qed iqajmu l-​passjoni fost is-​siġar kbar,+ taħt kull siġra tħaddar,+ u joqtlu lit-​tfal fil-​widien* bejn ix-​xquq tal-​blat?+

6 “Sehmek kien maċ-​ċagħaq lixx tal-​wied.+ Dawn—dawn kienu sehmek.+ Iktar minn hekk, int lilhom sawwabt offerta tax-​xorb,+ offrejt għotja. Sejjer jien nitfarraġ b’dawn l-​affarijiet?+ 7 Fuq muntanja għolja u merfugħa frixt soddtok.+ Hemmhekk ukoll tlajt toffri sagrifiċċju.+ 8 U wara l-​bieb u l-​koxxa tal-​bieb int qegħedt tifkira għalik.+ Għax ’il bogħod minni, inkxift u tlajt; soddtok għamiltha spazjuża.+ U għamilt patt magħhom għall-​vantaġġ tiegħek. Ħabbejtha s-​sodda magħhom.+ Int rajt l-​organu maskili. 9 U nżilt lejn Melek biż-​żejt, u bqajt tkattar l-​ingwenti tiegħek.+ U bqajt tibgħat lir-​rappreżentanti tiegħek ’il bogħod, u għalhekk baxxejt l-​affarijiet sal-​Qabar.*+ 10 Int tħabatt fil-​kotra taʼ triqatek.+ M’għedtx, ‘M’hemmx tama!’ Int sibt li l-​qawwa tiegħek reġgħet qamet.+ Huwa għalhekk li ma mradtx.+

11 “Minn min sirt beżgħana u bdejt tibżaʼ,+ biex hekk qbadt tigdeb?+ Imma int ma ftakartx fija.+ Ma daħħalt xejn f’qalbek.+ Jaqaw jien ma bqajtx sieket u ħbejt l-​affarijiet?+ Għalhekk, lanqas minni ma bżajt.+ 12 Jien stess se nxandar is-​sewwa tiegħek+ u l-​għemejjel tiegħek,+ u dawn m’humiex se jiswewlek taʼ ġid.+ 13 Meta tgħajjat għall-​għajnuna, l-​affarijiet miġburin li għandek ma jeħilsukx,+ imma riħ iġorrhom ilkoll.+ Nifs jiħodhom ’l hemm, imma dak li jistkenn fija+ se jiret l-​art u jieħu f’idejh il-​muntanja qaddisa tiegħi.+ 14 U wieħed għad jgħid, ‘Ħejju triq, ħejju triq! Naddfu t-​triq.+ Neħħu kull tfixkil mit-​triq tal-​poplu tiegħi.’”+

15 Għax hekk qal l-​Għoli u l-​Merfugħ ’il fuq,+ li jgħammar għal dejjem+ u li ismu qaddis:+ “Fl-​għoli u fil-​post qaddis ngħammar jien,+ flimkien maʼ l-​imfarrak u dak bi spirtu umli,+ biex inqajjem mill-​ġdid l-​ispirtu taʼ l-​umli u nqajjem mill-​ġdid qalb l-​imfarrkin.+ 16 Għax m’iniex se nibqaʼ niġġieled għal żmien indefinit, lanqas inkun mgħaddab għal dejjem;+ għax minħabba fija l-​ispirtu jiddgħajjef,+ anki l-​ħlejjaq li jieħdu n-​nifs li għamilt jien.+

17 “Jien għadabt għall-​ġiri żbaljat wara l-​qligħ inġust tiegħu,+ u drabtu, u ħbejt wiċċi minnu,+ waqt li kont mgħaddab. Imma hu baqaʼ jimxi bħal ribell+ fit-​triq taʼ qalbu. 18 Rajthom triqatu; u bdejt infejqu+ u mmexxih+ u npattilu bil-​faraġ+ lilu u lill-​imnikktin tiegħu.”+

19 “Qed noħloq il-​frott tax-​xofftejn.+ Kemm dak ’il bogħod u kemm dak viċin se jkollu paċi kontinwa,”+ qal Ġeħova, “u jien infejqu.”+

20 “Imma l-​ħżiena huma bħall-​baħar imqalleb, meta ma jkunx jistaʼ jikkalma, li l-​ilmijiet tiegħu jibqgħu jqanqlu l-​ħaxix tal-​baħar u l-​ħama. 21 M’hemmx paċi,” qal Alla tiegħi, “għall-​ħżiena.”+

58 “Għajjat b’ħanġra daqsiex; toqgħodx lura.+ Għolli leħnek sewwasew bħal qarn, u għid lill-​poplu tiegħi l-​irvell tagħhom,+ u lil dar Ġakobb dnubiethom. 2 Madankollu, jum wara jum baqgħu jfittxuni, u esprimew li jitgħaxxqu bl-​għarfien taʼ triqati,+ bħal ġens li pprattika s-​sewwa u li ma telaqx il-​ġustizzja t’Alla tiegħu,+ għax baqgħu jitolbuni għal ġudizzji sewwa, billi resqu qrib Alla li kienu jitgħaxxqu bih,+

3 “‘Għalfejn somna u int ma rajtx,+ u għakkisna ruħna+ u int ma tajtx kas?’+

“Tassew li tgħaxxaqtu b’jum is-​sawm tagħkom, waqt li kien hemm dawk kollha li kienu qed jitħabtu għalikom u li kontu qed iġġegħluhom jaħdmu.+ 4 Imma fil-​fatt, biex titlewmu u tiġġieldu kontu ssumu,+ u biex tagħtu bil-​ponn tal-​ħażen.+ Ma bqajtux intom issumu bħallikieku kien il-​jum li leħinkom jinstemaʼ fl-​għoli? 5 Għandu s-​sawm li nagħżel jien isir hekk, bħala jum biex il-​bniedem jgħakkes ruħu?+ Biex ibaxxi rasu bħall-​ħaxix,* u biex jifrex id-​drapp taʼ l-​ixkora u l-​irmied bħala friexu?+ Dan issejħulu sawm u jum aċċettabbli għal Ġeħova?+

6 “M’huwiex dan is-​sawm li nagħżel jien? Li terħu l-​ktajjen tal-​ħażen,+ li tħollu l-​irbit taʼ l-​istanga tal-​madmad,+ u li teħilsu lill-​imfarrkin,+ u li taqsmu kull stanga tal-​madmad fi tnejn?+ 7 M’huwiex li taqsam ħobżok maʼ min hu bil-​ġuħ,+ u li ddaħħal f’darek lil dawk li qed isofru u li m’għandhomx dar?+ U li jekk tara lil xi ħadd għarwien, tgħattih,+ u li ma tinħebiex minn laħmek stess?+

8 “F’dak il-​każ id-​dawl tiegħek ifiġġ bħaż-​żerniq;+ u tirkupra bil-​ħeffa.+ U s-​sewwa jimxi quddiemek;+ il-​glorja taʼ Ġeħova tkun għassa warajk.+ 9 F’dak il-​każ int issejjaħ, u Ġeħova jwieġeb; tgħajjat għall-​għajnuna,+ u hu jgħid, ‘Hawn jien!’

“Jekk tneħħi minn nofsok l-​istanga tal-​madmad,+ u tieqaf tipponta sebgħek,+ u ma tgħidx kliem taʼ ħsara;+ 10 u tagħti lil min hu bil-​ġuħ dak li tixtieq ruħek stess,+ u tissodisfa lir-​ruħ li qed issofri, id-​dawl tiegħek se jiddi saħansitra fid-​dlam, u s-​swidija tiegħek se tkun bħal nofsinhar.+ 11 U Ġeħova jkollu jmexxik+ il-​ħin kollu+ u jissodisfalek ruħek saħansitra f’art niexfa,+ u jsaħħaħlek għadmek;+ u int issir bħal ġnien imsoqqi tajjeb,+ u bħal għajn taʼ l-​ilma li l-​ilmijiet tagħha ma jigdbux. 12 U bl-​inizjattiva tiegħek jerġgħu jibnu l-​postijiet li ilhom ħerba żmien twil;+ int ittellaʼ l-​pedamenti li ilhom hekk għal ġenerazzjonijiet sħaħ.+ U tissejjaħ dak li jsewwi t-​tiċrit,+ dak li jirranġa t-​toroq biex wieħed jgħammar ħdejhom.

13 “Jekk minħabba s-​Sabat int treġġaʼ lura saqajk u ma tibqax tagħmel dak li jogħġob lilek fil-​jum qaddis tiegħi,+ u s-​Sabat issejjaħlu għaxqa kbira, jum qaddis taʼ Ġeħova, wieħed glorifikat,+ u fil-​fatt tigglorifikah minflok ma timxi fi triqatek, minflok tfittex dak li jogħġob lilek u tgħid kliem fil-​vojt; 14 fil-każ int se titgħaxxaq ferm b’Ġeħova,+ u jien intellgħek fuq il-​postijiet għoljin taʼ l-​art;+ u nitimgħek mill-​wirt taʼ Ġakobb missierek,+ għax fomm Ġeħova stess qalu dan.”+

59 Ara! Id Ġeħova ma qsaritx daqstant li ma tistax issalva,+ u widintu ma tqalitx daqstant li ma tistax tismaʼ.+ 2 Le, imma l-​iżbalji tagħkom saru l-​affarijiet li jikkaġunaw firda bejnkom u bejn Alla tagħkom,+ u dnubietkom ġegħluh jaħbi wiċċu minnkom biex ma jismax.+ 3 Għax idejkom tniġġsu bid-​demm,+ u subgħajkom bl-​iżball. Xofftejkom tkellmu l-​gideb.+ Ilsienkom qagħad igedwed inġustizzja kbira.+ 4 M’hemm ħadd li qed isejjaħ fis-​sewwa,+ u ħadd ma mar il-​qorti b’fedeltà. Fdaw f’xi ħaġa mhix reali,+ u tkellmu l-​frugħa.+ Nisslu l-​inkwiet, u wildu l-​ħsara.+

5 Huma faqqsu l-​bajd tas-​sriep velenużi, u nisġu l-​għanqbut tal-​brimb.+ Min jiekol mill-​bajd tagħhom imut, u l-​bajda tinkiser u tfaqqas lifgħa.+ 6 L-għanqbut tagħhom ma jservix taʼ libsa, u lanqas ma jitgħattew bl-​għemejjel tagħhom.+ L-​għemejjel tagħhom huma għemejjel taʼ ħsara, u f’idejhom hemm attività vjolenti.+ 7 Saqajhom jibqgħu jiġru lejn il-​ħażen,+ u mgħaġġlin biex ixerrdu demm innoċenti.+ Ħsibijiethom huma ħsibijiet taʼ ħsara;+ tħarbit u tiġrif hemm fit-​triqat ewlenin tagħhom.+ 8 It-triq tal-​paċi+ injorawha, u m’hemmx ġustizzja f’mogħdijiethom.+ Jagħmlu għalihom triqat mgħawġin.+ Ħadd minn min jirfes fihom ma se jkun jaf il-​paċi.+

9 Huwa għalhekk li l-​ġustizzja tbiegħdet daqshekk minna, u s-​sewwa ma jilħaqniex. Nibqgħu nittamaw għad-​dawl, imma, ara, dlam; għad-​dija, imma bqajna mexjin fi swidija kontinwa.+ 10 Bħall-għomja noqogħdu nteftfu biex inżommu mal-​ħajt, u nibqgħu nteftfu bħal nies bla għajnejn.+ Tfixkilna f’nofsinhar bħallikieku fid-​dlam taʼ fil-​għaxija; fost il-​qawwijin qisna mejtin.+ 11 Aħna nokorbu, ilkoll kemm aħna, bħall-​orsijiet; u bħall-​ħamiem noqogħdu ngorru mnikktin.+ Bqajna nittamaw għall-​ġustizzja,+ imma ma kienx hemm; għas-​salvazzjoni, imma qagħdet ’il bogħod minna.+ 12 Għax l-​irvellijiet tagħna kotru quddiemek;+ u kull dnub li għamilna xehed kontrina.+ Għax l-​irvellijiet tagħna huma magħna; u l-​iżbalji tagħna, aħna nafuhom tajjeb.+ 13 Il-liġi nkisret u Ġeħova ġie miċħud;+ u rsaqna lura minn Alla tagħna, tkellimna dwar moħqrija u rvell,+ nissilna kliem taʼ gideb f’qalbna u gedwidnieh.+ 14 U l-​ġustizzja kellha tersaq lura,+ u s-​sewwa baqaʼ wieqaf fil-​bogħod.+ Għax il-​verità tfixklet fil-​pjazza, u d-​dritt ma jistax jidħol.+ 15 U l-​verità hija nieqsa,+ u kulmin iwarrab mill-​ħażen qed jiġi rovinat.+

U Ġeħova ra dan, u kien ħażin f’għajnejh li ma kienx hemm ġustizzja.+ 16 U meta ra li ma kienx hemm raġel wieħed biex jgħin, baqaʼ mbellah li ma kien hemm ħadd jaqbeż għalih.+ U driegħu salvah, u kien is-​sewwa tiegħu li appoġġah.+ 17 Imbagħad libes is-​sewwa bħal kurazza,+ u l-​elmu tas-​salvazzjoni fuq rasu.+ Iktar minn hekk, libes l-​ilbies tal-​vendetta+ u tgeżwer biż-​żelu bħallikieku b’libsa bla kmiem.+ 18 Fi qbil maʼ l-​għemejjel hu jħallas skond ma jkun mistħoqq,+ korla lill-​avversarji tiegħu, trattament xieraq lill-​għedewwa tiegħu.+ Lill-​gżejjer iħallashom kif jixraq.+ 19 U minn inżul ix-​xemx se jibdew jibżgħu minn isem Ġeħova,+ u minn tlugħ ix-​xemx mill-​glorja tiegħu,+ għax hu jiġi bħal xmara taʼ niket immexxija mill-​ispirtu taʼ Ġeħova.+

20 “U lejn Sijon+ jiġi Dak li xtraha lura,+ u jiġi f’Ġakobb lejn dawk li reġgħu lura mill-​ksur tal-​liġi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

21 “U min-​naħa tiegħi, dan hu l-​patt tiegħi magħhom,”+ qal Ġeħova.

“L-​ispirtu tiegħi li qiegħed fuqek+ u kliemi li qegħedt f’fommok+—ma jitneħħewx minn fommok jew minn fomm uliedek jew minn fomm ulied uliedek,” qal Ġeħova, “minn issa u għal dejjem.”*+

60 “Qum,+ O mara, itfaʼ d-​dawl,+ għax dawlek ġie+ u iddiet fuqek il-​glorja taʼ Ġeħova.+ 2 Għax, ara, dalma+ se tiksi l-​art, u dlam ċappa lill-​popli; imma Ġeħova se jiddi fuqek, u l-​glorja tiegħu stess se tkun tidher fuqek.+ 3 U ġnus se jersqu lejn dawlek,+ u slaten+ lejn id-​dija tixgħel tiegħek.+

4 “Erfaʼ għajnejk u ħares dawramejt! Ilkoll ġew miġburin flimkien;+ huma ġew għandek.+ Uliedek subien jibqgħu ġejjin mill-​bogħod, u lil uliedek bniet se jieħdu ħsiebhom u jġorruhom fuq il-​ġenbejn.+ 5 F’dak iż-​żmien int se tara u wiċċek jixgħel,+ u qalbek titriegħed u tikber, għax l-​għana tal-​baħar se jiġi lejk; ir-​riżorsi tal-​ġnus se jiġu għandek.+ 6 Tiksik il-​kotra kbira taʼ iġmla jlebbtu, l-​iġmla żgħar taʼ Midjan u t’Għefa.+ Dawk kollha minn Xeba+ se jiġu. Deheb u inċens abjad se jġorru. U jħabbru t-​tifħir taʼ Ġeħova.+ 7 L-imrieħel kollha taʼ Kedar+—dawn se jinġabru flimkien lejk. L-​imtaten taʼ Nebajot+—dawn se jaqduk.+ Se jiġu fuq l-​artal tiegħi u jkunu approvati;+ u jien se nsebbaħ id-​dar sabiħa tiegħi.+

8 “Min huma dawn li ġejjin jittajru bħal sħaba,+ u bħal ħamiem lejn it-​toqob tal-​barumbara tagħhom? 9 Għax il-​gżejjer se jibqgħu jittamaw fija,+ il-​bastimenti taʼ Tarsis+ ukoll bħal qabel, sabiex iġibu lil uliedek mill-​bogħod,+ il-​fidda u d-​deheb tagħhom magħhom,+ għal isem+ Ġeħova Alla tiegħek u għall-​Qaddis taʼ Israel,+ għax hu se jkun sebbħek.+ 10 U l-​barranin se jibnulek is-​swar,+ u s-​slaten tagħhom se jaqduk;+ għax fl-​għadab tiegħi se nkun drabtek,+ imma fir-​rieda tajba tiegħi se jkolli ħniena minnek.+

11 “U l-​bibien tiegħek se jibqgħu miftuħin il-​ħin kollu;+ mhux se jingħalqu la bi nhar u lanqas bil-​lejl, sabiex jinġiebu għandek ir-​riżorsi tal-​ġnus,+ u s-​slaten tagħhom se jkunu minn taʼ quddiem.+ 12 Għax kull ġens u kull saltna li ma jaqdukx se jgħibu; u l-​ġnus bla dubju jsiru ħerba.+

13 “Għandek tiġi l-​glorja tal-​Libanu, is-​siġra tal-​ġnibru, is-​siġra tal-​fraxxnu, u ċ-​ċipressa fl-​istess ħin,+ sabiex insebbaħ il-​post tas-​santwarju tiegħi;+ u se nigglorifika l-​post taʼ saqajja.+

14 “U għandek jiġu wlied dawk li qed iġegħluk issofri u jmilu;+ u dawk kollha li jittrattawk b’nuqqas taʼ rispett iridu jitbaxxew sa qiegħ saqajk,+ u se jkollhom isejħulek il-​belt taʼ Ġeħova, Sijon+ tal-​Qaddis taʼ Israel.

15 “Minflok ma tkun mitluqa għalkollox u mibgħuda, bla ma ħadd jgħaddi minnek,+ jien se nagħmlek ħaġa taʼ min ikun kburi biha għal dejjem,* ferħ kbir għal ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni.+ 16 U int se terdaʼ l-​ħalib tal-​ġnus,+ u s-​sider tas-​slaten se terdaʼ;+ u int żgur se tkun taf li jien, Ġeħova,+ jien is-​Salvatur tiegħek,+ u l-​Alla l-​Qawwi+ taʼ Ġakobb hu Dak li xtrak lura.+ 17 Minflok ir-​ram aħmar se nġib id-​deheb,+ u minflok il-​ħadid inġib il-​fidda, u minflok l-​injam, ram aħmar, u minflok il-​ġebel, ħadid; u se naħtar il-​paċi bħala l-​indokratur tiegħek+ u s-​sewwa bħala dak li jagħtik ix-​xogħol.+

18 “Mhix se tinstemaʼ iktar il-​vjolenza f’artek, it-​tħarbit jew it-​tiġrif ’il ġewwa mill-​fruntieri tiegħek.+ U int ċertament li se ssejjaħ is-​swar tiegħek Salvazzjoni+ u l-​bibien tiegħek Tifħir. 19 Ix-xemx mhix se tkun iktar dawl għalik bi nhar, u d-​dija tal-​qamar mhix se tagħtik iktar dawl. Ġeħova jrid isir għalik dawl għal dejjem,+ u Alla tiegħek ikun sbuħitek.+ 20 Mhix se tinżel iktar ix-​xemx tiegħek, lanqas il-​qamar tiegħek m’hu se jbatti; għax Ġeħova nnifsu jsir għalik dawl għal dejjem,+ u jiem il-​vistu tiegħek se jkunu ntemmew.+ 21 U inkwantu għal niesek, ilkoll kemm huma se jkunu nies sewwa;+ se jkollhom l-​art għal dejjem,+ ir-​rimja tat-​taħwil tiegħi,+ xogħol idejja,+ biex jien nissebbaħ.+ 22 Il-wieħed ċkejken isir elf, u ż-​żgħir ġens setgħan.+ Jien innifsi, Ġeħova, se ngħaġġlu f’waqtu.”+

61 L-ispirtu tal-​Mulej Sovran Ġeħova qiegħed fuqi,+ għax Ġeħova dilikni+ biex ngħid aħbar tajba lill-​ġwejdin.+ Bagħatni biex ninfaxxa lil dawk b’qalbhom maqsuma,+ biex inxandar il-​libertà lil dawk li ttieħdu fil-​jasar+ u l-​ftuħ beraħ taʼ l-​għajnejn lill-​priġunieri;+ 2 biex inxandar is-​sena t’approvazzjoni min-​naħa taʼ Ġeħova+ u jum il-​vendetta min-​naħa t’Alla tagħna;+ biex infarraġ lill-​imnikktin kollha;+ 3 biex lil dawk li qed jitnikktu minħabba Sijon naħtrilhom u nagħtihom għata tar-​ras minflok irmied,+ żejt tal-​ferħ+ minflok tan-​niket, il-​mantell tat-​tifħir minflok l-​ispirtu taʼ qalb maqtugħa;+ u jridu jissejħu siġar kbar tas-​sewwa,+ it-​taħwil taʼ Ġeħova,+ biex hu jkun imsebbaħ.+ 4 U jridu jibnu mill-​ġdid il-​postijiet li ilhom imħarbtin żmien twil; itellgħu l-​postijiet abbandunati+ taż-​żminijiet taʼ qabel,+ u jġeddu l-​bliet imħarbtin,+ il-​postijiet abbandunati minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.

5 “U l-​istranġieri se jqumu u jirgħu l-​imrieħel tagħkom,+ u l-​barranin+ se jkunu l-​bdiewa tagħkom u jiħdulkom ħsieb id-​dwieli.+ 6 U intom se tissejħu l-​qassisin taʼ Ġeħova;+ se jingħad+ li intom il-​ministri+ t’Alla tagħna. Tieklu r-​riżorsi tal-​ġnus,+ u minħabba l-​glorja tagħhom se titkellmu b’ferħ dwarkom infuskom.+ 7 Minflok il-​mistħija tagħkom se jkun hemm sehem doppju,+ u minflok l-​umiljazzjoni se jgħajtu bil-​ferħ minħabba sehemhom.+ Għalhekk, f’arthom se jieħdu f’idejhom sehem doppju.+ Ferħ għal dejjem* se jkollhom.+ 8 Għax jien, Ġeħova, inħobb il-​ġustizzja,+ nobgħod is-​serq flimkien maʼ l-​inġustizzja.+ U se nagħtihom ħlashom bil-​fedeltà,+ u nagħmel magħhom patt għal żmien indefinit.+ 9 U nisilhom se jkun magħruf ukoll fost il-​ġnus,+ u d-​dixxendenti tagħhom fost il-​popli. Dawk kollha li jarawhom jagħrfuhom,+ li huma n-​nisel li bierek Ġeħova.”+

10 Bla dubju se nifraħ b’Ġeħova.+ Ruħi se tkun mimlija ferħ b’Alla tiegħi.+ Għax hu libbisni bl-​ilbies tas-​salvazzjoni;+ geżwirni bil-​libsa bla kmiem tas-​sewwa,+ bħall-​għarus li, bħal qassis, iqiegħed għata fuq rasu,+ u bħall-​għarusa li tiżżejjen bl-​ornamenti tagħha.+ 11 Għax bħalma l-​art ittellaʼ r-​rimja tagħha, u bħalma l-​ġnien inibbet l-​affarijiet li jinżergħu fih,+ bl-​istess mod il-​Mulej Sovran Ġeħova se jġiegħel li jinbtu s-​sewwa+ u t-​tifħir quddiem il-​ġnus kollha.+

62 Minħabba Sijon m’iniex se noqgħod sieket,+ u minħabba Ġerusalemm+ m’iniex se noqgħod kwiet sakemm is-​sewwa tagħha jiddi bħad-​dija,+ u s-​salvazzjoni tagħha bħal torċa taqbad.+

2 “U l-​ġnus se jaraw is-​sewwa tiegħek,+ O mara,+ u s-​slaten kollha l-​glorja tiegħek.+ U se tissemma b’isem ġdid,+ li se jagħżlu fomm Ġeħova stess. 3 U trid issir kuruna taʼ sbuħija f’id Ġeħova,+ u turbant taʼ sultan fil-​pala taʼ id Alla tiegħek. 4 U ma jingħadx iktar li int mara mitluqa għalkollox;+ u artek ma jingħadx li hi abbandunata;+ imma int tissejjaħ L-​Għaxqa Tiegħi Fiha,+ u artek Taʼ Żewġha. Għax Ġeħova se jkun tgħaxxaq bik, u artek se tkun taʼ żewġha.+ 5 Għax bħalma żagħżugħ jieħu verġni b’martu biex tkun tiegħu, uliedek se jiħduk b’marthom biex tkun tagħhom.+ U bil-​ferħ t’għarus bl-​għarusa,+ Alla tiegħek se jifraħ bik.+ 6 Fuq is-​swar tiegħek, O Ġerusalemm, jien qabbadt għassiesa.+ Bi nhar u bil-​lejl, il-​ħin kollu, ħa ma joqogħdux siktin.+

“Intom li qed issemmu lil Ġeħova,+ toqogħdux bi kwietkom,+ 7 u lilu tħalluhx bi kwietu sakemm jistabbilixxi fis-​sod, iva, iwaqqaf lil Ġerusalemm bħala tifħir fuq l-​art.”+

8 Ġeħova ħalef b’idu l-​leminija+ u bid-​driegħ b’saħħtu tiegħu:+ “M’iniex se nagħti iktar il-​qmuħ tiegħek bħala ikel għall-​għedewwa tiegħek,+ u lanqas ma jixorbu l-​barranin l-​inbid ġdid tiegħek,+ li tħabatt għalih int. 9 Imma dawk stess li jaħsduh jikluh, u jfaħħru lil Ġeħova; u dawk li jiġbruh jixorbuh fil-​btieħi qaddisin tiegħi.”+

10 Għaddu, għaddu mill-​bibien. Naddfu t-​triq tan-​nies.+ Ħejju, ħejju t-​triq ewlenija. Neħħulha l-​ġebel.+ Għollu sinjal għall-​popli.+

11 Ara! Ġeħova semmaʼ dan sa l-​iktar parti mbiegħda taʼ l-​art:+ “Għidu lil bint Sijon,+ ‘Ara! Is-​salvazzjoni tiegħek ġejja.+ Ara! Il-​premju li se jagħti huwa miegħu,+ u l-​ħlas li jagħti qiegħed quddiemu.’”+

12 U se jsejħulhom il-​poplu l-​qaddis,+ dawk mixtrijin lura minn Ġeħova;+ u int stess tissejjaħ Imfittxija, Belt Mhix Mitluqa Għalkollox.+

63 Min hu dan li ġej minn Edom,+ dan li ġej minn Bosra liebes ħwejjeġ b’kuluri jgħajtu,+ dan li lbiesu hu onorabbli, jimmarċja bil-​qawwa kotrana li għandu?

“Jien, Dak li jitkellem bis-​sewwa,+ li għandu ħafna qawwa biex isalva.”+

2 Għalfejn hu aħmar ilbiesek, u ħwejġek huma bħal dawk taʼ wieħed li jgħaffeġ fil-​magħsar taʼ l-​inbid?+

3 “Fil-​magħsar taʼ l-​inbid għasart jien waħdi,+ u ma kien hemm ħadd miegħi mill-​popli. U bqajt nagħsarhom fir-​rabja tiegħi,+ u bqajt ngħaffiġhom fil-​korla tiegħi.+ U d-​demm li beda jtir minnhom traxxax fuq ħwejġi,+ u niġġist ilbiesi kollu. 4 Għax jum il-​vendetta qiegħed f’qalbi,+ u waslet is-​sena tal-​mixtrijin lura tiegħi. 5 U bqajt inħares, imma ma kienx hemm min jgħin; u dhert imbellah, imma ma kien hemm ħadd joffri l-​appoġġ.+ Għalhekk, permezz taʼ driegħi ġibt salvazzjoni,+ u l-​korla tiegħi+ appoġġatni. 6 U bqajt nirfes il-​popli fir-​rabja tiegħi, u ġegħelthom jiskru bil-​korla tiegħi+ u xerridt maʼ l-​art id-​demm li beda jtir minnhom.”+

7 L-atti taʼ qalb tajba bl-​imħabba taʼ Ġeħova se nsemmi,+ it-​tifħir taʼ Ġeħova, skond kulma għamel magħna Ġeħova,+ iva, it-​tjubija abbundanti li wera mad-​dar taʼ Israel+ skond il-​ħniniet tiegħu+ u skond l-​abbundanza taʼ l-​atti taʼ qalb tajba bl-​imħabba tiegħu. 8 U kompla jgħid: “Żgur li huma l-​poplu tiegħi,+ ulied li mhux se jkunu foloz.”+ U b’hekk hu sar Salvatur għalihom.+ 9 Kulmeta kienu mnikktin hu kien imnikket.+ U l-​messaġġier persunali tiegħu stess salvahom.+ Fi mħabbtu u fil-​mogħdrija tiegħu hu xtrahom lura,+ u refagħhom u ġarrhom tul il-​jiem kollha taʼ żmien twil ilu.+

10 Imma huma rribellaw+ u weġġgħu l-​ispirtu qaddis tiegħu.+ Hu issa nbidel f’għadu+ tagħhom; hu nnifsu ggwerra kontrihom.+ 11 U wieħed beda jiftakar fil-​jiem taʼ żmien twil ilu, f’Mosè l-​qaddej tiegħu: “Fejn hu Dak li ħariġhom mill-​baħar+ permezz tar-​rgħajja tal-​merħla tiegħu?+ Fejn hu Dak li poġġa fih l-​ispirtu qaddis Tiegħu?+ 12 Dak li qed iqiegħed id-​driegħ sabiħ Tiegħu+ fuq il-​leminija taʼ Mosè, li qed jifraq l-​ilmijiet minn quddiemhom+ sabiex jagħmel għalih isem għal dejjem,+ 13 li mexxiehom minn ilmijiet għoljin sabiex, bħal żiemel fix-​xagħri, ma jitfixklux?+ 14 Bħal meta bhima tinżel fil-​pjanura fil-​wied, l-​istess spirtu taʼ Ġeħova tahom il-​mistrieħ.”+

B’hekk, int mexxejt lill-​poplu tiegħek sabiex tagħmel isem sabiħ għalik innifsek.+

15 Ħares mis-​sema+ u ttawwal mill-​post eżaltat fejn toqgħod taʼ qdusija u sbuħija.+ Fejn huma ż-​żelu+ u s-​setgħa kollha tiegħek, it-​tqanqil tal-​ġewwieni tiegħek,+ u l-​ħniniet tiegħek?+ Int żammejthom lura minna.+ 16 Għax int Missierna;+ għalkemm Abraham innifsu ma kienx jafna u Israel innifsu ma jagħrafniex, int, O Ġeħova, int Missierna. Dak li sa minn żmien twil ilu xtrana lura kemm-il darba, dan hu ismek.+ 17 Għalfejn tiżvijana minn triqatek, O Ġeħova? Għala twebbsilna qalbna biex ma nibżgħux minnek?+ Erġaʼ lura minħabba l-​qaddejja tiegħek, it-​tribujiet taʼ wirtek.+ 18 Għax għal ftit żmien dan kien tal-​poplu tiegħek.+ L-​avversarji tagħna għaffġu s-​santwarju tiegħek taħt saqajhom.+ 19 Għal żmien twil sirna bħal dawk li ma kontx taħkem fuqhom, bħal dawk li ismek ma ssejjaħx fuqhom.+

64 O li kieku ċarratt is-​smewwiet, u nżilt,+ u minħabba fik il-​muntanji theżżu,+ 2 bħal meta n-​nar iqabbad il-​friegħi nexfin, u n-​nar jgħalli l-​ilma, biex b’hekk tgħarraf ismek lill-​avversarji tiegħek,+ u minħabba fik jitriegħdu l-​ġnus!+ 3 Meta għamilt affarijiet li jqanqlu l-​biżaʼ+ u li ma konniex qed nittamaw għalihom, int inżilt. Minħabba fik il-​muntanji theżżu.+ 4 U sa minn żmien twil ilu ħadd ma semaʼ+ jew ta widen, u l-​ebda għajn ma rat Alla li jaġixxi għal min jibqaʼ jistennieh,+ ħliefek.+ 5 Int ilqajt lil min jifraħ u jagħmel is-​sewwa,+ dawk li jibqgħu jiftakru fik u jimxu fi triqatek.+

Ara! Int għadabt,+ waqt li aħna bqajna nidinbu+—bqajna fi dnubietna għal ħafna żmien, u għandna niġu salvati?+ 6 Sirna bħal xi ħadd mhux nadif, ilkoll kemm aħna, u l-​għemejjel ġusti kollha tagħna bħall-​ħwejjeġ fit-​tnixxija tad-​demm taʼ kull xahar;+ u se nidbielu bħall-​weraq,+ ilkoll kemm aħna, u l-​iżbalji tagħna jġorruna bħar-​riħ.+ 7 M’hemm ħadd li jsejjaħ ismek,+ ħadd li jqum biex iżomm miegħek; għax int ħbejt wiċċek minna,+ u ġegħeltna ndubu+ bil-​qawwa taʼ l-​iżball tagħna.

8 U issa, O Ġeħova, int Missierna.+ Aħna t-​tafal,+ u int il-​Fuħħari tagħna;+ u aħna lkoll xogħol idejk.+ 9 Tkunx mgħaddab għall-​aħħar,+ O Ġeħova, u tibqax tiftakar l-​iżball tagħna għal dejjem.+ Ħares, issa, jekk jogħġbok: aħna lkoll il-​poplu tiegħek.+ 10 Il-bliet qaddisin tiegħek+ saru xagħri. Sijon+ ukoll saret xagħri, u Ġerusalemm art abbandunata.+ 11 Id-dar tagħna taʼ qdusija u sbuħija,+ fejn missirijietna kienu jfaħħruk,+ saret xi ħaġa biex tinħaraq bin-​nar;+ u kull ħaġa sabiħa+ li kellna tħarbtet. 12 Se tibqaʼ żżomm lura,+ O Ġeħova, meta tara dawn l-​affarijiet? Se tibqaʼ ma tagħmel xejn u tħallina nsofru għall-​aħħar?+

65 “Ħallejt lil dawk li ma staqsewx għalija+ jfittxuni.+ Ħallejt lil dawk li ma fittxewnix isibuni.+ Għedt, ‘Hawn jien, hawn jien!’+ lil ġens li ma kienx qed isejjaħ ismi.+

2 “Ftaħt idejja l-​jum kollu lejn poplu rasu iebsa,+ dawk li mexjin fi triq ħażina,+ wara ħsibijiethom;+ 3 il-poplu magħmul minn nies li joffenduni+ f’wiċċi l-​ħin kollu, li jagħmlu sagrifiċċji fil-​ġonna+ u joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji+ fuq il-​madum,* 4 li joqogħdu bil-​qiegħda qalb l-​oqbra,+ u li jgħaddu l-​lejl f’għerejjex taʼ l-​għassiesa, jieklu l-​laħam tal-​ħanżir,+ u fir-​reċipjenti tagħhom għandhom il-​brodu t’affarijiet imniġġsin;+ 5 dawk li qed jgħidu, ‘Oqgħod għalik. Tersaqx lejja, għax ngħaddilek il-​qdusija.’+ Dawn huma duħħan fi mnifsejja,+ nar jaqbad il-​jum kollu.+

6 “Ara! Huwa miktub quddiemi.+ M’iniex se noqgħod sieket,+ imma se nagħti ħlas;+ iva, se nagħtihom il-​ħlas fi ħdanhom stess,+ 7 għall-iżbalji tagħhom u għall-​iżbalji taʼ missirijiethom fl-​istess ħin,”+ qal Ġeħova. “Talli offrew id-​duħħan tas-​sagrifiċċji fuq il-​muntanji, u fuq l-​għoljiet+ żebilħuni,+ jien ukoll qabel xejn inkejlilhom ħlashom fi ħdanhom.”+

8 Hekk qal Ġeħova: “Bħalma l-​inbid ġdid+ jinsab fl-​għanqud u xi ħadd ikun irid jgħid, ‘Tħarbtuhx,+ għax fih il-​barka,’+ hekk ukoll se nagħmel jien minħabba l-​qaddejja tiegħi sabiex ma nagħmilx lil kulħadd ħerba.+ 9 U se noħroġ minn Ġakobb nisel+ u minn Ġuda l-​werriet tal-​muntanji tiegħi;+ u l-​magħżulin tiegħi jieħdu l-​art f’idejhom,+ u l-​qaddejja tiegħi jgħammru hemmhekk.+ 10 U s-​Saron+ trid issir mergħa għan-​nagħaġ+ u l-​pjanura l-​baxxa t’Għakor+ post taʼ mistrieħ għall-​baqar, għall-​poplu tiegħi li jkun fittixni.+

11 “Imma intom dawk li qed jitilqu lil Ġeħova,+ dawk li qed jinsew il-​muntanja qaddisa tiegħi,+ dawk li qed jifirxu mejda għall-​alla tal-​Fortuna+ u dawk li qed jimlew inbid imħallat għall-​alla tad-​Destin.+ 12 U jien se niddestinakom għas-​sejf,+ u lkoll kemm intom tmilu biex tinqatlu;+ għax jien sejjaħt,+ imma intom ma wiġibtux; tkellimt, imma intom ma smajtux;+ u bqajtu tagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejja,+ u għażiltu dak li jien ma tgħaxxaqtx bih.”+

13 Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Ara! Il-​qaddejja tiegħi se jieklu,+ imma intom tkunu bil-​ġuħ.+ Ara! Il-​qaddejja tiegħi se jixorbu,+ imma intom tkunu bil-​għatx.+ Ara! Il-​qaddejja tiegħi se jifirħu,+ imma intom issofru l-​mistħija.+ 14 Ara! Il-​qaddejja tiegħi se jgħajtu bil-​ferħ minħabba l-​kundizzjoni tajba taʼ qalbhom,+ imma intom se tgħajtu bl-​uġigħ taʼ qalb u tnewħu minħabba spirtu mkisser.+ 15 U intom tħallu isimkom bħala ħalfa għall-​magħżulin tiegħi, u l-​Mulej Sovran Ġeħova se jagħtikom il-​mewt wieħed wieħed,+ imma lill-​qaddejja tiegħu jsejħilhom b’isem ieħor;+ 16 sabiex kulmin ibierek lilu nnifsu fl-​art ibierek lilu nnifsu bl-​Alla taʼ fidi,+ u kulmin jagħmel stqarrija b’ħalfa fl-​art jaħlef bl-​Alla taʼ fidi;+ għax l-​inkwiet taʼ qabel se jintesa u se jkun mistur minn quddiem għajnejja.+

17 “Għax, ara, qed noħloq smewwiet ġodda+ u art ġdida;+ u l-​affarijiet taʼ qabel ma jitfakkrux,+ u lanqas ma jweġġgħu l-​qalb.+ 18 Imma ifirħu+ u thennew għal dejjem b’dak li qed noħloq.+ Għax, ara, qed noħloq lil Ġerusalemm bħala raġuni għall-​hena u n-​nies tagħha bħala raġuni għall-​ferħ kbir.+ 19 U jien inkun ferħan b’Ġerusalemm u nifraħ bil-​poplu tiegħi;+ u ma jinstemax iktar fiha l-​ħoss taʼ biki jew il-​ħoss t’għajat taʼ dwejjaq.”+

20 “Qatt iktar ma jkun hemm tarbija tal-​ħalib minn dak il-​post li tgħix ftit jiem,+ lanqas xiħ li ma jwettaqx jiemu;+ għax wieħed imut bħallikieku tifel, għalkemm ikollu mitt sena; u l-​midneb, għalkemm ikollu mitt sena jiġi misħut.+ 21 U se jibnu djar u jgħammru fihom;+ u jħawlu għelieqi bid-​dwieli u jieklu frotthom.+ 22 Ma jibnux u jgħammar ħaddieħor; ma jħawlux u jiekol ħaddieħor. Għax jiem in-​nies tiegħi jkunu bħall-​jiem taʼ siġra;+ u l-​magħżulin tiegħi se jużaw xogħol idejhom bis-​sħiħ.+ 23 Ma jitħabtux għalxejn,+ u lanqas ma jildu għall-​inkwiet;+ għax huma nisel magħmul mill-​imberkin taʼ Ġeħova,+ u d-​dixxendenti tagħhom magħhom.+ 24 U jseħħ li qabel isejħu jien inwiġibhom;+ waqt li jkunu għadhom qed jitkellmu, jien nismagħhom.+

25 “Il-​lupu+ u l-​ħaruf jieklu flimkien,+ u l-​iljun jiekol it-​tiben bħall-​barri;+ u ikel is-​serp ikun it-​trab.+ Ma jagħmlux ħsara+ jew ħerba fil-​muntanja qaddisa kollha tiegħi,”+ qal Ġeħova.

66 Hekk qal Ġeħova: “Is-​smewwiet it-​tron tiegħi,+ u l-​art il-​banketta għal saqajja.+ Allura, fejn hi d-​dar li tistgħu tibnuli,+ u fejn hu l-​post taʼ mistrieħ għalija?”+

2 “Issa dan kollu idi għamlitu, u b’hekk sar dan kollu,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Mela, lejn dan se nħares, lejn min qed isofri u li għandu spirtu sogħbien+ u li qed jitriegħed għall-​kelma tiegħi.+

3 “Min qed joqtol barri hu bħal min qed joqtol raġel.+ Min qed jissagrifika nagħġa bħal min qed jikser għonq kelb.+ Min qed joffri għotja bħal min qed joffri d-​demm taʼ ħanżir.+ Min qed jippreżenta inċens abjad b’tifkira+ hu bħal min qed ilissen barka bi kliem maġiku.+ Dawn huma wkoll in-​nies li għażlu triqathom stess, u li ruħhom tgħaxxqet bl-​affarijiet moqżieża tagħhom.+ 4 Min-naħa tiegħi, jien se nagħżel modi kif nittrattahom ħażin;+ u nġib fuqhom l-​affarijiet li jibżgħu minnhom;+ talli jien sejjaħt, imma ħadd ma wieġeb; tkellimt, imma ħadd ma semaʼ;+ u baqgħu jagħmlu dak li hu ħażin f’għajnejja, u għażlu dak li jien ma tgħaxxaqtx bih.”+

5 Isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, intom li qed titriegħdu għall-​kelma tiegħu:+ “Ħutkom li jobogħdukom,+ li qed iwarrbukom minħabba ismi,+ qalu, ‘Jalla Ġeħova jkun glorifikat!’+ U hu jrid jidher u jkun hemm il-​ferħ min-​naħa tagħkom,+ u huma se jiġu mġegħlin jistħu.”+

6 Ġej il-​ħoss t’għagħa mill-​belt, ħoss minn ġot-​tempju!+ Huwa l-​ħoss taʼ Ġeħova jrodd lura dak li hu mistħoqq lill-​għedewwa tiegħu.+

7 Qabel ma bdielha l-​uġigħ tal-​ħlas hi wildet.+ Qabel ma tawha l-​weġgħat tal-​ħlas, hi ħelset u kellha tifel.+ 8 Min semaʼ b’ħaġa bħal din?+ Min ra affarijiet bħal dawn?+ Sejra art+ tinġieb bl-​uġigħ tal-​ħlas f’jum wieħed?+ Jew sejjer ġens+ jitwieled f’darba waħda?+ Għax lil Sijon bdielha l-​uġigħ tal-​ħlas kif ukoll wildet lil uliedha.

9 “Min-​naħa tiegħi, sejjer jien niftaħ il-​ġuf u mbagħad ma nikkaġunax it-​twelid?”+ jgħid Ġeħova. “Jew sejjer nikkaġuna t-​twelid u mbagħad nagħlaq il-​ġuf?” qal Alla tiegħek.

10 Ifirħu b’Ġerusalemm u thennew biha,+ intom ilkoll li tħobbuha.+ Tiru bil-​ferħ minħabba fiha, intom ilkoll li qed titnikktu għaliha;+ 11 għax se terdgħu u timtlew mis-​sider li bih tikkonslakom bis-​sħiħ; għax se tixorbu u titgħaxxqu ferm minn ras is-​sider tal-​glorja tagħha.+ 12 Għax hekk qal Ġeħova: “Ara, se nagħtiha l-​paċi bħal xmara+ u l-​glorja tal-​ġnus bħal wied mimli ilma,+ u intom se terdgħu.+ Tinġarru fuq il-​ġenbejn, u fuq l-​irkopptejn tiġu mmellsin.+ 13 Bħal raġel li ommu tibqaʼ tfarrġu, hekk nibqaʼ nfarraġkom jien;+ u minħabba Ġerusalemm intom se tiġu mfarrġin.+ 14 U se taraw, u qalbkom ikollha għalxiex tifraħ,+ u għadamkom+ jinbet bħall-​ħaxix tari.+ U l-​qaddejja taʼ Ġeħova se jagħrfu idu,+ imma lill-​għedewwa tiegħu hu jikkundannahom.”+

15 “Għax, ara, Ġeħova jiġi bħal nar,+ u l-​karrijiet tiegħu huma bħal riħ taʼ tempesta,+ sabiex ipatti bir-​rabja u l-​korla tiegħu u bil-​fjammi tan-​nar taċ-​ċanfir tiegħu.+ 16 Għax fil-​fatt Ġeħova, bħal nar, se jwettaq ġudizzju, iva, b’sejfu,+ kontra l-​bnedmin kollha; u l-​maqtulin taʼ Ġeħova se jkunu ħafna.+ 17 Dawk li jitqaddsu u jitnaddfu biex imorru fil-​ġonna+ wara idolu fin-​nofs, jieklu l-​laħam tal-​ħanżir+ u l-​ħaġa moqżieża, il-​far,+ ilkoll kemm huma se jaslu fi tmiemhom,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 18 “U billi naf l-​għemejjel tagħhom+ u ħsibijiethom,+ jien ġej biex niġbor flimkien lill-​ġnus u l-​ilsna kollha;+ u se jkollhom jiġu u jaraw il-​glorja tiegħi.”+

19 “U nqiegħed fosthom sinjal,+ u nibgħat lil xi wħud minn dawk li ħarbu lejn il-​ġnus,+ lejn Tarsis,+ Pul, u Lud,+ dawk li jiġbdu l-​qaws, Tubal u Ġawan,+ il-​gżejjer ’il bogħod,+ li la semgħu dwari u lanqas raw il-​glorja tiegħi;+ u huma ċertament li se jgħidu dwar il-​glorja tiegħi fost il-​ġnus.+ 20 U joħorġu lil ħutkom kollha minn ġol-​ġnus+ bħala għotja lil Ġeħova,+ fuq iż-​żwiemel u fil-​karrijiet u fil-​karrijiet mgħottijin u fuq il-​bgħula u fuq l-​iġmla nisa ħfief,+ lejn il-​muntanja qaddisa tiegħi,+ Ġerusalemm,” qal Ġeħova, “bħal meta wlied Israel iġibu l-​għotja f’reċipjent nadif fid-​dar taʼ Ġeħova.”+

21 “U minnhom nieħu wkoll xi wħud bħala qassisin, għal-​Leviti,” qal Ġeħova.

22 “Għax bħalma s-​smewwiet ġodda+ u l-​art ġdida+ li qed nagħmel huma weqfin quddiemi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “hekk ukoll nisilkom+ u isimkom se jibqgħu weqfin.”+

23 “U jseħħ li minn qamar ġdid sa qamar ġdid u minn Sabat sa Sabat il-​bnedmin kollha se jiġu u jmilu quddiemi,”+ qal Ġeħova. 24 “U joħorġu u jħarsu lejn l-​iġsma mejtin tan-​nies li kienu qed jiksru l-​liġi kontrija;+ għax id-​dud taʼ fuqhom ma jmutx u n-​nar tagħhom ma jintefiex,+ u jridu jsiru xi ħaġa li tqallaʼ lil kulħadd.”+

Ifisser “Salvazzjoni taʼ Ġeħova.”

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “borra.”

Letteralment, “bil-​lissija,” li hija sustanza alkalina qawwija.

Jew, “lill-​ġrieden taʼ geddumhom twil.”

Letteralment, “djar tar-​ruħ.”

Il-kelma hawnhekk tradotta ‘fiddien’ tirreferi għall-​kejl taʼ biċċa rabaʼ li żewġ barrin jistgħu jaħartu f’jum wieħed.

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.

Ifisser “Fdal Biss Se Jerġaʼ Lura.”

Bl-Ebrajk, “Xeol.”

Ifisser “Magħna Hu Alla.” Ara Mt 1:23.

Jiġifieri, l-​Ewfrat.

Ifisser “Ħaffef, O [jew, Iħaffef lejn il-​] Priża! Ġie Jgħaġġel Biex Jaħtaf.”

Ifisser “Min Jibgħat,” u jirreferi għal kanal taʼ l-​ilma.

Ara Is 7:14, in-​nota taʼ taħt.

“Magħna hu Alla.” Bl-​Ebrajk, immanu El.

Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Dan ġeneralment jirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.

Letteralment, “u s-​simara.”

“Fdal biss se jerġaʼ lura.” Bl-​Ebrajk, din l-​espressjoni hi l-​istess bħall-​isem “Segħar-ġasub” f’Is 7:3, ara n-​nota taʼ taħt.

X’aktarx iż-​żejt li kien jintuża għall-​ħruq, jew iż-​żejt li kienu jidilku s-​slaten bih.

Qabbel Eżo 15:2, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “lill-​imqaddsin tiegħi,” jiġifieri, imqaddsin, jew imwarrbin apparti, għall-​gwerra taʼ Ġeħova.

Ara Ġob 9:9, in-​nota taʼ taħt, “Il-​kostellazzjoni Kesil.”

Jew, “ċerva ħafifa.”

Dawn jirreferu jew għal demonji jew għal annimali taʼ veru li kienu jfakkru lil min jarahom fid-​demonji.

Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’versi 11 u 15 ukoll.

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “post fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “is-​simar.”

Nof huwa l-​isem li jintuża s-​soltu fl-​Iskrittura Ebrajka għal Memfi.

Ara t-​2Sl 18:17, in-​nota taʼ taħt, “It-​Tartan.”

Ix-“xagħri tal-​baħar” milli jidher jirreferi għall-​parti t’isfel taʼ Babilonja tal-​qedem, fejn ix-​xmajjar Ewfrat u Tigri kull sena kienu jfuru għal fuq ix-​xtut tagħhom.

L-isem profetiku għal Edom.

Jiġifieri, “f’nofs Mowab.”

Possibbilment “kukkudrill” jew “mostru tal-​baħar.”

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.

Imitazzjoni taʼ kif kien jinstemaʼ d-​diskors tal-​profeta. Bl-​Ebrajk, ki saw lasaw saw lasaw, kaw lakaw kaw lakaw, żer sam żer sam.

Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’vers 18 ukoll.

Ara Eżo 9:32, in-​nota taʼ taħt.

X’aktarx ifisser “Il-​Fuklar taʼ l-​Artal t’Alla”; dan jirreferi għal Ġerusalemm.

Letteralment, “imxaħħam u żejtni.”

Proċess li fih il-​karfa titneħħa minn mal-​qmuħ.

Hawnhekk Tofet qed jintuża b’mod figurattiv bħala post bin-​nar jaqbad biex jirrappreżenta l-​qerda. Ara wkoll it-​2Sl 23:10.

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.

Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt. F’vers 5 wkoll.

Qed jirreferi għal Bosra, il-​belt kapitali t’Edom.

Ara Is 13:21, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “il-​buqrajq.”

Jew, “l-​astuni.”

Letteralment, “żmien indefinit.”

Ara t-​2Sl 18:17, in-​nota taʼ taħt, “Ir-​Rabsake.”

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.

Ara t-​2Sl 18:17, in-​nota taʼ taħt, “Ir-​Rabsake.”

Jew, “iddedikawhom għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “Nitolbok bil-​ħerqa.”

Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’vers 18 ukoll.

Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt. F’vers 28 ukoll.

Letteralment, “terz,” minn kejl li mhux magħruf.

Jew, “tal-​moħħ.”

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “lejn is-​saqajn Tiegħu.”

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “il-​Feddej tiegħek.”

Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.

Ifisser “Ir-​Rett,” titlu onorarju għal Israel.

Jew, “bir-​ronka.”

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.

Bl-Ebrajk, “Xeol.”

Letteralment, “bħas-​simar.”

Letteralment, “żmien indefinit.”

Letteralment, “żmien indefinit.” F’versi 19, 20, u 21 ukoll.

Letteralment, “żmien indefinit.”

Dan ġeneralment jirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja