LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Levitiku 26:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 26 “‘Tagħmlux allat bla siwi għalikom,+ u twaqqfux xi xbieha skolpita+ jew xi pilastru sagru għalikom, u tpoġġux xi ġebla bħala figura skolpita+ f’artkom sabiex tmilu quddiemha;+ għax jien Ġeħova Alla tagħkom.

  • Imħallfin 17:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 Għaldaqstant, hu ta lura l-​elf u mitt biċċa tal-​fidda lil ommu;+ u ommu qalet: “Bla dubju jien irrid inqaddes il-​fidda lil Ġeħova minn idi għall-​ġid taʼ ibni, sabiex tintgħamel xbieha skolpita+ u statwa minn metall imdewweb;+ u mbagħad nagħtihielek lura.”

  • Imħallfin 18:30
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 30 Wara dan, ulied Dan waqqfu x-​xbieha skolpita;+ u Ġonatan+ bin Gersom,+ bin Mosè, hu u wliedu saru qassisin għat-​tribù tad-​Danin sal-​jum li fih l-​art ittieħdet fl-​eżilju.+

  • 2 Slaten 21:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 Iktar minn hekk, ix-​xbieha skolpita+ taʼ l-​arblu sagru li kien għamel qegħedha fid-​dar+ li dwarha Ġeħova kien qal lil David u lil ibnu Salamun: “F’din id-​dar u f’Ġerusalemm, li jien għażilt mit-​tribujiet kollha taʼ Israel, se nqiegħed ismi għal żmien indefinit.+

  • Naħum 1:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 U dwarek Ġeħova kkmanda, ‘Xejn minn ismek ma jinżeraʼ iktar.+ Minn dar allatek neqred ix-​xbieha skolpita u l-​istatwa magħmula minn metall imdewweb.+ Nagħmillek post għad-​dfin,+ għaliex ma tiswa xejn.’

  • Ħabakkuk 2:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 Xi swiet xbieha skolpita,+ meta dak li sawwarha kien dak li naqaxha? Xi swiet statwa magħmula minn metall imdewweb, u l-​għalliem tal-​qerq,+ meta min sawwarha tant fada fiha+ li għamel allat bla siwi li ma jitkellmux?+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja