LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Ġeremija 1:1-52:34
  • Ġeremija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġeremija
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Ġeremija

Ġeremija*

1 Il-kliem taʼ Ġeremija+ bin Ħilkija, wieħed mill-​qassisin li kienu f’Għanatot+ fl-​art taʼ Benjamin;+ 2 li l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandu fi żmien Ġosija+ bin Amon,+ is-​sultan taʼ Ġuda, fis-​sena tlettax tar-​renju tiegħu.+ 3 U baqgħet tiġi għandu fi żmien Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, sa tmiem is-​sena ħdax taʼ Sedekija+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, sakemm Ġerusalemm ittieħdet fl-​eżilju fil-​ħames xahar.+

4 U l-​kelma taʼ Ġeħova bdiet ġejja għandi, tgħid: 5 “Qabel ma kont qed nifformak fiż-​żaqq+ kont nafek,+ u qabel ma ħriġt mill-​ġuf qaddistek.+ Profeta għall-​ġnus għamiltek.”

6 Imma jien għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova! Jien ma nafx nitkellem,+ għax m’iniex ħlief naqra taʼ tifel.”+

7 U Ġeħova kompla jgħidli: “Tgħidx, ‘M’iniex ħlief naqra taʼ tifel.’ Imma mur għand kulmin se nibagħtek; u tkellem kulma nikkmandak.+ 8 Tibżax minħabba wiċċhom,+ għax ‘jien miegħek biex neħilsek,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”

9 Imbagħad Ġeħova ħareġ idu u messha maʼ ħalqi.+ U Ġeħova qalli: “Jien poġġejtlek kliemi f’fommok.+ 10 Ara, illum qabbadtek tkun fuq il-​ġnus u fuq is-​saltniet,+ sabiex taqlaʼ u twaqqaʼ u teqred u ġġarraf,+ sabiex tibni u tħawwel.”+

11 U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: “X’qed tara Ġeremija?”

Għalhekk, għedt: “Qed nara rimja taʼ siġra tal-​lewż.”

12 U Ġeħova kompla jgħidli: “Rajt tajjeb, għax jien qed nibqaʼ mqajjem minħabba kelmti sabiex inwettaqha.”+

13 U l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi għat-​tieni darba, tgħid: “X’qed tara?”

Għalhekk, għedt: “Qed nara borma kbira li qed irewħulha, u wiċċha jħares lil hinn mit-​tramuntana.”

14 Għal dan, Ġeħova qalli: “Mit-​tramuntana se jintreħa l-​gwaj għal fuq l-​abitanti kollha tal-​pajjiż.+ 15 Għax ‘ara, jien qed insejjaħ lill-​familji kollha tas-​saltniet tat-​tramuntana,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova;+ ‘u se jiġu, u jqiegħed kull wieħed minnhom it-​tron tiegħu fid-​daħla tal-​bibien taʼ Ġerusalemm,+ u quddiem is-​swar kollha tagħha dawramejt u quddiem il-​bliet kollha taʼ Ġuda.+ 16 U ngħidilhom il-​ġudizzji tiegħi għall-​ħażen kollu tagħhom,+ talli telquni+ u jibqgħu joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lil allat oħrajn+ u jmilu quddiem xogħol idejhom stess.’+

17 “U int, min-​naħa tiegħek, ħażżem ġenbejk,+ u itlaʼ u għidilhom kulma nikkmandak jien. Titwerwirx minħabba fihom,+ sabiex jien ma nwerwrekx quddiemhom. 18 Imma jien, illum għamiltek belt fortifikata u pilastru tal-​ħadid u sur tar-​ram aħmar+ kontra l-​pajjiż kollu,+ is-​slaten taʼ Ġuda, il-​prinċpijiet tiegħu, il-​qassisin tiegħu u n-​nies tal-​pajjiż.+ 19 U dawn jiġġieldu kontrik imma ma jegħlbukx,+ għax ‘jien miegħek,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘biex neħilsek.’”+

2 U l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi,+ tgħidli: 2 “Mur, għajjat f’widnejn Ġerusalemm u għid, ‘Hekk qal Ġeħova:+ “Jien niftakar tajjeb il-​qalb tajba bl-​imħabba li min-​naħa tiegħek urejt f’żgħożitek,+ l-​imħabba meta tgħarrast,+ il-​mixi tiegħek warajja fix-​xagħri, f’art mhix miżrugħa.+ 3 Israel kien xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova,+ l-​ewwel frott Tiegħu.”’+ ‘Dawk kollha li jipprovaw jibilgħuh isiru ħatjin.+ Il-​gwaj jiġi fuqhom,’ kienet il-​kelma taʼ Ġeħova.”+

4 Isimgħu kelmet Ġeħova, O dar Ġakobb,+ u intom il-​familji kollha taʼ dar Israel.+ 5 Hekk qal Ġeħova: “X’sabu fija missirijietkom li ma kienx ġust,+ biex tbiegħdu minni,+ u baqgħu mexjin wara l-​idolu fieragħ+ u saru fiergħa huma stess?+ 6 U ma qalux, ‘Fejn hu Ġeħova, Dak li tellagħna mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ Dak li mexxiena minn ġod-​deżert, minn art xagħrija+ u bil-​ħofor, minn art bla ilma+ u ħafna dlam,+ minn art li ħadd m’għadda minnha u li ebda bniedem m’għammar fiha?’

7 “U jien ġibtkom f’art bħal ġnien tal-​frott, biex tieklu frottha u l-​affarijiet tajbin tagħha.+ Imma intom dħaltu u niġġistuli arti; u l-​wirt tiegħi għamiltuh xi ħaġa mistkerrha.+ 8 Lanqas il-​qassisin ma qalu, ‘Fejn hu Ġeħova?’+ U dawk li kellhom il-​liġi f’idejhom ma kinux jafuni;+ u l-​istess rgħajja dinbu kontrija,+ u anki l-​profeti pprofetizzaw f’isem Bagħal,+ u mxew wara dawk li ma setgħu jġibulhom l-​ebda benefiċċju.+

9 “‘Għalhekk, se jibqaʼ jkolli xi ngħid magħkom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u se jkolli xi ngħid maʼ wlied uliedkom.’+

10 “‘Imma għaddu sa l-​artijiet taʼ mal-​baħar tal-​Kittin+ u araw. Iva, ibagħtu staqsu f’Kedar+ u qisu l-​kwistjoni sew, u araw jekk qattx saret ħaġa bħal din.+ 11 Qatt xi ġens partat allatu,+ saħansitra maʼ dawk li m’huma allat xejn?+ Imma l-​poplu tiegħi stess partat il-​glorja tiegħi maʼ dak li ma jistaʼ jġib l-​ebda benefiċċju.+ 12 Stagħġbu u ċċassaw b’dan, O smewwiet; u tkexkxu b’biżaʼ kbir,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova,+ 13 ‘għax żewġ affarijiet ħżiena għamel il-​poplu tiegħi: Telqu lili,+ is-​sors taʼ l-​ilma ħaj,+ sabiex iħaffru ġwiebi għalihom, ġwiebi miksurin, li ma jistgħux iżommu l-​ilma fihom.’

14 “‘Jaqaw Israel xi qaddej,+ jew ilsir imwieled fid-​dar? Għala nħataf bħala priża? 15 L-iljuni b’saħħithom jgħajtu għalih;+ għollew leħinhom.+ U lil pajjiżu għamluh oġġett taʼ stagħġib. Il-​bliet tiegħu ngħataw in-​nar, u għalhekk ma baqaʼ ħadd jgħix fihom.+ 16 Anki wlied Nof*+ u Taħfanes+ baqgħu jieklu mill-​qorriegħa taʼ rasek.+ 17 Mhux int stess ġibtu fuqek dan billi tlaqt lil Ġeħova Alla tiegħek+ waqt li kien qed imexxik fit-​triq?+ 18 U issa x’jinteressak mit-​triq għall-​Eġittu+ biex tixrob l-​ilmijiet tas-​Siħor?+ U x’jinteressak mit-​triq għall-​Assirja+ biex tixrob l-​ilmijiet tax-​Xmara?* 19 Il-ħażen tiegħek għandu jikkoreġik,+ u l-​atti tiegħek taʼ infedeltà għandhom iwiddbuk.+ Mela, kun af u ara li hi xi ħaġa ħażina u taʼ mrar+ li tlaqt lil Ġeħova Alla tiegħek, u int xejn ma bżajt minni,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati.

20 “‘Għax żmien twil ilu jien kissirt il-​madmad tiegħek biċċiet;+ qsamt l-​irbit tiegħek fi tnejn. Imma int għedt: “M’iniex se naqdik,” għax fuq kull għolja kbira u taħt kull siġra tħaddar+ kont mixħuta kif ġie ġie,+ tipprostitwixxi ruħek.+ 21 U min-​naħa tiegħi, jien kont ħawwiltek bħala dielja ħamra prima,+ kollha kemm hi żerriegħa tajba. Mela kif inbdilt lejja u sirt bħar-​rimjiet salvaġġi taʼ dielja barranija?’+

22 “‘Imma avolja tinħasel bl-​alkali* u tuża ħafna sapun,*+ l-​iżball tiegħek jibqaʼ tebgħa quddiemi,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. 23 Kif tistaʼ tgħid, ‘Jien ma tniġġistx.+ Wara l-​Bagħalim ma mxejtx’?+ Ara triqtek fil-​wied.+ Aħseb sew x’għamilt. Ġemla żgħira u ħafifa tiġri ’l hemm u ’l hawn bla skop fi triqatha; 24 żebra+ mdorrija fix-​xagħri, b’ruħha mxennqa, ixxomm ir-​riħ;+ fiż-​żmien li titgħammar, min jistaʼ jdawwarha lura? Dawk kollha li jkunu qed ifittxuha ma jegħjewx. Fix-​xahar tagħha jsibuha. 25 Tħallix lil sieqek tkun ħafja u lil griżmejk ikollhom l-​għatx.+ Imma int għedt, ‘Kollu taʼ xejn!+ Le! Sirt inħobb lill-​istranġieri,+ u warajhom se nimxi.’+

26 “Bħall-​mistħija li jħoss ħalliel meta jinqabad, hekk stħaw dawk taʼ dar Israel,+ huma, is-​slaten tagħhom, il-​prinċpijiet tagħhom u l-​qassisin tagħhom u l-​profeti tagħhom.+ 27 Qed jgħidu lil siġra, ‘Int missieri,’+ u lil ġebla, ‘Int ulidtni.’ Imma lili tawni daharhom u mhux wiċċhom.+ U fi żmien il-​gwaj se jgħiduli, ‘Qum u eħlisna!’+

28 “Imma fejn huma allatek li għamilt għalik?+ Ħa jqumu huma jekk jistgħu jsalvawk fi żmien il-​gwaj tiegħek.+ Għax allatek saru daqs l-​għadd taʼ blietek, O Ġuda.+

29 “‘Għala tibqgħu tiħduha kontrija?+ Għala dnibtu kontrija, ilkoll kemm intom?’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 30 Għalxejn sawwattilkom ’l uliedkom.+ Ma laqgħu l-​ebda dixxiplina.+ Sejfkom belaʼ lill-​profeti tagħkom, bħal iljun li qed jagħmel ħerba.+ 31 O ġenerazzjoni, ara għalik innifsek il-​kelma taʼ Ġeħova.+

“Jaqaw jien sirt bħal xagħri għal Israel,+ jew pajjiż taʼ dlam ċappa? Dawn, in-​nies tiegħi, għala qalu, ‘Iġġerrejna ’l hemm u ’l hawn. M’aħniex se niġu iżjed għandek’?+ 32 Tistaʼ verġni tinsa t-​tiżjin tagħha, u għarusa t-​trieħi taʼ madwar sidirha? U madankollu, il-​poplu tiegħi nsieni għal jiem bla għadd.+

33 “Int* għala toqgħod tippjana triqtek bir-​reqqa biex tfittex l-​imħabba? Kien għalhekk ukoll li lil triqatek int għallimthom affarijiet ħżiena.+ 34 Barra minn hekk, fuq ħwejġek instabu l-​marki tad-​demm taʼ ruħ+ l-​imsejknin innoċenti.+ Dan ma kienx għax huma daħlu jisirqu, imma l-​marki taʼ demmhom sibthom fuq ħwejġek kollha.+

35 “Imma int tgħid, ‘Jien bqajt innoċenti. Żgur li hu reġġaʼ lura r-​rabja tiegħu minn fuqi.’+

“Ara, jien dieħel f’kontroversja miegħek talli għedt, ‘Ma dnibtx.’+ 36 Għala tqisha ħaġa m’hi xejn li biddilt triqtek?+ Se tistħi wkoll minħabba l-​Eġittu+ bħalma stħajt minħabba l-​Assirja.+ 37 Minħabba f’hekk ukoll se tmur b’idejk fuq rasek,+ għax Ġeħova ċaħad lil dawk li fdajt fihom, u mhux se tirnexxi magħhom.”

3 Hemm qawl li jgħid: “Jekk raġel ikeċċi lil martu u din titlaq u ssir taʼ raġel ieħor, għandu hu jerġaʼ lura għandha?”+

Din l-​art mhux għalkollox tniġġset?+

“U int ipprostitwejt ruħek maʼ ħafna ħbieb;+ u issa terġaʼ lura għandi?”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 2 “Erfaʼ għajnejk lejn il-​passaġġi u ara.+ Fejn ma ġejtx stuprata?+ Maġenb it-​toroq qgħadt bil-​qiegħda tistenniehom, bħal Għarbi fix-​xagħri;+ u tkompli tniġġes il-​pajjiż bl-​atti tiegħek taʼ prostituzzjoni u bil-​ħażen tiegħek.+ 3 Għalhekk mhix qed tagħmel ħafna xita,+ u lanqas fir-​rebbiegħa m’għamlet xita.+ U ġbinek sar il-​ġbin taʼ mara miżżewġa li tipprostitwixxi ruħha. Ma ridtx tħossok umiljata.+ 4 Issa bdejt tgħajjatli, ‘Missier,+ int il-​ħabib tiegħi li kont nafda fih f’żgħożiti!+ 5 Għandu wieħed jibqaʼ jżomm f’qalbu għal żmien indefinit, jew jibqaʼ għassa taʼ dnubietna għal dejjem?’+ Ara! Int tkellimt, u bdejt tagħmel affarijiet ħżiena u bqajt tagħmilhom.”+

6 U fi żmien is-​Sultan Ġosija,+ Ġeħova qalli: “‘Rajt x’għamlet Israel bl-​infedeltà tagħha?+ Qed tmur fuq kull muntanja għolja+ u taħt kull siġra tħaddar,+ sabiex tipprostitwixxi ruħha hemmhekk.+ 7 U wara li għamlet dawn l-​affarijiet kollha jien bqajt ngħid li għandha terġaʼ lura għandi, imma hi ma ġietx lura;+ u Ġuda baqgħet tħares lejn oħtha t-​traditura.+ 8 Meta rajt dan, peress li Israel ma wrietx fedeltà u għamlet adulterju, jien keċċejtha+ u tajtha ċ-​ċertifikat biex niddivorzjaha għalkollox,+ u madankollu oħtha Ġuda t-​traditura ma beżgħetx, imma hi stess bdiet tipprostitwixxi ruħha wkoll.+ 9 U hi pprostitwiet ruħha għax ma kinitx serja, u kompliet tniġġes il-​pajjiż+ u tagħmel adulterju mal-​ġebel u mas-​siġar;+ 10 u minkejja dan kollu oħtha Ġuda t-​traditura ma reġgħetx lura għandi b’qalbha kollha,+ imma biss b’mod falz,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”

11 U Ġeħova kompla jgħidli: “Israel minkejja l-​infedeltà tagħha wriet li kienet iktar ġusta minn Ġuda li aġixxiet bi tradiment.+ 12 Mur, u xandar dan il-​kliem lejn it-​tramuntana+ u għid:

“‘“Erġaʼ lura, O Israel ir-​ribelluża,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.’+ ‘“Ma nħarisx iktar b’wiċċ irrabjat lejkom,+ għax jien leali,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.’ ‘“M’iniex se nibqaʼ nżomm f’qalbi għal dejjem.+ 13 Biss agħraf l-​iżball tiegħek, għax int kontra Ġeħova Alla tiegħek dnibt.+ U komplejt tiġri ’l hemm u ’l hawn lejn l-​istranġieri+ taħt kull siġra tħaddar,+ imma minn leħni intom ma smajtux,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.’”

14 “Erġgħu lura, O wlied ribelli,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Għax jien sirt sidkom bħal raġel miżżewweġ;+ u se niħodkom, wieħed minn ġo belt u tnejn minn ġo familja, u nġibkom Sijon.+ 15 U nagħtikom rgħajja li jogħġbu lil qalbi,+ u huma jitimgħukom l-​għarfien u d-​dehen.+ 16 U jiġri li f’dak iż-​żmien toktru u tagħmlu l-​frott fil-​pajjiż,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+ “Qatt iktar ma jgħidu, ‘L-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova!’+ u ma tiġihomx f’moħħhom, u la jiftakruha+ u lanqas iħossu n-​nuqqas tagħha, u ma jagħmluhiex iżjed. 17 Dak iż-​żmien se jsejħu lil Ġerusalemm it-​tron taʼ Ġeħova;+ u l-​ġnus kollha jinġabru fiha+ biex ifaħħru isem Ġeħova f’Ġerusalemm,+ u qatt iktar ma jimxu wara l-​ebusija taʼ qalbhom il-​ħażina.”+

18 “F’dawk il-​jiem se jimxu maġenb xulxin, id-​dar taʼ Ġuda maġenb id-​dar taʼ Israel,+ u flimkien+ joħorġu mill-​pajjiż tat-​tramuntana għal ġol-​pajjiż li tajt lil missirijietkom bħala wirt.+ 19 U jien għedt, ‘O kemm ħadt pjaċir inqiegħdek fost l-​ulied u nagħtik l-​art sabiħa,+ il-​wirt li jpaxxi lil kotra taʼ ġnus!’ U jien għedt ukoll, ‘Intom se ssejħuli “Missier!”+ u ma ddurux lura milli timxu warajja.’ 20 ‘Tassew, bħal mara miżżewġa li ttradiet u telqet lis-​sieħeb tagħha,+ hekk ukoll intom, O dar Israel, aġixxejtu bi tradiment miegħi,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”

21 Fil-passaġġi nstemaʼ ħoss, il-​biki, u t-​talb bil-​ħrara taʼ wlied Israel. Għax huma għawġu triqithom;+ insew lil Ġeħova Alla tagħhom.+

22 “Erġgħu lura, ulied ribelli.+ Jien infejjaqkom mill-​qagħda ribelluża li tinsabu fiha.”+

“Hawn aħna! Ġejna għandek, għax int, O Ġeħova, Alla tagħna.+ 23 Tassew, l-​għoljiet kif ukoll il-​konfużjoni fuq il-​muntanji+ huma gidba.+ Tassew, is-​salvazzjoni taʼ Israel+ hi f’Ġeħova Alla tagħna. 24 Imma l-​ħaġa taʼ mistħija+ kielet ix-​xogħol iebes taʼ missirijietna sa minn żgħożitna, in-​nagħaġ tagħhom u l-​baqar tagħhom, uliedhom subien u bniet. 25 Aħna nimteddu fil-​mistħija tagħna,+ u l-​umiljazzjoni tagħna tkompli tiksina;+ għax kontra Ġeħova Alla tagħna dnibna,+ aħna u missirijietna minn żgħożitna sa llum il-​ġurnata,+ u m’obdejniex leħen Ġeħova Alla tagħna.”+

4 “Jekk trid terġaʼ lura, O Israel,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “tistaʼ terġaʼ lura għandi.+ U jekk tneħħi qżiżijietek minħabba fija,+ imbagħad ma tibqax bħal xi ħadd maħrub. 2 U jekk taħlef,+ ‘Daqskemm Ġeħova hu ħaj fil-​verità,+ fil-​ġustizzja u fis-​sewwa!’+ imbagħad il-​ġnus jitbierku bih, u jiftaħru bihom infushom minħabba fih.”+

3 Għax hekk qal Ġeħova lin-​nies taʼ Ġuda u Ġerusalemm: “Aħartu l-​art li hi tajba għall-​ħrit, u tibqgħux tiżirgħu qalb ix-​xewk.+ 4 Kunu ċirkonċiżi għal Ġeħova, u agħmlu ċ-​ċirkonċiżjoni ’l qalbkom,+ nies taʼ Ġuda u abitanti taʼ Ġerusalemm; sabiex il-​korla tiegħi ma toħroġx bħal nar, u taqbad bla ma ħadd jitfiha, minħabba l-​ħażen taʼ l-​għemejjel tagħkom.”+

5 Għidu dan f’Ġuda, u xandruh ukoll f’Ġerusalemm,+ u ħabbruh, u doqqu l-​qarn mal-​pajjiż kollu.+ Għajtu kemm tifilħu u għidu: “Inġabru flimkien ħa nidħlu fil-​bliet fortifikati.+ 6 Għollu arblu bħala sinjal lejn Sijon. Fittxu l-​kenn. Tiqfux.” Għax se nġib gwaj mit-​tramuntana,+ iva, tiġrif kbir. 7 Hu qabeż bħal iljun mill-​masġar tiegħu,+ u dak li qed jagħmel ħerba mill-​ġnus telaq;+ ħareġ minn postu sabiex jagħmel lil pajjiżek oġġett taʼ stagħġib. Il-​bliet tiegħek isiru rovini, u b’hekk ma jkunx hemm min jgħammar fihom.+ 8 Għalhekk, tħażżmu bl-​ilbies taʼ l-​ixkora.+ Ħabbtu fuq sidirkom u newħu,+ għax Ġeħova ma reġġax lura r-​rabja taħraq tiegħu minn fuqna.+

9 “U jiġri dakinhar,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “li s-​sultan jaqtaʼ qalbu,+ u jaqtgħu qalbhom ukoll il-​prinċpijiet; u l-​qassisin jibqgħu mistagħġbin, u l-​profeti stess jiskantaw.”+

10 U jien għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova! Int tassew qarraqt għalkollox b’dan il-​poplu+ u b’Ġerusalemm meta għedt, ‘Ikollkom is-​sliem,’+ u s-​sejf wasal sar-​ruħ.”

11 Dak iż-​żmien jingħad lil dan il-​poplu u lil Ġerusalemm: “Hemm riħ jaħraq ġej mill-​passaġġi tax-​xagħri+ u jinsab fi triqtu lejn bint il-​poplu tiegħi,+ mhux biex iderri* u lanqas biex inaddaf il-​qmuħ. 12 Minn hemmhekk, ir-​riħ qawwi jiġi lejja. Issa jien ukoll ngħidilhom il-​ġudizzji tiegħi.+ 13 Ara! L-​għadu jitlaʼ bħas-​sħab tax-​xita, u l-​karrijiet tiegħu huma bħal riħ taʼ tempesta.+ Iż-​żwiemel tiegħu huma eħfef mill-​ajkli.+ Gwaj għalina, għax ġejna rovinati! 14 Aħsel qalbek mill-​ħażen, O Ġerusalemm, biex tkun tistaʼ tiġi salvata.+ Kemm se jdumu jgħammru fik il-​ħsibijiet żbaljati tiegħek?+ 15 Għax hemm leħen jitkellem minn Dan+ u jxandar il-​ħsara mir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm.+ 16 Iva, għidu dan lill-​ġnus. Xandruh kontra Ġerusalemm.”

“Ġejjin għassiesa minn pajjiż ’il bogħod,+ u huma jgħollu leħinhom kontra l-​bliet taʼ Ġuda. 17 Bħal gwardji fil-​kampanja daru kontriha minn kull naħa,+ għax hi saħansitra rribellat kontrija,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 18 “Ikollok tħallas taʼ l-​imġiba u l-​għemejjel tiegħek.+ Dan il-​ħlas ikun il-​gwaj tiegħek għax hu taʼ mrar u għax wasal dritt sa qalbek.”

19 Ajma l-​ġewwieni,* il-​ġewwieni tiegħi! Għandi wġigħ kbir fil-​ħitan taʼ qalbi.+ Qalbi mimlija ansjetà.+ Ma nistax noqgħod sieket, għax smajt il-​ħoss tal-​qarn, l-​għajta tal-​gwerra.+ 20 Tħabbret tiġrifa fuq oħra, għax il-​pajjiż kollu sar ħerba.+ F’daqqa waħda ħarbtuli t-​tined tiegħi,+ id-​drappijiet tat-​tined tiegħi f’mument wieħed. 21 Kemm se ndum nara s-​sinjal u nismaʼ l-​ħoss tal-​qarn?+ 22 Għax il-​poplu tiegħi iblah.+ Ma tawx kasi.+ M’humiex ulied għaqlin; u ma jistgħux jifhmu.+ Biex jagħmlu l-​ħażen huma għorrief, imma mbagħad it-​tajjeb ma jafux jagħmluh.+

23 Ħarist lejn l-​art, u, ara, kienet vojta u mitluqa;+ u lejn is-​smewwiet, u dawn ma kellhomx iżjed dawl.+ 24 Ħarist lejn il-​muntanji, u, ara, kienu qed jitriegħdu, u l-​għoljiet kollha kienu ġew mheżżin.+ 25 U ħarist, u ma kienx hemm bniedem wieħed, u l-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet kienu ħarbu kollha.+ 26 Ħarist, u l-​art li kienet bħal ġnien tal-​frott saret xagħri, u l-​bliet tagħha kienu ġġarrfu kollha.+ Dan seħħ minn Ġeħova, bir-​rabja taħraq tiegħu.

27 Għax hekk qal Ġeħova: “Il-​pajjiż kollu se jsir art abbandunata,+ u m’għandix jien inġib qerda totali?+ 28 Għalhekk, il-​pajjiż se jitnikket,+ u s-​smewwiet taʼ fuqu jiddallmu.+ Għax jien tkellimt, ħsibtha sew, u ma ddispjaċinix, lanqas ma se jerġaʼ jibdieli.+ 29 Minħabba l-​ħoss tar-​rikkieba taż-​żwiemel u taʼ dawk li jisparaw bil-​qaws, il-​belt kollha kemm hi qed taħrab.+ Daħlu fl-​imsaġar, u telgħu fil-​blat.+ Kull belt tħalliet, u m’hemm ebda bniedem jgħammar fiha.”

30 Kont tilbes l-​iskarlat, kont tiżżejjen bid-​deheb, kont tkabbar għajnejk biż-​żebgħa sewda,+ imma issa li tneżżajt, x’se tagħmel? Għalxejn kont toqgħod tipprova tidher sabiħa.+ Dawk li kienu jixegħlu bil-​passjoni għalik warrbuk; il-​ħin kollu jipprovaw jiħdulek ħajtek.+ 31 Għax jien smajt leħen bħal dak taʼ mara marida, l-​uġigħ bħal dak taʼ mara li qed tiled l-​ewwel tarbija tagħha,+ leħen bint Sijon b’nifisha maqtugħ. Hi tiftaħ idejha+ u tgħid: “Gwaj għalija issa, għax għejejt bil-​qattilin!”+

5 Morru duru mat-​toroq taʼ Ġerusalemm u ħarsu, issa, u siru afu, u fittxu fil-​pjazez tagħha biex taraw jekk tistgħux issibu raġel,+ jekk jeżistix xi ħadd li qed jagħmel il-​ġustizzja,+ xi ħadd li qed ifittex il-​fedeltà,+ u jien naħfrilha. 2 Anki jekk jgħidu: “Daqskemm Ġeħova hu ħaj!” huma b’hekk ikunu qed jaħilfu biss fil-​falz.+

3 O Ġeħova, m’humiex għajnejk lejn il-​fedeltà?+ Int drabthom,+ imma ma mardux.+ Int qridthom għalkollox.+ Huma rrifjutaw li jilqgħu d-​dixxiplina.+ Wiċċhom webbsuh iktar minn blata.+ Ma ridux iduru lura.+ 4 Jien stess kont għedt: “Żgur li huma taʼ klassi baxxa. Aġixxew bi bluha, għax injoraw it-​triq taʼ Ġeħova, il-​ġustizzja t’Alla tagħhom.+ 5 Se mmur għand il-​kbarat u nkellimhom;+ għax huma bla dubju taw kas triq Ġeħova, il-​ġustizzja t’Alla tagħhom.+ Imma tabilħaqq, ilkoll kemm huma kissru l-​madmad; qasmu l-​irbit fi tnejn.”+

6 Huwa għalhekk li ħareġ iljun mill-​foresta u attakkahom, li qed iħarbathom lupu mill-​pjanuri tad-​deżert,+ u li leopard qed jibqaʼ mqajjem ħdejn bliethom.+ Kulmin joħroġ minnhom jitqattaʼ bċejjeċ. Għax dnubiethom żdiedu, u kotru l-​atti tagħhom taʼ infedeltà.+

7 Kif nistaʼ naħfirlek taʼ dan? Uliedek stess telquni, u jibqgħu jaħilfu+ b’dak li m’huwiex Alla.+ Jien bqajt nissodisfahom,+ imma huma komplew jagħmlu adulterju,+ u jmorru bil-​gzuz lejn id-​dar taʼ prostituta. 8 Saru żwiemel li għandhom fuqhom saħna sesswali, b’testikoli b’saħħithom. Kull wieħed minnhom jiżher għall-​mara taʼ sieħbu.+

9 “M’għandix jien nitlob kont taʼ dawn l-​affarijiet?” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+ “Jew m’għandhiex ruħi titħallas minn ġens bħal dan?”+

10 “Itilgħu għar-​ringieli tad-​dwieli tagħha u agħmlu ħerba,+ imma teqirdux kollox.+ Ħudulha r-​rimjiet li qed jikbru ħafna, għax dawn m’humiex taʼ Ġeħova.+ 11 Għax dar Israel u dar Ġuda bla dubju aġixxew miegħi bi tradiment,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+ 12 “Ċaħdu lil Ġeħova, u jibqgħu jgħidu, ‘Ma jeżistix.+ U m’hu ġej l-​ebda gwaj fuqna, u m’aħna se naraw l-​ebda sejf jew ġuħ.’+ 13 U l-​profeti jsiru riħ, u l-​kelma m’hijiex fihom.+ Hekk se jiġrilhom.”

14 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​armati: “Minħabba li intom qed tgħidu din il-​ħaġa, ara, kliemi nagħmlu nar f’fommok,+ u dan il-​poplu jkun biċċiet taʼ l-​injam, u jiblagħhom.”+

15 “Ara, se nġib fuqkom ġens mill-​bogħod,+ O dar Israel,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Huwa ġens li ilu ħafna.+ Ġens minn żmien il-​qedem hu, ġens li l-​lingwa tiegħu ma tafhiex, u dak li jgħidu ma tistax tifhmu meta tisimgħu. 16 Il-barżakka tal-​vleġeġ tagħhom hija bħal qabar miftuħ; ilkoll huma rġiel setgħanin.+ 17 Barra minn hekk, huma se jiklulek il-​ħsad u l-​ħobż tiegħek.+ L-​irġiel se jiklulek lil uliedek subien u bniet. Se jiklulek in-​nagħaġ u l-​baqar tiegħek. Jiklulek id-​dielja u t-​tina tiegħek.+ Bis-​sejf se jfarrkulek il-​bliet fortifikati li qed tafda fihom.”

18 “U lanqas f’dawk il-​jiem,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “ma neqridkom għalkollox.+ 19 U jiġri li tgħidu, ‘Għala għamlilna dan kollu Ġeħova Alla tagħna?’+ U trid tgħidilhom, ‘Bħalma intom tlaqtuni u mortu taqdu alla barrani f’pajjiżkom, hekk intom se taqdu stranġieri f’pajjiż li m’huwiex tagħkom.’”+

20 Ħabbru dan f’dar Ġakobb, u xandruh f’Ġuda, u għidu: 21 “Issa, isimgħu dan, O nies bla għaqal u b’qalbkom belha,*+ li għandkom għajnejn imma ma tistgħux taraw+ u li għandkom widnejn imma ma tistgħux tisimgħu.+ 22 ‘Lanqas minni ma tibżgħu?’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘Jew lanqas minħabba fija m’għandkom uġigħ kbir,+ jien li qegħedt ir-​ramel bħala tarf għall-​baħar, regolament dejjiemi* li ma jistax jaqbżu? Għalkemm il-​mewġ tiegħu jintefaʼ ’l hemm u ’l hawn xorta ma jistax jegħlbu; u għalkemm jgħajjat, xorta ma jistax jaqbżu.+ 23 Imma dan il-​poplu sar għandu qalbu iebsa u ribelluża; warrbuni u jibqgħu mexjin fi triqithom.+ 24 Imma ma qalux f’qalbhom: “Issa, ejjew nibżgħu minn Ġeħova Alla tagħna,+ Dak li qed jagħtina l-​ħalbiet tax-​xita u x-​xita tal-​ħarifa u x-​xita tar-​rebbiegħa fl-​istaġun tagħha,+ Dak li jħarsilna l-​ġimgħat stabbiliti għall-​ħsad.”+ 25 L-iżbalji tagħkom warrbu dawn l-​affarijiet, u dnubietkom ċaħħdukom minn dak li hu tajjeb.+

26 “‘Għax fost il-​poplu tiegħi nstabu rġiel mill-​agħar.+ Dejjem jgħarrxu, bħal meta n-​nassaba jinżlu kokka.+ Ħejjew nassa qerrieda u jaqbdu n-​nies fiha. 27 Bħalma gaġġa tkun mimlija bit-​tjur, hekk djarhom mimlijin bil-​qerq.+ Huwa għalhekk li kibru u jiksbu ħafna rikkezzi.+ 28 Huma ħxienu,+ u saru jleqqu. Faru wkoll b’affarijiet ħżiena. Sabiex jirnexxu,+ huma ma ddefendew ebda kawża legali,+ lanqas il-​kawża legali tat-​tifel bla missier;+ u dwar il-​ġudizzju tal-​foqra m’għamlu xejn.’”

29 “M’għandix jien nitlob kont taʼ dawn l-​affarijiet?” hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Jew m’għandhiex ruħi titħallas minn ġens bħal dan?”+ 30 Sitwazzjoni taʼ l-​istagħġib, iva, ħaġa li tkexkex, hemm fil-​pajjiż:+ 31 Il-profeti qed jipprofetizzaw bil-​qerq;+ u l-​qassisin qed jiddominaw bil-​poter li għandhom.+ U l-​poplu tiegħi kien kuntent b’dan;+ u intom x’se tagħmlu meta jasal it-​tmiem?”+

6 Stkennu, O wlied Benjamin, aħarbu minn ġo nofs Ġerusalemm; doqqu l-​qarn+ f’Tekogħa.+ U għollu sinjal tan-​nar fuq Bet-ħakkerem;+ għax tfaċċa l-​gwaj mit-​tramuntana, iva, tiġrif kbir.+ 2 Bint Sijon kienet tixbah lil mara sabiħa u mfissda.+ 3 Ir-rgħajja u l-​imrieħel tagħhom ġew għaliha. Kontriha waqqfu t-​tined tagħhom dawramejt.+ U kienu jirgħu l-​imrieħel tagħhom, kull wieħed fil-​mergħa tiegħu.+ 4 Huma tħejjew għall-​gwerra* kontriha:+ “Qumu, u ħa nitilgħu f’nofsinhar!”+

“Gwaj għalina, għax il-​jum wasal biex jintemm, u d-​dellijiet taʼ fil-​għaxija qed ikomplu jitwalu!”

5 “Qumu, u ħa nitilgħu matul il-​lejl u neqirdulha t-​torrijiet mgħammrin tagħha.”+

6 Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Aqtgħu l-​injam+ u tellgħu rampa għall-​assedju kontra Ġerusalemm.+ Din hi l-​belt li jrid jintalab kont minnha.+ M’hemm xejn għajr moħqrija f’nofsha.+ 7 Bħalma ġiebja żżomm l-​ilma tagħha frisk, hekk hi żżomm frisk il-​ħażen tagħha. Vjolenza u tħarbit jinstemgħu fiha;+ il-​ħin kollu nara mard u pesti quddiem wiċċi. 8 Ħalli lil min jikkoreġik,+ O Ġerusalemm, sabiex ruħi ma twarrabx minnek diżgustata;+ sabiex ma nagħmlekx art abbandunata, pajjiż li ma jgħammar fih ħadd.”+

9 Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Bla dubju se jlaqqtu l-​fdal taʼ Israel bħal dielja.+ Erġaʼ midd idek fuq ir-​rimjiet irqaq tad-​dielja bħal wieħed li qed jaqtaʼ l-​għeneb.”

10 “Lil min se nkellem u nwissi, sabiex jismagħni? Ara! Widnejhom m’humiex ċirkonċiżi, u b’hekk ma jistgħux jagħtu widen.+ Ara! Il-​kelma taʼ Ġeħova saret xi ħaġa taʼ żebliħ għalihom,+ u ma jsibu l-​ebda għaxqa fiha.+ 11 U jien imtlejt bil-​korla taʼ Ġeħova. Għejejt inżomm ġo fija.”+

“Ferragħha fl-​istess ħin fuq it-​tifel fit-​triq+ u fuq il-​ġemgħa taʼ ħbieb żgħażagħ; għax huma wkoll se jinqabdu, raġel flimkien maʼ martu, xiħ flimkien maʼ wieħed mimli bl-​għomor.+ 12 U djarhom jaqgħu f’idejn ħaddieħor, flimkien maʼ l-​għelieqi u n-​nisa tagħhom.+ Għax se mmidd idi kontra dawk li jgħammru fil-​pajjiż,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+

13 “Għax ilkoll kemm huma, mill-​iżgħar sa l-​akbar wieħed, qed jagħmlu qligħ inġust għalihom infushom;+ u mill-​profeta sal-​qassis, ilkoll qed jaġixxu bil-​qerq.+ 14 U huma jipprovaw ifejqu ħafif ħafif lill-​poplu tiegħi mill-​ġerħa tiegħu,+ billi jgħidu, ‘Hemm il-​paċi! Hemm il-​paċi!’ meta m’hemm l-​ebda paċi.+ 15 Stħaw huma għax dak li għamlu kien mistkerrah?+ L-​ewwelnett, huma assolutament ma jistħu minn xejn; u iżjed minn hekk, lanqas biss tgħallmu kif iħossuhom umiljati.+ Għaldaqstant, huma għad jaqgħu fost dawk li qed jaqgħu;+ jitfixklu meta jasal iż-​żmien li nitlob kont minnhom,” qal Ġeħova.

16 Hekk qal Ġeħova: “Ieqfu fit-​toroq, u araw, u staqsu għall-​mogħdijiet taʼ żmien twil ilu, fejn hemm it-​triq it-​tajba;+ u imxu fiha,+ u sibu l-​mistrieħ għal ruħkom.”+ Imma huma baqgħu jgħidu: “Ma rridux nimxu fiha.”+ 17 “U qegħedt fuqkom għassiesa,+ ‘Oqogħdu attenti għall-​ħoss tal-​qarn!’”+ Imma huma baqgħu jgħidu: “Ma rridux noqogħdu attenti.”+ 18 “Għalhekk, isimgħu, O ġnus! U kun af, O ġemgħa, x’se jiġrilhom. 19 Ismaʼ, O art! Ara, se nġib gwaj fuq dan il-​poplu+ bħala l-​frott taʼ ħsibijiethom,+ għax huma ma qagħdux attenti għal kliemi; u l-​liġi tiegħi baqgħu jwarrbuha wkoll.”+

20 “X’jimporta għalija li ġġibu l-​inċens abjad minn Xeba+ u l-​qasab aromatiku minn pajjiż fil-​bogħod? L-​offerti sħaħ tal-​ħruq li tagħmlu ma niħux gost bihom,+ u s-​sagrifiċċji tagħkom ma tgħaxxaqtx bihom.”+ 21 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova: “Ara, se nqiegħed tfixkil għal dan il-​poplu,+ u huma jitfixklu fih, il-​missirijiet flimkien maʼ l-​ulied; il-​ġâr u sieħbu—dawn se jgħibu.”+

22 Hekk qal Ġeħova: “Ara! Ġej poplu mill-​pajjiż tat-​tramuntana, u hemm ġens kbir li se jitqajjem mill-​iktar partijiet imbegħdin taʼ l-​art.+ 23 In-nies taʼ dan il-​ġens jaqbdu l-​qaws u l-​lanza.*+ Huma kefrin, u ma tiġihom l-​ebda ħasra. Leħinhom se jgħajjat bħall-​baħar,+ u jiġu rekbin fuq iż-​żwiemel.+ Ħadu posthom għall-​battalja kontrik bħal gwerriera, O bint Sijon.”+

24 Smajna r-​rapport dwar dan. Idejna ntelqu.+ Ħakimna n-​niket, uġigħ tal-​ħlas bħal taʼ mara li qed tiled.+ 25 Toħroġx fl-​għalqa, u timxix fit-​triq; għax hemm is-​sejf taʼ l-​għadu, hemm biżaʼ kullimkien.+ 26 O bint il-​poplu tiegħi, tħażżem bl-​ilbies taʼ l-​ixkora+ u tmiegħek fl-​irmied.+ Tnikket bħallikieku għall-​uniku iben, bi lfiq taʼ mrar;+ għax dak li se jħarbatna jiġi fuqna f’daqqa waħda.+

27 “Għamiltek fost il-​poplu tiegħi bħal wieħed li jeżamina l-​metalli, wieħed li jfittex bir-​reqqa; u trid toqgħod attent u teżamina triqithom.+ 28 Ilkoll kemm huma nies mill-​iktar stinati,+ jaġixxu bħal kalunnjaturi+—huma bħal ram aħmar u ħadid. Ilkoll kemm huma jġibu rovina.+ 29 Il-minfaħ+ inħaraq, imma min-​nar li jipproduċi ħareġ iċ-​ċomb.+ Wieħed baqaʼ jirfina bir-​reqqa għalxejn, għax il-​ħżiena ma ġewx mifrudin.+ 30 In-nies se jsejħulhom fidda mwarrba,+ għax Ġeħova warrabhom.”+

7 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, tgħid: 2 “Oqgħod fil-​bieb tad-​dar taʼ Ġeħova, u hemmhekk xandar din il-​kelma,+ u għid, ‘Isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, intom ilkoll f’Ġuda, li deħlin minn dawn il-​bibien biex tmilu quddiem Ġeħova. 3 Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Irranġaw triqatkom u l-​għemejjel tagħkom, u nħallikom tgħixu f’dan il-​post.+ 4 Tafdawx fi kliem qarrieq+ billi tgħidu: ‘It-​tempju taʼ Ġeħova, it-​tempju taʼ Ġeħova, it-​tempju taʼ Ġeħova dan!’ 5 Għax jekk tassew tirranġaw triqatkom u l-​għemejjel tagħkom, jekk tassew tagħmlu l-​ġustizzja bejn bniedem u ieħor,+ 6 jekk ma taħqrux lir-​resident barrani, lit-​tifel bla missier u lill-​armla,+ u ma xxerrdux demm innoċenti f’dan il-​post,+ u ma timxux wara allat oħrajn bi ħsara għalikom,+ 7 jien, min-​naħa tiegħi, inħallikom tgħixu f’dan il-​post, fl-​art li tajt lil missirijietkom, minn żmien indefinit għal żmien indefinit.”’”+

8 “Ara, intom qed tafdaw fi kliem qarrieq, u dan m’hu se jkun t’ebda benefiċċju.+ 9 Tistgħu intom tisirqu,+ toqtlu,+ tagħmlu adulterju,+ taħilfu falz,+ toffru lil Bagħal id-​duħħan tas-​sagrifiċċji,+ u timxu wara allat oħrajn li ma kontux tafu bihom,+ 10 u mbagħad tiġu u toqogħdu quddiemi f’din id-​dar li ssejjaħ ismi fuqha,+ u tgħidu, ‘Aħna żgur se ninħelsu,’ minkejja li tagħmlu dawn l-​affarijiet mistkerrhin kollha? 11 Jaqaw din id-​dar li ssejjaħ ismi fuqha+ saret għar tal-​ħallelin f’għajnejkom?+ Ara, jien stess rajtu dan,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+

12 “‘Madankollu, issa, morru fil-​post li kelli f’Silo,+ fejn fil-​bidu qegħedt ismi jgħammar fih,+ u araw x’għamiltlu minħabba l-​ħażen tal-​poplu tiegħi Israel.+ 13 U issa, talli bqajtu tagħmlu dawn l-​għemejjel kollha,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u talli ma smajtux+ avolja kellimtkom kemm-il darba, u kont inbakkar fil-​għodu biex inkellimkom,+ u talli ma wiġibtux+ avolja bqajt insejħilkom, 14 jien se nagħmel lid-​dar li ssejjaħ ismi fuqha,+ li intom qed tafdaw fiha,+ u lill-​post li tajt lilkom u lil missirijietkom, bħalma għamilt lil Silo.+ 15 U nkeċċikom minn quddiem wiċċi,+ bħalma keċċejt lil ħutkom kollha, ulied Efrajm kollha.’+

16 “U int, titlobx għal dawn in-​nies, u tgħajjatx bil-​ħrara għan-​nom tagħhom jew titlob għalihom u lanqas tissupplikani,*+ għax ma nisimgħekx.+ 17 M’intix tara x’inhuma jagħmlu fil-​bliet taʼ Ġuda u fit-​toroq taʼ Ġerusalemm?+ 18 L-ulied qed jiġbru l-​ħatab, u l-​missirijiet qed iqabbdu n-​nar, u n-​nisa tagħhom qed jagħġnu l-​għaġina tad-​dqiq sabiex jagħmlu l-​ftajjar tas-​sagrifiċċji għas-​‘sultana tas-​semaʼ;+ u qed iferrgħu l-​offerti tax-​xorb+ lil allat oħrajn biex joffenduni.+ 19 ‘Lili qed joffendu?’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+ ‘Mhux lilhom infushom, biex iħammru wiċċhom?’+ 20 Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara! Ir-​rabja u l-​korla tiegħi qed jitferrgħu fuq dan il-​post,+ fuq il-​bnedmin u fuq l-​annimali domestiċi, u fuq is-​siġar tar-​rabaʼ+ u fuq il-​frott taʼ l-​art; u taqbad, u ma tintefiex.’+

21 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Żidu l-​offerti sħaħ tal-​ħruq mas-​sagrifiċċji tagħkom u kulu l-​laħam.+ 22 Għax meta ħriġt lil missirijietkom mill-​art taʼ l-​Eġittu jien la kellimthom u lanqas ikkmandajthom dwar l-​offerti sħaħ tal-​ħruq u s-​sagrifiċċji.+ 23 Imma din kienet il-​kelma li kkmandajthom jagħmlu: “Obdu minn leħni,+ u jien insir Alla tagħkom,+ u intom issiru l-​poplu tiegħi; u imxu fit-​triq kollha+ li nikkmandakom, sabiex jaħbtilkom tajjeb.”’+ 24 Imma huma ma semgħux u lanqas taw widen,+ imma komplew jimxu skond il-​pjanijiet u l-​ebusija taʼ qalbhom il-​ħażina,+ u b’hekk baqgħu sejrin lura u mhux ’il quddiem,+ 25 minn dakinhar li missirijietkom ħarġu mill-​art taʼ l-​Eġittu sa llum.+ U jien bqajt nibagħtilkom lill-​qaddejja kollha tiegħi l-​profeti; kuljum kont inbakkar u nibgħathom.+ 26 Iżda ma semgħux minni, u ma tawnix widen,+ imma baqgħu jwebbsu rashom.*+ Aġixxew agħar minn missirijiethom!+

27 “U tgħidilhom dan il-​kliem kollu,+ imma huma ma jagħtukx widen; u ssejħilhom, imma ma jwiġbukx.+ 28 U għidilhom, ‘Dan hu l-​ġens li niesu m’obdewx leħen Ġeħova Alla tagħhom,+ u ma laqgħux id-​dixxiplina.+ Il-​fedeltà għabet, u telqet minn fommhom.’+

29 “Qarweż xagħrek li ħallejt jitwal u armih,+ u semmaʼ għanja taʼ niket fuq l-​għoljiet għerjin,+ għax Ġeħova ċaħad+ lill-​ġenerazzjoni li hu tant irrabjat għaliha u se jabbandunaha.+ 30 ‘Għax ulied Ġuda għamlu dak li hu ħażin f’għajnejja,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘Poġġew l-​affarijiet moqżieża tagħhom fid-​dar li ssejjaħ ismi fuqha sabiex iniġġsuha.+ 31 U bnew il-​postijiet għall-​qima* f’Tofet,+ fil-​wied taʼ bin Ħinnom,+ sabiex jaħarqu fin-​nar lil uliedhom subien u bniet,+ ħaġa li jien ma kkmandajthomx jagħmlu u li lanqas biss għaddietli minn moħħi.’*+

32 “‘Għaldaqstant, ara, ġejjin jiem,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘meta ma jissejjaħx iktar Tofet u wied bin Ħinnom, imma wied il-​qatla;+ u jkollhom jidfnu f’Tofet anki jekk ma jkunx hemm iktar wisaʼ.+ 33 U l-​iġsma mejtin taʼ dan il-​poplu jsiru ikel għall-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u għall-​bhejjem taʼ l-​art, u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.+ 34 U fil-​bliet taʼ Ġuda u fit-​toroq taʼ Ġerusalemm insikket leħen il-​ferħ u leħen l-​hena, leħen l-​għarus u leħen l-​għarusa;+ għax il-​pajjiż ma jsir xejn għajr ħerba.’”+

8 “F’dak iż-​żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “in-​nies jaqilgħu l-​għadam tas-​slaten taʼ Ġuda u l-​għadam tal-​prinċpijiet tagħha u l-​għadam tal-​qassisin u l-​għadam tal-​profeti u l-​għadam tan-​nies taʼ Ġerusalemm mill-​oqbra tagħhom.+ 2 U jifirxuh taħt ix-​xemx u l-​qamar u l-​armata kollha tas-​smewwiet li huma ħabbew u qdew u mxew warajhom,+ u li daru lejhom u mielu quddiemhom.+ La jinġabar u lanqas jindifen, imma jsir bħal demel fuq wiċċ l-​art.”+

3 “U dawk kollha li jibqgħu ħajjin mill-​fdal taʼ din il-​familja ħażina se jippreferu l-​mewt iktar mill-​ħajja,+ kulfejn ikunu qed jgħammru, kulfejn inkun xerridthom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.

4 “U għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova: “Jekk jaqgħu ma jerġgħux iqumu?+ Jekk idur lura wieħed, ma jdurx lura l-​ieħor ukoll?+ 5 Għala ma jurix fedeltà dan il-​poplu taʼ Ġerusalemm, u jibqaʼ sejjer hekk? Iggranfaw mal-​qerq+ u ma jridux iduru lura.+ 6 Jien qgħadt attent+ u qgħadt nismaʼ.+ Huma ma kinux qed jitkellmu sewwa. Ma kienx hemm bniedem wieħed li nidem minn ħżunitu+ u qal, ‘X’għamilt?’ Kulħadd qed jerġaʼ lura lejn it-​triq l-​iktar popolari,+ bħal żiemel li jitlaq jiġri għall-​battalja. 7 Anki ċ-​ċikonja fis-​smewwiet taf meta jkun żmienha;+ il-​gamiema,+ ir-​rundun, u l-​bulbul iħarsu ż-​żmien meta għandhom jiġu. Imma l-​poplu tiegħi m’għarafx iż-​żmien tal-​ġudizzju taʼ Ġeħova.”’+

8 “‘Kif tistgħu tgħidu: “Aħna għorrief, u l-​liġi taʼ Ġeħova hi magħna”?+ Ara, issa m’hemmx dubju li l-​pinna giddieba+ tas-​segretarji ħadmet bil-​qerq. 9 L-għorrief stħaw.+ Twerwru u se jinqabdu. Ara! Huma ċaħdu kelmet Ġeħova, u issa x’għerf għandhom?+ 10 Għalhekk, nagħti n-​nisa tagħhom lil irġiel oħrajn, u l-​għelieqi tagħhom lil dawk li jaħtfuhom taħt idejhom;+ għax ilkoll kemm huma, mill-​iżgħar sa l-​akbar wieħed, qed jagħmlu qligħ inġust;+ mill-​profeta sal-​qassis, ilkoll qed jaġixxu bil-​qerq.+ 11 U huma jipprovaw ifejqu ħafif ħafif lil bint il-​poplu tiegħi mill-​ġerħa tagħha,+ billi jgħidu: “Hemm il-​paċi! Hemm il-​paċi!” meta m’hemm l-​ebda paċi.+ 12 Stħaw huma għax għamlu dak li kien mistkerrah?+ L-​ewwelnett, huma assolutament ma jistħu minn xejn; u iżjed minn hekk, lanqas biss tgħallmu kif iħossuhom umiljati.+

“‘Għaldaqstant, huma għad jaqgħu fost dawk li qed jaqgħu. Jitfixklu meta jasal iż-​żmien li nikkastigahom,’+ qal Ġeħova.+

13 “‘Meta niġborhom, neqridhom,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.+ ‘Ma jkunx hemm għeneb fid-​dielja,+ u lanqas tin fit-​tina, u l-​weraq jidbiel. U l-​affarijiet li nagħtihom jgħaddu għand ħaddieħor.’”

14 “Aħna għala qegħdin bil-​qiegħda ma nagħmlu xejn? Ejjew ninġabru u nidħlu fil-​bliet fortifikati+ ħa mmutu hemmhekk. Għax Ġeħova Alla tagħna kkundannana għall-​qerda,+ u jagħtina ilma vvelenat x’nixorbu,+ peress li aħna dnibna kontra Ġeħova. 15 Ittamajna għall-​paċi, imma ma ġie xejn tajjeb;+ għal żmien taʼ fejqan, imma ara, biżaʼ kbir ġie!+ 16 Iż-żwiemel tiegħu nstemgħu jonfħu minn Dan.+ Għall-​ħoss taż-​żwiemel tiegħu jiżhru, il-​pajjiż kollu beda jitriegħed.+ U huma jiġu u jibilgħu l-​pajjiż b’kulma fih, il-​belt u lil min jgħammar fiha.”

17 “Għax, ara, qed nibgħat fostkom sriep, sriep velenużi,+ li m’hemmx seħer għalihom,+ u jigdmukom,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

18 Fuqi ġie niket li m’hemmx fejqan għalih.+ Qalbi marida. 19 Tinstemaʼ l-​għajta għall-​għajnuna taʼ bint il-​poplu tiegħi minn pajjiż ’il bogħod:+ “Mhux f’Sijon qiegħed Ġeħova?+ Mhux fiha s-​sultan tagħha?”+

“Għalfejn offendewni bix-​xbihat minquxin tagħhom, bl-​allat barranin u fiergħa tagħhom?”+

20 “Il-​ħsad għadda, is-​sajf spiċċa; imma aħna ma ġejniex salvati!”+

21 Inħossni mkisser+ minħabba l-​ġerħa taʼ bint il-​poplu tiegħi.+ Qabadni swied taʼ qalb. Bqajt miblugħ.+ 22 Jaqaw m’hemmx balzmu f’Gilegħad?+ Jew m’hemm ħadd min ifejjaq hemmhekk?+ Mela, għala ma rkupratx+ bint il-​poplu tiegħi?+

9 O li kieku rasi kienet ilma, u għajnejja nixxiegħa taʼ dmugħ!+ Kieku lejl u nhar kont inkun nistaʼ nibki għall-​maqtulin taʼ bint il-​poplu tiegħi.+

2 O li kieku kelli post fejn noqgħod fix-​xagħri bħal min jivvjaġġa!+ Kieku, kont inħalli lill-​poplu tiegħi u nitbiegħed minnhom, għax huma lkoll adulteri,+ ġemgħa taʼ tradituri;+ 3 u bil-​gideb jgħawġu lsienhom bħal qaws.+ Fil-​pajjiż ma kinux magħrufin għall-​fedeltà tagħhom.

“Minn ħażen għal ħażen marru, u lili ma tawx kasi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

4 “Ħa joqgħod attent kull wieħed minnkom minn sieħbu stess,+ u lanqas lil ħukom m’għandkom tafdaw.+ Għax żgur li anki l-​aħwa jkunu lesti jieħdu post xulxin bil-​qerq,+ u kull ħabib jaġixxi bħal kalunnjatur,+ 5 u kull wieħed jibqaʼ jwaqqaʼ għaċ-​ċajt lil sieħbu;+ u ħadd minnhom ma jgħid il-​verità. Lil ilsienhom għallmuh jgħid il-​gideb.+ Għejjew lilhom infushom jagħmlu l-​ħażen.+

6 “Int qiegħed bil-​qiegħda f’nofs il-​qerq.+ Minħabba l-​qerq ma ridux ikunu jafuni,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

7 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Ara, qed indewwibhom fin-​nar, u rrid niflihom,+ għax nistaʼ jien nagħmel mod ieħor maʼ bint il-​poplu tiegħi?+ 8 Ilsienhom vleġġa qattiela.+ Qerq jgħid. B’fommu, wieħed jitkellem maʼ sieħbu bil-​paċi; imma mbagħad f’qalbu jlestilu nasba.”+

9 “M’għandix jien nitlob kont minnhom minħabba dawn l-​affarijiet?” hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Jew m’għandhiex ruħi titħallas minn ġens bħal dan?+ 10 Għall-muntanji nibki u nnewwaħ,+ u għall-​mergħat tax-​xagħri ngħanni għanja taʼ niket; għax se jinħarqu+ u ħadd ma jgħaddi minnhom u n-​nies ma jisimgħux iktar il-​ħoss taʼ l-​imrieħel.+ Kemm il-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u kemm il-​bhejjem ikunu ħarbu, għosfru.+ 11 U lil Ġerusalemm nagħmilha borġ ġebel,+ il-​bejta tax-​xakalli;+ u l-​bliet taʼ Ġuda nagħmilhom art abbandunata, mingħajr abitanti.+

12 “Min hu dak ir-​raġel għaref li jistaʼ jifhem dan, dak li fomm Ġeħova qallu x’jgħid?+ Għalfejn għandu jinqered il-​pajjiż, jinħaraq bħax-​xagħri biex ħadd ma jgħaddi minnu?”+

13 U Ġeħova qal: “Minħabba li telqu l-​liġi tiegħi, li tajthom biex tkun quddiemhom, u minħabba li m’obdewx minn leħni u ma mxewx magħha,+ 14 imma baqgħu jimxu wara l-​ebusija taʼ qalbhom+ u wara x-​xbihat taʼ Bagħal,+ li għallmuhom dwarhom missirijiethom;+ 15 hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ara, lin-​nies taʼ dan il-​poplu se nitmagħhom pjanta morra,*+ u nagħtihom jixorbu ilma vvelenat;+ 16 u nxerridhom fost il-​ġnus li la huma u lanqas missirijiethom ma kienu jafuhom,+ u nibagħtilhom warajhom is-​sejf sa ma nkun qridthom għalkollox.’+

17 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Uru li qed tifhmu, u sejħu lin-​nisa li jgħannu l-​għanjiet taʼ niket,+ sabiex jiġu; u ibagħtu wkoll għan-​nisa tas-​sengħa, sabiex jiġu huma wkoll,+ 18 ħa jgħaġġlu u jgħannulna għanja taʼ tinwiħ. U d-​dmugħ jinżel minn għajnejna u dawn isiru jleqqu bl-​ilma li jgelgel minnhom.+ 19 Għax minn Sijon instemaʼ l-​ħoss tat-​tinwiħ:+ “Kif ġejna rovinati!+ Kemm stħajna! Kellna nitilqu mill-​pajjiż, għax ġarrfulna djarna.”+ 20 Imma isimgħu, O nisa, il-​kelma taʼ Ġeħova, u ħa jilqgħu widnejkom il-​kelma taʼ fommu. Imbagħad għallmu lill-​bniet tagħkom għanja taʼ tinwiħ,+ u kull mara tgħallem lil seħbitha għanja taʼ niket.+ 21 Għax il-​mewt daħlet mit-​twieqi tagħna; daħlet fit-​torrijiet fejn ngħammru, sabiex teqred lit-​tfal mit-​toroq, liż-​żgħażagħ mill-​pjazez.’+

22 “Għid, ‘Din hija l-​kelma taʼ Ġeħova: “L-​iġsma mejtin tal-​bnedmin jaqgħu bħal demel fuq wiċċ ir-​rabaʼ u bħal ringiela qmuħ li jkunu għadhom kif inqatgħu u jitħallew mill-​ħassâd bla ma jinġabru minn ħadd.”’”+

23 Hekk qal Ġeħova: “Ħa ma jiftaħarx l-​għaref bl-​għerf tiegħu,+ u ħa ma jiftaħarx is-​setgħan bis-​setgħa tiegħu.+ Ħa ma jiftaħarx l-​għani bl-​għana tiegħu.”+

24 “Imma min jiftaħar ħa jiftaħar b’dan: li jifhimni+ u għandu l-​għarfien dwari, li jien Ġeħova,+ Dak li juri l-​qalb tajba bl-​imħabba, il-​ġustizzja u s-​sewwa fuq l-​art;+ għax b’dawn l-​affarijiet nitgħaxxaq,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

25 “Ara! Ġej żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “meta nitlob kont minn kulmin hu ċirkonċiż imma m’huwiex ċirkonċiż tassew,+ 26 mill-Eġittu,+ minn Ġuda,+ minn Edom,+ minn ulied Għammon,+ minn Mowab,+ u minn dawk kollha li jqaxxru xagħar ngħashom u li jgħixu fix-​xagħri;+ għax l-​ebda ġens m’hu ċirkonċiż, u ħadd minn dar Israel m’hu ċirkonċiż f’qalbu.”+

10 Isimgħu l-​kelma li Ġeħova tkellem kontrikom, O dar Israel. 2 Hekk qal Ġeħova: “Titgħallmux timxu fi triq il-​ġnus,+ u titwerwrux mis-​sinjali tas-​smewwiet, għax il-​ġnus jitwerwru minnhom.+ 3 Id-drawwiet tal-​popli+ huma biss bħal nifs. Wieħed ikun qataʼ sempliċi siġra+ mill-​foresta, xogħol idejn il-​bniedem tas-​sengħa li jonqoxha bl-​għodda* tiegħu.+ 4 Iżejjinha bil-​fidda u bid-​deheb.+ Bl-​imsiemer u bl-​imrietel jitwaħħlu biex ma jitħarrkux.+ 5 Huma bħal raġel tat-​tiben* f’għalqa tal-​ħjar, u ma jistgħux jitkellmu.+ Bilfors ikollhom jintrefgħu, għax ma jistgħux jagħmlu pass.+ Tibżgħux minnhom, għax ma jistgħux jagħmlu ħsara, u iżjed minn hekk, lanqas ġid ma jistgħu jagħmlu.”+

6 M’hemm ħadd bħalek, O Ġeħova.+ Int kbir, u ismek hu kbir u setgħan.+ 7 Min m’għandux jibżaʼ minnek,+ O Sultan tal-​ġnus?+ Int jistħoqqlok dan il-​biżaʼ, għax m’hemm ħadd bħalek fost l-​għorrief kollha tal-​ġnus u fost is-​slaten kollha tagħhom.+ 8 U fl-​istess ħin dawn juru li huma bla raġuni u stupidi.+ Kulma tagħmel is-​siġra hu li tħeġġiġhom ifittxu l-​frugħa.+ 9 Minn Tarsis+ tinġieb fidda maħduma fi pjanċi, u minn Ufaż+ id-​deheb, xogħol idejn il-​bniedem tas-​sengħa u l-​ħaddiem fil-​metall. L-​ilbies hu magħmul minn ħajt blu u suf miżbugħ vjola ħamrani. Kollox xogħol idejn in-​nies tas-​sengħa.+

10 Imma Ġeħova tassew hu Alla.+ Hu l-​Alla l-​ħaj+ u s-​Sultan taʼ l-​eternità.*+ Għar-​rabja tiegħu, l-​art titriegħed+ u l-​ebda ġens ma jiflaħ għall-​kundanna tiegħu.+ 11 Dan għidulhom: “L-​allat+ li m’għamlux is-​smewwiet u l-​art huma dawk li se jinqerdu minn fuq l-​art+ u minn taħt dawn is-​smewwiet.” 12 Hu Dak li għamel l-​art bil-​qawwa tiegħu,+ li b’għerfu waqqaf l-​art produttiva fis-​sod,+ u li bl-​intelliġenza tiegħu firex is-​smewwiet.+ 13 Mal-ħoss taʼ leħnu, l-​ilmijiet fis-​smewwiet ikarwtu;+ hu jtellaʼ l-​fwar minn tarf l-​art.+ Għamel ukoll bibien għax-​xita,+ u joħroġ ir-​riħ mill-​imħażen tiegħu.+

14 Kulħadd aġixxa bla raġuni għalkollox, u b’hekk wera li ma jaf xejn.+ Kulmin jaħdem fil-​metall jistħi minħabba x-​xbieha skolpita;+ għax ix-​xbihat li għamel minn metall imdewweb huma gidba,+ u m’hemm l-​ebda spirtu fihom.+ 15 Huma frugħa, xogħol tad-​daħq.+ Meta jasal iż-​żmien li nitfaʼ l-​attenzjoni tiegħi fuqhom, se jinqerdu.+

16 Is-Sehem taʼ Ġakobb m’huwiex bħal dawn,+ għax hu Dak li sawwar kollox,+ u Israel hu l-​bastun tal-​wirt tiegħu.+ Ġeħova taʼ l-​armati jismu.+

17 Iġbor is-​sorra tiegħek mill-​art,+ O mara li qed tgħix fit-​tbatija.+ 18 Għax hekk qal Ġeħova: “Ara, din id-​darba qed inwaddab ’il barra lill-​abitanti taʼ l-​art bħal bi żbandola,+ u se nġegħelhom jitnikktu sabiex ikunu jafu.”+

19 Gwaj għalija minħabba l-​ġerħa tiegħi!+ Il-​ferita tiegħi bla fejqan. U jien għedt: “Żgur li din hi l-​marda tiegħi, u jkolli nġorrha.+ 20 It-tinda tiegħi tħarbtet, u l-​ħbula tat-​tinda tiegħi lkoll ġew fi tnejn.+ Uliedi stess telquni, u m’għadhomx iżjed.+ Ma baqaʼ ħadd iktar biex jiftaħ it-​tinda tiegħi jew biex itellagħli d-​drapp tat-​tinda. 21 Għax ir-​rgħajja aġixxew bla raġuni,+ u lanqas lil Ġeħova ma fittxew.+ Għalhekk m’aġixxewx bid-​dehen, u nxterdu l-​imrieħel kollha li kellhom jirgħu.”+

22 Ismaʼ! Waslet aħbar! Waslet, flimkien maʼ damdim kbir mill-​pajjiż tat-​tramuntana,+ sabiex il-​bliet taʼ Ġuda jintgħamlu art abbandunata, il-​bejta tax-​xakalli.+

23 Jien naf, O Ġeħova, li triq il-​bniedem m’hijiex f’idejh. Lanqas min jimxi ma jistaʼ jidderieġi l-​passi tiegħu.+ 24 Ikkoreġini, O Ġeħova, iżda bil-​ġudizzju ġust tiegħek;+ mhux fir-​rabja tiegħek,+ li ma ġġibnix fix-​xejn.+ 25 Ferraʼ l-​korla tiegħek fuq il-​ġnus+ li injorawk,+ u fuq il-​familji li ma sejħux ismek.+ Għax huma belgħu lil Ġakobb.+ Iva, belgħuh, u qed ikomplu jeqirduh għalkollox;+ u l-​post fejn jgħammar għamluh ħerba.+

11 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, tgħid: 2 “Isimgħu l-​kliem taʼ dan il-​patt!”

“U tkellem+ man-​nies taʼ Ġuda u l-​abitanti taʼ Ġerusalemm, 3 u għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel: “Misħut il-​bniedem li ma jismax mill-​kliem taʼ dan il-​patt,+ 4 li kkmandajt lil missirijietkom meta ħriġthom mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ mill-​forn tal-​ħadid,+ u għedtilhom, ‘Obdu minn leħni, u agħmlu skond dak kollu li nikkmandakom;+ u ssiru l-​poplu tiegħi u jien insir Alla tagħkom,+ 5 sabiex inwettaq il-​ħalfa li ħlift lil missirijietkom,+ li nagħtihom art li tnixxi ħalib u għasel,+ bħalma qed nagħmel illum.’”’”

U jien wiġibt u għedt: “Amen, O Ġeħova.”

6 Imbagħad Ġeħova qalli: “Xandar dan il-​kliem kollu fil-​bliet taʼ Ġuda u fit-​toroq taʼ Ġerusalemm,+ u għid, ‘Isimgħu l-​kliem taʼ dan il-​patt, u wettquh.+ 7 Għax lil missirijietkom bqajt inwissihom solennement minn dakinhar li ħriġthom mill-​art taʼ l-​Eġittu+ sa llum, u kont inbakkar fil-​għodu biex inwissihom u ngħidilhom: “Obdu minn leħni.”+ 8 Imma huma ma semgħux u lanqas taw widen,+ iżda komplew jimxu lkoll fl-​ebusija taʼ qalbhom il-​ħażina;+ u għalhekk ġibt fuqhom il-​kliem kollu taʼ dan il-​patt li kkmandajthom jagħmlu, imma li huma min-​naħa tagħhom ma wettquhx.’”

9 Iktar minn hekk, Ġeħova qalli: “In-​nies taʼ Ġuda u l-​abitanti taʼ Ġerusalemm qed jikkonfoffaw kontrija.+ 10 Huma reġgħu lura għall-​iżbalji taʼ missirijiethom,+ li kienu l-​ewwel li ma ridux jobdu kliemi, imma li mxew wara allat oħrajn biex jaqduhom.+ Dar Israel u dar Ġuda kisru l-​patt li jien għamilt maʼ missirijiethom.+ 11 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, ‘Ara, se nġib gwaj fuqhom+ li ma jkunux jistgħu jeħilsu minnu;+ u jsejħuli għall-​għajnuna imma jien ma nismagħhomx.+ 12 U l-​bliet taʼ Ġuda u l-​abitanti taʼ Ġerusalemm ikollhom imorru jgħajtu għall-​għajnuna lill-​allat li qed joffrulhom id-​duħħan tas-​sagrifiċċji,+ imma dawn żgur mhux se jsalvawhom fi żmien il-​gwaj.+ 13 Għax sar għandek allat daqskemm għandek bliet, O Ġuda;+ u daqskemm hawn toroq f’Ġerusalemm waqqaftu artali għal dik il-​ħaġa taʼ mistħija,+ artali biex toffru lil Bagħal id-​duħħan tas-​sagrifiċċji.’+

14 “U int, titlobx għal dawn in-​nies, u tgħajjatx bil-​ħrara għan-​nom tagħhom jew titlob għalihom,+ għax mhux se nismagħhom meta jgħajtuli minħabba l-​gwaj tagħhom.+

15 “X’qed tagħmel il-​maħbuba tiegħi f’dari,+ meta ħafna min-​nies qed iwettqu dan+ il-​pjan mill-​agħar?+ U jistgħu huma bil-​laħam qaddis li joffru jbiegħdu l-​gwaj minnek+ meta dan jiġi fuqek? Se tifraħ f’dak iż-​żmien?+ 16 ‘Siġra taż-​żebbuġ tħaddar, sabiħa bi frottok u f’surtek,’ hekk semmiek Ġeħova.+ Imma kien hemm ħoss qawwi u hu qabbad nar għal fuqha, u l-​friegħi tagħha nkisrulha.+

17 “U Ġeħova taʼ l-​armati, Dak li ħawlek,+ iddikjara gwaj kontrik minħabba l-​ħażen li dar Israel+ u dar Ġuda għamlu biex joffenduni, bid-​duħħan tas-​sagrifiċċji li offrew lil Bagħal.”+

18 U Ġeħova għarrafni b’dan sabiex inkun naf. Dak iż-​żmien int urejtni l-​għemejjel tagħhom.+ 19 U jien kont bħal ħaruf ġwejjed li jinġieb għall-​qatla,+ u ma kontx naf li l-​pjanijiet li kienu qed ifasslu kienu kontrija,+ meta kienu jgħidu: “Ejjew neqirdu s-​siġra bil-​frott tagħha; ejjew inqaċċtuh mill-​art tal-​ħajjin,+ sabiex ismu ma jitfakkarx iżjed.” 20 Imma Ġeħova taʼ l-​armati qed jiġġudika bis-​sewwa;+ qed jeżamina l-​kliewi u l-​qalb.+ Ħallini nara l-​vendetta tiegħek fuqhom, għax lilek urejt il-​kawża legali tiegħi.+

21 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova kontra n-​nies t’Għanatot+ li qed jipprovaw jiħduli ħajti u jgħidu: “Tipprofetizzax f’isem Ġeħova,+ għax tmut taħt idejna”; 22 għalhekk, dan qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Ara, se nitlob kont minnhom. Iż-​żgħażagħ imutu bis-​sejf.+ Uliedhom subien u bniet imutu bil-​ġuħ.+ 23 U ma jifdal ħadd minnhom, għax inġib gwaj fuq in-​nies t’Għanatot,+ fis-​sena li nitlob kont minnhom.”+

12 Int ġust,+ O Ġeħova, meta nsemmagħlek l-​ilment tiegħi, iva, meta nitkellem miegħek dwar il-​ġudizzji tiegħek. Iżda, il-​ħżiena għala rnexxew,+ u għala ħadd mit-​tradituri m’għandu inkwiet? 2 Int ħawwilthom u huma qabbdu l-​għeruq. Komplew sejrin ’il quddiem, u taw ukoll il-​frott. Int qrib fuq fommhom, imma ’l bogħod minn qalbhom.*+ 3 U int, O Ġeħova, lili tafni sew;+ int tarani, u eżaminajtli qalbi biex tara hix marbuta miegħek.+ Agħżilhom bħal nagħaġ għall-​qatla,+ u warrabhom għal jum il-​qtil. 4 Kemm se ddum tiddgħajjef l-​art,+ u jinxef il-​ħaxix kollu tar-​rabaʼ?+ Minħabba l-​ħażen taʼ dawk li jgħammru fiha nqerdu l-​bhejjem u t-​tjur.+ Għax huma qalu: “Hu ma jarahx il-​futur tagħna.”

5 Jekk għejejt tiġri man-​nies, mela kif tistaʼ ttellaq maż-​żwiemel?+ Jekk tħossok fiduċjuż f’pajjiż fejn hemm il-​paċi,+ x’se tagħmel fl-​imsaġar folti taʼ mal-​Ġordan?+ 6 Għax saħansitra ħutek u dar missierek aġixxew miegħek bi tradiment.+ Anki huma ġew jgħajtu kemm jifilħu warajk. Tafdahomx sempliċement għax jgħidulek kliem sabiħ.+

7 “Tlaqt lil dari;+ abbandunajt il-​wirt tiegħi;+ irħejt il-​maħbuba tiegħi* f’idejn l-​għedewwa tagħha.+ 8 Hi, il-​wirt tiegħi, saret għalija bħal iljun fil-​foresta. Għolliet leħinha kontrija. Għalhekk bgħadtha.+ 9 Għalija, il-​wirt tiegħi+ hu bħal għasfur tal-​priża b’ħafna lwien; l-​għasafar tal-​priża jduru għalih.+ Ejjew, inġabru flimkien, bhejjem salvaġġi kollha tar-​rabaʼ; ġibuhom ħa jieklu.+ 10 Bosta rgħajja+ ħarbtu l-​għalqa tad-​dwieli tiegħi;+ għaffġuli sehmi taħt saqajhom.+ Sehmi, li tant kien sabiħ,+ ġabuhuli xagħri abbandunat. 11 Sar art abbandunata;+ nixef u ġie abbandunat.+ Il-​pajjiż kollu ġie abbandunat, għax ħadd ma ħa l-​affarijiet bis-​serjetà.+ 12 Dawk li ħarbtu l-​pajjiż ġew fil-​passaġġi kollha tax-​xagħri. Għax is-​sejf taʼ Ġeħova qed jiblaʼ lin-​nies minn tarf sa tarf tal-​pajjiż.+ L-​ebda ħliqa ħajja m’għandha sliem. 13 Żergħu l-​qamħ, imma ħasdu x-​xewk.+ Infilġu bix-​xogħol għalxejn.+ U jkollhom jistħu bil-​prodotti tagħhom tar-​rabaʼ minħabba r-​rabja taħraq taʼ Ġeħova.”

14 Hekk qal Ġeħova: “Lill-​ġirien ħżiena tiegħi kollha,+ li qed imissu l-​wirt li jien tajt lill-​poplu tiegħi, iva, lil Israel,+ ara, qed naqlagħhom minn arthom;+ u d-​dar taʼ Ġuda naqlagħha minn ġo nofshom.+ 15 U jiġri li wara li nkun qlajthom mill-​għeruq jien nerġaʼ nħenn għalihom+ u nġibhom lura, kulħadd lejn wirtu u kulħadd lejn artu.”+

16 “U jiġri li jekk jitgħallmu sew it-​triqat tal-​poplu tiegħi billi jaħilfu b’ismi,+ ‘Daqskemm Ġeħova hu ħaj!’ bħalma huma għallmu lill-​poplu tiegħi jaħilfu b’Bagħal,+ huma wkoll ikollhom post f’nofs il-​poplu tiegħi.+ 17 Imma jekk ma jobdux, jien naqlaʼ wkoll lil dak il-​ġens mill-​għeruq, naqilgħu u neqirdu,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

13 Hekk qalli Ġeħova: “Mur sib ċinturin taʼ l-​għażel u dawru maʼ ġenbejk imma tressqux lejn l-​ilma.” 2 Għalhekk, mort inġib ċinturin fi qbil mal-​kelma taʼ Ġeħova u dawwartu maʼ ġenbejja. 3 U l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi għat-​tieni darba, tgħid: 4 “Ħu ċ-​ċinturin li għandek imdawwar maʼ ġenbejk, u qum, u mur lejn l-​Ewfrat,+ u aħbih hemm f’xi xaqq fil-​blat.” 5 Għalhekk, mort u ħbejtu ħdejn l-​Ewfrat, bħalma kien ikkmandani Ġeħova.

6 Imma ġara li wara ħafna żmien, Ġeħova qalli: “Qum, mur lejn l-​Ewfrat, u ħu lura ċ-​ċinturin li kont ikkmandajtek taħbi hemmhekk.” 7 Għaldaqstant mort lejn l-​Ewfrat u ħaffirt u ħadt iċ-​ċinturin minfejn kont ħbejtu, u, ara, iċ-​ċinturin kien rovinat; ma kien tajjeb għal xejn.

8 Imbagħad il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 9 “Hekk qal Ġeħova, ‘Bl-​istess mod se nġib f’rovina l-​kburija taʼ Ġuda+ u l-​kburija bla qjies taʼ Ġerusalemm. 10 Dawn in-​nies ħżiena li ma jridux jobdu kliemi,+ li mexjin fl-​ebusija taʼ qalbhom,+ u li jibqgħu jimxu wara allat oħrajn sabiex jaqduhom u jmilu quddiemhom,+ se jsiru wkoll bħal dan iċ-​ċinturin li m’hu tajjeb għal xejn.’ 11 ‘Għax bħalma ċinturin jintrabat mal-​ġenbejn taʼ raġel, hekk jien ġegħelt lid-​dar kollha taʼ Israel u lid-​dar kollha taʼ Ġuda jintrabtu miegħi,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘sabiex isiru għalija poplu+ u isem+ u tifħir u xi ħaġa sabiħa; imma huma m’obdewx.’+

12 “U int għidilhom din il-​kelma, ‘Dan qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel: “Kull ġarra kbira timtela bl-​inbid.”’+ U huma jgħidulek, ‘Ma nafux aħna li kull ġarra kbira timtela bl-​inbid?’ 13 U int għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ara, jien nimla bis-​sokor lill-​abitanti kollha taʼ dan il-​pajjiż u lis-​slaten li qegħdin fuq it-​tron taʼ David+ u lill-​qassisin u lill-​profeti u lill-​abitanti kollha taʼ Ġerusalemm.+ 14 U nħabbathom flimkien, kemm il-​missirijiet u kemm l-​ulied, u nkissirhom f’daqqa,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “La nuri mogħdrija, u lanqas inħossni mnikket, u mhix se tiġini ħniena minnhom, imma żgur neqridhom.”’+

15 “Isimgħu, u agħtu widen. Tkunux suppervi,+ għax tkellem Ġeħova.+ 16 Agħtu glorja lil Ġeħova Alla tagħkom,+ qabel iġib id-​dlam+ u qabel saqajkom jitfixklu fuq il-​muntanji meta jkun riesaq il-​lejl.+ U intom tittamaw għad-​dawl,+ u hu jagħmlu swidija;+ se jibdlu fi dlam kbir.+ 17 U jekk ma tisimgħux,+ ruħi tibki fil-​moħbi minħabba din il-​kburija u żgur ixxerred id-​dmugħ; u d-​dmugħ jinżel minn għajnejja,+ għax il-​merħla+ taʼ Ġeħova tkun ittieħdet fil-​jasar.

18 “Għid lis-​sultan u lis-​sultana omm,+ ‘Poġġu f’post iktar baxx,+ għax il-​kuruna sabiħa tagħkom se titneħħa minn fuq raskom.’+ 19 Il-bliet tan-​nofsinhar ngħalqu, u m’hemm ħadd biex jiftaħhom. Ġuda kollu ttieħed fl-​eżilju. Ittieħed fl-​eżilju kollu kemm hu.+

20 “Erfaʼ għajnejk u ara lil dawk li ġejjin mit-​tramuntana.+ Fejn hi l-​merħla li ngħatatlek, il-​merħla sabiħa tiegħek?+ 21 X’se tgħid meta dawk stess li fil-​bidu kont għallimthom bħala ħbieb tal-​qalb+ jitfgħu l-​attenzjoni fuqek?+ Ma jaqbdekx l-​uġigħ bħal taʼ mara fil-​ħlas?+ 22 U meta tgħid f’qalbek,+ ‘Għala ġrali hekk?’+ kun af li kien minħabba l-​iżbalji kotrana li għamilt li neżżgħulek id-​dbielet;+ għarqubek ġie trattat ħażin ħafna.

23 “Jistaʼ Kusi+ jbiddel il-​ġilda tiegħu, jew leopard it-​tbajjaʼ tiegħu?+ Kieku intom ukoll tistgħu tagħmlu t-​tajjeb, intom li tgħallimtu tagħmlu l-​ħażin.+ 24 Għalhekk, inxerridhom+ bħat-​tiben* li jtir mar-​riħ mix-​xagħri.+ 25 Dan hu sehmek, il-​kejl li tajtek jien,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “għax int insejtni+ u tibqaʼ tafda fil-​gideb.+ 26 U jien ukoll ngħollilek id-​dbielet fuq wiċċek, u jidher għajbek,+ 27 l-adulterji li għamilt+ u kemm kont tiżher,+ il-​kondotta laxka tiegħek fil-​prostituzzjoni. Fuq l-​għoljiet, fir-​rabaʼ, jien rajthom il-​qżiżijiet tiegħek.+ Gwaj għalik, O Ġerusalemm! Ma tistax tkun nadifa+—kemm se ddum hekk?”+

14 Din kienet il-​kelma taʼ Ġeħova lil Ġeremija dwar in-​nixfa:+ 2 Ġuda tnikket,+ u l-​bibien tiegħu ddgħajfu.+ Intefgħu maʼ l-​art imdejqin,+ u nstemaʼ l-​għajat taʼ Ġerusalemm.+ 3 Il-kbarat bagħtu lil dawk taʼ taħthom għall-​ilma.+ Dawn marru ħdejn il-​ġwiebi, iżda ma sabux ilma.+ Reġgħu lura bil-​ġarar tagħhom vojta. Ġew imġegħlin jistħu,+ kienu diżappuntati, u għattew rashom.+ 4 Minħabba li ma niżlitx xita fil-​pajjiż,+ il-​ħamrija xxaqqet, u l-​bdiewa stħaw u għattew rashom.+ 5 U anki ċ-​ċerva li wildet fir-​rabaʼ kellha titlaq il-​ferħ tagħha, għax ma kienx hemm ħaxix tari. 6 U ż-​żebri+ waqfu fuq l-​għoljiet għerjin, jilhġu għan-​nifs bħax-​xakalli; għajnejhom għajjenin għax m’hemmx ħdura.+ 7 Għalkemm l-​iżbalji tagħna jixhdu kontrina, O Ġeħova, aġixxi minħabba ismek;+ għax l-​atti tagħna taʼ infedeltà kotru;+ kontrik dnibna aħna.+

8 O tama taʼ Israel,+ is-​Salvatur tiegħu+ fi żmien l-​hemm,+ għala qisek resident barrani fil-​pajjiż, bħal vjaġġatur li ġie biex iqattaʼ l-​lejl?+ 9 Għala qisek raġel miblugħ, bħal wieħed setgħan li ma jistaʼ jsalva lil ħadd?+ Imma int qiegħed fostna,+ O Ġeħova, u fuqna ssejjaħ ismek.+ Tiddiżappuntaniex.

10 Hekk qal Ġeħova dwar dan il-​poplu: “Ħadu pjaċir jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn;+ lil saqajhom ma rażżnuhomx.+ Għaldaqstant, Ġeħova xejn ma ħa pjaċir bihom.+ Issa hu se jiftakar l-​iżball tagħhom u jitlob kont taʼ dnubiethom.”+

11 U Ġeħova qalli: “Titlobx li dawn in-​nies jaħbtilhom tajjeb.+ 12 Meta jsumu u jgħajtu bil-​ħrara ma nismagħhomx;+ u meta joffru l-​offerti sħaħ tal-​ħruq u l-​offerti tal-​qmuħ, ma niħux pjaċir bihom;+ għax bis-​sejf u bil-​ġuħ u bil-​pesta se neqridhom.”+

13 Għal dan għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova! Ara, il-​profeti qed jgħidulhom, ‘M’intom se taraw l-​ebda sejf, u l-​ebda ġuħ m’hu ġej fuqkom, imma paċi vera se nagħtikom f’dan il-​post.’”+

14 Imbagħad Ġeħova qalli: “Gideb qed jipprofetizzaw f’ismi l-​profeti.+ Mhux jien bgħatthom, u la kkmandajthom u lanqas kellimthom.+ Viżjoni falza, teħbir, kliem bla siwi,+ u l-​ingann taʼ qalbhom qed jipprofetizzawlkom.+ 15 Għalhekk, dan qal Ġeħova dwar il-​profeti li qed jipprofetizzaw f’ismi mingħajr ma bgħatthom, u li qed jgħidu li l-​ebda sejf jew ġuħ m’hu ġej fuq dan il-​pajjiż, ‘Bis-​sejf u bil-​ġuħ se jinqerdu dawk il-​profeti.+ 16 U n-​nies li qed jisimgħuhom jipprofetizzaw se jispiċċaw mitfugħin ’il barra fit-​toroq taʼ Ġerusalemm minħabba l-​ġuħ u s-​sejf, u ma jkun hemm ħadd biex jidfinhom—lilhom, lin-​nisa tagħhom u lil uliedhom subien u bniet.+ U l-​gwaj li ġabu nferrgħu fuqhom.’+

17 “U għidilhom din il-​kelma, ‘Ħalli għajnejja jxerrdu d-​dmugħ lejl u nhar u ma jiqfux,+ għax il-​verġni, bint il-​poplu tiegħi, tkissret b’tisbita kbira,+ b’ferita fonda li m’hemmx fejqan għaliha.+ 18 Jekk noħroġ fir-​rabaʼ, nara lill-​maqtulin bis-​sejf!+ U jekk nidħol fil-​belt, nara l-​mard minħabba l-​ġuħ!+ Għax kemm il-​profeta u kemm il-​qassis marru jiġġerrew f’pajjiż li ma kinux jafuh.’”+

19 Ċħadt lil Ġuda għalkollox?+ Int* stmerrejt lil Sijon?+ Għala sawwatna, u m’hemmx fejqan għalina?+ Ittamajna għall-​paċi, imma ma ġie xejn tajjeb; għal żmien taʼ fejqan, u, ara, ġie biżaʼ kbir!+ 20 O Ġeħova, aħna nirrikonoxxu ħżunitna, l-​iżball taʼ missirijietna,+ għax aħna dnibna kontrik.+ 21 Minħabba ismek tonqosniex mir-​rispett;+ tistmerrx it-​tron glorjuż tiegħek.+ Ftakar; tiksirx il-​patt tiegħek magħna.+ 22 Fost l-​idoli fiergħa tal-​ġnus,+ hemm xi wieħed li jistaʼ jniżżel ix-​xita, jew jistgħu s-​smewwiet minn rajhom jitfgħu l-​ħalbiet tax-​xita?+ Mhux int, O Ġeħova Alla tagħna?+ U aħna fik nittamaw, għax int għamilt dawn l-​affarijiet kollha.+

15 U Ġeħova qalli: “Lanqas kieku Mosè+ u Samwel+ kellhom jiġu hawn quddiemi ma kienet tħenn ruħi għal dawn in-​nies.+ Kont inkeċċihom minn quddiem wiċċi, u jkollhom imorru.+ 2 U jiġri li jekk jgħidulek, ‘Fejn se mmorru?’ għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova: “Min hu għall-​mard qattiel, għall-​mard qattiel! U min hu għas-​sejf, għas-​sejf! U min hu għall-​ġuħ,+ għall-​ġuħ! U min hu għall-​jasar, għall-​jasar!”’+

3 “‘U jien nibgħat fuqhom erbaʼ affarijiet,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘is-​sejf biex joqtol, u l-​klieb biex ikaxkru, u l-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet+ u l-​bhejjem taʼ l-​art biex jieklu u jħarbtu. 4 U nagħmilhom xi ħaġa tal-​waħx għas-​saltniet kollha taʼ l-​art+ minħabba Manasse bin Ħeżekija, is-​sultan taʼ Ġuda, għal dak li għamel f’Ġerusalemm.+ 5 Għax min se jagħdrek, O Ġerusalemm, u min se jħoss għalik,+ u min se jieqaf jistaqsi kif int?’

6 “‘Int abbandunajtni,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘Int tkompli tagħtini dahrek u titbiegħed minni,+ u jien se mmidd idi kontrik u neqirdek.+ Għejejt jiddispjaċini għalik.+ 7 U se nxerridhom bħall-​qmuħ b’furkettun+ fil-​bibien tal-​pajjiż. Inħallihom bla tfal.+ Jien se neqred lill-​poplu tiegħi ladarba ma darux lura minn triqathom.+ 8 Għalija r-​romol tagħhom kotru iktar mir-​ramel tal-​baħar. F’nofsinhar+ se nġib għalihom, għall-​omm u għaż-​żagħżugħ, dak li jħarbathom. F’daqqa waħda nġib fuqhom biżaʼ u inkwiet.+ 9 Il-mara li wildet sebat itfal iddgħajfet; qatgħet nifisha.+ Ix-​xemx tagħha niżlet waqt li kien għadu bi nhar+ għax stħat u ħassitha avvilita.’ ‘U dawk li jifdal minnhom nerħihom għas-​sejf quddiem l-​għedewwa tagħhom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”

10 Gwaj għalija,+ ommi, għax ulidtni u sirt raġel li taʼ sikwit ikun imdaħħal f’tilwim u tħaqqiq maʼ l-​art kollha.+ Ma sellift xejn, u xejn ma sellfuni. Ilkoll kemm huma qed jisħtuni.+

11 Ġeħova qal: “Żgur se ngħinek.+ Fi żmien l-​inkwiet u fi żmien in-​niket żgur nidħol għalik+ kontra l-​għadu tiegħek.+ 12 Jistaʼ xi ħadd jaqsam il-​ħadid f’biċċiet, il-​ħadid mit-​tramuntana, u jistaʼ jaqsam ir-​ram aħmar? 13 Ir-riżorsi u t-​teżori tiegħek nagħtihom b’xejn, biex jinħatfu bħala priża,+ minħabba dnubietek kollha, fit-​territorji kollha tiegħek.+ 14 U ngħaddihom lill-​għedewwa tiegħek f’art li ma kontx tafha.+ Għax f’għadbi nxtegħel nar+ u tkebbes kontrikom.”

15 Int taf bis-​sitwazzjoni tiegħi.+ O Ġeħova, ftakar fija+ u agħti kasi u tħallas għalija minn dawk li jippersegwitawni.+ Tħallinix ngħib għax iddum biex tagħdab.+ Tinsiex li minħabba fik qed nissaporti ż-​żebliħ.+ 16 Kliemek ġie għandi, u jien kiltu;+ u kelmtek saret għalija l-​ferħ+ u l-​hena taʼ qalbi;+ għax ismek issejjaħ fuqi,+ O Ġeħova, Alla taʼ l-​armati.+ 17 Jien ma poġġejtx bil-​qiegħda maʼ ġemgħa ħbieb li jħobbu jiċċajtaw+ biex nifraħ magħhom.+ Minħabba idek poġġejt bil-​qiegħda waħdi,+ għax int imlejtni b’messaġġ taʼ kundanna.+ 18 Għala nħossni muġugħ il-​ħin kollu+ u m’hemmx fejqan għall-​ferita tiegħi?+ Ma tridx tfiq. Għalija int veru sirt bħal nixxiegħa qarrieqa,+ bħal ilmijiet li ma tistax tafdahom.+

19 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova: “Jekk terġaʼ lura, jien irreġġgħek lura għandi.+ U toqgħod quddiemi biex taqdini.+ U jekk tagħraf tagħżel dak li hu prezzjuż minn dak li hu bla siwi, tkun bħal fommi. Huma jerġgħu lura għandek, imma int ma terġax lura għandhom.”

20 “U għamiltek għal dan il-​poplu sur imsaħħaħ tar-​ram aħmar;+ u huma jiġġieldu kontrik, imma ma jegħlbukx.+ Għax jien miegħek, biex insalvak u neħilsek,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 21 “U neħilsek minn taħt idejn il-​ħżiena,+ u nifdik minn id it-​tiranni.”

16 U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħidli: 2 “La għandek tieħu lil xi ħadd b’martek, u lanqas m’għandu jkollok tfal subien u bniet f’dan il-​post.+ 3 Għax hekk qal Ġeħova dwar l-​ulied subien u l-​ulied bniet li jitwieldu f’dan il-​post, u dwar ommijiethom li qed jilduhom u missirijiethom li qed inissluhom f’dan il-​pajjiż,+ 4 ‘B’mard qattiel imutu.+ Ma jibkuhomx,+ u lanqas jidfnuhom.+ Bħal demel fuq wiċċ l-​art isiru;+ u bis-​sejf u bil-​ġuħ jintemmu,+ u l-​iġsma mejtin tagħhom ikunu ikel għall-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u għall-​bhejjem taʼ l-​art.’+

5 “Għax hekk qal Ġeħova, ‘Tidħolx f’dar b’festa tal-​vistu għaddejja, u tmurx tibki magħhom u lanqas m’għandek tħoss għalihom.’+

“‘Għax jien neħħejt is-​sliem tiegħi minn dan il-​poplu,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u wkoll il-​ħniniet u l-​qalb tajba bl-​imħabba.+ 6 U jmutu kemm il-​kbar u kemm iż-​żgħar f’dan il-​pajjiż. Ma jindifnux,+ u lanqas ikun hemm min iħabbat fuq sidru għalihom, u min iqattaʼ ġismu+ jew iqaxxar xagħru qargħa għalihom.+ 7 U ma jagħtuhomx ħobż biex jitfarrġu min-​niket tagħhom għall-​mewt taʼ xi ħadd;+ u ma jnewlulhomx il-​kies tal-​faraġ biex jixorbu minħabba l-​mewt tal-​missier u l-​mewt taʼ l-​omm.+ 8 U int tidħolx f’dar fejn tkun qed issir xi ikla kbira u tpoġġix bil-​qiegħda magħhom biex tiekol u tixrob.’+

9 “Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ara, se nsikket f’dan il-​post, quddiem għajnejkom u fi żmienkom, leħen il-​ferħ u leħen l-​hena, leħen l-​għarus u leħen l-​għarusa.’+

10 “U jiġri li, meta tgħid dan il-​kliem kollu lil dawn in-​nies u huma jgħidulek, ‘Għala ddikjara kontrina dan il-​gwaj kbir kollu Ġeħova, u x’inhu l-​iżball tagħna u d-​dnub li għamilna kontra Ġeħova Alla tagħna?’+ 11 int tgħidilhom, ‘“Għax missirijietkom telquni,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u baqgħu jimxu wara allat oħrajn u jaqduhom u jmilu quddiemhom.+ U lili telquni, u l-​liġi tiegħi ma ħarsuhiex.+ 12 U intom ġibtu ruħkom agħar minn missirijietkom,+ u issa kull wieħed minnkom qed jimxi wara l-​ebusija+ taʼ qalbu l-​ħażina għax m’intomx tobduni.+ 13 U jien nitfagħkom ’il barra minn dan il-​pajjiż+ għal ġo pajjiż li la intom ma kontu tafuh+ u lanqas missirijietkom, u hemmhekk ikollkom taqdu allat oħrajn+ lejl u nhar, għax jien m’iniex se nurikom ħniena.”’

14 “‘Għalhekk, ara, ġej żmien,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘meta ma jintqalx iżjed: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova li ħareġ lil ulied Israel mill-​art taʼ l-​Eġittu!”+ 15 imma: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova li ħareġ lil ulied Israel mill-​art tat-​tramuntana u mill-​artijiet kollha fejn xerridhom!” U jien żgur inġibhom lura lejn arthom, li tajt lil missirijiethom.’+

16 “‘Ara, qed nibgħat għal ħafna sajjieda,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u jmorru jistadu għalihom; u wara nibgħat għal ħafna kaċċaturi,+ u jmorru jikkaċċjawhom minn fuq kull muntanja u minn fuq kull għolja u mix-​xquq tal-​blat.+ 17 Għax għajnejja jaraw kulma jagħmlu. M’humiex moħbijin minni, u lanqas l-​iżball tagħhom m’hu moħbi minn quddiem għajnejja.+ 18 U, qabel xejn, se nħallashom bis-​sħiħ għall-​iżball tagħhom+ u għal dnubhom, talli kasbruli arti.+ Imlew il-​wirt tiegħi bil-​katavri taʼ l-​idoli moqżieża u mistkerrhin tagħhom.’”+

19 O Ġeħova, is-​saħħa u l-​fortizza tiegħi, u l-​post li niġri fih meta nkun imnikket,+ lejk se jiġu l-​ġnus minn truf l-​art,+ u jgħidu: “Tabilħaqq, missirijietna ma wirtux ħlief gideb,+ frugħa u affarijiet li ma kienu t’ebda ġid.”+ 20 Jistaʼ l-​bniedem jagħmel allat għalih meta m’huma allat xejn?+

21 “Għalhekk, arani, se nġegħelhom ikunu jafu; din id-​darba se nġegħelhom ikunu jafu l-​qawwa taʼ idi u s-​setgħa tiegħi,+ u jkollhom ikunu jafu li ismi hu Ġeħova.”+

17 “Id-​dnub taʼ Ġuda huwa miktub b’pinna tal-​ħadid.+ B’ponta taʼ djamant minqux fuq it-​tavla taʼ qalbhom,+ u fuq il-​qrun taʼ l-​artali tagħhom,+ 2 waqt li wliedhom jiftakru fl-​artali u l-​arbli sagri tagħhom ħdejn xi siġra tħaddar, fuq l-​għoljiet kbar,+ 3 fuq il-​muntanji fir-​rabaʼ. Ir-​riżorsi tiegħek, it-​teżori kollha tiegħek, nagħtihom biex jinħatfu bħala priża,+ u l-​postijiet tiegħek għall-​qima* jinħatfu minħabba d-​dnubiet li għamilt fit-​territorji kollha tiegħek.+ 4 Minn jeddek int abbandunajt il-​wirt li tajtek.+ U jien se nġiegħlek ukoll taqdi lill-​għedewwa tiegħek f’pajjiż li ma kontx tafu;+ għax minħabba għadbi intom xgħeltu bħal nar+ li se jibqaʼ mkebbes għal żmien indefinit.”

5 Hekk qal Ġeħova: “Misħut ir-​raġel b’saħħtu li jafda fil-​bnedmin+ u jittama fid-​driegħ tal-​laħam,+ u li qalbu titbiegħed minn Ġeħova.+ 6 Hu jsir bħal siġra li tikber waħedha fid-​deżert u meta jiġi t-​tajjeb ma jarahx;+ imma jkollu jgħammar f’postijiet nexfin fix-​xagħri, f’art kollha melħ li ma jgħix fiha ħadd.+ 7 Imbierek ir-​raġel b’saħħtu li jafda f’Ġeħova, u li Ġeħova sar il-​fiduċja tiegħu.+ 8 Hu jsir bħal siġra mħawla ħdejn l-​ilmijiet, li tifrex għeruqha safejn ikun għaddej l-​ilma; u meta tiġi s-​sħana ma jarahiex, imma l-​weraq tiegħu jibqaʼ jħaddar.+ U fis-​sena tan-​nixfa+ ma jsirx ansjuż, u lanqas jieqaf jagħmel il-​frott.

9 “Il-​qalb qarrieqa iktar minn kull ħaġa oħra u hi ddisprata.+ Min jistaʼ jifhimha? 10 Jien, Ġeħova, qed ngħarbel il-​qalb,+ neżamina l-​kliewi,+ sabiex nagħti lil kulħadd skond triqatu,+ skond frott l-​għemejjel tiegħu.+ 11 Bħal ħaġla* li tiġbor dak li ma tkunx biedet, hekk hu min qed jikseb l-​għana, imma mhux bil-​ġustizzja.+ F’nofs żmienu jħallih,+ u fl-​aħħar taʼ ħajtu juri li hu bla sens.”+

12 Hemm hu t-​tron glorjuż li kien fl-​għoli sa mill-​bidu;+ dan hu l-​post tas-​santwarju tagħna.+ 13 O Ġeħova, it-​tama taʼ Israel,+ kulmin jitilqek se jkollu jistħi.+ Dawk li jħalluk* biex isiru apostati+ se jinkitbu fl-​art, għax ikunu ħallew lil Ġeħova, is-​sors taʼ l-​ilma ħaj.+ 14 Fejjaqni, O Ġeħova, u jien infiq.+ Salvani, u jien insalva;+ għax lilek infaħħar jien.+

15 Ara! Hemm dawk li qed jgħiduli: “Fejn hi l-​kelma taʼ Ġeħova?+ Ħa sseħħ issa.” 16 Imma jien ma waqaftx milli nkun ragħaj u milli nimxi warajk, u ma xxennaqtx għall-​jum bla tama. Int kont taf x’qalu xofftejja; quddiem wiċċek intqal kliemi. 17 Twerwirnix.+ Int ir-​refuġju tiegħi f’jum il-​gwaj.+ 18 Ħa jkollhom għalxiex jistħu+ dawk li jippersegwitawni, imma lili tħallinix nistħi.+ Ħa jitwerwru huma, imma lili tħallinix nitwerwer. Ġib fuqhom jum il-​gwaj,+ u kissirhom għal darba tnejn.+

19 Hekk qalli Ġeħova: “Mur, u oqgħod bil-​wieqfa fil-​bieb taʼ wlied il-​poplu tiegħi, li jidħlu u joħorġu minnu s-​slaten taʼ Ġuda, u fil-​bibien kollha taʼ Ġerusalemm.+ 20 U għidilhom, ‘Isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, slaten taʼ Ġuda u intom ilkoll nies taʼ Ġuda u kulmin jgħammar f’Ġerusalemm, intom li deħlin minn dawn il-​bibien.+ 21 Hekk qal Ġeħova: “Ħarsu ruħkom,+ u jekk ikollkom xi tagħbija li tridu tidħlu biha mill-​bibien taʼ Ġerusalemm, iġġorruhiex f’jum is-​Sabat.*+ 22 U toħorġu l-​ebda tagħbija minn ġo darkom f’jum is-​Sabat; u tagħmlu l-​ebda xogħol.+ U qaddsu jum is-​Sabat, bħalma kkmandajt lil missirijietkom;+ 23 imma huma la taw widen u lanqas mejlu widnithom,+ u webbsu rashom+ biex ma jisimgħux u ma jirċievu l-​ebda dixxiplina.”’+

24 “‘“U jiġri li, jekk tobduni f’kollox,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u ma ddaħħlu l-​ebda tagħbija mill-​bibien taʼ din il-​belt f’jum is-​Sabat+ u tqaddsu jum is-​Sabat billi ma taħdmux fih,+ 25 se jidħlu wkoll mill-​bibien taʼ din il-​belt slaten maʼ prinċpijiet,+ li jkunu fuq it-​tron taʼ David,+ rekbin fuq il-​karru u fuq iż-​żwiemel, huma u l-​prinċpijiet tagħhom, in-​nies taʼ Ġuda u l-​abitanti taʼ Ġerusalemm; u din il-​belt tkun mgħammra għal dejjem. 26 U n-​nies jiġu mill-​bliet kollha taʼ Ġuda u minn madwar Ġerusalemm u mill-​art taʼ Benjamin+ u mill-​pjanura l-​baxxa+ u mill-​muntanji+ u min-​Negeb,+ u jġibu offerti sħaħ tal-​ħruq+ u sagrifiċċji+ u offerti tal-​qmuħ+ u inċens abjad+ u jġibu sagrifiċċji taʼ radd il-​ħajr fid-​dar taʼ Ġeħova.+

27 “‘“Imma jekk ma tobdunix f’li tqaddsu jum is-​Sabat u ma ġġorru xejn,+ u minflok tidħlu b’xi tagħbija mill-​bibien taʼ Ġerusalemm f’jum is-​Sabat, jien inqabbad nar fil-​bibien tagħha,+ u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin taʼ Ġerusalemm+ u n-​nar ma jintefiex.”’”+

18 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, tgħid: 2 “Qum, u inżel sad-​dar tal-​fuħħari,+ u hemmhekk insemmgħek kliemi.”

3 U jien inżilt sad-​dar tal-​fuħħari, u sibtu qed jaħdem fuq ir-​roti tal-​fuħħari. 4 U b’idu ħassar ir-​reċipjent li kien qed jagħmel bit-​tafal, u biddel ħsiebu u beda jsawru f’reċipjent ieħor, skond ma deher l-​aħjar f’għajnejh.+

5 U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 6 “‘M’iniex jien kapaċi nagħmlilkom bħalma għamel dan il-​fuħħari, O dar Israel?’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘Ara! Bħat-​tafal f’id il-​fuħħari, hekk intom f’idi, O dar Israel.+ 7 Jekk jien nitkellem kontra xi saltna u kontra xi ġens biex naqilgħu u nwaqqgħu u neqirdu,+ 8 u dak il-​ġens fil-​fatt idur lura mill-​ħażen tiegħu li nkun tkellimt kontrih,+ jien jiddispjaċini mill-​gwaj li nkun ħsibt li nġib fuqu.+ 9 Imma jekk nitkellem dwar xi saltna u dwar xi ġens biex nibnih u nħawlu,+ 10 u dan fil-​fatt jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejja billi ma jobdix minn leħni,+ jien jiddispjaċini mit-​tajjeb li nkun ħsibt li nagħmillu għall-​ġid tiegħu.’

11 “U issa, jekk jogħġbok, għid lin-​nies taʼ Ġuda u lill-​abitanti taʼ Ġerusalemm, ‘Hekk qal Ġeħova: “Arawni, qed infassal gwaj u naħseb ħsieb kontrikom.+ Duru lura, jekk jogħġobkom, kull wieħed minnkom minn triqtu l-​ħażina, u rranġaw triqatkom u l-​għemejjel tagħkom.”’”+

12 U huma qalu: “Kollu taʼ xejn!+ Għax se nimxu kif naħsbu aħna, u kull wieħed minna se jagħmel skond l-​ebusija taʼ qalbu l-​ħażina.”+

13 Għalhekk, dan qal Ġeħova: “Staqsu għall-​affari tagħkom, jekk jogħġobkom, fost il-​ġnus. Min qatt semaʼ b’affarijiet bħal dawn? Il-​verġni Israel għamlet ħaġa orribbli wisq.+ 14 Jaqaw il-​borra tal-​Libanu se titlaq minn fuq il-​blat tal-​kampanja? Jew se jinxfu l-​ilmijiet barranin u kesħin li neżlin bil-​mod? 15 Imma niesi nsewni+ għax joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lil xi ħaġa bla siwi,+ u għax iġiegħlu lil oħrajn jitfixklu fi triqathom,+ il-​mogħdijiet taʼ żmien twil ilu,+ u jġegħluhom iduru lejn triqat oħrajn, lejn triq imħarbta, 16 u lil pajjiżhom jagħmluh oġġett taʼ stagħġib+ u taʼ tisfir għal żmien indefinit.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejh se jibqaʼ ċċassat u jxejjer rasu.+ 17 Se nxerridhom quddiem l-​għadu bħal b’riħ mil-​lvant.+ Dakinhar tad-​diżastru tagħhom se nagħtihom dahri, mhux wiċċi.”+

18 U huma qalu: “Ejjew ħa nfasslu pjanijiet kontra Ġeremija,+ għax il-​liġi mhix se tgħib mingħand il-​qassis+ jew il-​pariri mingħand l-​għaref jew il-​kelma mingħand il-​profeta.+ Ejjew nattakkawh bi lsienna,+ u ħa ma nagħtux kas taʼ kelma waħda milli jgħid.”

19 O Ġeħova, agħti kasi int, u ismaʼ x’qed jgħidu dawk taʼ kontrija.+ 20 Għandu t-​tajjeb jitħallas bil-​ħażin?+ Għax huma ħaffru ħofra għal ruħi.+ Ftakar kemm-il darba rsaqt quddiemek biex nitkellem tajjeb dwarhom, sabiex irreġġaʼ lura l-​korla tiegħek minn fuqhom.+ 21 Għalhekk, erħi lil uliedhom għall-​ġuħ,+ u itlaqhom għall-​qawwa tas-​sejf;+ u n-​nisa tagħhom ħa jitilfu lil uliedhom fil-​mewt, u jormlu.+ U l-​irġiel tagħhom ħa jinqatlu b’mard qattiel, u ż-​żgħażagħ tagħhom jinqerdu bis-​sejf fil-​battalja.+ 22 Ħa tinstemaʼ għajta ġejja minn ġo djarhom meta f’daqqa waħda int iġġib qatgħa ħallelin għalihom.+ Għax huma ħaffru ħofra biex jaqbduni, u ħbew nases għal saqajja.+

23 Imma int, O Ġeħova, taf eżatt kulma qed ifasslu li jagħmlu kontrija biex joqtluni.+ Tgħattix l-​iżball tagħhom, u tħassarx dnubhom minn quddiemek; imma ħallihom jitfixklu quddiemek.+ Fi żmien ir-​rabja tiegħek aġixxi kontrihom.+

19 Hekk qal Ġeħova: “Mur, u ħu flixkun tal-​fuħħar mingħand fuħħari+ u sejjaħ lil xi wħud mix-​xjuħ tal-​poplu u tal-​qassisin. 2 U mur sal-​wied taʼ bin Ħinnom,+ li jinsab ħdejn id-​daħla taʼ Bieb ix-​Xaqquf,* u hemmhekk xandar il-​kliem li se ngħidlek.+ 3 U għid, ‘Isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, O slaten taʼ Ġuda u intom abitanti taʼ Ġerusalemm.+ Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati,+ l-​Alla taʼ Israel:

“‘“Arawni, se nġib gwaj fuq dan il-​post, gwaj li meta xi ħadd jismaʼ dwaru widnejh iżarżru;+ 4 għax telquni,+ u dan il-​post ġabuh ma jintgħarafx b’dak li għamlu,+ u offrew fih duħħan tas-​sagrifiċċji lil allat oħrajn li ma kinux jafuhom,+ la huma, la missirijiethom, u lanqas is-​slaten taʼ Ġuda; u mlew dan il-​post bid-​demm taʼ l-​innoċenti.+ 5 U bnew il-​postijiet għall-​qima* lill-​Bagħal sabiex jaħarqu lil uliedhom fin-​nar bħala offerti sħaħ tal-​ħruq lill-​Bagħal,+ xi ħaġa li ma kkmandajthomx jagħmlu jew għedtilhom biha,+ u li lanqas biss għaddietli minn moħħi.”’*+

6 “‘“Għalhekk, ara, ġej żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “meta dan il-​post ma jissejjaħx iktar Tofet+ u wied bin Ħinnom,+ imma wied il-​qatla. 7 U f’dan il-​post se nġib fix-​xejn l-​iskop taʼ Ġuda u taʼ Ġerusalemm,+ u se nwaqqagħhom bis-​sejf quddiem l-​għedewwa tagħhom u b’id dawk li jipprovaw jiħdulhom ħajjithom.+ U nagħti l-​iġsma mejtin tagħhom bħala ikel lill-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u lill-​bhejjem taʼ l-​art.+ 8 U din il-​belt nagħmilha oġġett taʼ stagħġib u taʼ tisfir.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejha se jibqaʼ ċċassat u jsaffar bi stagħġib minħabba l-​kastigi kollha tagħha.+ 9 U nġegħelhom jieklu l-​laħam taʼ wliedhom subien u bniet; u kull wieħed se jiekol laħam għajru, minħabba li jkunu magħluqin minn kullimkien u minħabba t-​tbatija li se jġibu fuqhom l-​għedewwa tagħhom u dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom.”’+

10 “U kisser il-​flixkun quddiem għajnejn l-​irġiel li ġejjin miegħek. 11 U għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Bl-​istess mod se nkisser lil dan il-​poplu u lil din il-​belt, bħal meta wieħed ikisser reċipjent tal-​fuħħari b’mod li ma jkunx jistaʼ jissewwa iktar;+ u f’Tofet+ se jidfnu sakemm ma jibqax iktar wisaʼ għad-​dfin.”’+

12 “‘Hekk se nagħmillu lil dan il-​post,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u lil dawk li jgħixu fih, u lil din il-​belt nagħmilha bħal Tofet.+ 13 U d-​djar taʼ Ġerusalemm u d-​djar tas-​slaten taʼ Ġuda se jsiru bħal Tofet,+ mhux nodfa. Dawn huma d-​djar kollha li fuq il-​bjut tagħhom offrew id-​duħħan tas-​sagrifiċċji lill-​armata kollha tas-​smewwiet+ u ferrgħu l-​offerti tax-​xorb lil allat oħrajn.’”+

14 U Ġeremija ġie minn Tofet,+ minfejn Ġeħova kien bagħtu jipprofetizza, u waqaf fil-​bitħa tad-​dar taʼ Ġeħova u qal lill-​poplu kollu:+ 15 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ara, se nġib fuq din il-​belt u fuq il-​bliet kollha tagħha l-​gwaj kollu li ddikjarajt kontriha, għax webbsu rashom sabiex ma jobdux kliemi.’”+

20 Issa Pasħur bin Immer,+ il-​qassis, li kien ukoll l-​indokratur ewlieni fid-​dar taʼ Ġeħova,+ qagħad jismaʼ lil Ġeremija hu u jipprofetizza dan il-​kliem. 2 Imbagħad Pasħur sawwat lil Ġeremija l-​profeta+ u qiegħdu fil-​qjud+ li kienu fil-​Bieb taʼ Fuq taʼ Benjamin, fid-​dar taʼ Ġeħova. 3 Imma ġara li l-​għada Pasħur ħeles lil Ġeremija mill-​qjud,+ u Ġeremija mbagħad qallu:

“Ġeħova ma jsejjaħlekx+ iktar Pasħur imma Biżaʼ kullimkien.+ 4 Għax hekk qal Ġeħova, ‘Ara se nagħmlek ħaġa tal-​biżaʼ għalik innifsek u għal dawk kollha li jħobbuk, u huma żgur jaqgħu quddiem għajnejk+ bis-​sejf taʼ l-​għedewwa tiegħek;+ u lin-​nies kollha taʼ Ġuda nagħtihom f’idejn is-​sultan taʼ Babilonja, u hu jieħu lil xi wħud minnhom fl-​eżilju f’Babilonja u joqtol lil oħrajn bis-​sejf.+ 5 U kulma għandha maħżun din il-​belt u l-​prodotti u l-​affarijiet prezzjużi kollha tagħha se nagħtihom lil ħaddieħor; u t-​teżori kollha tas-​slaten taʼ Ġuda nagħtihom f’idejn l-​għedewwa tagħhom.+ U jaħtfuhom bħala priża u jiħduhom u jġorruhom lejn Babilonja.+ 6 U int, O Pasħur, u dawk kollha li joqogħdu f’darek, se tmorru lkoll fil-​jasar;+ u tmur f’Babilonja u hemmhekk tmut u hemmhekk tindifen maʼ dawk kollha li jħobbuk,+ għax int ipprofetizzajtilhom il-​gideb.’”+

7 Qarraqt bija, O Ġeħova, u jien tqarraqt. Int kont iktar b’saħħtek minni, u rbaħt.+ Il-​jum kollu jidħqu bija; kulħadd iwaqqagħni għaċ-​ċajt.+ 8 Għax kulmeta nitkellem ikolli ngħajjat. Vjolenza u ħerba ngħajjat.+ Għax minħabba l-​kelma taʼ Ġeħova saru jżebilħuni u jiddieħqu bija l-​jum kollu.+ 9 U jien għedt: “M’iniex se nsemmih iktar, u ma nitkellimx iżjed f’ismu.”+ U f’qalbi din saret bħal nar jaqbad magħluq f’għadmi; u għejejt inżommha fija, u ma stajtx nissaporti iktar.+ 10 Għax smajt it-​tpaċpiċ taʼ ħsara mingħand ħafna.+ Is-​sitwazzjoni kienet tal-​biżaʼ. “Għidulna, ħa ngħidu fuqu.”+ Kull bniedem mortali li taparsi jgħidli, “Is-​sliem għalik!” qiegħed għassa biex jara nitfixkilx+ u jgħid: “Forsi jitqarraq,+ u b’hekk negħlbuh u npattuhielu.” 11 Imma Ġeħova kien miegħi+ bħal wieħed setgħan u tal-​biżaʼ.+ Huwa għalhekk li dawk stess li qed jippersegwitawni se jitfixklu u ma jagħmlu xejn kontrija.+ Se jkollhom jistħu ħafna, għax mhux se jirnexxu. L-​umiljazzjoni tagħhom se ddum għal żmien indefinit u ma tintesiex.+

12 Imma int, O Ġeħova taʼ l-​armati, qed teżamina l-​ġust;+ int tara l-​kliewi u l-​qalb.+ Ħallini nara l-​vendetta tiegħek fuqhom,+ għax lilek urejt il-​kawża legali tiegħi.+

13 Kantaw lil Ġeħova! Faħħru lil Ġeħova! Għax hu ħeles ruħ il-​fqir minn id in-​nies il-​ħżiena.+

14 Misħut jum twelidi! Ħa ma jitbirikx il-​jum li fih wilditni ommi!+ 15 Misħut ir-​raġel li ġab l-​aħbar tajba lil missieri meta qallu: “Twilidlek iben, tifel!” Tgħidx kemm ġiegħlu jifraħ!+ 16 U dak ir-​raġel isir bħall-​bliet li Ġeħova waqqaʼ mingħajr ma ddispjaċieh.+ U jkollu jismaʼ l-​għajat fil-​għodu u l-​għajta tal-​gwerra f’nofsinhar.+

17 Għala ma qatilnix fil-​ġuf, ħalli ommi kienet tkun il-​qabar tiegħi u ġufha jibqaʼ bit-​tqala għal dejjem?+ 18 Għalfejn ħriġt mill-​ġuf+ biex nara xogħol iebes u għali+ u biex jiemi jintemmu fl-​għajb?+

21 Il-kelma+ li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, meta s-​Sultan Sedekija+ bagħatlu lil Pasħur+ bin Malkija u lil Sofonija+ bin Magħseja, il-​qassis, jgħidulu: 2 “Jekk jogħġbok staqsi lil Ġeħova għalina,+ għax Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, qed jiġġieled kontrina.+ Forsi Ġeħova jagħmel magħna wieħed mill-​għemejjel meraviljużi tiegħu, u s-​sultan jitlaq minn hawn.”+

3 U mbagħad Ġeremija qalilhom: “Dan għidulu lil Sedekija, 4 ‘Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel: “Ara, se ndawwar għal fuqkom l-​armi tal-​gwerra li qegħdin f’idejkom, u li qed tiġġieldu bihom kontra s-​sultan taʼ Babilonja+ u kontra l-​Kaldin+ li qed jassedjawkom minn barra s-​swar, u niġborhom f’nofs din il-​belt.+ 5 U jien stess se niġġieled kontrikom+ b’id miftuħa u bi driegħ b’saħħtu u b’rabja u b’korla u b’għadab kbir.+ 6 U se nolqot lil min jgħammar f’din il-​belt, kemm in-​nies u kemm il-​bhejjem. B’pesta kbira jmutu.”’+

7 “‘“U wara dan,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “lil Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda, u lill-​qaddejja tiegħu u lin-​nies u lil dawk li jibqgħu ħajjin f’din il-​belt wara l-​pesta, wara s-​sejf u wara l-​ġuħ, nagħtihom f’idejn Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja. Iva, nagħtihom f’idejn l-​għedewwa tagħhom u f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom, u hu jidrobhom b’xifer is-​sejf.+ Mhux se jitħassarhom, u lanqas ma jurihom mogħdrija jew ikollu ħniena minnhom.”’+

8 “U lil dan il-​poplu għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ara, qed inqiegħed quddiemkom it-​triq tal-​ħajja u t-​triq tal-​mewt.+ 9 Min jibqaʼ f’din il-​belt bla ma jagħmel xejn se jmut bis-​sejf u bil-​ġuħ u bil-​pesta;+ imma min joħroġ barra u jagħti ruħu lill-​Kaldin li qed jassedjawkom jibqaʼ ħaj, u ruħu jiħodha bħala priża.”’+

10 “‘“Għax jien dawwart wiċċi kontra din il-​belt biex inġib fuqha gwaj mhux ġid,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “F’id is-​sultan taʼ Babilonja se tingħata,+ u hu jaħraqha bin-​nar.”+

11 “‘U dwar dar is-​sultan taʼ Ġuda, isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova.+ 12 O dar David,+ hekk qal Ġeħova: “Kull fil-​għodu+ ġġudikaw bil-​ġustizzja,+ u lil min qed jinsteraq eħilsuh minn id l-​imbroljun,+ sabiex il-​korla tiegħi ma toħroġx bħal nar,+ u din taqbad u ma jkun hemm ħadd min jitfiha, minħabba l-​ħażen taʼ l-​għemejjel tagħkom.”’+

13 “‘Arani, jien kontrik, O abitanta tal-​wied,+ O blata tal-​wita,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘Intom li qed tgħidu: “Min se jinżel kontrina? U min ġej fi djarna?”+ 14 jien se nitlob kont minnkom+ skond frott l-​għemejjel tagħkom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘U nqabbad nar fil-​foresta tagħha,+ u żgur jiblaʼ kulma hemm madwarha.’”+

22 Hekk qal Ġeħova: “Inżel sad-​dar tas-​sultan taʼ Ġuda, u hemmhekk għid dan il-​kliem. 2 Għid, ‘Ismaʼ l-​kelma taʼ Ġeħova, O sultan taʼ Ġuda li qiegħed fuq it-​tron taʼ David,+ int u l-​qaddejja tiegħek u n-​nies tiegħek, dawk li deħlin minn dawn il-​bibien.+ 3 Hekk qal Ġeħova: “Agħmlu l-​ġustizzja u s-​sewwa, u lil min qed jinsteraq eħilsuh minn id l-​imbroljun; u lir-​resident barrani, lit-​tifel bla missier u lill-​armla tittrattawhomx ħażin.+ Tkunux vjolenti magħhom.+ U xxerrdux demm innoċenti f’dan il-​post.+ 4 Għax jekk din il-​kelma twettquha bis-​sħiħ, żgur li jidħlu wkoll mill-​bibien taʼ din id-​dar is-​slaten li jkunu fuq it-​tron taʼ David,+ rekbin fuq il-​karrijiet u fuq iż-​żwiemel, kull sultan mal-​qaddejja tiegħu u n-​nies tiegħu.”’+

5 “‘Imma jekk intom ma tobdux dan il-​kliem, naħlef bija nnifsi,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘li din id-​dar issir ħerba.’+

6 “Għax hekk qal Ġeħova dwar id-​dar tas-​sultan taʼ Ġuda, ‘Int bħal Gilegħad għalija, il-​quċċata tal-​Libanu.+ Lilek żgur nagħmlek xagħri;+ u l-​bliet, lanqas waħda minnhom ma tkun abitata.+ 7 U jien nagħżel* lil dawk li se jiġu kontrik biex jagħmluk ħerba,+ kull wieħed bl-​armi tiegħu;+ u jaqtgħu l-​aqwa ċedri+ li għandek u jitfgħuhom fin-​nar.+ 8 U ħafna ġnus jgħaddu minn ħdejn din il-​belt u jgħidu wieħed lill-​ieħor: “Ġeħova għalfejn għamlilha hekk lil din il-​belt kbira?”+ 9 U jkollhom jgħidu: “Kien għaliex ħallew il-​patt taʼ Ġeħova Alla tagħhom+ u mielu quddiem allat oħrajn u qimuhom.”’+

10 “Tibkux għal dak li miet,+ u titnikktux għalih. Ibku kemm tifilħu għal dak li sejjer, għax ma jerġax jiġi lura u ma jerġax jara art qrabatu. 11 Għax hekk qal Ġeħova dwar Sallum*+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda li qed isaltan minflok missieru Ġosija,+ li telaq minn dan il-​post, ‘Ma jerġax lura hawnhekk. 12 Għax imut fil-​post fejn ħaduh fl-​eżilju, u din l-​art ma jarahiex iktar.’+

13 “Gwaj għal dak li jibni daru,+ imma mhux bis-​sewwa, u l-​kmamar tiegħu taʼ fuq, imma mhux bil-​ġustizzja, billi juża lil għajru biex jaqdih b’xejn, u ma jħallsux;+ 14 dak li jgħid, ‘Se nibni għalija dar kbira bi kmamar taʼ fuq spazjużi;+ u fiha nagħmel għalija twieqi kbar, u l-​ħitan jinksew biċ-​ċedru+ u jinżebgħu bl-​aħmar.’*+ 15 Taħseb li se tibqaʼ ssaltan għax qed turi lil oħrajn li int aqwa minnhom biċ-​ċedru? Missierek ma kienx jiekol u jixrob u jagħmel il-​ġustizzja u s-​sewwa?+ Minħabba f’hekk irnexxa.+ 16 Hu ddefenda d-​dritt legali tal-​magħkus u tal-​fqir.+ Għalhekk irnexxa. ‘Mhux għax kien jafni għamel hekk?’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 17 ‘Għajnejk u qalbek bla dubju huma mitfugħin biss fuq il-​qligħ inġust tiegħek,+ u li xxerred id-​demm taʼ l-​innoċenti,+ u li tibqaʼ timbrolja u tisraq.’

18 “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova dwar Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, ‘Ma jibkuhx u jgħidu: “Jaħasra, ħija! U jaħasra, oħti!” Ma jibkuhx u jgħidu: “Jaħasra, O sidi! U jaħasra, id-​dinjità tiegħu!”+ 19 B’difna bħal taʼ ħmar jindifen,+ imkaxkar u mormi, ’il barra mill-​bibien taʼ Ġerusalemm.’+

20 “Itlaʼ fuq il-​Libanu+ u għajjat, u semmaʼ leħnek minn fuq il-​Basan.+ U għajjat mill-​Għabarim,+ għax dawk kollha li ħabbewk bil-​kbir tkissru.+ 21 Kellimtek meta ma kellekx ansjetà.+ Int għedt, ‘Ma rridx nobdi.’+ Ilek taġixxi hekk sa minn żgħożitek, għax m’obdejtx minn leħni.+ 22 Riħ jirgħa lir-​rgħajja kollha tiegħek;+ u dawk li jħobbuk bil-​kbir se jmorru fil-​jasar.+ Għax f’dak iż-​żmien se jkollok tistħi u tħossok umiljata minħabba l-​gwaj kollu tiegħek.+ 23 O int li tgħammar fil-​Libanu,+ imkennija qalb iċ-​ċedri,+ kemm se titniehed meta jiġi fuqek l-​uġigħ tal-​ħlas,+ l-​uġigħ bħal dak taʼ mara li qed tiled!”+

24 “‘Daqskemm jien ħaj,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘anki kieku int, Konija*+ bin Ġeħojakim,+ is-​sultan taʼ Ġuda, tkun iċ-​ċurkett tas-​siġill+ fuq idi l-​leminija, minn hemmhekk naqilgħek!+ 25 U nagħtik f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulek ħajtek+ u f’idejn dawk li tibżaʼ minnhom u f’idejn Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, u f’idejn il-​Kaldin.+ 26 U nitfaʼ lilek u lil ommok+ li wilditek ’il barra f’pajjiż ieħor li ma twilidtux fih, u hemmhekk tmutu.+ 27 U ma jerġgħux lura lejn il-​pajjiż li ruħhom tixtieq tmur lura fih.+ 28 Jaqaw dan ir-​raġel Konija+ huwa reċipjent mistmerr, imfarrak biċċiet,+ jew xi reċipjent li ma jingħoġobx?+ Hu u wliedu għala se jitwaddbu u jintefgħu f’pajjiż li ma jafuhx?’+

29 “O art, art, art, ismaʼ l-​kelma taʼ Ġeħova.+ 30 Hekk qal Ġeħova, ‘Iktbu lil dan ir-​raġel bħala wieħed li m’għandux tfal+ u bħala raġel b’saħħtu li ma jirnexxix fi żmienu; għax lanqas ħadd minn uliedu ma jirnexxi+ billi jpoġġi fuq it-​tron taʼ David+ u jerġaʼ jaħkem f’Ġuda.’”

23 “Gwaj għar-​rgħajja li qed jeqirdu u jxerrdu n-​nagħaġ tal-​mergħa tiegħi!”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

2 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, kontra r-​rgħajja li qed jirgħu lill-​poplu tiegħu: “Intom xerridtu n-​nagħaġ tiegħi; u komplejtu tferrxuhom, u ma ħadtux ħsiebhom.”+

“Issa jien se nieħu ħsiebkom minħabba l-​ħażen taʼ l-​għemejjel tagħkom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

3 “U niġbor flimkien il-​fdal tan-​nagħaġ tiegħi mill-​artijiet kollha fejn kont xerridthom,+ u nġibhom lura fil-​mergħa tagħhom,+ u jnisslu u joktru.+ 4 U nqajjem fuqhom rgħajja li jirgħuhom tassew;+ u ma jibżgħux iktar, lanqas jitwerwru,+ u ħadd minnhom ma jintilef,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

5 “Ara! Ġej żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “meta lil David inqajjimlu rimja ġusta.+ U jkun hemm sultan li jsaltan+ u jaġixxi bil-​għaqal u jagħmel il-​ġustizzja u s-​sewwa fil-​pajjiż.+ 6 Fi żmienu Ġuda jiġi salvat,+ u Israel jgħammar fis-​sigurtà.+ U hekk ikun jismu, Ġeħova Hu s-​Sewwa Tagħna.”+

7 “Għalhekk, ara, ġej żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “meta ma jgħidux iktar, ‘Ħaj Ġeħova li ħareġ lil ulied Israel mill-​art taʼ l-​Eġittu,’+ 8 imma, ‘Ħaj Ġeħova li ħareġ u ġab lil ulied dar Israel mill-​art tat-​tramuntana u mill-​artijiet kollha fejn xerridthom,’ u huma jgħammru f’arthom.”+

9 Qalbi maqsuma ġewwa fija minħabba l-​profeti. Għadmi kollu jitriegħed. Sirt bħal raġel fis-​sakra,+ u bħal raġel b’saħħtu li ħadu l-​inbid, minħabba Ġeħova u minħabba l-​kliem qaddis tiegħu. 10 Għax il-​pajjiż imtela+ bl-​adulteri.+ Minħabba s-​saħta, il-​pajjiż tnikket+ u l-​mergħat tax-​xagħri nixfu;+ il-​mod kif jaġixxu hu ħażin, u setgħethom ma jużawhiex b’mod ġust.

11 “Għax kemm il-​profeta u kemm il-​qassis tniġġsu.+ Sa f’dari stess sibt il-​ħażen tagħhom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 12 “Għaldaqstant, triqithom issirilhom bħal postijiet jiżolqu+ fid-​dlam, fejn jimbottawhom u jaqgħu.”+

“Għax inġib gwaj fuqhom, fis-​sena li nitlob kont minnhom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 13 “U fil-​profeti tas-​Samarija+ rajt affarijiet mhux xierqa. Huma qdew bħala profeti mqanqlin minn Bagħal,+ u jkomplu jġiegħlu lill-​poplu tiegħi, iva, lil Israel, jiżvija.+ 14 U fil-​profeti taʼ Ġerusalemm rajt affarijiet orribbli,+ għax jagħmlu adulterju+ u jimxu bil-​gideb;+ u saħħew idejn il-​ħżiena sabiex ħadd minnhom ma jerġaʼ lura+ minn ħżunitu. Għalija saru lkoll bħal Sodoma,+ u l-​abitanti tagħha bħal Gomorra.”+

15 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati kontra l-​profeti: “Ara, se nitmagħhom pjanta morra,* u nagħtihom jixorbu ilma vvelenat.+ Għax mill-​profeti taʼ Ġerusalemm xterdet l-​apostasija+ mal-​pajjiż kollu.”

16 Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Tisimgħux il-​kliem tal-​profeti li qed jipprofetizzawlkom.+ Dawn iwasslukom għall-​frugħa.+ Huma jitkellmu skond il-​viżjoni taʼ qalbhom,+ mhux skond dak li joħroġ minn fomm Ġeħova.+ 17 Lil dawk li m’għandhomx rispett lejja jgħidulhom darba wara l-​oħra, ‘Ġeħova qal: “Sliem se jkollkom.”’+ U lil kulmin hu miexi wara l-​ebusija taʼ qalbu+ qalulu, ‘M’hu ġej fuqkom l-​ebda gwaj.’+ 18 Għax min minnhom kien fost il-​ġemgħa taʼ ħbieb intimi+ taʼ Ġeħova u ra u semaʼ kelmtu?+ Min qagħad attent għall-​kelma tiegħu u semagħha?+ 19 Ara! Se joħroġ ir-​riefnu taʼ Ġeħova, il-​korla tiegħu, iva, tempesta ddur u tagħqad.+ Fuq l-​irjus tal-​ħżiena se ddur u tagħqad.+ 20 Ir-rabja taʼ Ġeħova ma terġax lura qabel ma jkun għamel+ u wettaq l-​ideat taʼ qalbu.+ Fl-​aħħar parti tal-​jiem intom se tikkunsidraw dan u tifhmuh ċar.+

21 “Jien ma bgħatthomx lill-​profeti, iżda huma telqu jiġru. Ma kellimthomx, iżda huma pprofetizzaw.+ 22 Kieku kienu fost il-​ġemgħa taʼ ħbieb intimi tiegħi,+ kienu jsemmgħu kliemi lill-​poplu tiegħi, u kienu jreġġgħuhom lura minn triqithom il-​ħażina u mill-​ħażen taʼ l-​għemejjel tagħhom.”+

23 “Forsi jien Alla meta nkun fil-​qrib biss,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u ma nkunx Alla meta nkun fil-​bogħod?”+

24 “Jew jistaʼ bniedem jinħeba f’xi moħba u jien ma narahx?”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

“Mhux jien nimliehom is-​smewwiet u l-​art?”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 25 “Jien smajt x’qalu l-​profeti li qed jipprofetizzaw il-​gideb f’ismi+ u jgħidu, ‘Kelli ħolma! Kelli ħolma!’+ 26 Kemm se jdum jeżisti dan fil-​qalb tal-​profeti li qed jipprofetizzaw il-​gideb u li qed jipprofetizzaw l-​ingann taʼ qalbhom?+ 27 Qegħdin jaħsbu kif lill-​poplu tiegħi jistgħu jnissulu ismi bil-​ħolm tagħhom, li l-​ħin kollu jirrakkontawh lil xulxin,+ bħalma missirijiethom insew ismi minħabba Bagħal.+ 28 Il-profeta li jkollu ħolma, ħa jirrakkonta din il-​ħolma; imma dak li għandu l-​kelma tiegħi, ħa jitkellem il-​kelma tiegħi bil-​verità.”+

“X’għandu x’jaqsam it-​tiben mal-​qamħ?”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

29 “M’hijiex kelmti bħal nar,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u bħal martell tal-​forġa li jfarrak il-​blat?”+

30 “Għaldaqstant, ara, jien kontra l-​profeti,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “kontra dawk li qed jisirqu kliemi, kull wieħed mingħand sieħbu.”+

31 “Ara, jien kontra l-​profeti,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “kontra dawk li qed jużaw ilsienhom biex jgħidu, ‘Din kelma mingħandu!’”+

32 “Ara, jien kontra l-​profeti li joħolmu ħolm falz,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u li jirrakkontawh u jġiegħlu lill-​poplu tiegħi jiżvija minħabba l-​gideb+ u l-​ftaħir tagħhom.”+

“Imma jien la bgħatthom u lanqas ikkmandajthom. Għalhekk, żgur li ma jkunux taʼ benefiċċju għal dan il-​poplu,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

33 “U meta dan il-​poplu jew dan il-​profeta jew qassis jistaqsik, ‘X’inhi t-​tagħbija* taʼ Ġeħova?’+ għidilhom, ‘“Intom it-​tagħbija!*+ U jien se nabbandunakom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.’ 34 U l-​profeta jew il-​qassis jew il-​poplu li jgħid, ‘Din hi t-​tagħbija taʼ Ġeħova!’ jien nitlob kont ukoll minn dak ir-​raġel u min-​nies taʼ daru.+ 35 Hekk jgħid kull wieħed minnkom lil sieħbu u kull wieħed minnkom lil ħuh, ‘X’wieġeb Ġeħova? U x’qal Ġeħova?’+ 36 Imma t-​tagħbija+ taʼ Ġeħova ssemmuhiex iktar,+ għax għal kull wieħed minnkom it-​tagħbija saret kelmtu stess,+ u intom biddiltu l-​kliem taʼ l-​Alla l-​ħaj,+ Ġeħova taʼ l-​armati, Alla tagħna.

37 “Hekk għidlu lill-​profeta, ‘Xi tweġiba tak Ġeħova? U x’qal Ġeħova?+ 38 U jekk tibqgħu tgħidu, “Din hi t-​tagħbija taʼ Ġeħova!” mela dan hu li qal Ġeħova: “Talli bqajtu tgħidu, ‘Din il-​kelma hi t-​tagħbija taʼ Ġeħova,’ meta jien bqajt nibgħat ngħidilkom, ‘Tgħidux: “Din hi t-​tagħbija taʼ Ġeħova!”’ 39 arawni, se nitlaqkom żgur, u nwarrab għalkollox+ minn quddiemi lilkom u l-​belt li tajt lilkom u lil missirijietkom.+ 40 U nitfaʼ fuqkom żebliħ u umiljazzjoni għal żmien indefinit, li ma jintesewx.”’”+

24 U wara li Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, eżilja lil Ġekonija*+ bin Ġeħojakim,+ is-​sultan taʼ Ġuda, u lill-​prinċpijiet taʼ Ġuda u lin-​nies tas-​sengħa+ u lill-​bennejja tas-​swar, u minn Ġerusalemm ħadhom lejn Babilonja,+ Ġeħova wrieni żewġt iqfief tin li tqiegħdu quddiem it-​tempju taʼ Ġeħova. 2 F’qoffa minnhom, it-​tin kien tajjeb ħafna, bħal tin bikri;+ fil-​qoffa l-​oħra, it-​tin kien ħażin ħafna, tant li ma setax jittiekel daqskemm kien ħażin.

3 U Ġeħova qalli: “X’qed tara, Ġeremija?” U għedtlu: “Tin, it-​tin it-​tajjeb hu tajjeb ħafna, u t-​tin il-​ħażin tant hu ħażin li ma jistax jittiekel daqskemm hu ħażin.”+

4 Imbagħad il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 5 “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Bħal dan it-​tin tajjeb, hekk se nħares lejn l-​eżiljati taʼ Ġuda li nkun bgħatt minn dan il-​pajjiż lejn l-​art tal-​Kaldin,+ se nħares lejhom b’mod tajjeb.+ 6 U nitfaʼ għajnejja fuqhom għall-​ġid,+ u rreġġagħhom lura lejn dan il-​pajjiż.+ U nibnihom, u ma nġarrafhomx; inħawwilhom, u ma nqaċċathomx mill-​għeruq.+ 7 U nagħtihom qalb li biha jkunu jafuni,+ li jien Ġeħova; u jsiru l-​poplu tiegħi,+ u jien insir Alla tagħhom, għax huma jerġgħu lura għandi b’qalbhom kollha.+

8 “‘U bħat-​tin il-​ħażin li ma jistax jittiekel daqskemm hu ħażin,’+ qal Ġeħova, ‘hekk se nagħmlilhom lil Sedekija,+ is-​sultan taʼ Ġuda, u lill-​prinċpijiet tiegħu u l-​fdal taʼ Ġerusalemm li jibqgħu f’dan il-​pajjiż+ u dawk li qed jgħammru fl-​art taʼ l-​Eġittu+— 9 se nagħmilhom xi ħaġa tal-​waħx, taʼ ħsara, fis-​saltniet kollha taʼ l-​art,+ u jiġu mżebilħin, mgħajrin,+ misħutin,+ u jkunu bħal qawl fil-​postijiet kollha fejn se nxerridhom.+ 10 U nibgħat kontrihom is-​sejf,+ il-​ġuħ+ u l-​pesta,+ sakemm jintemmu mill-​art li tajt lilhom u lil missirijiethom.’”+

25 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija dwar il-​poplu kollu taʼ Ġuda fir-​rabaʼ sena taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, jiġifieri, fl-​ewwel sena taʼ Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja; 2 u li l-​profeta Ġeremija tkellem dwar il-​poplu kollu taʼ Ġuda u dwar l-​abitanti kollha taʼ Ġerusalemm, billi qal:

3 “Mis-​sena tlettax taʼ Ġosija+ bin Amon, is-​sultan taʼ Ġuda, sa llum, għal dawn it-​tlieta u għoxrin sena, ġiet għandi l-​kelma taʼ Ġeħova, u jien kellimtkom kemm-il darba, iva, kont inbakkar fil-​għodu biex inkellimkom, imma intom ma smajtux.+ 4 U Ġeħova bagħtilkom il-​qaddejja kollha tiegħu l-​profeti, u kien ibakkar u jibgħathom, imma intom ma smajtux,+ lanqas mejjiltu widnitkom biex tisimgħu,+ 5 meta kienu jgħidulkom, ‘Duru lura, jekk jogħġobkom, kull wieħed minnkom minn triqtu l-​ħażina u mill-​ħażen taʼ l-​għemejjel tagħkom,+ u tibqgħu tgħixu fl-​art li Ġeħova ta lilkom u lil missirijietkom żmien twil ilu sabiex tgħixu fiha għal żmien twil.+ 6 U timxux wara allat oħrajn biex taqduhom u tmilu quddiemhom, sabiex ma toffendunix b’xogħol idejkom, u b’hekk ma nġibx ħsara fuqkom.’+

7 “‘Imma intom ma smajtux minni,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u offendejtuni b’xogħol idejkom, bi ħsara għalikom.’+

8 “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘“Talli m’obdejtux minn kliemi, 9 ara, se nibgħat għall-​familji kollha tat-​tramuntana,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “anki għal Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, il-​qaddej tiegħi,+ u nġibhom kontra dan il-​pajjiż+ u l-​abitanti tiegħu u kontra dawn il-​ġnus kollha taʼ madwar;+ u niddedikahom għall-​qerda* u nagħmilhom oġġett taʼ stagħġib u taʼ tisfir+ u ħerba għal żmien indefinit.+ 10 U neqred minn ġo fihom il-​ħoss tal-​ferħ u l-​ħoss taʼ l-​hena,+ leħen l-​għarus u leħen l-​għarusa,+ il-​ħoss tal-​mitħna taʼ l-​idejn+ u d-​dawl tal-​musbieħ.+ 11 U dan il-​pajjiż kollu jsir ħerba, oġġett taʼ stagħġib, u dawn il-​ġnus ikollhom jaqdu lis-​sultan taʼ Babilonja għal sebgħin sena.”’+

12 “‘U jiġri li meta jgħaddu sebgħin sena,+ nitlob kont mis-​sultan taʼ Babilonja u minn dak il-​ġens,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘għall-​iżball tagħhom, iva, mill-​art tal-​Kaldin,+ u nagħmilha art abbandunata għal żmien indefinit.+ 13 U nġib fuq dak il-​pajjiż kulma għedt kontrih, kulma hemm miktub f’dan il-​ktieb li Ġeremija pprofetizza kontra l-​ġnus kollha.+ 14 Għax anki huma, ħafna ġnus u slaten kbar,+ sfruttawhom bħala qaddejja;+ u jien se nħallashom t’għemilhom u taʼ xogħol idejhom.’”+

15 Għax hekk qalli Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel: “Ħu l-​kies taʼ l-​inbid tal-​korla minn idi, u isqih lill-​ġnus kollha għand min se nibagħtek.+ 16 U huma jixorbu u jixxenglu u jaġixxu qishom imġienen minħabba s-​sejf li se nibgħat fosthom.”+

17 U jien ħadt il-​kies minn id Ġeħova u sqejtu lill-​ġnus kollha li kien bagħatni+ għandhom Ġeħova: 18 jiġifieri, Ġerusalemm u l-​bliet taʼ Ġuda u s-​slaten u l-​prinċpijiet tiegħu, sabiex jagħmilhom ħerba, oġġett taʼ stagħġib+ u taʼ tisfir, u saħta, bħalma se jiġri issa;+ 19 il-Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu, u l-​qaddejja u l-​prinċpijiet u n-​nies kollha tiegħu;+ 20 u l-​kotra mħallta kollha mill-​ġnus, u s-​slaten kollha taʼ l-​art t’Uż+ u taʼ l-​art tal-​Filistin+ u Askelon+ u Gaża+ u Għekron+ u l-​fdal t’Asdod;+ 21 Edom+ u Mowab+ u wlied Għammon;+ 22 u s-​slaten kollha taʼ Tir+ u taʼ Sidon+ u s-​slaten tal-​gżejjer* tal-​baħar; 23 u Dedan+ u Tema+ u Buż u dawk kollha li jqaxxru xagħar ngħashom;+ 24 u s-​slaten kollha taʼ l-​Għarab+ u tal-​kotra mħallta li jgħammru fix-​xagħri; 25 u s-​slaten kollha taʼ Żimri u t’Għelam+ u tal-​Medin;+ 26 u s-​slaten kollha tat-​tramuntana fil-​viċin u fil-​bogħod, wieħed wara l-​ieħor, u s-​saltniet l-​oħrajn kollha taʼ l-​art li huma fuq wiċċ l-​art; u s-​sultan taʼ Sesak*+ jixrob warajhom.

27 “U għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Ixorbu, iskru, irremettu, u aqgħu b’tali mod li ma terġgħux tqumu+ minħabba s-​sejf li se nibgħat fostkom.”’+ 28 U jiġri li jekk ma jkunux iridu jieħdu l-​kies minn idek biex jixorbu, għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Tixorbu bilfors.+ 29 Għax, ara, se nġib gwaj+ u se nibda mill-​belt li ssejjaħ ismi fuqha; allura qed taħsbu li intom b’xi mod se teħilsu mill-​kastig?”’+

“‘Ma teħilsuhiex, għax se nsejjaħ sejf kontra l-​abitanti kollha taʼ l-​art,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati.

30 “U int ipprofetizzalhom dan il-​kliem kollu, u għidilhom, ‘Ġeħova se jgħajjat+ mill-​għoli, u mill-​post qaddis fejn jgħammar se jsemmaʼ leħnu.+ Żgur se jgħajjat għal fuq il-​post fejn jgħammar. Bħal dawk li jkunu qed jgħaffġu fil-​magħsar taʼ l-​inbid, hekk se jgħanni u jgħajjat kontra l-​abitanti kollha taʼ l-​art.’+

31 “‘Se jasal ħoss sa l-​iktar parti mbiegħda taʼ l-​art, għax Ġeħova qiegħed f’kontroversja mal-​ġnus.+ Hu se jkollu xi jgħid mal-​bnedmin kollha,+ u lill-​ħżiena jagħtihom għas-​sejf,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

32 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Ara! Se jgħaddi gwaj minn ġens għal ġens,+ u tempesta kbira se tqum mill-​ibgħad partijiet taʼ l-​art.+ 33 U dakinhar, dawk maqtulin minn Ġeħova se jkunu minn tarf sat-​tarf l-​ieħor taʼ l-​art.+ Ma jibkuhomx, lanqas jiġbruhom jew jidfnuhom.+ Bħal demel fuq wiċċ l-​art isiru.’+

34 “Newħu rgħajja, u għajtu!+ Tmiegħku+ kbarat tal-​merħla,+ għax waslilkom iż-​żmien biex tinqatlu u tixterdu,+ u taqgħu bħal reċipjent sabiħ!+ 35 U r-​rgħajja m’għadx għandhom fejn jaħarbu, u l-​kbarat tal-​merħla m’għadx għandhom mezz taʼ ħelsien.+ 36 Ismaʼ! L-​għajat tar-​rgħajja u t-​tinwiħ tal-​kbarat tal-​merħla, għax Ġeħova qed iħarbtilhom il-​mergħa. 37 U l-​postijiet fejn kienu jgħammru fil-​paċi spiċċaw bla ħajja minħabba r-​rabja taħraq taʼ Ġeħova.+ 38 Hu ħareġ mill-​moħba tiegħu bħal iljun b’saħħtu,+ u pajjiżhom sar oġġett taʼ stagħġib minħabba l-​ħruxija tas-​sejf u minħabba r-​rabja taħraq tiegħu.”+

26 Fil-bidu tal-​ħakma rjali taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, ġiet din il-​kelma mingħand Ġeħova, tgħid: 2 “Hekk qal Ġeħova, ‘Oqgħod fil-​bitħa tad-​dar taʼ Ġeħova,+ u għid il-​kliem kollu li se nikkmandak tgħid+ dwar in-​nies kollha tal-​bliet taʼ Ġuda li qed jiġu jmilu fid-​dar taʼ Ġeħova. Tħallix kelma waħda barra.+ 3 Forsi jisimgħu u jduru lura, kull wieħed minn triqtu l-​ħażina,+ u jiddispjaċini mill-​gwaj li qed naħseb li nġib fuqhom minħabba l-​ħażen taʼ l-​għemejjel tagħhom.+ 4 U għidilhom: “Hekk qal Ġeħova, ‘Jekk ma tisimgħux minni u timxu skond il-​liġi+ li tajtkom,+ 5 u jekk ma tisimgħux mill-​kliem tal-​qaddejja tiegħi l-​profeti, li qed nibagħtilkom, iva, li bakkart biex nibgħathomlkom imma intom ma smajtux minnhom,+ 6 mela jien, din id-​dar nagħmilha bħal dik f’Silo,+ u din il-​belt nagħmilha saħta f’għajnejn il-​ġnus kollha taʼ l-​art.’”’”+

7 U l-​qassisin u l-​profeti u l-​poplu kollu kienu qed jisimgħu lil Ġeremija jgħid dan il-​kliem fid-​dar taʼ Ġeħova.+ 8 U ġara li hekk kif Ġeremija temm jgħid lill-​poplu kollu kulma kien ikkmandah Ġeħova, il-​qassisin u l-​profeti u l-​poplu kollu qabduh u qalulu: “Int żgur għall-​mewt.+ 9 Għala pprofetizzajt f’isem Ġeħova u għedt, ‘Din id-​dar se ssir bħal dik f’Silo,+ u din il-​belt se titħalla ħerba u ma jkun hemm ħadd min jgħammar fiha’?” U n-​nies kollha baqgħu jinġemgħu madwar Ġeremija fid-​dar taʼ Ġeħova.

10 Imbagħad il-​prinċpijiet taʼ Ġuda semgħu dan il-​kliem, u telgħu mid-​dar tas-​sultan għad-​dar taʼ Ġeħova+ u poġġew bil-​qiegħda fid-​daħla tal-​bieb il-​ġdid taʼ Ġeħova.+ 11 U l-​qassisin u l-​profeti bdew jgħidu lill-​prinċpijiet u lill-​poplu kollu: “Dan ir-​raġel ħaqqu l-​mewt,+ għax hu pprofetizza dwar din il-​belt dak li għadkom kemm smajtu b’widnejkom.”+

12 Għal dan, Ġeremija qal lill-​prinċpijiet kollha u lill-​poplu kollu: “Ġeħova bagħatni nipprofetizza l-​kliem kollu li smajtu+ dwar din id-​dar u din il-​belt. 13 U issa rranġaw triqatkom u l-​għemejjel tagħkom,+ u obdu minn leħen Ġeħova Alla tagħkom, u Ġeħova jiddispjaċih mill-​gwaj li ddikjara kontrikom.+ 14 Ngħid għalija, jien f’idejkom.+ Agħmlu bija skond dak li jidhrilkom li hu tajjeb u sewwa f’għajnejkom.+ 15 Biss kunu afu żgur li jekk toqtluni, demm innoċenti tkunu qed iġġibu fuqkom, fuq din il-​belt, u fuq l-​abitanti tagħha,+ għax lili veru Ġeħova bagħatni għandkom biex insemmgħalkom f’widnejkom dan il-​kliem kollu.”+

16 Imbagħad il-​prinċpijiet+ u l-​poplu kollu qalu lill-​qassisin u lill-​profeti: “Dan ir-​raġel ma ħaqqux imut,+ għax f’isem Ġeħova Alla tagħna kellimna.”+

17 Ukoll, qamu xi wħud mix-​xjuħ tal-​pajjiż u bdew jgħidu lill-​kongregazzjoni kollha miġbura:+ 18 “Fi żmien Ħeżekija, is-​sultan taʼ Ġuda,+ kien hemm jipprofetizza Mikea+ minn Moreset+ li qal lill-​poplu kollu taʼ Ġuda, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Sijon għad tinħarat bħal għalqa,+ u Ġerusalemm għad issir ħerba sħiħa,+ u l-​muntanja tad-​Dar tkun bħall-​postijiet għoljin taʼ foresta.”’+ 19 Għal li jistaʼ jkun Ħeżekija, is-​sultan taʼ Ġuda, u dawk kollha f’Ġuda kkundannawh għall-​mewt lil dan il-​profeta? Ma beżax hu minn Ġeħova u pprova jtaffilu l-​korla,+ tant li Ġeħova ddispjaċieh mill-​gwaj li kien iddikjara kontrihom?+ Għalhekk, aħna qed inqanqlu gwaj kbir kontrina.+

20 “U kien hemm ukoll raġel ieħor jipprofetizza f’isem Ġeħova, Urijah bin Semajja minn Kirjat-ġegħarim.+ U dan baqaʼ jipprofetizza kontra din il-​belt u kontra dan il-​pajjiż fi qbil mal-​kliem kollu taʼ Ġeremija. 21 U s-​Sultan Ġeħojakim+ u l-​irġiel setgħanin kollha tiegħu u l-​prinċpijiet kollha semgħu x’kien qed jgħid, u s-​sultan ipprova joqtlu.+ Malli Urijah sar jaf b’dan, minnufih imtela bil-​biżaʼ,+ u ħarab lejn l-​Eġittu. 22 Imma s-​Sultan Ġeħojakim bagħat xi rġiel l-​Eġittu, lil Elnatan bin Għakbor+ u xi rġiel oħrajn miegħu. 23 U dawn ġabu lil Urijah mill-​Eġittu u ħaduh għand is-​Sultan Ġeħojakim li qatlu bis-​sejf,+ u tefaʼ l-​ġisem mejjet tiegħu fejn jindifnu n-​nies komuni.”

24 U id Aħikam+ bin Safan+ kienet maʼ Ġeremija, u b’hekk ma ngħatax f’idejn il-​poplu biex joqtluh.+

27 Fil-bidu tas-​saltna taʼ Ġeħojakim* bin Ġosija,+ is-​sultan taʼ Ġuda, ġiet din il-​kelma għand Ġeremija mingħand Ġeħova, tgħid: 2 “Hekk qalli Ġeħova, ‘Agħmel għalik irbit u staneg tal-​madmad,+ u qegħedhom fuq għonqok.+ 3 U ibgħathom lis-​sultan t’Edom+ u lis-​sultan taʼ Mowab+ u lis-​sultan taʼ wlied Għammon+ u lis-​sultan taʼ Tir+ u lis-​sultan taʼ Sidon+ permezz tal-​messaġġiera li ġejjin Ġerusalemm għand Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda. 4 U agħtihom dan il-​kmand għas-​sidien tagħhom:

“‘“Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel;+ hekk għidulhom lis-​sidien tagħkom, 5 ‘Jien għamilt l-​art,+ il-​bnedmin+ u l-​annimali+ li hawn fuq wiċċ l-​art bil-​qawwa kbira tiegħi+ u bi driegħi maħruġ ’il barra;+ u jien tajtha lil min deherli li hu tajjeb f’għajnejja.+ 6 U issa tajt dawn l-​artijiet kollha f’idejn Nebukadnessar,* is-​sultan taʼ Babilonja,+ il-​qaddej tiegħi;+ sal-​bhejjem salvaġġi tar-​rabaʼ tajtu biex jaqduh.+ 7 U l-​ġnus kollha jridu jaqdu lilu+ u lil ibnu u lil neputih sa ma jasal iż-​żmien għal artu wkoll,+ u ħafna ġnus u slaten kbar jisfruttawh bħala qaddej.’+

8 “‘“‘U jiġri li l-​ġens u s-​saltna li ma jaqduhx, iva, lil Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja, u dak il-​ġens li ma jqegħedx għonqu taħt il-​madmad tas-​sultan taʼ Babilonja, nikkastigah bis-​sejf+ u bil-​ġuħ+ u bil-​pesta,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘sakemm intemmhom permezz tiegħu.’+

9 “‘“‘U intom, tisimgħux mill-​profeti tagħkom+ u minn dawk li jeħbru u minn dawk li joħolmu+ u minn dawk li jipprattikaw il-​maġija u mis-​sħaħar tagħkom,+ li qed jgħidulkom: “M’intomx se taqdu lis-​sultan taʼ Babilonja.”+ 10 Għax huma gideb qed jipprofetizzawlkom, sabiex iħallukom tittieħdu ’l bogħod minn artkom; u jien ikolli nxerridkom, u intom tgħibu.+

11 “‘“‘U dak il-​ġens li jqiegħed għonqu taħt il-​madmad tas-​sultan taʼ Babilonja u jaqdih, jien inħallih jistrieħ f’artu,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u jaħdimha u jgħammar fiha.’”’”+

12 U lil Sedekija,+ is-​sultan taʼ Ġuda, ukoll għedtlu dan il-​kliem kollu:+ “Qiegħdu għonqkom taħt il-​madmad tas-​sultan taʼ Babilonja u aqdu lilu u lin-​nies tiegħu u tibqgħu tgħixu.+ 13 Għala għandkom tmutu, int u n-​nies tiegħek, bis-​sejf,+ bil-​ġuħ+ u bil-​pesta+ bħalma qal Ġeħova lill-​ġens li ma jaqdix lis-​sultan taʼ Babilonja? 14 U tisimgħux mill-​kliem tal-​profeti li qed jgħidulkom, ‘M’intomx se taqdu lis-​sultan taʼ Babilonja,’+ għax gideb qed jipprofetizzawlkom.+

15 “‘Għax mhux jien bgħatthom,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘imma huma qed jipprofetizzaw falz f’ismi sabiex inxerridkom+ u tgħibu,+ intom u l-​profeti li qed jipprofetizzawlkom.’”+

16 U kellimt lill-​qassisin u lil dan il-​poplu kollu, u għedtilhom: “Hekk qal Ġeħova, ‘Tisimgħux minn kliem il-​profeti tagħkom li qed jipprofetizzawlkom u jgħidulkom: “Ara! L-​għodod tad-​dar taʼ Ġeħova dalwaqt jinġiebu lura minn Babilonja!”+ Għax huma gideb qed jipprofetizzawlkom.+ 17 Tisimgħux minnhom. Aqdu lis-​sultan taʼ Babilonja u tibqgħu tgħixu.+ Għala għandha ssir ħerba din il-​belt?+ 18 Imma jekk huma profeti u għandhom il-​kelma taʼ Ġeħova, nitlobhom, ħa jissupplikaw* lil Ġeħova+ taʼ l-​armati sabiex l-​għodod li fadal fid-​dar taʼ Ġeħova u fid-​dar tas-​sultan taʼ Ġuda u f’Ġerusalemm ma jmorrux f’Babilonja.’

19 “Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati dwar il-​kolonni+ u l-​baħar+ u l-​karrijiet+ u l-​bqija taʼ l-​għodod li għad fadal f’din il-​belt,+ 20 li Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja, ma ħadhomx miegħu meta ġarr fl-​eżilju lil Ġekonija+ bin Ġeħojakim, is-​sultan taʼ Ġuda, minn Ġerusalemm lejn Babilonja, flimkien man-​nobbli kollha taʼ Ġuda u Ġerusalemm;+ 21 għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, dwar l-​għodod li fadal fid-​dar taʼ Ġeħova u fid-​dar tas-​sultan taʼ Ġuda u Ġerusalemm,+ 22 ‘“Lejn Babilonja jittieħdu+ u hemmhekk jibqgħu sa dakinhar li niftakar fihom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “U ntellagħhom u nġibhom lura f’dan il-​post.”’”+

28 U ġara f’dik is-​sena, fil-​bidu tas-​saltna taʼ Sedekija,+ is-​sultan taʼ Ġuda, fir-​rabaʼ sena, fil-​ħames xahar, li Ħananija+ bin Għażżur, il-​profeta minn Gibegħon,+ qalli fid-​dar taʼ Ġeħova quddiem il-​qassisin u l-​poplu kollu: 2 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Se nkisser il-​madmad tas-​sultan taʼ Babilonja.+ 3 Minn hawn u sentejn oħra nġib lura f’dan il-​post l-​għodod kollha tad-​dar taʼ Ġeħova li Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja,+ ġarr minn hawnhekk biex jiħodhom Babilonja.’” 4 “‘U lil Ġekonija+ bin Ġeħojakim,+ is-​sultan taʼ Ġuda, u lill-​eżiljati kollha taʼ Ġuda li marru Babilonja+ se nġibhom lura f’dan il-​post,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘għax se nkisser il-​madmad+ tas-​sultan taʼ Babilonja.’”

5 U l-​profeta Ġeremija qal lill-​profeta Ħananija quddiem il-​qassisin u l-​poplu kollu li kienu qegħdin fid-​dar taʼ Ġeħova;+ 6 iva, il-​profeta Ġeremija qal: “Amen!+ Jalla jagħmel hekk Ġeħova! Jalla Ġeħova jwettaq il-​kliem li int ipprofetizzajt billi jġib lura f’dan il-​post l-​għodod tad-​dar taʼ Ġeħova u lill-​eżiljati kollha minn Babilonja!+ 7 Iżda, ismaʼ, jekk jogħġbok, din il-​kelma li se nsemmaʼ f’widnejk u f’widnejn il-​poplu kollu.+ 8 Il-profeti li ġew qabli u qablek żmien twil ilu,+ ukoll kienu jipprofetizzaw dwar gwerer, ħsara, u pesta għal ħafna pajjiżi u saltniet kbar.+ 9 Meta sseħħ il-​kelma tal-​profeta mbagħad se jintgħaraf liema profeta kien tassew mibgħut minn Ġeħova,+ jekk hux il-​profeta li qed jipprofetizza dwar il-​paċi.”+

10 Għal dan, il-​profeta Ħananija neħħa l-​istanga tal-​madmad minn fuq għonq il-​profeta Ġeremija u kissirha.+ 11 Imbagħad Ħananija+ qal quddiem il-​poplu kollu: “Dan qal Ġeħova,+ ‘Minn hawn u sentejn oħra hekk se nkisser il-​madmad taʼ Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja, minn fuq għonq il-​ġnus kollha.’”+ U l-​profeta Ġeremija telaq għal triqtu.+

12 Imbagħad il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija,+ wara li l-​profeta Ħananija kien kisser l-​istanga tal-​madmad minn fuq għonq il-​profeta Ġeremija, tgħid: 13 “Mur, u għid lil Ħananija, ‘Hekk qal Ġeħova: “Int kissirt l-​istaneg tal-​madmad+ taʼ l-​injam, u minflokhom ikollok tagħmel staneg tal-​madmad tal-​ħadid.”+ 14 Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Madmad tal-​ħadid inqiegħed fuq għonq dawn il-​ġnus kollha, sabiex jaqdu lil Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja;+ u huma jkollhom jaqduh.+ Sal-​bhejjem salvaġġi tar-​rabaʼ nagħtih.”’”+

15 U l-​profeta Ġeremija qal lill-​profeta Ħananija:+ “Ismaʼ, jekk jogħġbok, O Ħananija! Ġeħova ma bagħtekx, imma int ġegħelt lil dan il-​poplu jafda f’gidba.+ 16 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, ‘Ara! Se nneħħik minn fuq wiċċ l-​art. Din is-​sena tmut,+ għax int tkellimt b’mod ribelluż għall-​aħħar kontra Ġeħova.’”+

17 U b’hekk il-​profeta Ħananija miet dik is-​sena, fis-​sebaʼ xahar.+

29 U dan hu l-​kliem taʼ l-​ittra li l-​profeta Ġeremija bagħat minn Ġerusalemm lill-​bqija tax-​xjuħ minn fost l-​eżiljati u lill-​qassisin u lill-​profeti u lill-​poplu kollu. Lil dawn Nebukadnessar kien ġarrhom fl-​eżilju minn Ġerusalemm għal Babilonja,+ 2 wara li s-​Sultan Ġekonija+ u s-​sultana omm+ u l-​uffiċjali tal-​palazz u l-​prinċpijiet taʼ Ġuda u Ġerusalemm,+ u n-​nies tas-​sengħa u l-​bennejja tas-​swar+ kienu telqu minn Ġerusalemm. 3 Din l-​ittra twasslet permezz t’Elgħasa bin Safan+ u Gemarija bin Ħilkija, li Sedekija,+ is-​sultan taʼ Ġuda, bagħathom Babilonja għand Nebukadnessar, is-​sultan taʼ Babilonja, u kienet tgħid:

4 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, lill-​eżiljati kollha, li jien bgħatthom Babilonja fl-​eżilju+ minn Ġerusalemm, 5 ‘Ibnu d-​djar u għammru fihom, ħawlu l-​ġonna u kulu frotthom.+ 6 Iżżewġu n-​nisa u nisslu subien u bniet;+ ħudu nisa għal uliedkom subien u agħtu lill-​bniet tagħkom fiż-​żwieġ, sabiex jildu subien u bniet; u hemmhekk oktru, u tonqsux fl-​għadd. 7 Barra minn hekk, fittxu l-​paċi tal-​belt li eżiljajtkom fiha, u itolbu lil Ġeħova għaliha, sabiex bil-​paċi tagħha jkollkom il-​paċi intom ukoll.+ 8 Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Tħallux lill-​profeti li għandkom fostkom u lil dawk li jeħbru jqarrqu bikom,+ u tagħtux widen għall-​ħolm tagħhom li qed joħolmu.+ 9 Għax ‘huma gideb qed jipprofetizzawlkom f’ismi. Mhux jien bgħatthom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”’”

10 “Għax hekk qal Ġeħova, ‘Meta jgħaddu s-​sebgħin sena f’Babilonja, nitfaʼ l-​attenzjoni tiegħi fuqkom,+ u nwettaq il-​kelma t-​tajba li għedt dwarkom billi nġibkom lura f’dan il-​post.’+

11 “‘Għax jien naf il-​ħsibijiet li qed naħseb dwarkom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘ħsibijiet taʼ paċi, mhux taʼ ħsara,+ sabiex nagħtikom futur u tama.+ 12 U ssejħuli u tiġu titolbuni, u jien nismagħkom.’+

13 “‘U tfittxuni u ssibuni,+ għax tfittxuni b’qalbkom kollha.+ 14 U jien inħallikom issibuni,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘U niġbor lill-​imjassrin tagħkom u niġmagħkom mill-​ġnus kollha u mill-​postijiet kollha fejn xerridtkom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘U nġibkom lura fil-​post minfejn eżiljajtkom.’+

15 “Imma intom għedtu, ‘Ġeħova qajmilna profeti f’Babilonja.’

16 “Hekk qal Ġeħova lis-​sultan li qiegħed fuq it-​tron taʼ David+ u lin-​nies kollha li jgħixu f’din il-​belt, ħutkom li ma ġewx magħkom fl-​eżilju,+ 17 ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Ara, qed nibgħat kontrihom is-​sejf,+ il-​ġuħ+ u l-​pesta,+ u nagħmilhom bħal tin mifqugħ li ma jistax jittiekel daqskemm hu ħażin.”’+

18 “‘U niġri warajhom bis-​sejf, bil-​ġuħ u bil-​pesta, u nagħmilhom xi ħaġa tal-​waħx għas-​saltniet kollha taʼ l-​art,+ bħala saħta u oġġett taʼ stagħġib u taʼ tisfir u taʼ żebliħ fost il-​ġnus kollha fejn se nxerridhom,+ 19 peress li huma ma semgħux minn kliemi,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘li jien bgħattilhom permezz tal-​qaddejja tiegħi l-​profeti, u kont inbakkar u nibgħathom.’+

“‘Imma intom ma smajtux,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

20 “U intom ilkoll li qegħdin fl-​eżilju,+ li keċċejtkom minn Ġerusalemm għal Babilonja,+ isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova. 21 Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, dwar Aħab bin Kolaja u dwar Sedekija bin Magħseja, li qed jipprofetizzawlkom il-​gideb f’ismi,+ ‘Ara, qed nagħtihom f’idejn Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, u hu joqtolhom quddiem għajnejkom.+ 22 U jintużaw bħala saħta mill-​eżiljati kollha taʼ Ġuda li qegħdin f’Babilonja, għax jgħidu: “Jalla Ġeħova jagħmillek bħal Sedekija u Aħab,+ li s-​sultan taʼ Babilonja xewa fin-​nar!”+ 23 għax huma wettqu affarijiet bla sens f’Israel,+ u baqgħu jagħmlu adulterju man-​nisa taʼ sħabhom+ u jitkellmu falz f’ismi dak li jien ma kkmandajthomx.+

“‘“U jien dan nafu u xhud tiegħu,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.’”

24 “U lil Semajja+ taʼ Neħelam għidlu, 25 ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Talli bgħatt ittri f’ismek+ lin-​nies kollha li hemm f’Ġerusalemm, u lil Sofonija+ bin Magħseja, il-​qassis, u lill-​qassisin kollha, biex tgħidilhom, 26 ‘Ġeħova għamlek qassis minflok Ġeħojada l-​qassis, sabiex tkun l-​indokratur il-​kbir tad-​dar taʼ Ġeħova+ u tarresta lil xi raġel miġnun+ li jkun qed iġib ruħu taʼ profeta u tpoġġih fil-​qjud.*+ 27 Imma allura, għala ma ċanfartux lil Ġeremija t’Għanatot,+ li qed iġib ruħu taʼ profeta magħkom?+ 28 Għax għalhekk bagħat jgħidilna f’Babilonja: “Dan l-​eżilju hu twil! Ibnu d-​djar u għammru fihom, ħawlu l-​ġonna u kulu frotthom,+—”’”’”

29 U Sofonija+ l-​qassis qara din l-​ittra lill-​profeta Ġeremija.

30 Imbagħad il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija, tgħid: 31 “Ibgħat għid lill-​eżiljati kollha,+ ‘Hekk qal Ġeħova dwar Semajja taʼ Neħelam: “Talli Semajja pprofetizzalkom għalkemm jien ma bgħattux, u pprova jġegħelkom tafdaw fil-​gideb,+ 32 hekk qal Ġeħova, ‘Ara, se nitlob kont minn Semajja+ taʼ Neħelam u minn uliedu.’+

“‘“‘Ħadd mil-​linja tiegħu ma jgħammar qalb dan il-​poplu;+ u hu ma jarax il-​ġid li se nagħmel lill-​poplu tiegħi,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘għax hu tkellem b’mod ribelluż għall-​aħħar kontra Ġeħova.’”’”+

30 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, tgħid: 2 “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ikteb fi ktieb dak kollu li se ngħidlek.+ 3 Għax, “ara, ġej żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “meta niġbor lill-​imjassrin tal-​poplu tiegħi, Israel u Ġuda,”+ qal Ġeħova, “u nġibhom lura lejn l-​art li jien tajt lil missirijiethom, u din terġaʼ tkun tagħhom.”’”+

4 U dan hu l-​kliem li Ġeħova qal lil Israel u lil Ġuda. 5 Hekk qal Ġeħova: “Smajna l-​ħoss tat-​tregħid, tal-​biżaʼ,+ u m’hemmx paċi. 6 Staqsu, jekk jogħġobkom, u araw jekk hemmx xi raġel jiled. Għala kull raġel b’saħħtu li rajt kellu idejh fuq ġenbejh bħal mara li qed tiled,+ u l-​uċuħ kollha sfaru?+ 7 Jaħasra! Għax dak il-​jum hu wieħed kbir,+ u m’hemmx ieħor bħalu,+ u dakinhar ikun żmien in-​niket taʼ Ġakobb.+ Imma hu se joħroġ salv minnu.”

8 “U jiġri dak iż-​żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati, “li nkisser il-​madmad minn fuq għonqhom, u naqsam l-​irbit tagħhom fi tnejn,+ u l-​istranġieri qatt iżjed ma jisfruttawh bħala qaddej. 9 U huma jaqdu lil Ġeħova Alla tagħhom u lil David is-​sultan tagħhom,+ li se nqajmilhom fuqhom.”+

10 “U int tibżax, O Ġakobb, qaddej tiegħi,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u titwerwirx, O Israel.+ Għax, ara, jien insalvak minn art fil-​bogħod u lil uliedek mill-​art fejn huma mjassrin.+ U Ġakobb jerġaʼ lura u jgħix fil-​kwiet u bla tfixkil, u ma jkunx hemm min ibeżżgħu.”+

11 “Għax jien miegħek,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “biex insalvak;+ imma se nġib qerda sħiħa fost il-​ġnus kollha fejn xerridtek.+ Iżda lilek m’iniex se neqirdek għalkollox.+ U nikkoreġik kemm ikun jistħoqqlok, għax żgur mhux se nħallik bla kastig.”+

12 Għax hekk qal Ġeħova: “Il-​ġerħa tiegħek ma tiddewwiex.+ Il-​ferita tiegħek bla fejqan.+ 13 M’hemm ħadd jiddefendi l-​kawża tiegħek, sabiex idewwilek il-​pjaga.+ Ma tistax tfiq, ma tistax tieħu lura saħħtek.+ 14 Dawk kollha li ħabbewk bil-​kbir insewk.+ M’għadhomx ifittxuk. Għax jien sawwattek bis-​swat t’għadu,+ bil-​kastigi taʼ wieħed kiefer,+ minħabba l-​iżbalji kotrana tiegħek;+ għax dnubietek żdiedu ħafna.+ 15 Għala qed tgħajjat minħabba l-​ġerħa tiegħek?+ L-​uġigħ li għandek mhux se jfiq għax l-​iżbalji tiegħek huma kotrana; dnubietek żdiedu ħafna.+ Jien ġibtu fuqek dan. 16 Għaldaqstant, dawk kollha li qed jibilgħuk għad jinbelgħu huma;+ u l-​avversarji tiegħek, kollha fil-​jasar sejrin.+ U dawk li qed iħarbtuk għad jitħarbtu, u dawk kollha li ħatfuk bħala priża nagħtihom biex jinħatfu huma.”+

17 “Għax nerġaʼ nagħtik saħħtek, u nfejqek mid-​daqqiet tiegħek,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Għax sejħulek imkeċċija,+ u qalu: ‘Dik Sijon, li ħadd m’hu qed ifittixha.’”+

18 Hekk qal Ġeħova: “Ara, ġej lejn it-​tined taʼ Ġakobb, u se niġbor lill-​imjassrin taʼ Ġakobb,+ u tiġini ħasra mit-​tabernakli tiegħu. U l-​belt terġaʼ tinbena fuq l-​għolja tagħha;+ u t-​torri li kien mgħammar ikun fil-​post xieraq tiegħu.+ 19 U minnhom joħroġ ir-​radd il-​ħajr, u l-​ħoss tan-​nies jidħqu.+ U jien inkattarhom, u ma jonqsux;+ u nżidhom fl-​għadd, u ma jsirux insinifikanti.+ 20 U wliedu jkunu bħal fiż-​żminijiet taʼ qabel, u l-​ġemgħa tiegħu tkun stabbilita quddiemi fis-​sod.+ U nitlob kont minn kulmin jaħqru.+ 21 U l-​maestuż tiegħu jkun wieħed minnu,+ u minn ġo nofsu joħroġ il-​ħakkiem tiegħu;+ u jien irressqu lejja, u hu jersaq lejja.”+

“Għax min hu dak li jissogra jersaq lejja minn jeddu?”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 22 “U intom issiru l-​poplu tiegħi,+ u jien insir Alla tagħkom.”+

23 Ara! Ħareġ ir-​riefnu taʼ Ġeħova, il-​korla tiegħu, tempesta li tkaxkar kollox magħha.+ Fuq l-​irjus tal-​ħżiena se ddur u tagħqad.+ 24 Ir-rabja taħraq taʼ Ġeħova ma terġax lura qabel ma jkun temm u wettaq il-​ħsibijiet taʼ qalbu.+ Fl-​aħħar parti tal-​jiem, dan se tikkunsidrawh.+

31 “Dak iż-​żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “jien insir Alla għall-​familji kollha taʼ Israel; u huma jsiru l-​poplu tiegħi.”+

2 Hekk qal Ġeħova: “In-​nies li kienu salvaw mis-​sejf sabu ħniena fix-​xagħri,+ meta Israel kien miexi lejn il-​mistrieħ tiegħu.”+ 3 Mill-bogħod Ġeħova deherli u qalli: “Bi mħabba dejjiema ħabbejtek.+ Huwa għalhekk li ġbidtek bil-​qalb tajba bl-​imħabba.+ 4 Madankollu, se nerġaʼ nibnik u int tinbena mill-​ġdid,+ O verġni Israel. Għad tiżżejjen bit-​tanburlini u toħroġ tiżfen bħal dawk daħqana.+ 5 Għad tħawwel għelieqi bid-​dwieli fuq il-​muntanji tas-​Samarija.+ Il-​bdiewa jħawluhom u jibdew jieklu minnhom.+ 6 Għax għad jasal jum meta l-​għassiesa fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm jgħajtu, ‘Qumu, ejjew nitilgħu lejn Sijon, lejn Ġeħova Alla tagħna.’”+

7 Għax hekk qal Ġeħova: “Għajtu kemm tifilħu bil-​ferħ għal Ġakobb; infexxu werżqu intom li qegħdin fuq il-​ġnus.+ Xandru.+ Faħħru u għidu, ‘Salva, O Ġeħova, lill-​poplu tiegħek, il-​fdal taʼ Israel.’+ 8 Arani, se nġibhom mill-​pajjiż tat-​tramuntana+ u niġborhom flimkien mill-​ibgħad partijiet taʼ l-​art.+ Fosthom se jkun hemm l-​agħma u z-​zopp, il-​mara tqila u dik li qed tiled, kollha flimkien.+ Se jiġu lura hawnhekk bħala kongregazzjoni kbira.+ 9 Se jiġu jibku,+ u waqt li jkunu qed jitolbuni bil-​ħrara biex inħenn għalihom se nġibhom lura. Immexxihom lejn widien* taʼ l-​ilma,+ fi triq tajba fejn ma jitfixklux. Għax jien sirt Missier+ għal Israel; u Efrajm huwa l-​ewwel imwieled tiegħi.”+

10 Isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, O ġnus, u xandruha fost il-​gżejjer fil-​bogħod,+ u għidu: “Dak li xerred lil Israel se jiġbru flimkien,+ u jżommu bħalma ragħaj iżomm il-​merħla tiegħu.+ 11 Għax Ġeħova se jifdi lil Ġakobb+ u jieħdu lura minn taħt idejn dak li hu b’saħħtu iktar minnu.+ 12 U jiġu u jgħajtu bil-​ferħ fuq l-​għolja taʼ Sijon+ u wiċċhom jixgħel minħabba t-​tjubija taʼ Ġeħova,+ minħabba l-​qmuħ u l-​inbid ġdid+ u ż-​żejt u l-​frieħ tan-​nagħaġ u l-​baqar.+ U huma jsiru bħal ġnien imsoqqi tajjeb+ u qatt iktar ma jintelqu.”+

13 “Dak iż-​żmien il-​verġni se tifraħ u tiżfen, u l-​ġuvintur u x-​xjuħ ukoll, kollha flimkien.+ U jien se nibdel in-​niket tagħhom f’ferħ kbir, u nfarraġhom u nferraħhom biex innessihom is-​swied taʼ qalb tagħhom.+ 14 U nxebbaʼ lil ruħ il-​qassisin b’ħafna ikel,+ u nimla lill-​poplu tiegħi bi tjubiti,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

15 “Hekk qal Ġeħova, ‘F’Rama+ jinstemaʼ leħen, tinwiħ u biki taʼ mrar;+ Rakele+ qed tibki lil uliedha.+ Ma tridx titfarraġ għal uliedha,+ għax m’għadhomx iżjed.’”+

16 Hekk qal Ġeħova: “‘Żomm lura l-​biki minn leħnek, u d-​dmugħ minn għajnejk,+ għax se tiġi premjata għall-​għemejjel tiegħek,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u huma żgur jirritornaw mill-​pajjiż taʼ l-​għadu.’+

17 “‘U hemm tama+ għall-​futur tiegħek,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u wliedek żgur jirritornaw lejn it-​territorju tagħhom.’”+

18 “Jien bla dubju smajt lil Efrajm jitħassar lilu nnifsu+ u jgħid, ‘Int ikkoreġejtni sabiex nikkoreġi ruħi,+ bħal għoġol li ma ġiex imħarreġ.+ Reġġagħni lura lejk, u jien indur lura mill-​ewwel,+ għax int Ġeħova Alla tiegħi.+ 19 Għax wara li dort lura ddispjaċieni;+ u wara li sirt naf tajt fuq koxxti.+ Stħajt, u ħassejtni umiljat+ ukoll, għax kelli fuqi l-​għajb taʼ żgħożiti.’”+

20 “M’huwiex Efrajm iben prezzjuż għalija, tifel li nittrattah b’għożża?+ Għax daqskemm tkellimt kontrih daqshekk ieħor niftakar fih fit-​tajjeb.+ Għalhekk, il-​ġewwieni* tiegħi tqanqal għalih.+ Żgur tiġini ħasra minnu,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

21 “Waqqaf sinjali fit-​triq. Qiegħed pilastri għalik.+ Kun moħħok fit-​triq ewlenija, it-​triq li trid taqbad.+ Erġaʼ lura, O verġni Israel. Erġaʼ lura lejn blietek.+ 22 Kemm se ddum iddur ’l hemm u ’l hawn,+ O bint infidila?+ Għax Ġeħova ħalaq xi ħaġa ġdida fl-​art: Mara tintrass madwar raġel b’saħħtu.”

23 Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Meta niġbor lill-​imjassrin tagħhom ikunu għadhom qed jgħidu din il-​kelma fl-​art taʼ Ġuda u l-​bliet tagħha, ‘Jalla Ġeħova jbierkek,+ O post ġust,+ O muntanja qaddisa.’+ 24 U Ġuda u l-​bliet tiegħu kollha jgħammru fiha lkoll flimkien, il-​bdiewa u dawk li ħarġu bil-​merħla.+ 25 Għax jien inserraħ lir-​ruħ għajjiena, u nissodisfa lil kull ruħ mitluqa.”+

26 Għal dan, jien stenbaħt u ħarist; u ngħasi kien ġieni ħelu.

27 “Ara! Ġejjin jiem,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “meta niżraʼ lil dar Israel u lil dar Ġuda biż-​żerriegħa tal-​bniedem u biż-​żerriegħa taʼ l-​annimal domestiku.”+

28 “U jseħħ li bħalma qgħadt għassa għalihom+ biex naqlagħhom mill-​għeruq u nwaqqagħhom u nġarrafhom u neqridhom u nagħmlilhom il-​ħsara,+ daqshekk ieħor noqgħod għassa għalihom biex nibnihom u nħawwilhom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 29 “F’dak iż-​żmien ma jgħidux iktar, ‘Il-​missirijiet kielu l-​għeneb mhux misjur, imma kienu snien l-​ulied li ddarrsu.’+ 30 Imma kull wieħed imut minħabba l-​iżball tiegħu stess.+ Kulmin jiekol l-​għeneb mhux misjur, ikunu snienu stess li jiddarrsulu.”

31 “Ara! Għad jiġi żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “meta nagħmel patt ġdid+ maʼ dar Israel+ u maʼ dar Ġuda;+ 32 mhux bħall-​patt li għamilt maʼ missirijiethom dakinhar li qbadthom minn idhom biex noħroġhom mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ ‘il-​patt tiegħi li kisru,+ għalkemm jien kont sidhom bħal raġel miżżewweġ,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”

33 “Għax dan hu l-​patt+ li nagħmel maʼ dar Israel wara dak iż-​żmien,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Inqiegħed il-​liġi tiegħi ġo fihom,+ u niktibha f’qalbhom.+ U nsir Alla tagħhom, u huma jsiru l-​poplu tiegħi.”+

34 “U ma jibqgħux jgħallmu kull wieħed lil sieħbu, u kull wieħed lil ħuh,+ billi jgħidu, ‘Kunu afu lil Ġeħova!’+ għax kollha jkunu jafuni, mill-​iżgħar wieħed sa l-​akbar wieħed minnhom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Għax naħfrilhom l-​iżball tagħhom, u dnubhom ma niftakrux iktar.”+

35 Hekk qal Ġeħova, Dak li jagħti x-​xemx għad-​dawl bi nhar,+ il-​qamar u l-​kwiekeb bl-​istatuti+ tagħhom għad-​dawl bil-​lejl,+ Dak li jqanqal il-​baħar sabiex il-​mewġ tiegħu jitqalleb,+ Dak li ismu hu Ġeħova taʼ l-​armati:+ 36 “‘Kieku dawn ir-​regolamenti jistgħu jitneħħew minn quddiemi,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘kieku anki dawk li huma n-​nisel taʼ Israel jistgħu jieqfu milli jkunu ġens, li hu dejjem quddiemi.’”+

37 Hekk qal Ġeħova: “‘Kieku s-​smewwiet hemm fuq jistgħu jitkejlu u s-​sisien taʼ l-​art hemm taħt jistgħu jinstabu,+ kieku jien ukoll inkun nistaʼ niċħad lin-​nisel kollu taʼ Israel għal kulma għamel,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”

38 “Ara! Ġej żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “meta l-​belt tinbena+ għal Ġeħova mit-​Torri taʼ Ħananel+ sal-​Bieb tal-​Kantuniera.+ 39 U l-​ħabel tal-​kejl+ jibqaʼ sejjer dritt sa l-​għolja taʼ Gareb, u jdur sa Gogħa. 40 U l-​pjanura l-​baxxa kollha taʼ l-​iġsma mejtin+ u taʼ l-​irmied,*+ u r-​rabaʼ mtarraġ kollu sal-​wied taʼ Kidron+ u sal-​kantuniera taʼ Bieb iż-​Żwiemel+ lejn tlugħ ix-​xemx, ikunu xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova.+ Ma titqaċċatx mill-​għeruq, u qatt iżjed ma tiġġarraf, għal żmien indefinit.”+

32 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova fl-​għaxar sena taʼ Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda,+ jiġifieri, fis-​sena tmintax taʼ Nebukadressar.+ 2 U dak iż-​żmien il-​qawwiet militari tas-​sultan taʼ Babilonja kienu qed jassedjaw lil Ġerusalemm;+ u l-​profeta Ġeremija kien qed jinżamm magħluq fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa+ li qiegħda fid-​dar tas-​sultan taʼ Ġuda; 3 għax Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda, kien għalqu hemmhekk,+ u qallu:

“Għalfejn qed tipprofetizza+ u tgħid, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ara, se nagħti din il-​belt f’idejn is-​sultan taʼ Babilonja, u hu jirbaħha;+ 4 u Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda, m’huwiex se jeħlisha minn id il-​Kaldin, għax żgur jingħata f’idejn is-​sultan taʼ Babilonja, u jkellmu minn fomm għal fomm, u jarah wiċċ imbwiċċ”’;+ 5 ‘u jieħu lil Sedekija f’Babilonja, u hu jibqaʼ hemmhekk sakemm nitlob kont minnu,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova; ‘għalkemm intom tibqgħu titqabdu mal-​Kaldin, ma tirnexxux’?”+

6 U mbagħad Ġeremija qal: “Il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħidli, 7 ‘Ara, Ħanamel bin Sallum, zijuk min-​naħa taʼ missierek, ġej għandek biex jgħidlek: “Ixtri l-​għalqa tiegħi li qiegħda f’Għanatot,+ għax int għandek id-​dritt li tixtriha lura.”’”+

8 Imbagħad Ħanamel bin zijuwi min-​naħa taʼ missieri ġie għandi, skond il-​kelma taʼ Ġeħova, fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa,+ u qalli: “Jekk jogħġbok, ixtri l-​għalqa tiegħi li qiegħda f’Għanatot,+ fl-​art taʼ Benjamin,+ għax int għandek id-​dritt li tiritha, u tistaʼ tixtriha. Mela ixtriha.” Malli qalli dan kont naf li kienet il-​kelma taʼ Ġeħova.+

9 Għaldaqstant xtrajt mingħand Ħanamel,+ bin zijuwi min-​naħa taʼ missieri, l-​għalqa li kienet f’Għanatot.+ U bdejt niżinlu l-​flus,+ sebaʼ xwiekel u għaxar biċċiet tal-​fidda. 10 Imbagħad ktibt kuntratt+ u waħħaltlu s-​siġill+ u sejjaħt ix-​xhieda+ waqt li wiżint+ il-​flus fil-​miżien. 11 Wara dan, ħadt il-​kuntratt tax-​xiri, dak li kont issiġillajt skond il-​kmandament u r-​regolamenti,+ u l-​kuntratt l-​ieħor li ħallejt miftuħ; 12 u tajt il-​kuntratt tax-​xiri lil Baruk,+ bin Nerija,+ bin Maħseja, quddiem Ħanamel bin zijuwi min-​naħa taʼ missieri u quddiem ix-​xhieda, li kitbu isimhom fil-​kuntratt tax-​xiri,+ quddiem il-​Lhud kollha bil-​qiegħda fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa.+

13 Imbagħad ikkmandajt lil Baruk quddiem għajnejhom, u għedtlu: 14 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ħu dawn il-​kuntratti, dan il-​kuntratt tax-​xiri, il-​wieħed siġillat, kif ukoll il-​kuntratt l-​ieħor li tħalla miftuħ,+ u qegħedhom f’reċipjent tal-​fuħħar, sabiex iservu għal żmien twil.’ 15 Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘F’dan il-​pajjiż għad iridu jinxtraw djar u għelieqi u oqsma tad-​dwieli.’”+

16 U wara li tajt il-​kuntratt tax-​xiri lil Baruk+ bin Nerija,+ bdejt nitlob+ lil Ġeħova u għedtlu: 17 “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova!+ Ara, int għamilt is-​smewwiet u l-​art bil-​qawwa kbira tiegħek+ u bi driegħek maħruġ ’il barra.+ Xejn minn dan m’hu taʼ l-​għaġeb wisq għalik,+ 18 int li turi qalb tajba bl-​imħabba m’eluf,+ u tħallas lura l-​iżball tal-​missirijiet fi ħdan uliedhom warajhom,+ l-​Alla l-​veru, il-​Kbir,+ is-​Setgħan,+ li ismek hu Ġeħova+ taʼ l-​armati,+ 19 int li kbir fl-​iskop+ u kotran fl-​għemejjel,+ li għajnejk miftuħin fuq it-​triqat kollha taʼ wlied il-​bnedmin,+ sabiex tagħti lil kulħadd skond triqatu u skond frott l-​għemejjel tiegħu;+ 20 int li għamilt sinjali u mirakli fl-​art taʼ l-​Eġittu, li għadhom magħrufin sa llum, u f’Israel u fost il-​bnedmin,+ sabiex tagħmel isem għalik, bħalma se jseħħ dalwaqt.+ 21 U ħriġt lill-​poplu tiegħek Israel mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ b’sinjali u mirakli+ u b’id b’saħħitha u bi driegħ maħruġ ’il barra u qanqalt biżaʼ kbir.+

22 “Maż-​żmien, int tajthom din l-​art li ħlift li tagħti lil missirijiethom,+ art li tnixxi ħalib u għasel.+ 23 U daħlu u ħaduha f’idejhom,+ iżda m’obdewx minn leħnek, u ma mxewx mal-​liġi tiegħek.+ Kulma kkmandajthom jagħmlu m’għamluhx,+ u għalhekk ġibt fuqhom dan il-​gwaj kollu.+ 24 Ara! Din il-​belt ġew għaliha u bnew rampi biex jassedjawha+ u jirbħuha,+ u l-​belt se tingħata f’idejn il-​Kaldin li qed jiġġieldu kontriha,+ minħabba s-​sejf+ u l-​ġuħ+ u l-​pesta;+ u dak li għedt seħħ, u hawn hu qed tarah.+ 25 Madankollu int stess, O Mulej Sovran Ġeħova, għedtli, ‘Ixtri l-​għalqa bil-​flus+ u sejjaħ ix-​xhieda,’+ għalkemm il-​belt se tingħata f’idejn il-​Kaldin.”+

26 Imbagħad il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija, tgħid: 27 “Arani, jien Ġeħova, l-​Alla tal-​bnedmin kollha.+ Hemm xi ħaġa li hi taʼ l-​għaġeb wisq għalija?+ 28 Għalhekk, dan qal Ġeħova, ‘Ara, se nagħti din il-​belt f’idejn il-​Kaldin u f’idejn Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, u hu jirbaħha.+ 29 U l-​Kaldin li qed jiġġieldu kontra din il-​belt se jidħlu fiha u jagħtuha n-​nar u jaħarqu għalkollox din il-​belt+ u d-​djar li fuq il-​bjut tagħhom offrew id-​duħħan tas-​sagrifiċċji lil Bagħal u ferrgħu l-​offerti tax-​xorb lil allat oħrajn biex joffenduni.’+

30 “‘Għax ulied Israel u wlied Ġuda ħlief dak li hu ħażin f’għajnejja m’għamlux, sa minn żgħożithom;+ għax ulied Israel qed joffenduni saħansitra b’xogħol idejhom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 31 ‘Għax din il-​belt, minn dakinhar li bnewha sal-​ġurnata taʼ llum, m’għamlet xejn ħlief tqanqal rabja u korla ġo fija,+ u għalhekk se nneħħiha minn quddiem wiċċi,+ 32 minħabba l-​ħażen kollu li wlied Israel+ u wlied Ġuda+ għamlu biex joffenduni,+ huma, is-​slaten tagħhom,+ il-​prinċpijiet tagħhom,+ il-​qassisin+ u l-​profeti tagħhom,+ u n-​nies taʼ Ġuda u l-​abitanti taʼ Ġerusalemm. 33 U baqgħu jagħtuni daharhom u mhux wiċċhom;+ għalkemm għallimthom, iva, kont inbakkar fil-​għodu biex ngħallimhom, imma ħadd minnhom ma ta widen biex jilqaʼ d-​dixxiplina.+ 34 U qiegħdu l-​affarijiet moqżieża tagħhom fid-​dar li ssejjaħ ismi fuqha sabiex iniġġsuha.+ 35 Iktar minn hekk, huma bnew postijiet għall-​qima* lil Bagħal+ fil-​wied taʼ bin Ħinnom,+ sabiex jgħaddu lil uliedhom subien u bniet min-​nar+ għal Molek,+ ħaġa li jien ma kkmandajthomx,+ u lanqas biss għaddieli minn moħħi li jagħmlu ħaġa mistkerrha bħal din,+ u b’hekk iġiegħlu lil Ġuda jidneb.’+

36 “U għaldaqstant issa, hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel dwar din il-​belt li dwarha qed tgħidu li se tingħata f’idejn is-​sultan taʼ Babilonja bis-​sejf u bil-​ġuħ u bil-​pesta,+ 37 ‘Ara, se niġborhom flimkien mill-​artijiet kollha fejn xerridthom fir-​rabja tiegħi u fil-​korla tiegħi u fl-​għadab kbir tiegħi;+ u nġibhom lura f’dan il-​post u nġegħelhom jgħammru fis-​sigurtà.+ 38 U jsiru l-​poplu tiegħi,+ u jien insir Alla tagħhom.+ 39 U nagħtihom qalb waħda+ u triq waħda sabiex jibżgħu minni dejjem, għall-​ġid tagħhom u taʼ wliedhom warajhom.+ 40 U jien nagħmel patt magħhom li jibqaʼ għal żmien indefinit,+ sabiex ma nwarrabx minnhom, biex nagħmlilhom il-​ġid;+ u npoġġilhom il-​biżaʼ tiegħi f’qalbhom sabiex ma jwarrbunix.+ 41 U jien nifraħ bihom u nagħmlilhom il-​ġid,+ u sinċerament inħawwilhom f’din l-​art+ b’qalbi kollha u b’ruħi kollha.’”

42 “Għax hekk qal Ġeħova, ‘Bħalma ġibt fuq dan il-​poplu dan il-​gwaj kbir kollu, hekk ukoll se nġib fuqhom it-​tjubija kollha li qed ngħid għalihom.+ 43 U għad jinxtraw l-​għelieqi f’din l-​art+ li dwarha tkunu qed tgħidu: “Hija art abbandunata,+ li la fiha bnedmin u lanqas annimali domestiċi, u ngħatat f’idejn il-​Kaldin.”’+

44 “‘In-​nies għad jixtru l-​għelieqi bil-​flus, u jinkiteb il-​kuntratt+ u jiġi siġillat u jissejħu x-​xhieda+ fl-​art taʼ Benjamin+ u fl-​inħawi madwar Ġerusalemm+ u fil-​bliet taʼ Ġuda+ u fil-​bliet tar-​reġjun muntanjuż u fil-​bliet tal-​pjanura l-​baxxa+ u fil-​bliet tan-​nofsinhar,+ għax jien inġib lura lill-​imjassrin tagħhom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”

33 U l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija għat-​tieni darba, waqt li kien għadu magħluq fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa,+ tgħid: 2 “Hekk qal Ġeħova, Dak li għamel+ l-​art, Ġeħova, Dak li sawwarha+ u waqqafha fis-​sod,+ li ismu hu Ġeħova,+ 3 ‘Sejjaħli, u jien inwieġbek+ u minnufih ngħidlek affarijiet kbar li ma jistgħux jiġu mifhumin u li qatt ma kont taf bihom.’”+

4 “Għax hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, dwar id-​djar taʼ din il-​belt u d-​djar tas-​slaten taʼ Ġuda li se jiġġarrfu permezz tar-​rampi għall-​assedju u permezz tas-​sejf,+ 5 dwar dawk li ġejjin jiġġieldu mal-​Kaldin u jimlew id-​djar bl-​iġsma mejtin tan-​nies li jien qtilt fir-​rabja u l-​korla tiegħi,+ u dawk kollha li minħabba l-​ħażen tagħhom jien ħbejt wiċċi minn din il-​belt,+ 6 ‘Ara, se nerġaʼ nġibha għal li kienet u nagħtiha saħħitha;+ u nfejjaqhom u nurihom kotra taʼ sliem u verità.+ 7 U nġib lura lill-​imjassrin taʼ Ġuda u lill-​imjassrin taʼ Israel,+ u nibnihom bħalma kienu fil-​bidu.+ 8 U nsaffihom mill-​iżball kollu tagħhom li bih dinbu kontrija,+ u naħfrilhom l-​iżbalji kollha tagħhom li bihom dinbu kontrija u kisru l-​liġi tiegħi.+ 9 U l-​belt issir għalija isem taʼ ferħ kbir,+ tifħir u ġmiel f’għajnejn il-​ġnus kollha taʼ l-​art li se jisimgħu dwar it-​tjubija kollha li ħa nurihom.+ U huma jitkexkxu+ u jitħawdu+ minħabba t-​tjubija kollha u minħabba s-​sliem kollu li se nagħtiha.’”+

10 “Hekk qal Ġeħova, ‘F’dan il-​post li se tgħidu li hu mitluq u li ma fihx bnedmin u annimali domestiċi, fil-​bliet taʼ Ġuda u fit-​toroq taʼ Ġerusalemm li huma ħerba+ u li fihom ma jgħammar ħadd, la bnedmin u lanqas annimali domestiċi, għad iridu jinstemgħu+ 11 l-ħoss tal-​ferħ u l-​ħoss taʼ l-​hena,+ leħen l-​għarus u leħen l-​għarusa, leħen dawk li jgħidu: “Faħħru lil Ġeħova taʼ l-​armati, għax Ġeħova hu tajjeb;+ il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi għal dejjem!”’+

“‘Għad iġibu offerta taʼ radd il-​ħajr fid-​dar taʼ Ġeħova,+ għax jien inġib lura lill-​imjassrin taʼ l-​art u jkunu bħalma kienu fil-​bidu,’+ qal Ġeħova.”

12 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘F’dan il-​post mitluq li ma fihx bnedmin u annimali domestiċi+ u fil-​bliet kollha tiegħu għad jerġaʼ jkun hemm il-​mergħa fejn ir-​rgħajja jieħdu l-​merħla tagħhom tistrieħ.’+

13 “‘Fil-​bliet tar-​reġjun muntanjuż, fil-​bliet tal-​pjanura l-​baxxa+ u fil-​bliet tan-​nofsinhar+ u fl-​art taʼ Benjamin+ u fl-​inħawi taʼ madwar Ġerusalemm+ u fil-​bliet taʼ Ġuda+ l-​imrieħel għad jerġgħu jgħaddu minn taħt idejn dak li jgħoddhom,’+ qal Ġeħova.”

14 “‘Ara! Ġej żmien,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘meta nwettaq il-​kelma t-​tajba li tkellimt+ dwar dar Israel+ u dwar dar Ġuda. 15 F’dawk il-​jiem u f’dak iż-​żmien se nġiegħel li tinbet għal David rimja ġusta,+ u hu żgur jagħmel il-​ġustizzja u s-​sewwa fl-​art.+ 16 Dak iż-​żmien Ġuda jiġi salvat+ u Ġerusalemm tgħammar fis-​sigurtà.+ U tkun tissejjaħ hekk: Ġeħova Hu s-​Sewwa Tagħna.’”+

17 “Għax hekk qal Ġeħova, ‘Ma jonqosx li jkun hemm raġel għal David biex joqgħod fuq it-​tron taʼ dar Israel.+ 18 U rigward il-​qassisin, il-​Leviti, ma jonqos qatt li jkun hemm raġel quddiemi, raġel li joffri kuljum offerti sħaħ tal-​ħruq u jaħraq* offerti tal-​qmuħ u joffri sagrifiċċji.’”+

19 U l-​kelma taʼ Ġeħova reġgħet ġiet għand Ġeremija, tgħid: 20 “Hekk qal Ġeħova, ‘Daqskemm intom tistgħu tiksru l-​patt tiegħi tal-​jum u l-​patt tiegħi tal-​lejl, sabiex il-​jum u l-​lejl ma jiġux f’waqthom,+ 21 daqshekk ieħor nistaʼ jien nikser il-​patt tiegħi maʼ David il-​qaddej tiegħi+ biex ma jkollux iben isaltan fuq it-​tron tiegħu;+ u wkoll mal-​Leviti, il-​qassisin, il-​qaddejja tiegħi.+ 22 Bħalma l-​armata tas-​smewwiet ma tistax tingħadd, u r-​ramel tal-​baħar ma jistax jitkejjel,+ hekk se nkattar nisel David il-​qaddej tiegħi u l-​Leviti li qed jaqduni.’”+

23 U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għand Ġeremija, tgħid: 24 “M’intix tara x’inhuma jgħidu dawn in-​nies? Qed jgħidu, ‘Iż-​żewġ familji li għażel Ġeħova,+ issa se jwarrabhom.’ U lill-​poplu tiegħi jibqgħu jittrattawh bla rispett,+ u ma jqisuhx iktar bħala ġens.

25 “Hekk qal Ġeħova, ‘Kieku ma kienx fatt li għamilt il-​patt tiegħi tal-​jum u l-​lejl,+ l-​istatuti tas-​smewwiet u l-​art,+ 26 kieku kont inwarrab ukoll lin-​nisel taʼ Ġakobb u taʼ David il-​qaddej tiegħi,+ u ma niħux minn nislu wħud li jaħkmu fuq nisel Abraham, Iżakk, u Ġakobb. Għax se niġbor lill-​imjassrin tagħhom+ u tiġini ħasra minnhom.’”+

34 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, meta Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja,+ u l-​qawwa militari kollha tiegħu+ u s-​saltniet kollha taʼ l-​art, id-​dominju taħt idejh,+ u l-​popli kollha kienu qed jiġġieldu kontra Ġerusalemm u kontra l-​bliet kollha tagħha,+ tgħid:

2 “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Mur, u għid lil Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda,+ iva, għidlu: “Hekk qal Ġeħova, ‘Ara, se nagħti din il-​belt f’idejn is-​sultan taʼ Babilonja,+ u hu jaħraqha bin-​nar.+ 3 U int m’intix se teħlisha minn taħt idejh, għax żgur tinqabad u tingħata f’idejh.+ U tara lis-​sultan taʼ Babilonja wiċċ imbwiċċ,+ u jkellmek minn fomm għal fomm, u lejn Babilonja tmur.’ 4 Madankollu, ismaʼ l-​kelma taʼ Ġeħova, O Sedekija sultan taʼ Ġuda,+ ‘Hekk qal Ġeħova dwarek: “Int ma tmutx bis-​sejf. 5 Fil-paċi tmut;+ u bħalma għamlu l-​ħġejjeġ għal missirijietek, is-​slaten li ġew qablek,+ hekk jagħmlu ħuġġieġa għalik,+ u waqt li jnewħu+ jgħidu, ‘Jaħasra, O sidi!’;+ għax ‘hu jien li għedt il-​kelma,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”’”’”

6 U l-​profeta Ġeremija mbagħad qal dan kollu+ lil Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda, f’Ġerusalemm, 7 meta l-​qawwiet militari tas-​sultan taʼ Babilonja kienu qed jiġġieldu kontra Ġerusalemm u kontra l-​bliet kollha taʼ Ġuda li kien għad baqaʼ,+ kontra Lakis+ u kontra Għażeka;+ għax dawn kienu l-​bliet fortifikati+ li kien għad baqaʼ mill-​bliet taʼ Ġuda.+

8 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova wara li s-​Sultan Sedekija għamel patt man-​nies kollha f’Ġerusalemm biex iħabbrilhom il-​libertà,*+ 9 biex kulħadd jeħles lill-​qaddej u lill-​qaddejja tiegħu, raġel Ebrew+ u mara Ebrea, u ma jużahomx iktar bħala qaddejja, jiġifieri, lil xi ħadd Lhudi, li hu ħuh.+ 10 U l-​prinċpijiet kollha+ obdew. In-​nies kollha, li kienu daħlu fil-​patt biex kulħadd jeħles ’il-qaddej u ’l-qaddejja tiegħu u ma jużahomx iktar bħala lsiera, obdew ukoll u ħallewhom jitilqu.+ 11 Imma wara reġaʼ darilhom+ u bdew iġibu lura lill-​qaddejja rġiel u nisa, lil dawk li kienu ħelsu, u reġgħu għamluhom qaddejja tagħhom.+ 12 Minħabba f’hekk, il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova, tgħid:

13 “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Jien għamilt patt maʼ missirijietkom+ dakinhar li ħriġthom mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ minn dar il-​qaddejja,+ u għedtilhom: 14 “Meta jgħaddu sebaʼ snin kull wieħed minnkom għandu jitlaq lil ħuh,+ Ebrew,+ li ġie mibjugħ lilu+ u qdieh sitt snin; u jħallih jitlaq minn miegħu ħieles.” Imma missirijietkom ma semgħux minni, u lanqas tawni widen.+ 15 U llum intom idduru lura u tagħmlu dak li hu rett f’għajnejja billi kull wieħed minnkom iħabbar il-​libertà lil sieħbu, u tagħmlu patt quddiemi+ fid-​dar li ssejjaħ ismi fuqha.+ 16 Imbagħad jerġaʼ jibdielkom+ u tkasbruli ismi+ u terġgħu ġġibu lill-​qaddejja rġiel u nisa tagħkom, wara li tkunu ħlistuhom kif tkun xtaqet ruħhom, u terġgħu tagħmluhom il-​qaddejja rġiel u nisa tagħkom.’+

17 “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, ‘Intom m’obdejtunix u ma bqajtux tħabbru l-​libertà,+ kull wieħed minnkom lil ħuh u kull wieħed minnkom lil sieħbu. Arawni jien se nħabbrilkom libertà,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘imma għas-​sejf,+ għall-​pesta+ u għall-​ġuħ,+ u jien nagħmilkom xi ħaġa tal-​waħx għas-​saltniet kollha taʼ l-​art.+ 18 U lin-​nies li qed iwarrbu l-​patt tiegħi,+ billi ma jwettqux il-​kliem tal-​patt li għamlu quddiemi meta qasmu l-​għoġol fi tnejn+ u għaddew minn bejn il-​biċċiet;+ 19 jiġifieri, il-​prinċpijiet taʼ Ġuda u l-​prinċpijiet taʼ Ġerusalemm,+ l-​uffiċjali tal-​palazz u l-​qassisin u n-​nies kollha tal-​pajjiż li għaddew minn bejn il-​biċċiet taʼ l-​għoġol— 20 iva, nagħtihom f’idejn l-​għedewwa tagħhom u f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom;+ u l-​iġsma mejtin tagħhom isiru ikel għall-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u għall-​bhejjem taʼ l-​art.+ 21 U Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda,+ u l-​prinċpijiet tiegħu nagħtihom f’idejn l-​għedewwa tagħhom u f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom u f’idejn il-​qawwiet militari tas-​sultan taʼ Babilonja+ li qed jirtiraw mill-​ġlied kontrikom.’+

22 “‘Ara, nagħti kmand,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u nġibhom lura f’din il-​belt,+ u jiġġieldu kontriha u jirbħuha u jaħarquha bin-​nar;+ u l-​bliet taʼ Ġuda nagħmilhom art abbandunata u ħadd ma jgħammar fihom.’”+

35 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova fi żmien Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, tgħid: 2 “Mur f’dar ir-​Rekabin,+ u kellimhom u daħħalhom fid-​dar taʼ Ġeħova, f’waħda mill-​kmamar taʼ l-​ikel; u agħtihom jixorbu l-​inbid.”

3 Għalhekk, ħadt lil Ġagħżanija, bin Ġeremija, bin Ħabassinija, u lil ħutu, u wliedu kollha, u dawk kollha taʼ dar ir-​Rekabin, 4 u daħħalthom fid-​dar taʼ Ġeħova, fil-​kamra taʼ l-​ikel+ taʼ wlied Ħanan bin Igdalija, bniedem taʼ l-​Alla l-​veru. Din kienet maġenb il-​kamra taʼ l-​ikel tal-​prinċpijiet li kienet fuq il-​kamra taʼ l-​ikel taʼ Magħseja bin Sallum,+ l-​għassies tal-​bieb. 5 Imbagħad qegħedt tazzi u kwies mimlijin bl-​inbid quddiem ulied id-​dar tar-​Rekabin u għedtilhom: “Ixorbu l-​inbid.”

6 Imma huma qalu: “M’aħniex se nixorbu nbid, għax Ġonadab bin Rekab+ missierna kien tana l-​kmand u qalilna, ‘Tixorbux inbid, la intom u lanqas uliedkom, għal dejjem.*+ 7 U tibnux djar, u tiżirgħux żerriegħa; tħawlux għelieqi bid-​dwieli u lanqas m’għandu jkollkom waħda. Imma għammru fit-​tined ħajjitkom kollha, sabiex ikollkom għomor twil fuq wiċċ l-​art fejn qed tgħixu bħala barranin.’+ 8 Għalhekk, aħna bqajna nobdu minn leħen Ġeħonadab bin Rekab missierna f’kulma kkmandana,+ billi ma nixorbux inbid tul ħajjitna, aħna, in-​nisa tagħna, u wliedna subien u bniet,+ 9 u billi ma nibnux djar biex ngħammru fihom, u ma jkollniex oqsma tad-​dwieli jew għelieqi jew żrieragħ. 10 U bqajna ngħammru fit-​tined u nobdu u nagħmlu kulma kkmandana Ġonadab+ missierna.+ 11 Imma kien meta Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, telaʼ kontra l-​pajjiż,+ li għedna, ‘Ejjew ħa nidħlu Ġerusalemm minħabba l-​qawwa militari tal-​Kaldin u minħabba l-​qawwa militari tas-​Sirjani, u ngħammru f’Ġerusalemm.’”+

12 U l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija, tgħid: 13 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Mur, u għid lin-​nies taʼ Ġuda u lill-​abitanti taʼ Ġerusalemm: “Ma ġejtux intom imwissijin darba wara l-​oħra biex tobdu kliemi?”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 14 “Ġeħonadab bin Rekab+ kien ikkmanda lil uliedu biex ma jixorbux inbid, u dawn obdewh, u ma xorbux sal-​ġurnata taʼ llum, għax obdew il-​kmand taʼ missierhom.+ U lilkom jien kellimtkom, iva, kont inbakkar fil-​għodu biex inkellimkom,+ imma intom m’obdejtunix.+ 15 U bqajt nibagħtilkom lill-​qaddejja kollha tiegħi l-​profeti,+ kont inbakkar fil-​għodu biex nibgħathom, u ngħidilkom, ‘Duru lura, jekk jogħġobkom, kull wieħed minn triqtu l-​ħażina,+ u rranġaw l-​għemejjel tagħkom,+ u timxux wara allat oħrajn biex taqduhom.+ U tibqgħu tgħixu fuq l-​art li tajt lilkom u lil missirijietkom.’+ Imma intom ma mejjiltux widnitkom, u lanqas smajtu minni.+ 16 Ulied Ġeħonadab bin Rekab+ wettqu l-​kmand li kien tahom missierhom;+ imma dan il-​poplu ma semax minni.”’”+

17 “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ara, se nġib fuq Ġuda u fuq l-​abitanti kollha taʼ Ġerusalemm il-​gwaj kollu li ddikjarajt kontrihom,+ talli kellimthom u ma semgħux, u bqajt insejħilhom u ma wiġbux.’”+

18 U lil dawk taʼ dar ir-​Rekabin Ġeremija qalilhom: “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Talli obdejtu l-​kmand taʼ Ġeħonadab+ missierkom u bqajtu tħarsu l-​kmandi tiegħu kollha u tagħmlu kulma ordnalkom,+ 19 hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Ma jonqos qatt li kuljum ikun hemm raġel wieqaf+ quddiemi biex jaqdini minn Ġonadab bin Rekab.”’”+

36 Issa ġara fir-​rabaʼ sena taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, li ġiet din il-​kelma għand Ġeremija mingħand Ġeħova, tgħid: 2 “Ħu romblu,+ u ikteb fih il-​kliem kollu+ li għedtlek kontra Israel u kontra Ġuda+ u kontra l-​ġnus kollha,+ minn dakinhar li bdejt inkellmek, minn żmien Ġosija, sal-​ġurnata taʼ llum.+ 3 Forsi dawk taʼ dar Ġuda jisimgħu bil-​gwaj kollu li bi ħsiebni nġib fuqhom,+ u jerġgħu lura, kull wieħed minn triqtu l-​ħażina,+ u jien naħfrilhom l-​iżball tagħhom u dnubhom.”+

4 Wara dan, Ġeremija sejjaħ lil Baruk*+ bin Nerija sabiex Baruk jikteb fir-​romblu minn fomm Ġeremija l-​kliem kollu li kien qallu Ġeħova.+ 5 Imbagħad Ġeremija ordna lil Baruk: “Jien maqful. Ma nistax nidħol fid-​dar taʼ Ġeħova.+ 6 Idħol int u f’jum is-​sawm+ aqbad ir-​romblu li ktibt minn fommi u aqra għajjat il-​kliem taʼ Ġeħova+ lin-​nies fid-​dar taʼ Ġeħova; u aqrah għajjat ukoll lin-​nies kollha taʼ Ġuda li ġejjin mill-​bliet tagħhom.+ 7 Għandu mnejn is-​supplika* tagħhom għall-​ħniena tasal għand Ġeħova,+ u huma jerġgħu lura, kull wieħed minn triqtu l-​ħażina,+ għax kbira hi r-​rabja u l-​korla li Ġeħova ddikjara kontra dan il-​poplu.”+

8 U Baruk+ bin Nerija għamel kulma kien ordnalu l-​profeta Ġeremija, u qara jgħajjat mill-​ktieb+ il-​kliem taʼ Ġeħova fid-​dar taʼ Ġeħova.+

9 Issa ġara, fil-​ħames sena taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, fid-​disaʼ xahar,+ li n-​nies kollha f’Ġerusalemm u n-​nies kollha mill-​bliet taʼ Ġuda li kienu deħlin Ġerusalemm iddikjaraw sawma quddiem Ġeħova.+ 10 U Baruk beda jaqra jgħajjat mill-​ktieb il-​kliem taʼ Ġeremija fid-​dar taʼ Ġeħova, fil-​kamra taʼ l-​ikel+ taʼ Gemarija+ bin Safan+ il-​kopista,+ fil-​bitħa taʼ fuq, fid-​daħla tal-​bieb il-​ġdid tad-​dar taʼ Ġeħova,+ biex jisimgħuh in-​nies kollha.

11 U Mikaja, bin Gemarija, bin Safan,+ semaʼ l-​kliem kollu taʼ Ġeħova li nqara mill-​ktieb. 12 U niżel fid-​dar tas-​sultan, fil-​kamra taʼ l-​ikel tas-​segretarju fejn kien hemm bil-​qiegħda l-​prinċpijiet kollha, Elisama+ s-​segretarju u Delaja+ bin Semajja u Elnatan+ bin Għakbor+ u Gemarija+ bin Safan+ u Sedekija bin Ħananija u l-​prinċpijiet l-​oħrajn kollha. 13 U Mikaja+ qalilhom il-​kliem kollu li kien semaʼ meta Baruk qara jgħajjat mill-​ktieb biex jisimgħuh in-​nies.+

14 Imbagħad il-​prinċpijiet kollha bagħtu lil Ġeħudi,+ bin Netanija, bin Selemija, bin Kusi, biex jgħid lil Baruk:+ “Aqbad ir-​romblu li qrajt tgħajjat minnu lin-​nies u ejja bih hawnhekk.” Għaldaqstant, Baruk bin Nerija qabad ir-​romblu u mar għandhom.+ 15 Imbagħad qalulu: “Poġġi bil-​qiegħda, jekk jogħġbok, u aqrahulna għajjat.” Għalhekk, Baruk+ qrahulhom jgħajjat.

16 Issa ġara li, malli semgħu l-​kliem kollu, bdew iħarsu lejn xulxin imkexkxin; u lil Baruk qalulu: “Żgur se ngħidu lis-​sultan b’dan il-​kliem kollu.”+ 17 U staqsew lil Baruk: “Għidilna, jekk jogħġbok, Kif ktibt dan il-​kliem kollu minn fommu?”+ 18 U Baruk qalilhom: “Hu qagħad jgħidli dan il-​kliem kollu b’fommu, u jien ktibtu fil-​ktieb bil-​linka.”+ 19 Fl-aħħar, il-​prinċpijiet qalu lil Baruk: “Mur, inħeba, int u Ġeremija, ħalli ħadd ma jkun jaf fejn intom.”+

20 Imbagħad marru quddiem is-​sultan, fil-​bitħa,+ waqt li r-​romblu ħallewh fil-​kamra taʼ l-​ikel+ t’Elisama+ s-​segretarju; u qalu lis-​sultan il-​kliem kollu.

21 Għal dan, is-​sultan bagħat lil Ġeħudi+ biex iġib ir-​romblu. Għalhekk, hu mar iġibu mill-​kamra taʼ l-​ikel t’Elisama+ s-​segretarju.+ U Ġeħudi beda jaqrah jgħajjat lis-​sultan u lill-​prinċpijiet kollha li kienu weqfin ħdejn is-​sultan. 22 U s-​sultan kien bil-​qiegħda fid-​dar tiegħu tax-​xitwa,+ fid-​disaʼ xahar,+ b’nar jaqbad quddiemu f’maġmar.+ 23 U ġara li malli Ġeħudi kien jaqralu tliet kolonni jew erbgħa f’paġna, kien jaqtaʼ dik il-​parti bis-​sikkina tas-​segretarju, u jitfagħha fin-​nar sakemm ir-​romblu kollu spiċċa fin-​nar.+ 24 U xejn ma beżgħu;+ u lanqas ċarrtu ħwejjiġhom,+ la s-​sultan u lanqas il-​qaddejja kollha tiegħu li kienu qed jisimgħu dan il-​kliem kollu. 25 U Elnatan+ u Delaja+ u Gemarija+ talbu bil-​ħniena lis-​sultan biex ma jaħraqx ir-​romblu, imma hu ma semax minnhom.+ 26 Imbagħad is-​sultan ordna lil Ġeraħmel bin is-​sultan u lil Seraja bin Għażrijel u lil Selemija bin Għabdel biex imorru jġibu lil Baruk is-​segretarju u lil Ġeremija l-​profeta.+ Imma Ġeħova żammhom moħbijin.+

27 U wara li s-​sultan kien ħaraq ir-​romblu bil-​kliem li Baruk+ kien kiteb minn fomm Ġeremija,+ il-​kelma taʼ Ġeħova reġgħet ġiet għand Ġeremija, tgħid: 28 “Erġaʼ ħu romblu ieħor, u ikteb fih il-​kliem kollu taʼ qabel li kien fl-​ewwel romblu, li ħaraq Ġeħojakim, is-​sultan taʼ Ġuda.+ 29 U għid dan kontra Ġeħojakim, is-​sultan taʼ Ġuda, ‘Hekk qal Ġeħova: “Int ħraqt dan ir-​romblu+ u għedt, ‘Għala ktibt fih il-​kliem:+ “Is-​sultan taʼ Babilonja ġej żgur u se jagħmel ħerba minn din l-​art u jeqred minnha l-​bnedmin u l-​bhejjem”?’+ 30 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova kontra Ġeħojakim, is-​sultan taʼ Ġuda, ‘Ma jkollu lil ħadd li joqgħod fuq it-​tron taʼ David,+ u ġismu mejjet jintrema+ għas-​sħana taʼ bi nhar u għall-​ksieħ tal-​lejl. 31 U nitlob kont minnu+ u minn uliedu u mill-​qaddejja tiegħu għall-​iżball tagħhom,+ u nġib fuqhom u fuq l-​abitanti taʼ Ġerusalemm u fuq in-​nies taʼ Ġuda l-​gwaj kollu li ddikjarajt kontrihom,+ u li huma ma tawx widen għalih.’”’”+

32 U Ġeremija ħa romblu ieħor u tah lil Baruk bin Nerija, is-​segretarju.+ Dan imbagħad kiteb fih minn fomm+ Ġeremija l-​kliem kollu tal-​ktieb li Ġeħojakim, is-​sultan taʼ Ġuda, kien ħaraq fin-​nar;+ u miegħu ġie miżjud ħafna kliem ieħor bħalu.

37 U minflok Konija*+ bin Ġeħojakim+ beda jsaltan is-​Sultan Sedekija+ bin Ġosija,+ li Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, għamlu sultan fl-​art taʼ Ġuda.+ 2 U hu u l-​qaddejja tiegħu u n-​nies tal-​pajjiż ma tawx widen għall-​kliem li Ġeħova+ qal permezz tal-​profeta Ġeremija.+

3 U s-​Sultan Sedekija bagħat lil Ġeħukal+ bin Selemija u lil Sofonija+ bin Magħseja,+ il-​qassis, għand il-​profeta Ġeremija biex jgħidlu: “Jekk jogħġbok, itlob lil Ġeħova Alla tagħna għalina.”+ 4 U Ġeremija kien jidħol u joħroġ fost il-​poplu,+ għax kienu għadhom ma tefgħuhx il-​ħabs. 5 U l-​qawwa militari tal-​Fargħun ħarġet mill-​Eġittu;+ u l-​Kaldin li kienu qed jassedjaw lil Ġerusalemm semgħu b’din l-​aħbar. Għalhekk, irtiraw minn kontra Ġerusalemm.+ 6 Imbagħad il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand il-​profeta Ġeremija, tgħid: 7 “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Lis-​sultan taʼ Ġuda, dak li bagħatkom tistaqsuni,+ għidulu dan: “Ara! Il-​qawwa militari tal-​Fargħun li ġejja biex tgħinkom se jkollha terġaʼ tmur lura f’pajjiżha, l-​Eġittu.+ 8 U l-​Kaldin jerġgħu jiġu u jiġġieldu kontra din il-​belt u jirbħuha u jaħarquha bin-​nar.”+ 9 Hekk qal Ġeħova: “Titqarrqux,+ u tgħidu, ‘Il-​Kaldin żgur jitilqu u ma jibqgħux jiġġieldu kontrina,’ għax m’humiex se jitilqu. 10 Għax li kieku kellkom toqtlu l-​qawwa militari kollha tal-​Kaldin li qed jiġġildulkom+ u jibqaʼ fosthom xi rġiel minfudin,+ kull wieħed minnhom fit-​tinda tiegħu kien iqum u lil din il-​belt jaħraqha bin-​nar.”’”

11 Meta l-​qawwa militari tal-​Kaldin irtirat minn kontra Ġerusalemm+ minħabba l-​qawwa militari tal-​Fargħun,+ 12 Ġeremija telaq minn Ġerusalemm biex imur fl-​art taʼ Benjamin+ u jieħu sehmu hemmhekk fost il-​poplu. 13 Mela ġara li, meta kien f’Bieb Benjamin,+ kien hemm l-​għassies ewlieni, li kien jismu Irija, bin Selemija, bin Ħananija. Minnufih, dan qabad lill-​profeta Ġeremija u qallu: “Int se taħrab għal mal-​Kaldin!” 14 Imma Ġeremija qallu: “Mhux veru!+ M’iniex sejjer mal-​Kaldin.” Iżda Irija ma riedx jismaʼ, u żamm lil Ġeremija u ħadu għand il-​prinċpijiet. 15 U l-​prinċpijiet+ bdew jirrabjaw għal Ġeremija,+ u sawtuh+ u tefgħuh f’dar l-​irbit,+ fid-​dar taʼ Ġeħonatan+ is-​segretarju, għax kienu għamluha ħabs.+ 16 U meta ħaduh fil-​ġiebja+ taʼ taħt id-​dar u fil-​kmamar bil-​ħnejjiet, Ġeremija tħalla jgħix hemmhekk għal ħafna żmien.

17 U s-​Sultan Sedekija bagħat għalih u ġabu għandu, u s-​sultan beda jagħmillu mistoqsijiet f’daru, fejn ma jarahom ħadd.+ U qallu: “Hemm xi kelma mingħand Ġeħova?” Għal dan Ġeremija qallu: “Hemm!” U kompla jgħidlu: “F’idejn is-​sultan taʼ Babilonja se tingħata!”+

18 Imbagħad Ġeremija qal lis-​Sultan Sedekija: “B’liema mod dnibt kontrik u kontra l-​qaddejja tiegħek u kontra dan il-​poplu,+ biex tfajtuni l-​ħabs? 19 Fejn huma issa l-​profeti tiegħek li pprofetizzawlek u qalulek, ‘Is-​sultan taʼ Babilonja ma jiġix kontrikom u kontra dan il-​pajjiż’?+ 20 U issa ismagħni, jekk jogħġbok, O sidi s-​sultan. Ħa tasal quddiemek it-​talba tiegħi,+ jekk jogħġbok, u terġax tibgħatni fid-​dar taʼ Ġeħonatan+ is-​segretarju, li ma mmurx immut hemmhekk.”+ 21 Għaldaqstant, is-​Sultan Sedekija ta l-​kmand, u żammew lil Ġeremija arrestat fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa;+ u kien jingħata ħobża kuljum mit-​triq tal-​furnara,+ sakemm spiċċa l-​ħobż kollu tal-​belt.+ U Ġeremija baqaʼ jgħix fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa.+

38 U Sefatija bin Mattan u Gedalija bin Pasħur u Ġukal+ bin Selemija u Pasħur bin Malkija+ semgħu dak li Ġeremija kien qed jgħid lill-​poplu kollu:+ 2 “Hekk qal Ġeħova, ‘Min jibqaʼ jgħammar f’din il-​belt se jmut bis-​sejf,+ bil-​ġuħ+ u bil-​pesta.+ Imma min joħroġ għal għand il-​Kaldin jibqaʼ jgħix u ruħu jiħodha bħala priża u jibqaʼ ħaj.’+ 3 Hekk qal Ġeħova, ‘Din il-​belt żgur tingħata f’idejn il-​qawwa militari tas-​sultan taʼ Babilonja, u hu jirbaħha.’”+

4 U l-​prinċpijiet bdew jgħidu lis-​sultan: “Jekk jogħġbok, ħa jingħata l-​mewt dan ir-​raġel,+ għax b’dan il-​kliem li qed jgħid+ qed idgħajjef id il-​gwerriera li għad fadal f’din il-​belt u id in-​nies kollha. Għax dan ir-​raġel m’huwiex ifittex is-​sliem taʼ dan il-​poplu imma l-​gwaj tagħhom.” 5 Għalhekk, is-​Sultan Sedekija qal: “Ara! Ħuduh f’idejkom. Għax is-​sultan ma jistaʼ jagħmel xejn kontrikom.”+

6 U ħadu lil Ġeremija u tefgħuh fil-​ġiebja taʼ Malkija+ bin is-​sultan, li kienet fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa.+ U niżżlu lil Ġeremija bil-​ħbula. Issa fil-​ġiebja ma kienx hemm ilma imma ħama; u Ġeremija beda nieżel ’l isfel fil-​ħama.+

7 U Għebed-melek l-​Etjopjan,+ li kien ewnuku fid-​dar tas-​sultan, semaʼ li kienu tefgħu lil Ġeremija fil-​ġiebja; u s-​sultan kien bil-​qiegħda f’Bieb Benjamin.+ 8 Għalhekk, Għebed-melek ħareġ mid-​dar tas-​sultan u mar ikellem lis-​sultan u qallu: 9 “O sidi s-​sultan, dawn l-​irġiel imxew ħażin b’dak kollu li għamlu lill-​profeta Ġeremija, li tefgħuh fil-​ġiebja, għax fejn qiegħed se jmut+ bil-​ġuħ.+ Għax ma baqax iżjed ħobż fil-​belt.”

10 Imbagħad is-​sultan ordna lil Għebed-melek l-​Etjopjan: “Ħu taħt il-​kmand tiegħek tletin raġel minn hawn, u mur oħroġ lill-​profeta Ġeremija mill-​ġiebja qabel imut.”+ 11 Għaldaqstant, Għebed-melek ħa lill-​irġiel taħt il-​kmand tiegħu u mar fid-​dar tas-​sultan, taħt it-​teżorerija,+ u minn hemmhekk ħa xi ċraret u biċċiet qodma u niżżilhom lil Ġeremija fil-​ġiebja+ permezz tal-​ħbula. 12 Imbagħad Għebed-melek l-​Etjopjan qal lil Ġeremija: “Jekk jogħġbok, poġġi dawn iċ-​ċraret u l-​biċċiet qodma taħt abtek u madwar il-​ħbula.” U Ġeremija hekk għamel.+ 13 Fl-aħħar ġibdu lil Ġeremija permezz tal-​ħbula u ħarġuh mill-​ġiebja. U Ġeremija baqaʼ jgħix fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa.+

14 U s-​Sultan Sedekija bagħat għall-​profeta Ġeremija u ġabu għandu+ fit-​tielet daħla,+ fid-​dar taʼ Ġeħova,+ u mbagħad is-​sultan qal lil Ġeremija: “Se nitolbok xi ħaġa. Taħbili xejn.”+ 15 Għal dan, Ġeremija qal lil Sedekija: “Jekk ngħidlek żgur toqtolni. U jekk nagħtik parir, m’intix se tismaʼ minni.”+ 16 U s-​Sultan Sedekija ħalef lil Ġeremija fejn ma jarahom ħadd, u qallu: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova, li tana din il-​ħajja,+ jien ma noqtlokx, u ma nagħtikx f’idejn dawn l-​irġiel li qed jipprovaw jiħdulek ħajtek.”+

17 U Ġeremija qal lil Sedekija: “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​armati,+ l-​Alla taʼ Israel,+ ‘Jekk toħroġ bla dewmien għal għand il-​prinċpijiet tas-​sultan taʼ Babilonja,+ int* tibqaʼ tgħix u din il-​belt ma tinħaraqx bin-​nar, u int u n-​nies taʼ darek tibqgħu ħajjin.+ 18 Imma jekk ma toħroġx għal għand il-​prinċpijiet tas-​sultan taʼ Babilonja, din il-​belt tingħata f’idejn il-​Kaldin, u huma jaħarquha bin-​nar,+ u int ma teħlishiex minn taħt idejhom.’”+

19 Imbagħad is-​Sultan Sedekija qal lil Ġeremija: “Qed nibżaʼ mil-​Lhud li ħarbu għal mal-​Kaldin,+ li ma jmorrux jagħtuni f’idejhom u dawn jittrattawni bil-​kefrija.”+ 20 Imma Ġeremija qal: “Ma jagħtukx f’idejhom b’dan il-​mod. Obdi, jekk jogħġbok, minn leħen Ġeħova kif qed ngħidlek, u jaħbatlek tajjeb,+ u int tibqaʼ tgħix. 21 Imma jekk ma toħroġx,+ dan urieni Ġeħova: 22 Ara! Lin-​nisa kollha li jitħallew fid-​dar tas-​sultan taʼ Ġuda+ joħorġuhom għand il-​prinċpijiet tas-​sultan taʼ Babilonja+ u jgħidu,

‘L-​irġiel li kienu fil-​paċi miegħek qarrqu bik+ u għelbuk.+

‘Lilek niżżlulek sieqek fil-​ħama, u huma daru għan-​naħa l-​oħra.’+

23 “U lin-​nisa kollha tiegħek u lil uliedek kollha joħorġuhom għand il-​Kaldin, u int ma teħlishiex minn taħt idejhom,+ imma s-​sultan taʼ Babilonja jaqbdek taħt idejh, u minħabba fik din il-​belt tinħaraq bin-​nar.”+

24 U Sedekija qal lil Ġeremija: “Tħalli lil ħadd isir jaf b’dawn l-​affarijiet, sabiex ma tmutx. 25 U jekk il-​prinċpijiet+ jisimgħu li kellimtek u jiġu għandek u jgħidulek, ‘Għidilna, jekk jogħġbok, Fuqiex tkellimt mas-​sultan? Taħbilna xejn, u ma noqtlukx. Fuqiex kellmek is-​sultan?’ 26 int għidilhom, ‘Kont qed nitlob favur mingħand is-​sultan, sabiex ma jerġax jibgħatni fid-​dar taʼ Ġeħonatan+ biex immut hemmhekk.’”

27 Wara ftit taż-​żmien, il-​prinċpijiet kollha ġew għand Ġeremija u bdew jistaqsuh. U hu wiġibhom kif ordnalu s-​sultan.+ Għalhekk, ma qalu xejn iktar quddiemu, għax ma semgħu xejn minn dak li ntqal. 28 U Ġeremija baqaʼ jgħix fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa+ sa dakinhar li ntrebħet Ġerusalemm.+ U dan ġara meta ntrebħet Ġerusalemm.+

39 Fid-disaʼ sena taʼ Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda, fl-​għaxar xahar,+ Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, u l-​qawwa militari kollha tiegħu ġew Ġerusalemm u bdew jassedjawha.+

2 Fis-sena ħdax taʼ Sedekija, fir-​rabaʼ xahar, fid-​disaʼ jum tax-​xahar, is-​swar tal-​belt ġew minfudin.+ 3 U l-​prinċpijiet kollha tas-​sultan taʼ Babilonja daħlu u qagħdu bil-​qiegħda fil-​Bieb tan-​Nofs,+ u dawn kienu Nergal-sareser, Samgar-nebo, Sarsekim, ir-​Rabsaris,* Nergal-sareser ir-​Rabmag,* u l-​prinċpijiet l-​oħrajn kollha tas-​sultan taʼ Babilonja.

4 Issa ġara li malli Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda, u l-​gwerriera kollha rawhom, ħarbu jiġru+ u ħarġu mill-​belt bil-​lejl mit-​triq tal-​ġnien tas-​sultan,+ mill-​bieb taʼ bejn iż-​żewġ ħitan; u baqgħu ħerġin mit-​triq taʼ l-​Għaraba.+ 5 U waħda mill-​qawwiet militari tal-​Kaldin marret għal warajhom,+ u laħqu lil Sedekija fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Ġeriko.+ Imbagħad qabduh u ħaduh għand Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, f’Ribla+ fl-​art taʼ Ħamat,+ sabiex jaqtagħlu s-​sentenza.+ 6 U s-​sultan taʼ Babilonja qatel+ lil ulied Sedekija f’Ribla quddiem għajnejh,+ u s-​sultan taʼ Babilonja qatel lin-​nobbli kollha taʼ Ġuda.+ 7 U lil Sedekija għamieh,+ u mbagħad rabtu bi rbit tar-​ram aħmar, sabiex jieħdu f’Babilonja.

8 U l-​Kaldin ħarqu bin-​nar id-​dar tas-​sultan u d-​djar tan-​nies,+ u ġarrfu s-​swar taʼ Ġerusalemm.+ 9 U lill-​bqija tan-​nies li kien għad fadal fil-​belt, u lil dawk li kienu marru jagħtu ruħhom f’idejh, u lill-​bqija tan-​nies li kien għad fadal, Nebużaradan,+ il-​kap tal-​gwardji persunali tas-​sultan,+ ħadhom fl-​eżilju f’Babilonja.+

10 U lil xi wħud min-​nies, il-​foqra li ma kellhom xejn, Nebużaradan, il-​kap tal-​gwardji, ħalliehom fl-​art taʼ Ġuda;+ u dakinhar tahom għelieqi tad-​dwieli u kellhom jagħtu servizz obbligatorju.+

11 Iktar minn hekk, Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, ta kmand dwar Ġeremija permezz taʼ Nebużaradan, il-​kap tal-​gwardji, u qal: 12 “Ħudu u żomm għajnejk fuqu u tagħmillu l-​ebda ħsara.+ Imma agħmel miegħu kif jgħidlek hu.”+

13 Għalhekk, Nebużaradan,+ il-​kap tal-​gwardji, u Nebusażban ir-​Rabsaris, u Nergal-sareser ir-​Rabmag, u l-​irġiel ewlenin kollha tas-​sultan taʼ Babilonja bagħtu għalih; 14 dawn bagħtu għal Ġeremija u ħarġuh mill-​Bitħa taʼ l-​Għassa+ u tawh f’idejn Gedalija,+ bin Aħikam,+ bin Safan,+ sabiex jieħdu f’daru u jgħammar fost il-​poplu.

15 U l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija waqt li kien għadu magħluq fil-​Bitħa taʼ l-​Għassa,+ tgħid: 16 “Mur, u għid lil Għebed-melek+ l-​Etjopjan, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Ara, se nwettaq dak li għedt dwar din il-​belt biex inġib gwaj mhux ġid,+ u dakinhar kliemi jseħħ quddiemek.”’+

17 “‘U dakinhar jien neħilsek,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u ma tingħatax f’idejn l-​irġiel li int beżgħan minnhom.’+

18 “‘Għax jien żgur nipprovdilek mezz biex taħrab, u ma tmutx bis-​sejf; u ruħek tiħodha bħala priża,+ għax int fdajt fija,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”

40 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova wara li Nebużaradan,+ il-​kap tal-​gwardji persunali tas-​sultan, bagħtu ħieles minn Rama.+ Ġeremija kien marbut bil-​ktajjen maʼ idejh meta ħadu minn fost l-​eżiljati kollha taʼ Ġerusalemm u taʼ Ġuda, li kienu qed jittieħdu fl-​eżilju f’Babilonja.+ 2 Imbagħad il-​kap tal-​gwardji qabad lil Ġeremija u qallu: “Ġeħova Alla tiegħek iddikjara dan il-​gwaj kontra dan il-​post,+ 3 u Ġeħova wettqu u għamel eżatt kif qal, għax intom dnibtu kontra Ġeħova u m’obdejtux minn leħnu. U għalhekk ġralkom dan.+ 4 U issa, ara, illum neħħejtlek il-​ktajjen minn maʼ idejk. Jekk jidhirlek li hu tajjeb f’għajnejk li tiġi miegħi Babilonja, ejja, u jien inżomm għajnejja fuqek.+ Imma jekk jidhirlek li hu ħażin f’għajnejk li tiġi miegħi Babilonja, tiġix. Ħares! Il-​pajjiż kollu qiegħed quddiemek. Mur fejn jidhirlek li hu tajjeb u sewwa f’għajnejk.”+

5 U kien għadu qed jaħsibha jerġax lura, meta Nebużaradan qallu: “Erġaʼ lura għand Gedalija,+ bin Aħikam,+ bin Safan,+ li s-​sultan taʼ Babilonja inkarigah mill-​bliet taʼ Ġuda, u oqgħod miegħu fost il-​poplu; jew inkella mur fejn jidhirlek li hu sewwa f’għajnejk.”+

U mbagħad il-​kap tal-​gwardji tah xi ħaġa taʼ l-​ikel u rigal, u ħallieh jitlaq.+ 6 U Ġeremija wasal għand Gedalija+ bin Aħikam f’Mispa,+ u beda jgħammar miegħu fost il-​poplu li kien baqaʼ fil-​pajjiż.

7 Wara ftit taż-​żmien, il-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari li kienu madwar il-​pajjiż,+ huma u l-​irġiel li kellhom magħhom, semgħu li s-​sultan taʼ Babilonja kien inkariga lil Gedalija bin Aħikam mill-​pajjiż u mill-​irġiel u n-​nisa u t-​tfal żgħar u xi wħud mill-​foqra tal-​pajjiż, li ma kinux ittieħdu fl-​eżilju f’Babilonja.+ 8 Għalhekk, Ismagħel+ bin Netanija u Ġoħanan+ u Ġonatan, ulied Kareja, u Seraja bin Tanħumet u wlied Għefaj in-​Netofati+ u Ġeżanija+ bin il-​Magħkati,+ huma u l-​irġiel li kellhom magħhom,+ ġew għand Gedalija f’Mispa. 9 U Gedalija,+ bin Aħikam,+ bin Safan,+ ħalfilhom,+ lilhom u lill-​irġiel li kellhom magħhom, u qalilhom: “Tibżgħux taqdu lill-​Kaldin. Ibqgħu għammru fil-​pajjiż u aqdu lis-​sultan taʼ Babilonja, u jaħbtilkom tajjeb.+ 10 U, araw, jien qed ngħammar f’Mispa,+ sabiex nirrappreżentakom quddiem il-​Kaldin li jiġu għandna. U intom, iġbru l-​inbid+ u l-​frott tas-​sajf u ż-​żejt u qegħduhom fir-​reċipjenti tagħkom u għammru fil-​bliet li ħadtu għalikom.”

11 U l-​Lhud kollha li kienu f’Mowab u fost ulied Għammon u f’Edom u fil-​pajjiżi l-​oħrajn kollha,+ ukoll semgħu li s-​sultan taʼ Babilonja kien ħalla fdal f’Ġuda u li kien ħatar fuqhom lil Gedalija,+ bin Aħikam, bin Safan. 12 U l-​Lhud kollha bdew jirritornaw mill-​postijiet kollha fejn kienu mxerrdin, u ġew fl-​art taʼ Ġuda għand Gedalija f’Mispa.+ U ġabru ħafna nbid u frott tas-​sajf.

13 U Ġoħanan+ bin Kareja+ u l-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari li kienu madwar il-​pajjiż,+ ġew għand Gedalija f’Mispa. 14 U qalulu: “Tassew ma tafx li Bagħalis, is-​sultan taʼ wlied Għammon,+ bagħat lil Ismagħel+ bin Netanija+ biex ineħħilek ħajtek?” Imma Gedalija bin Aħikam m’emminhomx.+

15 U Ġoħanan+ bin Kareja qal lil Gedalija, fejn ma jarahom ħadd f’Mispa: “Irrid immur, issa, u noqtol lil Ismagħel bin Netanija, bla ma jkun jaf ħadd.+ Għalfejn għandu jneħħilek ħajtek? Għalfejn għandhom in-​nies kollha taʼ Ġuda li qed jinġemgħu flimkien jixterdu u l-​fdal taʼ Ġuda jgħib?”+ 16 Imma Gedalija+ bin Aħikam+ qal lil Ġoħanan bin Kareja: “Tagħmel xejn minn dan, għax din gidba li qed tgħid dwar Ismagħel.”+

41 Mela ġara fis-​sebaʼ xahar li Ismagħel,+ bin Netanija, bin Elisama,+ min-​nisel irjali+ u wieħed mill-​kbarat tas-​sultan, u għaxart irġiel miegħu+ ġew għand Gedalija bin Aħikam f’Mispa.+ U hemmhekk bdew jieklu biċċa ħobż flimkien f’Mispa.+ 2 Imbagħad Ismagħel bin Netanija u l-​għaxart irġiel li kienu miegħu qamu u ħabtu għal Gedalija, bin Aħikam, bin Safan, bis-​sejf.+ B’hekk, hu qatel lil dak li s-​sultan taʼ Babilonja kien inkarigah mill-​pajjiż.+ 3 U Ismagħel qatel lil-​Lhud kollha li kienu miegħu, jiġifieri, maʼ Gedalija, f’Mispa, u lill-​Kaldin li kienu hemm, jiġifieri, il-​gwerriera.

4 U fit-​tieni jum wara li nqatel Gedalija, meta ħadd ma kien jaf x’ġara,+ 5 ġew xi rġiel minn Sikem,+ minn Silo,+ u mis-​Samarija,+ tmenin raġel bid-​daqna mqaxxra+ u bi ħwejjiġhom imċarrtin u b’ġisimhom mimli qtugħ li għamlu fuqhom stess.+ F’idejhom kellhom offerti tal-​qmuħ u inċens abjad+ biex iġibuhom fid-​dar taʼ Ġeħova. 6 Għalhekk, Ismagħel bin Netanija ħareġ minn Mispa biex jiltaqaʼ magħhom, jimxi u jibki.+ U malli ltaqaʼ magħhom qalilhom: “Ejjew s’għand Gedalija bin Aħikam.” 7 Iżda hekk kif waslu f’nofs il-​belt, Ismagħel bin Netanija, flimkien maʼ l-​irġiel li kienu miegħu, qabad u qatilhom u tefagħhom fil-​ġiebja.+

8 Imma kien hemm għaxart irġiel fosthom li minnufih qalu lil Ismagħel: “Toqtolniex, għax aħna għandna teżori moħbijin fir-​rabaʼ, qamħ u xgħir u żejt u għasel.”+ Għalhekk, żamm lura u ma qatilhomx maʼ ħuthom. 9 Issa l-​ġiebja li Ismagħel+ tefaʼ fiha l-​iġsma mejtin kollha taʼ l-​irġiel li kien qatel kienet ġiebja kbira, l-​istess ġiebja li s-​Sultan Asa kien għamel minħabba Bagħsa, is-​sultan taʼ Israel.+ Din kienet il-​ġiebja li Ismagħel bin Netanija mela b’dawk li qatel.

10 Imbagħad Ismagħel ħa fil-​jasar lill-​fdal kollu tal-​poplu li kien f’Mispa,+ il-​bniet tas-​sultan+ u n-​nies kollha li kien għad fadal f’Mispa,+ li Nebużaradan, il-​kap tal-​gwardji persunali tas-​sultan, kien ħalla f’idejn Gedalija bin Aħikam.+ Għalhekk, Ismagħel bin Netanija ħadhom bħala lsiera u telaq biex jaqsam għal għand ulied Għammon.+

11 Wara xi żmien, Ġoħanan+ bin Kareja u l-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari+ li kienu miegħu semgħu dwar il-​ħażen kollu li kien għamel Ismagħel bin Netanija. 12 Għaldaqstant, dawn ħadu lill-​irġiel kollha u telqu biex jiġġieldu kontra Ismagħel bin Netanija u sabuh ħdejn l-​ilmijiet kotrana taʼ Gibegħon.+

13 U ġara li malli n-​nies kollha li kienu maʼ Ismagħel raw lil Ġoħanan bin Kareja u lill-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari li kellu miegħu, bdew jifirħu. 14 U n-​nies kollha li Ismagħel kien ħa minn Mispa+ bħala lsiera daru u marru lura maʼ Ġoħanan bin Kareja. 15 U Ismagħel bin Netanija ħarab+ minn quddiem Ġoħanan maʼ tmint irġiel, sabiex imur għand ulied Għammon.

16 Ġoħanan+ bin Kareja u l-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari li kienu miegħu issa ħadu f’idejhom lill-​fdal kollu tal-​poplu taʼ Mispa. Ħelsuhom minn idejn Ismagħel bin Netanija li kien ħadhom wara li qatel lil Gedalija+ bin Aħikam: irġiel b’saħħithom u gwerriera, u n-​nisa tagħhom u t-​tfal żgħar u l-​uffiċjali tal-​palazz. Lil dawn Ġoħanan ħadhom lura minn Gibegħon. 17 Għalhekk, telqu u marru jgħammru fil-​post taʼ Kimħam, ħdejn Betlehem,+ sabiex ikomplu fi triqithom u jidħlu l-​Eġittu,+ 18 minħabba l-​Kaldin;+ għax bdew jibżgħu minnhom,+ ladarba Ismagħel bin Netanija kien qatel lil Gedalija bin Aħikam,+ li s-​sultan taʼ Babilonja kien inkarigah mill-​pajjiż.+

42 Imbagħad il-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari u Ġoħanan+ bin Kareja u Ġeżanija*+ bin Ħosajja+ u l-​poplu kollu, mill-​iżgħar sa l-​akbar wieħed fosthom, resqu 2 lejn il-​profeta Ġeremija u qalulu: “Nixtiequ favur mingħandek, jekk jogħġbok, biex titlob lil Ġeħova Alla tiegħek għalina,+ għal dan il-​fdal kollu, għax aħna biss fadal, ftit minn ħafna,+ bħalma qed tara b’għajnejk stess. 3 U ħa jgħidilna Ġeħova Alla tiegħek liema triq għandna naqbdu u x’għandna nagħmlu.”+

4 Għal dan, il-​profeta Ġeremija qalilhom: “Smajtkom, u, ara, se nitlob lil Ġeħova Alla tagħkom skond m’għedtuli;+ u kull kelma li jgħidli Ġeħova bħala tweġiba għalikom ngħidhielkom.+ Ma nħallilkomx kelma waħda barra.”+

5 U huma, min-​naħa tagħhom, qalu lil Ġeremija: “Ħa jkun Ġeħova xhud veru u leali kontrina+ jekk ma nagħmlux eżatt kulma Ġeħova Alla tiegħek jibagħtek tgħidilna.+ 6 Tajjeb jew ħażin, aħna se nobdu minn leħen Ġeħova Alla tagħna li qed nibagħtuk għandu, sabiex jaħbtilna tajjeb għax inkunu obdejna minn leħen Ġeħova Alla tagħna.”+

7 Issa ġara wara għaxart ijiem li l-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija.+ 8 Għalhekk, hu sejjaħ lil Ġoħanan bin Kareja u lill-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari li kienu miegħu u lill-​poplu kollu, mill-​iżgħar sa l-​akbar wieħed fosthom;+ 9 u qalilhom: “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, li bgħattuni għandu biex inwassallu t-​talba tagħkom,+ 10 ‘Żgur li jekk tibqgħu tgħixu f’din l-​art,+ jien nibnikom u ma nġarrafkomx, inħawwilkom u ma naqlagħkomx mill-​għeruq;+ għax f’dak il-​każ jiddispjaċini mill-​gwaj li nkun ġibt fuqkom.+ 11 Tibżgħux minħabba s-​sultan taʼ Babilonja, li qed tibżgħu minnu.’+

“‘Tibżgħux minħabba fih,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘għax jien magħkom, sabiex insalvakom u neħliskom minn taħt idejh.+ 12 U jien inħenn għalikom, u hu jkollu ħniena minnkom u jiħodkom lura f’artkom.+

13 “‘Imma jekk tgħidu: “Le; m’aħniex se ngħammru f’din l-​art!” u b’hekk ma tobdux minn leħen Ġeħova Alla tagħkom,+ 14 u tgħidu: “Le, imma sejrin fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ fejn m’aħniex se naraw gwerer u la se nisimgħu l-​ħoss tal-​qarn u lanqas se nkunu mġewħin għall-​ħobż; hemmhekk se ngħammru”;+ 15 ismaʼ għalhekk il-​kelma taʼ Ġeħova, O fdal taʼ Ġuda. Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Jekk twaħħluha f’raskom li tmorru l-​Eġittu u fil-​fatt tmorru biex tgħixu hemmhekk bħala barranin,+ 16 jiġri li l-​istess sejf li qed tibżgħu minnu jilħaqkom fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ u l-​istess ġuħ li intom imwerwrin minnu jiġi warajkom fl-​Eġittu;+ u hemmhekk tmutu.+ 17 U jiġri li dawk kollha li waħħluha f’rashom li jmorru l-​Eġittu biex jgħixu hemmhekk bħala barranin imutu bis-​sejf, bil-​ġuħ u bil-​pesta;+ u ħadd minnhom ma jibqaʼ ħaj jew jaħrab, minħabba l-​gwaj li nġib fuqhom.”’+

18 “Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Bħalma r-​rabja u l-​korla tiegħi tferrgħu fuq l-​abitanti taʼ Ġerusalemm,+ hekk ukoll titferraʼ fuqkom il-​korla tiegħi talli tmorru l-​Eġittu, u ssiru oġġett taʼ saħta u taʼ stagħġib u taʼ dagħa u taʼ żebliħ,+ u dan il-​post ma tarawhx iżjed.’+

19 “Ġeħova tkellem kontrikom, O fdal taʼ Ġuda. Tmorrux l-​Eġittu.+ Kunu afu fiċ-​ċert li jien qed nixhed kontrikom illum,+ 20 li intom żbaljajtu kontrikom stess;+ għax kontu intom infuskom li bgħattuni għand Ġeħova Alla tagħkom u għedtuli, ‘Itlob lil Ġeħova Alla tagħna għalina; u għidilna kulma jgħid Ġeħova Alla tagħna, u aħna żgur nagħmluh.’+ 21 U llum qed ngħidilkom, imma intom m’intomx se tobdu minn leħen Ġeħova Alla tagħkom jew minn kwalunkwe ħaġa li bagħatni ngħidilkom.+ 22 U issa kunu afu fiċ-​ċert li bis-​sejf,+ bil-​ġuħ u bil-​pesta se tmutu fil-​post fejn jogħġobkom tidħlu biex tgħixu bħala barranin.”+

43 Issa ġara li malli Ġeremija spiċċa jgħid lin-​nies kollha l-​kliem taʼ Ġeħova Alla tagħhom li Ġeħova Alla tagħhom kien bagħtu jgħidilhom, iva, dan il-​kliem kollu,+ 2 Għażarija bin Ħosajja+ u Ġoħanan+ bin Kareja u l-​irġiel prużuntużi kollha+ qalu lil Ġeremija: “Qed tgħid gidba.+ Mhux Ġeħova Alla tagħna bagħtek u qal, ‘Tmorrux l-​Eġittu biex tgħixu hemmhekk bħala barranin.’+ 3 Imma Baruk+ bin Nerija qed ixewxek kontrina bl-​iskop li jagħtina f’idejn il-​Kaldin, biex joqtluna jew jiħduna fl-​eżilju f’Babilonja.”+

4 U Ġoħanan bin Kareja u l-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari u l-​poplu kollu m’obdewx minn leħen Ġeħova,+ biex jibqgħu jgħammru fl-​art taʼ Ġuda.+ 5 Għalhekk, Ġoħanan bin Kareja u l-​kapijiet kollha tal-​qawwiet militari ħadu lill-​fdal kollu taʼ Ġuda li kienu rritornaw mill-​ġnus kollha fejn kienu mxerrdin biex jgħixu għal xi żmien fl-​art taʼ Ġuda,+ 6 iva, l-​irġiel b’saħħithom u n-​nisa tagħhom u t-​tfal żgħar u l-​bniet tas-​sultan+ u kull ruħ li Nebużaradan,+ il-​kap tal-​gwardji persunali tas-​sultan, kien ħalla maʼ Gedalija,+ bin Aħikam,+ bin Safan,+ kif ukoll lil Ġeremija l-​profeta u Baruk+ bin Nerija. 7 U fl-​aħħar daħlu fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ għax m’obdewx minn leħen Ġeħova; u waslu sa Taħfanħes.+

8 Imbagħad il-​kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ġeremija f’Taħfanħes, tgħid: 9 “Aqbad f’idek ġebel kbir, u aħbih fit-​tajn tal-​wesgħa bil-​madum li hemm fid-​daħla tad-​dar tal-​Fargħun f’Taħfanħes quddiem għajnejn il-​Lhud.+ 10 U għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Ara, se nibgħat inġib lil Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja,+ il-​qaddej tiegħi,+ u nqiegħed it-​tron tiegħu eżatt fuq dan il-​ġebel li ħbejt, u hu jifrex fuqu t-​tinda grandjuża tiegħu. 11 U jiġi u jaħbat għall-​art taʼ l-​Eġittu.+ Min hu għall-​mard qattiel, ikun għall-​mard qattiel, u min hu għall-​jasar, ikun għall-​jasar, u min hu għas-​sejf, ikun għas-​sejf.+ 12 U jien inqabbad nar fid-​djar taʼ l-​allat taʼ l-​Eġittu;+ u hu jaħraqhom, u jiħodhom fil-​jasar u jitgeżwer fl-​art taʼ l-​Eġittu, bħalma ragħaj jitgeżwer fl-​ilbies tiegħu,+ u jitlaq minn hemmhekk fil-​paċi. 13 U jfarrak il-​pilastri taʼ Bet-xemex,* li qiegħda fl-​art taʼ l-​Eġittu; u d-​djar taʼ l-​allat taʼ l-​Eġittu jaħraqhom bin-​nar.”’”

44 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija għal-​Lhud kollha li kienu qed jgħammru fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ dawk li kienu qed jgħammru f’Migdol+ u f’Taħfanħes+ u f’Nof+ u fl-​art taʼ Patros,+ tgħid: 2 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Intom rajtu l-​gwaj kollu li ġibt fuq Ġerusalemm+ u fuq il-​bliet kollha taʼ Ġuda, u araw, illum huma ħerba, u m’hemm ħadd jgħix fihom.+ 3 Dan ġara minħabba l-​ħażen tagħhom li huma għamlu biex joffenduni billi marru u offrew id-​duħħan tas-​sagrifiċċji+ u qdew allat oħrajn li huma stess ma kinux jafuhom, la intom u lanqas missirijietkom.+ 4 U bqajt nibagħtilkom lill-​qaddejja kollha tiegħi l-​profeti, iva, kont inbakkar u nibgħathom,+ u ngħid: “Jekk jogħġobkom, tagħmlux din il-​ħaġa mistkerrha li jien nobgħod.”+ 5 Imma ma semgħux,+ u lanqas mejlu widnithom biex iduru lura mill-​ħażen tagħhom billi ma joffrux id-​duħħan tas-​sagrifiċċji lil allat oħrajn.+ 6 Għalhekk, ir-​rabja tiegħi, u l-​korla tiegħi, tferrgħet u xegħlet fil-​bliet taʼ Ġuda u fit-​toroq taʼ Ġerusalemm;+ u dawn saru ħerba, saru art abbandunata, kif inhuma llum.’+

7 “U issa hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Għala qed iġġibu gwaj kbir fuqkom stess,+ sabiex teqirdu minn ġo nofskom l-​irġiel u n-​nisa, it-​tfal u t-​trabi tal-​ħalib,+ minn ġo nofs Ġuda, u ma tħallux fdal għalikom? 8 Għax intom qed toffenduni b’għemil idejkom billi toffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lil allat oħrajn+ fl-​art taʼ l-​Eġittu, li mortu fiha biex tgħixu bħala barranin; b’hekk, teqirdu lilkom infuskom u tiġu misħutin u mżebilħin fost il-​ġnus kollha taʼ l-​art.+ 9 Insejtuhom l-​għemejjel ħżiena taʼ missirijietkom+ u l-​għemejjel ħżiena tas-​slaten taʼ Ġuda+ u l-​għemejjel ħżiena tan-​nisa tagħhom+ u l-​għemejjel ħżiena tagħkom stess u l-​għemejjel ħżiena tan-​nisa tagħkom,+ li saru fl-​art taʼ Ġuda u fit-​toroq taʼ Ġerusalemm? 10 U sa llum il-​ġurnata baqgħu m’umiljawx ruħhom,+ u ma beżgħux,+ lanqas imxew mal-​liġi tiegħi+ u maʼ l-​istatuti tiegħi li tajt lilkom u lil missirijietkom.’+

11 “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ara! Se ndawwar wiċċi kontrikom biex inġib gwaj u neqred lil Ġuda kollu.+ 12 U naqbad lill-​fdal taʼ Ġuda li waħħluha f’rashom li jidħlu fl-​art taʼ l-​Eġittu biex jgħixu hemmhekk bħala barranin,+ u huma jintemmu lkoll fl-​art taʼ l-​Eġittu.+ Jaqgħu bis-​sejf; u bil-​ġuħ jintemmu,+ mill-​iżgħar sa l-​akbar wieħed fosthom; bis-​sejf u bil-​ġuħ imutu. U jsiru oġġett taʼ saħta, taʼ stagħġib, taʼ dagħa, u taʼ żebliħ.+ 13 U jien nitlob kont minn dawk li jgħammru fl-​art taʼ l-​Eġittu, bħalma tlabt kont minn Ġerusalemm, bis-​sejf, bil-​ġuħ u bil-​pesta.+ 14 U ma jkun hemm ħadd li jaħrab jew li jibqaʼ ħaj mill-​fdal taʼ Ġuda li marru fl-​art taʼ l-​Eġittu+ biex jgħixu hemmhekk bħala barranin, iva, ma jkun hemm ħadd li jmur lura lejn l-​art taʼ Ġuda fejn tant jixtiequ jmorru jgħixu mill-​ġdid;+ għax ma jmorrux lura, ħlief ftit li jaħarbu.’”

15 U l-​irġiel kollha li kienu jafu li n-​nisa tagħhom kienu qed joffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lil allat oħrajn,+ u n-​nisa tagħhom kollha li kienu miġburin bħala ġemgħa kbira, u n-​nies kollha li kienu qed jgħammru fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ f’Patros,+ wieġbu lil Ġeremija u qalulu: 16 “Dwar il-​kelma li għedtilna f’isem Ġeħova, ma rridux nisimgħu minnek;+ 17 imma ibqaʼ ċert li se nwettqu kull kelma li ħarġet minn fommna,+ u noffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lis-​‘sultana tas-​smewwiet’+ u nferrgħulha l-​offerti tax-​xorb,+ bħalma għamilna aħna+ u missirijietna,+ is-​slaten tagħna,+ u l-​prinċpijiet tagħna fil-​bliet taʼ Ġuda u fit-​toroq taʼ Ġerusalemm, meta konna mxebbgħin bil-​ħobż u kellna l-​ġid, u ma kellniex inkwiet.+ 18 Iżda minn dakinhar li waqafna noffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lis-​‘sultana tas-​smewwiet’+ u nferrgħulha l-​offerti tax-​xorb naqasna kollox, u ntemmejna bis-​sejf u bil-​ġuħ.+

19 “Barra minn hekk, meta offrejna d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lis-​‘sultana tas-​smewwiet’+ u konna lesti li nferrgħulha l-​offerti tax-​xorb,+ jaqaw aħna ma staqsejniex lil żwieġna biex nagħmlulha l-​ftajjar tas-​sagrifiċċji, u nagħmlu xbieha tagħha, u nferrgħulha l-​offerti tax-​xorb?”+

20 Imbagħad Ġeremija qal lill-​poplu kollu li kien wieġbu, jiġifieri, lill-​irġiel u n-​nisa tagħhom u lin-​nies l-​oħrajn kollha: 21 “Id-​duħħan tas-​sagrifiċċji li offrejtu fil-​bliet taʼ Ġuda u fit-​toroq taʼ Ġerusalemm,+ intom+ u missirijietkom,+ is-​slaten tagħkom+ u l-​prinċpijiet tagħkom+ u n-​nies tal-​pajjiż, tgħid Ġeħova ma ftakarx fih u ma ġiehx f’moħħu?+ 22 Fl-aħħar, Ġeħova ma setax jissaporti iktar minħabba l-​ħażen taʼ l-​għemejjel tagħkom, minħabba l-​affarijiet mistkerrhin li għamiltu,+ u b’hekk artkom saret ħerba u oġġett taʼ stagħġib u taʼ saħta, post li ma jgħammar fih ħadd, kif inhu llum.+ 23 Talli offrejtu d-​duħħan tas-​sagrifiċċji+ u dnibtu kontra Ġeħova+ u m’obdejtux minn leħen Ġeħova+ u ma mxejtux mal-​liġi tiegħu+ u maʼ l-​istatuti tiegħu u mat-​tfakkiriet tiegħu, ġie fuqkom dan il-​gwaj, kif inhu llum.”+

24 U Ġeremija kompla jgħid lin-​nies kollha u lin-​nisa kollha: “Isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, intom ilkoll minn Ġuda li qegħdin fl-​art taʼ l-​Eġittu.+ 25 Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Lilkom l-​irġiel u lin-​nisa tagħkom:+ intom in-​nisa titkellmu b’fommkom, (u intom ilkoll wettaqtuh b’idejkom,) u tgħidu: “Żgur inwettqu l-​wegħdi li wegħedna,+ li noffru d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lis-​‘sultana tas-​smewwiet,’+ u li nferrgħulha l-​offerti tax-​xorb.”+ Intom in-​nisa żgur se żżommu l-​wegħdi tagħkom, u żgur se twettqu l-​wegħdi tagħkom.’

26 “Għalhekk, isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova, intom ilkoll minn Ġuda li qed tgħammru fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ ‘“Ara, jien ħlift b’ismi l-​kbir,”+ qal Ġeħova, “li fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu l-​ebda raġel minn Ġuda ma jibqaʼ jsemmi ismi+ u jgħid, ‘Daqskemm il-​Mulej Sovran Ġeħova hu ħaj!’+ 27 Ara, se noqgħod għassa għalihom biex inġib fuqhom gwaj mhux ġid;+ u l-​irġiel kollha taʼ Ġuda li qegħdin fl-​art taʼ l-​Eġittu jinqerdu bis-​sejf u bil-​ġuħ, sakemm ma jibqaʼ ħadd minnhom.+ 28 U ftit ikunu dawk li jaħarbu mis-​sejf, u jmorru lura lejn l-​art taʼ Ġuda mill-​art taʼ l-​Eġittu;+ u dawk kollha mill-​fdal taʼ Ġuda, li marru fl-​art taʼ l-​Eġittu biex jgħixu hemmhekk bħala barranin, żgur se jkunu jafu liema kelma se sseħħ, jekk hix dik li ġejja mingħandi jew mingħandhom.”’”+

29 “‘U dan hu s-​sinjal għalikom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘li se nitlob kont minnkom f’dan il-​post, sabiex tkunu tafu li żgur se nwettaq il-​gwaj li ddikjarajt li nġib fuqkom:+ 30 Hekk qal Ġeħova: “Ara, lill-​Fargħun Ħofra, is-​sultan taʼ l-​Eġittu,+ se nagħtih f’idejn l-​għedewwa tiegħu u f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulu ħajtu,+ bħalma lil Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda, tajtu f’idejn Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, l-​għadu tiegħu li pprova jiħodlu ħajtu.”’”+

45 Il-kelma li l-​profeta Ġeremija qal lil Baruk+ bin Nerija meta kien qed jikteb fi ktieb dan il-​kliem minn fomm Ġeremija+ fir-​rabaʼ sena taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda, tgħid:

2 “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, dwarek, O Baruk, 3 ‘Int għedt: “Jaħasra għalija,+ għax Ġeħova żied in-​niket maʼ l-​uġigħ tiegħi! Għejejt nitniehed, u għadni ma sibtx mistrieħ.”’+

4 “Dan għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ara! Dak li bnejt se nġarrfu, u dak li ħawwilt se naqilgħu, iva, il-​pajjiż kollu.+ 5 Imma int, int qed tfittex ħwejjeġ kbar għalik innifsek.+ Tibqax tfittixhom.”’+

“‘Għax, ara, se nġib gwaj kbir fuq kull ħliqa tal-​laħam,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u lilek nagħtik ruħek bħala priża kulfejn tmur.’”+

46 Din kienet il-​kelma taʼ Ġeħova lill-​profeta Ġeremija dwar il-​ġnus:+ 2 Għall-Eġittu,+ għall-​qawwa militari tal-​Fargħun Neko, is-​sultan taʼ l-​Eġittu,+ li kien ħdejn ix-​xmara Ewfrat f’Karkemis,+ u li ġie megħlub minn Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, fir-​rabaʼ sena taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-​sultan taʼ Ġuda: 3 “O rġiel, ħejju t-​tarka ż-​żgħira u l-​kbira, u ersqu għall-​battalja.+ 4 Xiddu ż-​żwiemel, u irkbu, O rikkieba, u ħudu postkom lebsin l-​elmu. Illostraw il-​lanez. Ilbsu l-​kurazzi.+

5 “‘Għala qed narahom imwerwrin? Qed iduru lura, u l-​irġiel setgħanin tagħhom tkissru; ħarbu, u ma jħarsux lura.+ Hemm biżaʼ kullimkien,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 6 ‘Min hu ħafif, ħa ma jipprovax jiżgiċċa, u s-​setgħan ħa ma jipprovax jaħrab.+ Tfixklu u waqgħu+ lejn it-​tramuntana,+ ħdejn xatt ix-​xmara Ewfrat.’

7 “Min hu dan li tielaʼ bħax-​Xmara Nil, bħax-​xmajjar li l-​ilmijiet tagħhom jintefgħu ’l hemm u ’l hawn?+ 8 L-Eġittu jitlaʼ bħax-​Xmara Nil,+ u l-​ilmijiet jintefgħu ’l hemm u ’l hawn bħal xmajjar.+ U jgħid, ‘Nitlaʼ u niksi l-​art. U neqred il-​belt u dawk li jgħammru fiha.’+ 9 Itilgħu, O żwiemel; suqu bħal imġienen, O karrijiet! U ħa joħorġu l-​irġiel setgħanin, Kus+ u Put,+ li jżommu t-​tarka, u l-​Ludin,+ li jużaw u jħejju l-​qaws.

10 “U dak il-​jum hu tal-​Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati; hu jum il-​vendetta biex jitħallas mill-​avversarji tiegħu.+ U s-​sejf jiblaʼ u jixbaʼ u jimtela b’demmhom, għax il-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati, se jagħmel sagrifiċċju+ fl-​art tat-​tramuntana ħdejn ix-​xmara Ewfrat.+

11 “Itlaʼ sa Gilegħad u ġib ftit balzmu,+ O verġni, bint l-​Eġittu.+ Għalxejn użajt iktar affarijiet biex ifejquk għax ma tistax tfiq.+ 12 Il-ġnus semgħu bid-​diżunur tiegħek+ u l-​għajta tiegħek imliet l-​art.+ Għax tfixklu, raġel setgħan f’raġel setgħan,+ u waqgħu t-​tnejn flimkien.”

13 Il-kelma li Ġeħova qal lill-​profeta Ġeremija dwar kif Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, kien ġej biex jaħbat għall-​art taʼ l-​Eġittu:+ 14 “Għidu dan fl-​Eġittu, u xandruh f’Migdol,+ u xandruh f’Nof+ u f’Taħfanħes.+ Għidu, ‘Ħu postok, ħejji ruħek,+ għax madwarek kollu se jinbelaʼ bis-​sejf.+ 15 Għala nġarrew is-​setgħanin tiegħek?+ Ma baqgħux weqfin, għax Ġeħova imbottahom.+ 16 Bil-gzuz qed jitfixklu u jaqgħu. U qed jgħidu wieħed lil ieħor: “Qum, ejja nerġgħu lura għand niesna u f’art qrabatna għax is-​sejf hu aħrax.”’ 17 Hemmhekk huma ħabbru, ‘Il-​Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu, ħoss biss għandu.+ Ħalla żmien il-​festi jgħaddi.’+

18 “‘Daqskemm jien ħaj,’ hija l-​kelma tas-​Sultan, li jismu Ġeħova taʼ l-​armati,+ ‘hu se jidħol bħalma hi t-​Tabor+ fost il-​muntanji u bħall-​Karmel+ ħdejn il-​baħar. 19 O abitanta, bint+ l-​Eġittu, lesti sorra għall-​eżilju.+ Għax Nof+ se ssir oġġett taʼ stagħġib u tingħata n-​nar, u ħadd ma jgħammar fiha.+ 20 L-art taʼ l-​Eġittu hi bħal għoġla sabiħa ħafna. Mit-​tramuntana tiġi nemusa kontriha.+ 21 Iżjed minn hekk, is-​suldati mikrijin li hemm f’nofsha huma bħal għoġiela msemmnin.+ Imma huma wkoll ċedew;+ ħarbu flimkien. Ma baqgħux weqfin.+ Għax ġie fuqhom jum id-​diżastru tagħhom, iż-​żmien li jintalab kont minnhom.’+

22 “‘Leħinha bħal taʼ serp li jitħarrek;+ għax l-​għedewwa jiġu b’enerġija kbira, u jidħlu fiha bil-​mannara, bħal dawk li jiġbru l-​ħatab. 23 Iqaċċtulha l-​foresta,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘għax ma setgħux jgħaddu minnha. Huma żdiedu iktar mill-​ġurati,+ u saru bla għadd. 24 Bint+ l-​Eġittu għad tistħi. Se tingħata f’idejn il-​poplu tat-​tramuntana.’+

25 “Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, qal, ‘Ara, se nitlob kont minn Amon+ tal-​belt taʼ No+ u mill-​Fargħun u mill-​Eġittu u mill-​allat tiegħu+ u mis-​slaten tiegħu,+ iva, mill-​Fargħun u minn dawk kollha li jafdaw fih.’+

26 “‘U nagħtihom f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulhom ħajjithom u f’idejn Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja,+ u f’idejn il-​qaddejja tiegħu; u mbagħad jerġaʼ jkun hemm min jgħammar fl-​Eġittu bħal fi żmien il-​qedem,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

27 “‘U int tibżax, O Ġakobb, qaddej tiegħi, u titwerwirx, O Israel.+ Għax, ara, jien insalvak minn art fil-​bogħod u lil uliedek mill-​art fejn huma mjassrin.+ U Ġakobb jerġaʼ lura u jgħix bla tfixkil u fil-​kwiet, u ma jkunx hemm min ibeżżgħu.+ 28 U int tibżax, O Ġakobb, qaddej tiegħi,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘għax jien miegħek.+ Għax se nġib qerda sħiħa fost il-​ġnus kollha fejn xerridtek,+ imma lilek m’iniex se neqirdek għalkollox.+ Madankollu, se jkolli nikkastigak kemm jistħoqqlok,+ għax żgur mhux se nħallik bla kastig.’”+

47 Din kienet il-​kelma taʼ Ġeħova lill-​profeta Ġeremija dwar il-​Filistin+ qabel il-​Fargħun ħabat għal Gaża.+ 2 Hekk qal Ġeħova:

“Ara! L-​ilmijiet telgħin+ mit-​tramuntana+ u saru wied kbir. U se jgħarrqu l-​pajjiż u dak li hemm fih, il-​belt u dawk li jgħammru fiha.+ U n-​nies se jgħajtu, u kulmin jgħammar fil-​pajjiż se jnewwaħ.+ 3 Malli jisimgħu l-​ħoss taʼ saqajn iż-​żwiemel tiegħu,+ it-​tkarwit tal-​karrijiet tiegħu tal-​gwerra,+ u l-​istorbju tar-​roti tiegħu,+ il-​missirijiet ma jdurux lura għal uliedhom. Għax idejhom jintelqu, 4 minħabba l-​jum li ġej biex jagħmel ħerba mill-​Filistin kollha,+ biex jeqred minn Tir+ u minn Sidon+ lil kulmin ikun baqaʼ ħaj u pprova jgħin.+ Għax Ġeħova se jagħmel ħerba mill-​Filistin,+ li baqaʼ mill-​gżira taʼ Kaftor.+ 5 Bin-niket, Gaża+ se tkun bil-​qargħa.+ Askelon+ ġiet imsikkta. O fdal tal-​pjanura l-​baxxa tagħhom, kemm se ddum tqattaʼ ġismek?+

6 “O sejf taʼ Ġeħova!+ Kemm se ddum ma tieqaf? Idħol f’għantek.+ Strieħ u iskot.

7 “Kif jistaʼ jieqaf, meta Ġeħova stess tah kmand għal Askelon u għal xatt il-​baħar?+ Hemmhekk qabbdu jmur.”

48 Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel,+ għal Mowab:+ “Gwaj għal Nebo,+ għax għamluha ħerba! Kirjatajm+ ġiet imġiegħla tistħi, intrebħet. Il-​post fl-​għoli taʼ sigurtà ġie mġiegħel jistħi u jitwerwer.+ 2 M’hemmx iktar tifħir għal Mowab.+ F’Ħesbon+ ħasbu gwaj kontrih: ‘Ejjew, ħa ma nħalluhx jibqaʼ ġens.’+

“Int, ukoll, O Madmen, għandek tiskot. Hemm sejf miexi warajk. 3 Qed jinstemaʼ għajat minn Ħoronajm,+ tħarbit u tiġrif kbir. 4 Mowab iġġarraf.+ Iċ-​ċkejknin tiegħu jinstemgħu jibku. 5 Fit-telgħa lejn Luħit+ qed jibku—hemm il-​biki. U fin-​niżla minn Ħoronajm instemaʼ l-​għajat taʼ niket minħabba t-​tiġrif.+

6 “Aħarbu; eħilsu ruħkom,+ u ssiru bħal siġra tal-​ġnibru fix-​xagħri.+ 7 Talli qed tafda fl-​għemejjel tiegħek u fit-​teżori tiegħek, int ukoll se tinqabad.+ U Kemos+ imur fl-​eżilju,+ u miegħu l-​qassisin u l-​prinċpijiet tiegħu.+ 8 U l-​qerried jidħol f’kull belt,+ u l-​ebda belt ma tkun tistaʼ teħlisha.+ U l-​pjanura l-​baxxa tgħib u l-​wita tinqered, kif qal Ġeħova.

9 “Agħtu lil Mowab sinjal tat-​toroq, għax waqt it-​tiġrif dan jitlaq;+ u blietu jsiru oġġett taʼ stagħġib, u ħadd ma jgħammar fihom.+

10 “Misħut min iwettaq bi traskuraġni l-​inkarigu li tah Ġeħova;+ u misħut min iżomm sejfu lura mid-​demm!

11 “Il-​Mowabin ilhom jgħixu għall-​kwiet sa minn żgħożithom,+ mistriħin fuq it-​tartru bħall-​inbid.+ Ma tbattlux minn reċipjent għal ieħor, u ma marrux fl-​eżilju. Għalhekk, baqgħu bl-​istess togħma, u r-​riħa tagħhom ma nbidlitx.

12 “‘Għaldaqstant, ara! Ġej żmien,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘meta nibagħtilhom lil dawk li jaqilbu r-​reċipjenti, u jaqilbuhom;+ u jbattlulhom ir-​reċipjenti, u l-​ġarar kbar tagħhom ifarrkuhom biċċiet. 13 U l-​Mowabin ikollhom jistħu minħabba Kemos,+ bħalma stħaw dawk taʼ dar Israel minħabba Betel għax fdaw fiha.+ 14 Kif tażżardaw tgħidu: “Aħna rġiel setgħanin+ u gwerriera mimlijin enerġija”?’

15 “‘Mowab sar ħerba, u kien hemm min telaʼ għal blietu.+ U l-​aħjar żgħażagħ tagħhom niżlu għall-​qatla,’+ hija l-​kelma tas-​Sultan, li ismu hu Ġeħova taʼ l-​armati.+

16 “Dalwaqt ġej id-​diżastru fuq il-​Mowabin, u l-​gwaj tagħhom ġej b’ħeffa kbira.+ 17 Dawk kollha taʼ madwarhom se jħossu għalihom, kif ukoll dawk kollha li jafu x’jisimhom.+ Għidu, ‘O kif tkisser il-​ħatar tas-​saħħa, il-​bastun tas-​sbuħija!’+

18 “Inżel mill-​glorja tiegħek, u poġġi bil-​qiegħda bil-​għatx, O abitanta, bint+ Dibon;+ għax dak li se jħarbat lil Mowab telaʼ għalik. Se jagħmel ħerba mill-​postijiet fortifikati tiegħek.+

19 “Ieqaf u ħares sew biex tara x’qed jiġri fit-​triq, O abitanta t’Għarogħer.+ Staqsi lil dak li qed jaħrab u lil dik li sejra minn hemmhekk. Għidilhom, ‘X’ġara?’+ 20 Mowab ġie mġiegħel jistħi, għax ħakmu l-​biżaʼ.+ Newħu u għajtu. Xandru fl-​Arnon+ li Mowab sar ħerba. 21 Wasal il-​ġudizzju fil-​pajjiż tal-​wita,+ f’Ħolon u f’Ġaħas+ u kontra Mefgħat,+ 22 u kontra Dibon+ u kontra Nebo+ u kontra Bet-diblatajm, 23 u kontra Kirjatajm+ u kontra Bet-gamul u kontra Bet-megħon+ 24 u kontra Kerjot+ u kontra Bosra+ u kontra l-​bliet kollha taʼ l-​art taʼ Mowab, dawk ’il bogħod u dawk viċin.

25 “‘Il-​qarn taʼ Mowab tqaċċat,+ u driegħu tkisser,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 26 ‘Agħtuh xorb biex jisker,+ għax tkabbar ħafna kontra Ġeħova nnifsu;+ u Mowab tmiegħek fil-​vomtu tiegħu,+ u sar taż-​żuffjett, iva, hu stess.

27 “‘Ma sarx Israel taż-​żuffjett għalik?+ Jew kien misjub fost il-​ħallelin?+ Għax kulmeta kont titkellem kontrih kont ixxejjer rasek biex twaqqgħu għaċ-​ċajt.

28 “‘Ħallu l-​bliet u morru għammru fl-​irdum,+ abitanti taʼ Mowab; siru bħall-​ħamiema li tbejjet f’xifer ix-​xquq.’”+

29 “Smajna bil-​kburija taʼ Mowab+—huwa supperv ħafna—bl-​arroganza u l-​kburija u s-​suppervja u t-​tneffiħ taʼ qalbu.”+

30 “‘Jien naf x’rabja qalila għandu,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘u li l-​ftaħir tiegħu hu għalxejn, bħalma hu wkoll il-​kliem vojt tiegħu+—m’humiex se jagħmlu kif jgħidu.+ 31 Għalhekk, innewwaħ għal Mowab, u ngħajjat għal Mowab kollu kemm hu.+ Se jkun hemm il-​krib għan-​nies taʼ Kir-ħeres.+

32 “‘Nibki għalik iktar milli bkejt għal Ġagħżer,+ O dielja taʼ Sibma.+ Ir-​rimjiet tiegħek kibru sew u qasmu l-​baħar. Laħqu sal-​baħar—sa Ġagħżer.+ Il-​qerried qabeż+ fuq il-​frott tas-​sajf tiegħek+ u l-​għeneb li ġbart. 33 U l-​hena u l-​ferħ ittieħdu mill-​ġnien tal-​frott u mill-​art taʼ Mowab.+ U ma ħallejtx iktar inbid fl-​imgħasar taʼ l-​inbid.+ Ħadd ma jgħajjat hu u jagħsar. L-​għajat ma jkunx għajat taʼ ferħ.’”+

34 “‘Huma għajtu minn Ħesbon+ u leħinhom+ wasal s’Elegħale+ u sa Ġaħas,+ minn Sogħar+ sa Ħoronajm,+ s’Għeglat-selisija,+ għax anki l-​ilmijiet taʼ Nimrim+ isiru ħerba. 35 U neqred minn Mowab,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘lil min qed iġib offerta fil-​post għall-​qima* u lil min qed joffri d-​duħħan tas-​sagrifiċċji lill-​alla tiegħu.+ 36 Għaldaqstant, qalbi se tokrob minħabba Mowab, bħall-​flawtijiet;+ u għall-​irġiel taʼ Kir-ħeres+ qalbi se tokrob bħall-​flawtijiet. Huwa għalhekk li l-​abbundanza li pproduċa se tgħib.+ 37 L-irjus kollha huma qargħin,+ u kull daqna mqaxxra.+ L-​idejn kollha huma mimlijin qtugħ,+ u l-​ġenbejn imħażżmin bl-​ixkora!’”+

38 “‘Fuq il-​bjut kollha taʼ Mowab u fil-​pjazez tiegħu—kullimkien—hemm l-​ilfiq;+ għax kissirt lil Mowab bħal reċipjent li ma jingħoġobx,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 39 ‘O kemm twerwer! Newħu! Kif dar lura Mowab bil-​mistħija!+ U Mowab sar taż-​żuffjett u tal-​biżaʼ għal dawk kollha taʼ madwaru.’”

40 “Għax hekk qal Ġeħova, ‘Ara! Bħal ajkla li tinxteħet fuq il-​priża tagħha,+ hekk ukoll xi ħadd se jiftaħ ġwinħajh biex jinxteħet fuq Mowab.+ 41 Blietu se jinqabdu, u l-​postijiet b’saħħithom tiegħu se jintrebħu. U dakinhar, qalb l-​irġiel setgħanin taʼ Mowab issir bħall-​qalb taʼ mara bl-​uġigħ tal-​ħlas.’”+

42 “‘U Mowab jinqered għalkollox u ma jibqax iżjed ġens,+ għax tkabbar ħafna kontra Ġeħova.+ 43 Il-biżaʼ u l-​ħofra u n-​nasba għal fuqek, O abitant taʼ Mowab,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 44 ‘Kulmin jaħrab bil-​biżaʼ se jaqaʼ fil-​ħofra; u min joħroġ mill-​ħofra jinqabad fin-​nasba.’+

“‘Għax jien se nġib fuqu, fuq Mowab, is-​sena li fiha nitlob kont minnhom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 45 ‘Għad-​dell taʼ Ħesbon dawk li qed jaħarbu waqfu bla saħħa. Għax minn Ħesbon joħroġ nar,+ fjamma minn nofs Siħon,+ u jiblaʼ ngħas Mowab u l-​qorriegħa taʼ wlied ir-​rewwixta.’+

46 “‘Gwaj għalik, O Mowab!+ In-​nies taʼ Kemos+ għabu. Għax lil uliedek subien ħaduhom fil-​jasar, u wliedek bniet ittieħdu bħala mjassrin. 47 U fl-​aħħar parti tal-​jiem niġbor lill-​imjassrin taʼ Mowab,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘S’hawnhekk il-​ġudizzju fuq Mowab.’”+

49 Għal ulied Għammon+ hekk qal Ġeħova: “Jaqaw Israel m’għandux ulied subien, jew m’għandux werriet? Mela Malkam+ għala ħa lil Gad+ f’idejh, u dawk li jqimuh għala bdew jgħammru fil-​bliet taʼ Israel?”+

2 “‘Għalhekk, ara! Ġej żmien,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘meta jien insemmaʼ l-​għajta tal-​gwerra+ kontra Rabba+ taʼ wlied Għammon; u hi ssir għolja abbandunata,+ u l-​bliet li jiddependu minnha+ jinħarqu fin-​nar.’+

“‘U Israel jieħu f’idejh lil dawk li ħaduh f’idejhom,’+ qal Ġeħova.

3 “‘Newwaħ,+ O Ħesbon,+ għax Għaj saret ħerba! Għajtu, O bliet li tiddependu minn Rabba. Tħażżmu bl-​ixkora.+ Olfqu, u iġru ’l hemm u ’l hawn qalb l-​imqawel tal-​ġebel, għax Malkam stess se jmur fl-​eżilju,+ flimkien mal-​qassisin u l-​prinċpijiet kollha tiegħu.+ 4 Għalfejn qed tiffanfra bil-​pjanuri l-​baxxi, bil-​pjanura l-​baxxa u produttiva tiegħek,+ O bint infidila, int li tafda fit-​teżori tiegħek+ u tgħid: “Min ġej għalija?”’”+

5 “‘Ara, se nġib fuqek ħaġa tal-​biżaʼ,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati, ‘minn dawk kollha taʼ madwarek. U intom tixterdu, kull wieħed f’direzzjoni għalih,+ u ma jkun hemm ħadd li jiġbor flimkien lil dawk li jaħarbu.’”

6 “‘Imma wara niġbor lill-​imjassrin taʼ wlied Għammon,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”

7 Għal Edom hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Jaqaw m’għadx baqaʼ għerf+ f’Teman?+ Għabu l-​pariri minn dawk li għandhom l-​abbiltà li jifhmu? Tħassar għerfhom?+ 8 Aħarbu!+ Ċedu! Inżlu għammru fil-​qiegħ,+ O abitanti taʼ Dedan!+ Għax se nġib fuqu d-​diżastru t’Għesaw, iż-​żmien li nikkastigah.+ 9 Kieku kellhom jiġu għandek dawk li jiġbru l-​għeneb, ma kinux huma jħallu xi tilqit warajhom? Kieku kellhom jiġu l-​ħallelin bil-​lejl, ma kinux huma jagħmlu ħerba daqskemm ifettlilhom?+ 10 Imma jien, jien se nneżżaʼ għalkollox lil Għesaw.+ Se nikxef il-​moħbiet tiegħu,+ u ma jkunx jistaʼ jinħeba.+ Uliedu u ħutu u l-​ġirien tiegħu żgur isiru ħerba,+ u hu ma jkunx iktar.+ 11 Itlaq lis-​subien bla missier,+ u jien inżommhom ħajjin. U n-​nisa romol tiegħek jafdaw fija.”+

12 Għax hekk qal Ġeħova: “Ara! Għalkemm m’humiex imdorrijin jixorbu dak li hemm fil-​kies, huma se jkollhom jixorbu bilfors.+ Allura taħseb li int se titħalla bla kastig taʼ xejn? M’intix se titħalla bla kastig, għax ikollok tixrob bilfors.”+

13 “Għax ħlift bija nnifsi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “li Bosra+ ma ssir xejn ħlief oġġett taʼ stagħġib+ u taʼ żebliħ, u ħerba u saħta; u l-​bliet kollha tagħha jibqgħu ħerba għal żmien indefinit.”+

14 Smajt aħbar mingħand Ġeħova, u ntbagħat xi ħadd fost il-​ġnus, jgħid: “Inġemgħu flimkien, u ejjew kontriha, u qumu għall-​battalja.”+

15 “Għax, ara, għamiltek żgħir fost il-​ġnus, mistmerr fost il-​bnedmin.+ 16 It-tregħid li int qanqalt u l-​prużunzjoni taʼ qalbek qarrqu bik,+ O int li tgħammar fil-​kenn taʼ l-​irdum, fl-​għoli fuq l-​għoljiet. Għalkemm tagħmel il-​bejta tiegħek fl-​għoli bħall-​ajkla,+ jien inniżżlek minn hemmhekk,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 17 “U Edom isir oġġett taʼ stagħġib.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejh jibqaʼ ċċassat u jsaffar bi stagħġib, minħabba l-​kastigi kollha tiegħu.+ 18 Bħalma ġara fil-​qerda taʼ Sodoma u Gomorra u l-​bliet ġirien tagħha+ hekk jiġri f’dan il-​każ,” qal Ġeħova, “ebda bniedem ma jgħammar hemmhekk, u ħadd minn ulied il-​bnedmin ma jgħix fih bħala barrani.+

19 “Ara! Xi ħadd se jitlaʼ bħal iljun+ mill-​imsaġar folti taʼ mal-​Ġordan u jmur lejn il-​mergħa li se ddum għal żmien twil,+ u f’daqqa waħda nġiegħlu jabbandunaha.+ U naħtar fuqha lil dak li nagħżel jien. Għax min hu bħali,+ u min se jisfidani,+ u min, issa, hu r-​ragħaj li jistaʼ jieqaf quddiemi?+ 20 Għalhekk, isimgħu d-​deċiżjoni li Ġeħova ħa kontra Edom,+ u l-​ħsibijiet li ħaseb kontra l-​abitanti taʼ Teman:+ Żgur li l-​frieħ tal-​merħla se jiġu mkaxkrin. Żgur li l-​mergħa tagħhom se jagħmilha ħerba minħabba fihom.+ 21 Mal-ħoss tal-​waqgħa tagħhom l-​art bdiet titriegħed.+ Hemm għajta!+ Ħoss ha nstemaʼ saħansitra mill-​Baħar l-​Aħmar.+ 22 Ara! Bħal ajkla, xi ħadd jitlaʼ u jinżel b’ħeffa+ u jiftaħ ġwinħajh biex jinxteħet fuq Bosra;+ u dakinhar qalb l-​irġiel setgħanin t’Edom issir bħall-​qalb taʼ mara bl-​uġigħ tal-​ħlas.”+

23 Għal Damasku:+ “Ħamat+ u Arfad+ stħaw, għax semgħu rapport ikrah. Ġew fix-​xejn.+ Fil-​baħar hemm taqlib kbir; ma jistax joqgħod bi kwietu.+ 24 Damasku tilfet il-​kuraġġ. Daret biex taħrab, u ħakimha paniku kbir.+ Niket u wġigħ tal-​ħlas qabduha, bħal mara li qed tiled.+ 25 Kif ma ġietx abbandunata l-​belt tat-​tifħir, il-​belt taʼ ferħ kbir?+

26 “Għalhekk, dakinhar iż-​żgħażagħ tagħha se jaqgħu fil-​pjazez tagħha, u l-​gwerriera kollha tagħha se jiġu msikktin,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova taʼ l-​armati. 27 “U nqabbad nar fuq is-​sur taʼ Damasku, u jiblaʼ t-​torrijiet fortifikati taʼ Ben-ħadad.”+

28 Għal Kedar+ u s-​saltniet taʼ Ħasor,+ li Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, ħabat għalihom,+ hekk qal Ġeħova: “Qumu, itilgħu lejn Kedar, u ħarbtu lil ulied il-​Lvant.+ 29 It-tined tagħhom+ u l-​imrieħel tagħhom,+ id-​drapp tat-​tined+ u l-​oġġetti kollha tagħhom se jittiħdulhom. U l-​iġmla tagħhom+ se jiħduhomlhom. U jgħajtu u jgħidulhom, ‘Biżaʼ kullimkien!’”+

30 “Aħarbu, itilqu ’l bogħod; inżlu għammru fil-​qiegħ, O abitanti taʼ Ħasor,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “Għax Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja,+ fassal pjan kontrikom u ħaseb ħsieb kontrikom.”

31 “Qumu, itilgħu kontra l-​ġens li jinsab fil-​kwiet,+ li jgħammar fis-​sigurtà!”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

“M’għandux bibien jew staneg. Jgħammru għalihom waħedhom.+ 32 U l-​iġmla tagħhom+ jinsterqu, u l-​kotra taʼ bhejjem tagħhom tinħataf bħala priża. U lil dawk li qaxxru xagħar ngħashom+ inxerridhom maʼ kull riħ;+ u nġib fuqhom id-​diżastru tagħhom mir-​reġjuni kollha taʼ madwarhom,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 33 “U Ħasor+ issir il-​bejta tax-​xakalli,+ art abbandunata għal żmien indefinit. Ebda bniedem ma jgħammar hemmhekk, u ħadd minn ulied il-​bnedmin ma jgħix fiha bħala barrani.”+

34 Din kienet il-​kelma taʼ Ġeħova lill-​profeta Ġeremija dwar Għelam+ fil-​bidu tar-​renju taʼ Sedekija,+ is-​sultan taʼ Ġuda, tgħid: 35 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Ara, se nkisser il-​qaws t’Għelam,+ il-​qawwa ewlenija tagħhom. 36 U nġib fuq Għelam l-​erbat irjieħ mill-​erbat itruf tas-​smewwiet.+ U nxerridhom maʼ dawn l-​irjieħ kollha,+ u ma jkunx hemm ġens wieħed li dawk t’Għelam ma jinxterdux fih.’”+

37 “U lill-​Għelamin inġegħelhom jitriegħdu minħabba l-​għedewwa tagħhom li jipprovaw jiħdulhom ħajjithom; u nġib fuqhom gwaj, ir-​rabja taħraq tiegħi,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “U nibgħat is-​sejf għal warajhom sakemm inkun qridthom għalkollox.”+

38 “U nqiegħed it-​tron tiegħi f’Għelam,+ u neqred minn hemmhekk lis-​sultan u l-​prinċpijiet,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

39 “U jiġri fl-​aħħar parti tal-​jiem+ li niġbor lill-​imjassrin t’Għelam,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

50 Il-kelma li Ġeħova qal dwar Babilonja,+ l-​art tal-​Kaldin,+ permezz tal-​profeta Ġeremija: 2 “Għidu dan fost il-​ġnus u xandruh.+ Għollu arblu bħala sinjal,+ u xandru. Taħbu xejn. Għidu, ‘Babilonja ntrebħet.+ Bel ġie mġiegħel jistħi.+ Merodak twerwer. Ix-​xbihat tagħha ġew imġegħlin jistħu.+ Twerwru l-​idoli tagħha moqżieża daqs id-​demel.’ 3 Għax ġie ġens kontriha mit-​tramuntana.+ Għamlilha artha oġġett taʼ stagħġib, u b’hekk m’hemm ħadd li jgħammar fiha.+ Ħarab kulħadd, kemm il-​bnedmin u kemm l-​annimali domestiċi.+ Telqu ’l hemm.”+

4 “F’dawk il-​jiem u f’dak iż-​żmien,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “jiġu wlied Israel, huma u wlied Ġuda flimkien.+ Jimxu, u jibku huma u mexjin,+ u jfittxu lil Ġeħova Alla tagħhom.+ 5 Jistaqsu għat-​triq li tagħti għal Sijon, b’wiċċhom lejn dik id-​direzzjoni,+ u jgħidu, ‘Ejjew ningħaqdu maʼ Ġeħova f’patt li jibqaʼ għal dejjem* u li ma jintesiex.’+ 6 Il-poplu tiegħi sar bħal merħla nagħaġ li qed tgħib.+ Ir-​rgħajja tagħhom ġegħluhom jiġġerrew ’l hemm u ’l hawn.+ Irħewlhom jiġru fuq il-​muntanji.+ Marru minn muntanja u għolja għal oħra. Insew il-​post tagħhom fejn jistrieħu.+ 7 Dawk kollha li sabuhom kiluhom,+ u l-​avversarji tagħhom qalu,+ ‘M’aħniex ħatjin,+ għax huma dinbu kontra Ġeħova, li fih jgħammar is-​sewwa,+ u kontra t-​tama taʼ missirijiethom,+ Ġeħova.’”

8 “Aħarbu minn ġo nofs Babilonja, u itilqu ’l barra mill-​art tal-​Kaldin;+ kunu bħall-​annimali f’ras il-​merħla.+ 9 Għax, ara, jien se nqajjem u ntellaʼ ġemgħa taʼ ġnus kbar kontra Babilonja mill-​art tat-​tramuntana,+ u dawn jitħejjew għal kontriha.+ Minn hemmhekk tinqabad.+ Il-​vleġeġ tagħhom huma bħal dawk taʼ raġel setgħan li jċaħħad lill-​ġenituri mill-​ulied u li ma jerġax lura b’idu f’idu.+ 10 Il-Kaldija ssir priża.+ U dawk kollha li jagħmluha l-​priża tagħhom jissodisfaw ruħhom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

11 “Għax intom bqajtu tifirħu,+ għax intom bqajtu tithennew meta ħarbattu l-​wirt tiegħi.+ Qgħadtu tħabbtu saqajkom fil-​ħaxix tari bħal għoġla,+ u qgħadtu tiżhru bħaż-​żwiemel.+ 12 Ommkom tgħidx kemm stħat.+ Dik li wilditkom iddiżappuntat ruħha.+ Ara! Hi l-​inqas importanti fost il-​ġnus, xagħri bla ilma u pjanura fid-​deżert.+ 13 Ħadd ma jgħammar fiha minħabba r-​rabja taʼ Ġeħova,+ u ssir art abbandunata kollha kemm hi.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejn Babilonja jibqaʼ ċċassat u jsaffar bi stagħġib minħabba l-​kastigi tagħha.+

14 “Ħejju ruħkom fuq kull naħa kontra Babilonja,+ intom li qed tħejju l-​qaws.+ Sparawlha.+ Tħallux vleġġa waħda, għax hi kontra Ġeħova dinbet.+ 15 Għajtu għajta tal-​gwerra kontriha fuq kull naħa.+ Hi ċediet.+ Il-​kolonni tagħha waqgħu. Is-​swar tagħha ġġarrfu.+ Għax din hija l-​vendetta taʼ Ġeħova.+ Ivvendikaw ruħkom minnha. Bħalma għamlet, agħmlulha.+ 16 Eqirdu minn Babilonja lil min jiżraʼ,+ kif ukoll lil dak li juża l-​minġel fi żmien il-​ħsad. Minħabba s-​sejf aħrax, kull wieħed minnhom idur lejn il-​poplu tiegħu stess, u kull wieħed jaħrab lejn pajjiżu.+

17 “Israel hu nagħġa li ttieħdet xi mkien ieħor.+ L-​iljuni ħaduh.+ L-​ewwel belgħu s-​sultan taʼ l-​Assirja,+ u mbagħad mexmixlu għadmu Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja.+ 18 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ara! Se nitlob kont mis-​sultan taʼ Babilonja u minn artu bħalma tlabt kont mis-​sultan taʼ l-​Assirja.+ 19 U nġib lil Israel lura lejn il-​mergħa tiegħu,+ u hu jirgħa fuq il-​Karmel+ u fuq il-​Basan;+ u fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm+ u taʼ Gilegħad+ ikun xebgħan.’”

20 “U f’dawk il-​jiem u f’dak iż-​żmien,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “se jitfittex l-​iżball taʼ Israel,+ imma ma jkunx iktar; kif ukoll id-​dnubiet taʼ Ġuda,+ imma ma jinstabux, għax jien se naħfer lill-​fdal li nħalli.”+

21 “Ejja kontra l-​art taʼ Meratajm*+ u kontra l-​abitanti taʼ Pekod.+ Ħa jiġu massakrati u dedikati għall-​qerda,”* hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u agħmlilhom skond dak kollu li kkmandajtek.+ 22 Jinstemaʼ l-​ħoss tal-​gwerra fil-​pajjiż, u tiġrif kbir.+ 23 O kif inqasam u tkisser+ il-​martell tal-​forġa taʼ l-​art kollha!+ O kif Babilonja saret oġġett taʼ stagħġib fost il-​ġnus!+ 24 Qegħedtlek nassa u nqbadt, O Babilonja, bla ma kont taf.+ Sabuk u qabduk, għax int ħadtha kontra Ġeħova.+

25 “Ġeħova fetaħ il-​maħżen tiegħu, u ħareġ l-​armi tal-​kundanna tiegħu.+ Għax il-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati, għandu biċċa xogħol fl-​art tal-​Kaldin.+ 26 Ejjew fiha mill-​iktar parti mbiegħda.+ Iftħu l-​imħażen tagħha tal-​qamħ.+ Agħmluha gozz, bħal dawk li jiġbru l-​gzuz tal-​qamħ,+ u ddedikawha għall-​qerda.+ Ħa ma jibqaʼ ħadd fiha.+ 27 Immassakraw il-​barrin żgħar kollha tagħha.+ Ħa jmorru għall-​qatla.+ Jaħasra għalihom, għax wasal il-​jum tagħhom, iż-​żmien li jiġu kastigati!+

28 “Jinstemaʼ l-​ħoss taʼ dawk li qed jaħarbu u jitilqu mill-​art taʼ Babilonja+ biex ixandru f’Sijon il-​vendetta taʼ Ġeħova Alla tagħna,+ il-​vendetta għat-​tempju tiegħu.+

29 “Sejħu lill-​arċieri biex jiġu kontra Babilonja, lil dawk kollha li qed iħejju l-​qaws.+ Waqqfu l-​kampijiet tagħkom dawramejt. Tħallu lil ħadd jaħrab.+ Ħallsuha taʼ l-​azzjonijiet tagħha.+ Agħmlulha skond dak kollu li għamlet.+ Għax hi aġixxiet bil-​prużunzjoni kontra Ġeħova, kontra l-​Qaddis taʼ Israel.+ 30 Għalhekk, dakinhar iż-​żgħażagħ tagħha se jaqgħu fil-​pjazez tagħha,+ u l-​gwerriera kollha tagħha se jiġu msikktin,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

31 “Ara! Jien kontrik,+ O Prużunzjoni,”+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-​armati, “għax jumek għad jasal, iż-​żmien meta nitlob kont minnek. 32 U Prużunzjoni żgur titfixkel u taqaʼ,+ u ħadd ma jqajjimha.+ U nqabbad nar fi blietha li jiblaʼ l-​inħawi kollha tagħha.”+

33 Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Ulied Israel u wlied Ġuda qed jinħaqru flimkien, u dawk kollha li ħaduhom fil-​jasar qed iżommuhom.+ Ma jridux jitilquhom.+ 34 Dak li xtrahom lura* hu b’saħħtu,+ għax ismu hu Ġeħova taʼ l-​armati.+ Żgur se jmexxi l-​kawża legali tagħhom,+ sabiex jagħti mistrieħ lil arthom+ u jqanqal taqlib fost l-​abitanti taʼ Babilonja.”+

35 “Ġej sejf kontra l-​Kaldin,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “u kontra l-​abitanti taʼ Babilonja+ u kontra l-​prinċpijiet tagħha+ u kontra l-​għorrief tagħha.+ 36 Ġej sejf kontra dawk li jpaċpċu fil-​vojt,+ u dawn se jaġixxu qishom boloh.+ Ġej sejf kontra l-​irġiel setgħanin tagħha,+ u dawn se jitwerwru.+ 37 Ġej sejf kontra ż-​żwiemel tagħhom+ u kontra l-​karrijiet tagħhom tal-​gwerra u kontra l-​kotra mħallta kollha li huma f’nofsha,+ u dawn isiru qishom nisa.+ Ġej sejf kontra t-​teżori tagħha,+ u dawn jinsterqu. 38 L-ilmijiet tagħha jsiru ħerba, u jinxfu.+ Għax hi art taʼ xbihat minquxin,+ u minħabba l-​viżjonijiet tal-​biżaʼ qed jaġixxu bħal imġienen. 39 Għalhekk, l-​annimali tad-​deżert se jgħixu maʼ l-​annimali li jnewħu, u fiha jgħammar in-​ngħam;+ u ħadd qatt ma se jgħammar fiha, u minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni ma jkunx hemm iktar post għaliha.”+

40 “Bħal meta Alla qered lil Sodoma u Gomorra+ u l-​bliet ġirien tagħha+ hekk jiġri f’dan il-​każ,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “ebda bniedem ma jgħammar hemmhekk, u ħadd minn ulied il-​bnedmin ma jgħix fiha bħala barrani.+

41 “Ara! Ġej poplu mit-​tramuntana; ġens kbir+ u slaten grandjużi+ se jqumu mill-​ibgħad partijiet taʼ l-​art.+ 42 Għandhom il-​qaws u l-​lanza*+ f’idejhom. Huma kattivi u bla ħniena.+ Il-​ħoss li jagħmlu hu bħal taʼ baħar imqalleb,+ u jirkbu ż-​żwiemel;+ imħejjijin bħal bniedem wieħed għall-​gwerra kontrik, O bint Babilonja.+

43 “Is-​sultan taʼ Babilonja semaʼ r-​rapport dwarhom,+ u idejh intelqu.+ Għandu d-​dwejjaq! Qabdu wġigħ kbir, bħal mara li qed tiled.+

44 “Ara! Xi ħadd se jitlaʼ bħal iljun mill-​imsaġar folti taʼ mal-​Ġordan u jmur lejn il-​mergħa li se ddum għal żmien twil,+ u f’daqqa waħda nġegħelhom jabbandunawha.+ U naħtar fuqha lil dak li nagħżel jien.+ Għax min hu bħali,+ u min se jisfidani,+ u min, issa, hu r-​ragħaj li jistaʼ jieqaf quddiemi?+ 45 Għalhekk, isimgħu d-​deċiżjoni+ li Ġeħova ħa kontra Babilonja,+ u l-​ħsibijiet li ħaseb kontra l-​art tal-​Kaldin.+ Żgur li l-​frieħ tal-​merħla se jiġu mkaxkrin.+ Żgur li l-​mergħa tagħhom se jagħmilha ħerba minħabba fihom.+ 46 Mal-ħoss tal-​ħtif taʼ Babilonja, l-​art tibda titriegħed,+ u tinstemaʼ għajta fost il-​ġnus.”+

51 Hekk qal Ġeħova: “Ara, se nqajjem kontra Babilonja+ u kontra l-​abitanti taʼ Leb-qamaj* riħ li jġib rovina;+ 2 u nibgħat f’Babilonja nies li jderruha bħall-​qmuħ u jiżvojtawlha artha;+ għax dakinhar tal-​gwaj jiġu kontriha minn kull naħa.+

3 “Dak li qed iħejji l-​qaws tiegħu ħa ma jħejjihx.+ U ħalli ħadd ma jqum bil-​wieqfa bil-​kurazza tiegħu.

“Turux mogħdrija għaż-​żgħażagħ tagħha.+ Eqirdu* l-​armata kollha tagħha.+ 4 U jaqgħu maqtulin fl-​art tal-​Kaldin+ u minfudin fit-​toroq tagħha.+

5 “Għax Israel u Ġuda+ ma romlux minn Alla tagħhom, minn Ġeħova taʼ l-​armati.+ Għax mill-​ħarsa tal-​Qaddis taʼ Israel, art il-​Kaldin imtliet bil-​ħtija.+

6 “Aħarbu minn ġo nofs Babilonja,+ u eħilsu ruħkom.+ Titilfux ħajjitkom minħabba l-​iżball tagħha.+ Għax wasal il-​waqt tal-​vendetta taʼ Ġeħova.+ Se jroddilha lura dak li jistħoqqilha.+ 7 Babilonja kienet kies tad-​deheb f’id Ġeħova,+ u hi ġiegħlet lill-​art kollha tisker.+ Il-​ġnus xorbu mill-​inbid tagħha,+ u għalhekk jaġixxu taʼ mġienen.+ 8 F’daqqa waħda Babilonja waqgħet, u tkissret.+ Newħu għaliha.+ Ħudulha l-​balzmu għall-​uġigħ li għandha.+ Forsi tfiq.”

9 “Xtaqna nfejquha lil Babilonja, imma ma fiqitx. Ħalluha,+ u ejja mmorru kull wieħed lejn pajjiżu.+ Għax il-​ġudizzju tagħha laħaq sas-​smewwiet, u għola sas-​sħab tas-​sema.+ 10 Ġeħova aġixxa bis-​sewwa għalina.+ Ejjew ħa nirrakkontaw f’Sijon għemil Ġeħova Alla tagħna.”+

11 “Sinnu l-​vleġeġ.+ Oqogħdu wara t-​tarki tondi tagħkom. Ġeħova qajjem l-​ispirtu tas-​slaten tal-​Medin,+ għax għandu ħsieb kontra Babilonja,+ li jagħmilha ħerba. Għax din hija l-​vendetta taʼ Ġeħova, il-​vendetta għat-​tempju tiegħu.+ 12 Għollu arblu bħala sinjal kontra s-​swar taʼ Babilonja.+ Saħħu l-​għassa.+ Qiegħdu l-​għassiesa. Ħejju lil dawk mistoħbijin għall-​attakk.+ Għax Ġeħova sawwar il-​ħsieb u żgur jagħmel dak li qal kontra l-​abitanti taʼ Babilonja.”+

13 “O mara li tgħammar fuq ilmijiet kotrana,+ mimlija bit-​teżori,+ wasal tmiemek, u daqshekk+ għamilt qligħ.+ 14 Ġeħova taʼ l-​armati ħalef b’ruħu stess,+ ‘Nimliek bin-​nies, bħall-​ġurati,+ u huma jgħannu għajta taʼ rebħa minħabba fik.’+ 15 Hu li għamel l-​art bil-​qawwa tiegħu,+ li b’għerfu+ waqqaf l-​art produttiva fis-​sod,+ u li bl-​intelliġenza tiegħu+ firex is-​smewwiet.+ 16 Mal-ħoss taʼ leħnu, l-​ilmijiet fis-​smewwiet ikarwtu; u hu jtellaʼ l-​fwar minn tarf l-​art.+ Għamel ukoll bibien għax-​xita,+ u joħroġ ir-​riħ mill-​imħażen tiegħu. 17 Kulħadd aġixxa bla raġuni għalkollox, u b’hekk wera li ma jaf xejn.+ Kulmin jaħdem fil-​metall jistħi minħabba x-​xbieha skolpita;+ għax ix-​xbihat li għamel minn metall imdewweb huma gidba,+ u m’hemm l-​ebda spirtu fihom.+ 18 Huma frugħa,+ xogħol tad-​daħq.+ Meta jasal iż-​żmien li nitfaʼ l-​attenzjoni tiegħi fuqhom, se jinqerdu.+

19 “Is-​Sehem taʼ Ġakobb m’huwiex bħal dawn,+ għax hu Dak li sawwar kollox,+ iva, il-​bastun tal-​wirt tiegħu.+ Ġeħova taʼ l-​armati jismu.”+

20 “Int bastun għalija, bħal armi tal-​gwerra,+ u bik se nfarrak il-​ġnus, u bik neqred is-​saltniet. 21 U bik infarrak iż-​żiemel u r-​rikkieb tiegħu, u bik infarrak il-​karru tal-​gwerra u r-​rikkieb tiegħu.+ 22 U bik infarrak lir-​raġel u l-​mara, u bik infarrak lix-​xiħ u t-​tfajjel, u bik infarrak liż-​żagħżugħ u l-​verġni. 23 U bik infarrak lir-​ragħaj u l-​merħla tiegħu, u bik infarrak lill-​bidwi u l-​annimali tiegħu taż-​żewġ, u bik infarrak lill-​gvernaturi u l-​ħakkiema deputati. 24 U rrodd lura lil Babilonja u lill-​abitanti kollha tal-​Kaldija l-​ħażen kollu li għamlu f’Sijon quddiem għajnejkom,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

25 “Hawn jien kontrik,+ O muntanja qerrieda,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “int li qridt l-​art kollha;+ u jien immidd idi kontrik u ngerbek minn fuq il-​blat u nagħmlek muntanja maħruqa.”+

26 “U n-​nies ma jiħdux minnek ġebla tax-​xewka jew ġebla għall-​pedament,+ għax se ssir art abbandunata għal żmien indefinit,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

27 “Għollu arblu bħala sinjal fil-​pajjiż.+ Doqqu l-​qarn fost il-​ġnus. Ħejju+ l-​ġnus għall-​gwerra kontriha.* Sejħu lis-​saltniet t’Ararat,+ taʼ Minni, u t’Askenaż+ biex jiġu kontriha. Qabbdu fizzjal ħa jingaġġa s-​suldati għal kontriha. Tellgħu ż-​żwiemel+ bħal qatgħa ġurati żgħar. 28 Ħejju l-​ġnus għall-​gwerra kontriha, lis-​slaten tal-​Medja,+ il-​gvernaturi u l-​ħakkiema deputati kollha tagħha u l-​art kollha fid-​dominju taʼ kull wieħed minnhom. 29 Ħa titriegħed l-​art u jaqbadha wġigħ kbir,+ għax lil Ġeħova ġewh ħsibijiet kontra Babilonja biex jagħmel l-​art taʼ Babilonja oġġett taʼ stagħġib, u ħadd ma jgħammar fiha.+

30 “L-​irġiel setgħanin taʼ Babilonja waqfu jiġġieldu. Baqgħu bil-​qiegħda fil-​fortizzi. Is-​setgħa tagħhom spiċċatilhom.+ Saru qishom nisa.+ Djarha ngħataw in-​nar. L-​istaneg tagħha tkissru.+

31 “Ġerrej jiġri biex jilħaq lil ġerrej ieħor, messaġġier biex jilħaq lil messaġġier ieħor,+ biex jirrapporta lis-​sultan taʼ Babilonja li l-​belt tiegħu nqabdet minn kull tarf,+ 32 li l-​mogħdijiet fejn titbaxxa x-​xmara nqabdu,+ id-​dgħajjes tal-​papiru nħarqu bin-​nar, u l-​gwerriera tħawdu.”+

33 Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel: “Bint Babilonja hi bħal qiegħa tad-​dris.+ Wasal iż-​żmien biex tintrifes sakemm tibbies. Naqra oħra u jaslilha żmien il-​ħsad.”+

34 “Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, kielni;+ ħawwadni. Għamilni qisni reċipjent vojt. Belagħni qisu serp kbir;+ mela żaqqu bl-​affarijiet sbieħ tiegħi. Irmieni ’l barra. 35 ‘Ħa tiġi fuq Babilonja l-​vjolenza li saret fuqi u fuq ġismi!’ se tgħid l-​abitanta taʼ Sijon.+ ‘U ħa jkun demmi fuq l-​abitanti tal-​Kaldija!’ se tgħid Ġerusalemm.”+

36 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova: “Ara, se mmexxi l-​kawża legali tiegħek,+ u żgur nagħmel vendetta għalik.+ U nnixxfilha l-​baħar tagħha, u nnixxfilha l-​bjar tagħha.+ 37 U Babilonja ssir borġ ġebel,+ il-​bejta tax-​xakalli,+ oġġett taʼ stagħġib u taʼ tisfir, u ħadd ma jgħammar fiha.+ 38 Ilkoll flimkien jgħajtu bħal iljuni b’saħħithom. It-​tgergira tagħhom tkun bħal dik tal-​frieħ taʼ l-​iljuni.”

39 “Fis-​saħna tagħhom nagħmlilhom ikliet kbar u nġegħelhom jiskru, sabiex jifirħu;+ u jorqdu raqda għal dejjem,* li ma jqumux minnha,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 40 “Inniżżilhom bħal nagħaġ għall-​qatla, bħal imtaten flimkien mal-​bdabad.”+

41 “O kif inqabdet Sesak,+ u kif inħatfet it-​Tifħir taʼ l-​art kollha!+ O kif Babilonja saret oġġett taʼ stagħġib fost il-​ġnus!+ 42 Il-baħar telaʼ għal fuq Babilonja. Tgħattiet bil-​kotra tal-​mewġ tiegħu.+ 43 Blietha saru oġġett taʼ stagħġib, art bla ilma u pjanura fid-​deżert.+ Saru art li ħadd ma jgħix fiha, u ħadd minn ulied il-​bnedmin ma jgħaddi minnhom.+ 44 U nikkastiga lil Bel+ f’Babilonja, u noħroġlu minn ħalqu dak li belaʼ.+ U ma jiġux iktar ġnus lejh.+ Barra minn hekk, is-​sur taʼ Babilonja jaqaʼ.+

45 “Oħorġu minn ġo nofsha, O poplu tiegħi,+ u eħilsu ruħkom+ mir-​rabja taħraq taʼ Ġeħova.+ 46 Inkella qalbkom tiddgħajjef,+ u intom tibżgħu minħabba r-​rapport li se jinstemaʼ fil-​pajjiż. F’sena waħda jasal ir-​rapport, u warajh f’sena oħra jkun hemm rapport u vjolenza fuq l-​art, u ħakkiem kontra ħakkiem. 47 Għalhekk, ara, ġej żmien meta jien nitfaʼ l-​attenzjoni tiegħi fuq ix-​xbihat minquxin taʼ Babilonja;+ u l-​art kollha tagħha se tistħi, u l-​maqtulin kollha tagħha jaqgħu f’nofsha.+

48 “U s-​smewwiet u l-​art u kulma fihom se jgħajtu bil-​ferħ minħabba Babilonja,+ għax mit-​tramuntana ġejjin dawk li se jħarbtuha,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 49 “Babilonja mhux biss waqqgħet lill-​maqtulin taʼ Israel,+ imma anki l-​maqtulin taʼ l-​art kollha waqgħu f’Babilonja.+

50 “Intom li ħlistu mis-​sejf, ibqgħu sejrin. Tiqfux.+ Mill-​bogħod ftakru f’Ġeħova,+ u aħsbu f’Ġerusalemm.”+

51 “Ġejna mġegħlin nistħu,+ għax smajna t-​tmaqdir.+ Wiċċna nkesa bl-​umiljazzjoni,+ għax l-​istranġieri ġew kontra l-​postijiet qaddisin tad-​dar taʼ Ġeħova.”+

52 “Għalhekk, ara, ġej żmien,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “meta nitfaʼ l-​attenzjoni tiegħi fuq ix-​xbihat minquxin tagħha,+ u l-​minfudin tagħha se jokorbu f’artha kollha.”+

53 “Anki kieku Babilonja kellha titlaʼ sas-​smewwiet+ u anki kieku kellha ssaħħaħ l-​għoli taʼ qawwitha biex ma tintlaħaqx,+ jaslulha mingħandi dawk li jħarbtuha,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

54 “Isimgħu! Hemm għajta ġejja minn Babilonja,+ u tiġrif kbir mill-​art tal-​Kaldin,+ 55 għax Ġeħova jħarbat lil Babilonja, u jsikkitha,+ u l-​mewġ taʼ dawk li jħarbtuha jitqalleb bħal ħafna ilmijiet.+ Jiżdied il-​ħoss taʼ leħinhom. 56 Għax jiġi fuqha, fuq Babilonja, dak li jħarbatha,+ u l-​irġiel setgħanin tagħha jinqabdu.+ Il-​qwas tagħhom jitkissru,+ għax Ġeħova huwa Alla li jħallas.+ Żgur irodd lura.+ 57 U lill-​prinċpijiet u l-​għorrief tagħha, lill-​gvernaturi u l-​ħakkiema deputati tagħha u lill-​irġiel setgħanin tagħha nġegħelhom jiskru,+ u jorqdu raqda għal dejjem, li ma jqumux minnha,”+ hija l-​kelma tas-​Sultan,+ li ismu hu Ġeħova taʼ l-​armati.+

58 Hekk qal Ġeħova taʼ l-​armati: “Is-​sur taʼ Babilonja, għalkemm wiesaʼ, se jiġġarraf żgur;+ u l-​bibien tagħha, għalkemm għoljin, se jingħataw in-​nar.+ U l-​popli se jkollhom jitħabtu għalxejn,+ u l-​ġnus jitħabtu biss għan-​nar;+ u ma jagħmlu xejn ħlief jgħejju lilhom infushom.”

59 Il-kelma li l-​profeta Ġeremija kkmanda lil Seraja, bin Nerija,+ bin Maħseja,+ meta mar maʼ Sedekija, is-​sultan taʼ Ġuda, f’Babilonja fir-​rabaʼ sena tiegħu bħala sultan; u Seraja kien l-​uffiċjal inkarigat mill-​akkomodazzjoni. 60 U Ġeremija kiteb fi ktieb wieħed+ il-​gwaj kollu li kien ġej fuq Babilonja, iva, dan il-​kliem kollu miktub kontra Babilonja. 61 U Ġeremija qal lil Seraja: “Malli tasal Babilonja u taraha b’għajnejk, aqra għajjat dan il-​kliem kollu.+ 62 U għid, ‘O Ġeħova, int innifsek tkellimt kontra dan il-​post, sabiex teqirdu u ma jkun hemm ħadd jgħammar fih,+ la bniedem u lanqas annimal domestiku, imma jsir art abbandunata għal żmien indefinit.’ 63 U jiġri li wara li tkun spiċċajt taqra dan il-​ktieb, orbotlu ġebla, u itfgħu f’nofs l-​Ewfrat.+ 64 U għid, ‘Hekk għad tegħreq Babilonja u qatt ma terġaʼ titlaʼ minħabba l-​gwaj li se nġib fuqha;+ u huma żgur jegħjew.’”+

S’hawnhekk hu kliem Ġeremija.

52 Sedekija+ kellu wieħed u għoxrin sena meta beda jsaltan,+ u dam isaltan ħdax-il sena f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Ħamutal+ bint Ġeremija minn Libna.+ 2 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ skond kulma kien għamel Ġeħojakim.+ 3 Dan il-​ħażen qanqal ir-​rabja taʼ Ġeħova għal Ġerusalemm u Ġuda, sakemm keċċiehom minn quddiem wiċċu.+ U Sedekija rribella kontra s-​sultan taʼ Babilonja.+ 4 Fl-aħħar ġara li fid-​disaʼ sena tiegħu bħala sultan,+ fl-​għaxar xahar, fl-​għaxar jum tax-​xahar, ġie Nebukadressar, is-​sultan taʼ Babilonja, hu u l-​qawwa militari kollha tiegħu, kontra Ġerusalemm,+ u waqqfu l-​kampijiet tagħhom biex jiġġieldu kontriha u bnewlha ħajt taʼ l-​assedju dawramejt.+ 5 U l-​belt baqgħet assedjata sas-​sena ħdax tas-​Sultan Sedekija.+

6 Fir-rabaʼ xahar, fid-​disaʼ jum tax-​xahar,+ il-​ġuħ ukoll ħrax fil-​belt u ma kienx hemm ħobż għan-​nies tal-​pajjiż.+ 7 Fl-aħħar, il-​belt ġiet minfuda;+ u l-​gwerriera kollha ħarbu jiġru+ u telqu mill-​belt bil-​lejl mill-​bieb taʼ bejn iż-​żewġ ħitan li hemm ħdejn il-​ġnien tas-​sultan,+ waqt li l-​Kaldin kienu madwar il-​belt kollha; u baqgħu sejrin mit-​triq taʼ l-​Għaraba.+ 8 U waħda mill-​qawwiet militari tal-​Kaldin marret għal wara s-​sultan,+ u laħqu lil Sedekija+ fil-​pjanuri tad-​deżert taʼ Ġeriko; u l-​qawwa militari kollha li kellu miegħu xterdet.+ 9 Imbagħad qabdu lis-​sultan u ħaduh għand is-​sultan taʼ Babilonja+ f’Ribla+ fl-​art taʼ Ħamat,+ sabiex jaqtagħlu s-​sentenza.+ 10 U s-​sultan taʼ Babilonja qatel lil ulied Sedekija quddiem għajnejh,+ u qatel ukoll lill-​prinċpijiet kollha taʼ Ġuda f’Ribla.+ 11 U lil Sedekija għamieh,+ u mbagħad is-​sultan taʼ Babilonja rabtu bi rbit tar-​ram aħmar u ħadu f’Babilonja+ u żammu arrestat sa dakinhar li miet.

12 U fil-​ħames xahar, fl-​għaxar jum tax-​xahar, jiġifieri, fis-​sena dsatax tas-​Sultan Nebukadressar,+ is-​sultan taʼ Babilonja, Nebużaradan,+ il-​kap tal-​gwardji persunali tas-​sultan, li kien jaqdi lis-​sultan taʼ Babilonja, ġie f’Ġerusalemm. 13 U ħaraq id-​dar taʼ Ġeħova+ u d-​dar tas-​sultan u d-​djar kollha f’Ġerusalemm;+ u kull dar importanti ħaraqha bin-​nar.+ 14 U l-​qawwiet militari kollha tal-​Kaldin li kienu mal-​kap tal-​gwardji ġarrfu s-​swar kollha taʼ Ġerusalemm dawramejt.+

15 U lil xi wħud mill-​foqra tal-​poplu u lill-​bqija tan-​nies li kien għad fadal fil-​belt+ u lil dawk li kienu marru jagħtu ruħhom f’idejn is-​sultan taʼ Babilonja u lill-​bqija tal-​ħaddiema tas-​sengħa, Nebużaradan, il-​kap tal-​gwardji, ħadhom fl-​eżilju.+ 16 U lil xi wħud mill-​foqra tal-​pajjiż Nebużaradan, il-​kap tal-​gwardji, ħalliehom jibqgħu biex jieħdu ħsieb id-​dwieli u jagħmlu xogħol obbligatorju.+

17 U l-​Kaldin kissru biċċiet il-​kolonni tar-​ram aħmar+ tad-​dar taʼ Ġeħova u l-​karrijiet+ u l-​baħar* tar-​ram aħmar+ li kien fid-​dar taʼ Ġeħova u ġarrew ir-​ram kollu tagħhom lejn Babilonja.+ 18 U ħadu r-​reċipjenti għall-​irmied u l-​pali+ u l-​imqassijiet li jitfu l-​ftila+ u l-​iskutelli+ u l-​kwies u l-​għodod kollha tar-​ram aħmar li kienu jużaw biex jaqdu bihom.+ 19 U l-​kap tal-​gwardji+ ħa l-​bwieqi+ u r-​reċipjenti għall-​ġamar u l-​iskutelli+ u r-​reċipjenti għall-​irmied u l-​gandlieri+ u l-​kwies u l-​iskutelli l-​oħrajn li kienu tad-​deheb pur,+ u dawk tal-​fidda pura.+ 20 U ż-​żewġ kolonni,+ il-​baħar+ u t-​tnax-il barri tar-​ram aħmar+ li kienu taħt il-​baħar, u l-​karrijiet, li s-​Sultan Salamun kien għamel għad-​dar taʼ Ġeħova:+ ir-​ram aħmar taʼ dawn l-​affarijiet kollha ma ntiżinx.+

21 Inkwantu għall-​kolonni, kull kolonna kienet twila tmintax-il kubitu,+ u d-​dawra tagħha kienet tnax-il kubitu;*+ u l-​ħxuna tagħha kienet t’erbaʼ swabaʼ, u kienet vojta minn ġewwa. 22 U l-​kaptell taʼ fuqha kien tar-​ram aħmar,+ u l-​għoli tal-​kaptell kien ħames kubiti;+ u l-​parti maħduma xibka u r-​rummien mad-​dawra kollha tal-​kaptell+ kienu kollha tar-​ram aħmar; u t-​tieni kolonna kellha l-​istess affarijiet, anki r-​rummien.+ 23 U kien hemm sitta u disgħin rummiena mal-​ġnub, u b’kollox kien hemm mitt rummiena fuq il-​parti maħduma xibka dawramejt.+

24 Iktar minn hekk, il-​kap tal-​gwardji ħa lil Seraja,+ il-​qassis ewlieni, u lil Sofonija,+ it-​tieni qassis, u lit-​tliet għassiesa tal-​bibien.+ 25 U mill-​belt ħa wkoll uffiċjal tal-​palazz li kien fuq il-​gwerriera, u lil sebat irġiel minn dawk li kienu jistgħu jersqu quddiem is-​sultan,+ li nstabu fil-​belt, u lis-​segretarju tal-​kap taʼ l-​armata, dak li jiġbor lin-​nies tal-​pajjiż għall-​militar, u lil sittin raġel min-​nies tal-​pajjiż, li nstabu f’nofs il-​belt.+ 26 U lil dawn Nebużaradan,+ il-​kap tal-​gwardji, qabadhom u ħadhom għand is-​sultan taʼ Babilonja f’Ribla.+ 27 U s-​sultan taʼ Babilonja darabhom+ u tahom il-​mewt f’Ribla+ fl-​art taʼ Ħamat.+ B’hekk, Ġuda telaq minn artu u mar fl-​eżilju.+

28 Dawn huma n-​nies li Nebukadressar ħa fl-​eżilju: fis-​sebaʼ sena, tlett elef u tlieta u għoxrin Lhudi.+

29 Fis-sena tmintax taʼ Nebukadressar,+ minn Ġerusalemm ittieħdu tmien mija u tnejn u tletin ruħ.

30 Fis-sena tlieta u għoxrin taʼ Nebukadressar, Nebużaradan, il-​kap tal-​gwardji, ħa lil-​Lhud fl-​eżilju, sebaʼ mija u ħamsa u erbgħin ruħ.+

B’kollox kien hemm erbat elef u sitt mitt ruħ.

31 U ġara fis-​sena sebgħa u tletin taʼ l-​eżilju taʼ Ġeħojakin,+ is-​sultan taʼ Ġuda, fit-​tnax-il xahar, fil-​ħamsa u għoxrin tax-​xahar, li Evil-merodak, is-​sultan taʼ Babilonja, fis-​sena li sar sultan, refaʼ ras+ Ġeħojakin, is-​sultan taʼ Ġuda, u ħarġu mill-​ħabs. 32 U beda jkellmu b’qalb tajba u għolla t-​tron tiegħu ’l fuq mit-​tronijiet tas-​slaten l-​oħrajn li kienu miegħu f’Babilonja.+ 33 U biddel il-​ħwejjeġ tiegħu tal-​ħabs,+ u baqaʼ jiekol il-​ħobż+ quddiemu tul ħajtu kollha.+ 34 U s-​sultan taʼ Babilonja baqaʼ jagħtih porzjon taʼ ikel, dak li kien imissu kuljum, sa dakinhar li miet,+ tul ħajtu kollha.

Ifisser “Jah Iħoll [il-ġuf]”; jew, “Jah Jgħolli.”

Nof huwa l-​isem li jintuża s-​soltu fl-​Iskrittura Ebrajka għal Memfi.

Jiġifieri, l-​Ewfrat.

Dan jirreferi għal karbonat tas-​soda.

Letteralment, “lissija.”

“Int,” femminil singular, indirizzat lil Ġerusalemm, jew Sijon.

Proċess li fih il-​karfa titneħħa minn mal-​qmuħ.

Letteralment, “l-​imsaren.” Dawn kienu jitqiesu bħala l-​post fejn jinsabu l-​iktar emozzjonijiet profondi.

Ara Pr 6:32, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “qaddsu gwerra.”

Letteralment, “ġavellott.”

Jew, “titlobni bil-​ħerqa.”

Letteralment, “għonqhom.”

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “qalbi.”

Letteralment, “assenzju.”

Jew, “bir-​ronka.”

Jew, “bħal naffara.”

Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “mill-​kliewi tagħhom,” jiġifieri, l-​iktar ħsibijiet u emozzjonijiet ġewwinin tagħhom.

Letteralment, “il-​maħbuba taʼ ruħi.”

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “ruħek.”

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.

Ara l-​1Sa 26:20, in-​nota taʼ taħt.

Bl-Ebrajk, “iħalluni,” milli jidher b’referenza għal Ġeħova.

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.

X’aktarx li dan u Bieb l-​Irmied huma xorta.

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “qalbi.”

Letteralment, “inqaddes;” jew, “inwarrab.”

Imsejjaħ ukoll Ġeħogħaħaż.

Letteralment, “bil-​vermilju.”

Bl-Ebrajk, “Konija”; “Ġekonija,” Settanta, Pexitta Sirjaka, Vulgata Latina; “Ġeħojakin” fit-​2Sl 24:6-15.

Letteralment, “assenzju.”

Jew, “X’inhu l-​messaġġ serju?”

Il-kelma Ebrajka għal “tagħbija” għandha żewġ tifsiriet. Tistaʼ tirreferi għal messaġġ divin li hu serju, jew għal tagħbija letterali. Biex iwieġeb il-​mistoqsija tal-​poplu, Ġeremija ntqallu jwieġeb b’logħob tal-​kliem.

“Ġekonija” jitqassar għal “Konija” f’Ġer 22:24, 28 u 37:1; l-​istess bħal “Ġeħojakin” fit-​2Sl 24:8.

Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “tal-​gżira.” Jew, “taʼ l-​art taʼ mal-​baħar.”

X’aktarx tirreferi għal Babilonja.

Jew, “Sedekija,” skond il-​verżjonijiet bis-​Sirjak u bl-​Għarbi u tliet manuskritti Ebrajċi.

“Nebukadnessar” f’Ġer 27:6–29:3; “Nebukadressar” f’Ġer 21:2 u bnadi oħrajn fil-​ktieb.

Jew, “jitolbu bil-​ħerqa.”

Fl-oriġinal hemm żewġ kelmiet, waħda minnhom milli jidher tirreferi għall-​“qjud tas-​saqajn” u l-​oħra għall-​“qjud taʼ l-​idejn u tar-​ras.”

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt. F’vers 40 ukoll.

Ara Ġer 4:19, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “l-​irmied bix-​xaħam fuqu.” Ara Eżo 27:3, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “jagħmel idaħħnu.”

Jew, “il-​ħelsien [taʼ l-​ilsiera].”

Letteralment, “żmien indefinit.”

X’aktarx li ismu sħiħ kien Berekija, li jfisser “Imbierek minn Ġeħova.”

Jew, “it-​talba bil-​ħerqa.”

Ara Ġer 22:24, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “ruħek.”

Ara t-​2Sl 18:17, in-​nota taʼ taħt, “Ir-​Rabsaris.”

“Ir-​Rabmag.” Jew, “is-​saħħâr (bassâr; astrologu) ewlieni; il-​kap tal-​kbarat.”

“Ġagħżanija” fit-​2Sl 25:23; “Għażarija” f’Ġer 43:2.

Letteralment, “Dar tax-​Xemx.”

Letteralment, “post fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Ifisser “Ribelljoni Doppja”; jew, “Imrar Doppju.”

Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt. F’vers 26 ukoll.

Jew, “Il-​Feddej tagħhom.”

Letteralment, “ġavellott.”

Milli jidher dan huwa isem għall-​Kaldija.

Jew, “Iddedikaw għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20.

Letteralment, “Qaddsu l-​ġnus kontriha.”

Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt. F’vers 57 ukoll.

Ara l-​1Sl 7:23, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “u ħajta taʼ tnax-il kubitu kienet iddur magħha.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja