LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Levitiku 26:33
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 33 U lilkom inxerridkom qalb il-​ġnus,+ u nislet sejf għal warajkom;+ u artkom issir ħerba,+ u blietkom isiru rovina sħiħa.

  • Dewteronomju 28:25
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 25 Ġeħova se jġiegħlek tiġi megħlub quddiem l-​għedewwa tiegħek.+ Minn triq waħda toħroġ kontrihom, imma minn sebaʼ triqat taħrab minn quddiemhom; u ssir tal-​biżaʼ għas-​saltniet kollha taʼ l-​art.+

  • 2 Kronaki 29:8
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 8 U l-​għadab+ taʼ Ġeħova waqaʼ fuq Ġuda u Ġerusalemm, u b’hekk għamilhom oġġett li jwaħħax,+ oġġett taʼ stagħġib+ u taʼ tisfir,+ bħalma qed taraw b’għajnejkom stess.

  • Ġeremija 15:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 U nagħmilhom xi ħaġa tal-​waħx għas-​saltniet kollha taʼ l-​art+ minħabba Manasse bin Ħeżekija, is-​sultan taʼ Ġuda, għal dak li għamel f’Ġerusalemm.+

  • Ġeremija 24:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 U nibgħat kontrihom is-​sejf,+ il-​ġuħ+ u l-​pesta,+ sakemm jintemmu mill-​art li tajt lilhom u lil missirijiethom.’”+

  • Ġeremija 34:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, ‘Intom m’obdejtunix u ma bqajtux tħabbru l-​libertà,+ kull wieħed minnkom lil ħuh u kull wieħed minnkom lil sieħbu. Arawni jien se nħabbrilkom libertà,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘imma għas-​sejf,+ għall-​pesta+ u għall-​ġuħ,+ u jien nagħmilkom xi ħaġa tal-​waħx għas-​saltniet kollha taʼ l-​art.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja