Ġeremija
22 Hekk qal Ġeħova: “Inżel sad-dar tas-sultan taʼ Ġuda, u hemmhekk għid dan il-kliem. 2 Għid, ‘Ismaʼ l-kelma taʼ Ġeħova, O sultan taʼ Ġuda li qiegħed fuq it-tron taʼ David,+ int u l-qaddejja tiegħek u n-nies tiegħek, dawk li deħlin minn dawn il-bibien.+ 3 Hekk qal Ġeħova: “Agħmlu l-ġustizzja u s-sewwa, u lil min qed jinsteraq eħilsuh minn id l-imbroljun; u lir-resident barrani, lit-tifel bla missier u lill-armla tittrattawhomx ħażin.+ Tkunux vjolenti magħhom.+ U xxerrdux demm innoċenti f’dan il-post.+ 4 Għax jekk din il-kelma twettquha bis-sħiħ, żgur li jidħlu wkoll mill-bibien taʼ din id-dar is-slaten li jkunu fuq it-tron taʼ David,+ rekbin fuq il-karrijiet u fuq iż-żwiemel, kull sultan mal-qaddejja tiegħu u n-nies tiegħu.”’+
5 “‘Imma jekk intom ma tobdux dan il-kliem, naħlef bija nnifsi,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘li din id-dar issir ħerba.’+
6 “Għax hekk qal Ġeħova dwar id-dar tas-sultan taʼ Ġuda, ‘Int bħal Gilegħad għalija, il-quċċata tal-Libanu.+ Lilek żgur nagħmlek xagħri;+ u l-bliet, lanqas waħda minnhom ma tkun abitata.+ 7 U jien nagħżel* lil dawk li se jiġu kontrik biex jagħmluk ħerba,+ kull wieħed bl-armi tiegħu;+ u jaqtgħu l-aqwa ċedri+ li għandek u jitfgħuhom fin-nar.+ 8 U ħafna ġnus jgħaddu minn ħdejn din il-belt u jgħidu wieħed lill-ieħor: “Ġeħova għalfejn għamlilha hekk lil din il-belt kbira?”+ 9 U jkollhom jgħidu: “Kien għaliex ħallew il-patt taʼ Ġeħova Alla tagħhom+ u mielu quddiem allat oħrajn u qimuhom.”’+
10 “Tibkux għal dak li miet,+ u titnikktux għalih. Ibku kemm tifilħu għal dak li sejjer, għax ma jerġax jiġi lura u ma jerġax jara art qrabatu. 11 Għax hekk qal Ġeħova dwar Sallum*+ bin Ġosija, is-sultan taʼ Ġuda li qed isaltan minflok missieru Ġosija,+ li telaq minn dan il-post, ‘Ma jerġax lura hawnhekk. 12 Għax imut fil-post fejn ħaduh fl-eżilju, u din l-art ma jarahiex iktar.’+
13 “Gwaj għal dak li jibni daru,+ imma mhux bis-sewwa, u l-kmamar tiegħu taʼ fuq, imma mhux bil-ġustizzja, billi juża lil għajru biex jaqdih b’xejn, u ma jħallsux;+ 14 dak li jgħid, ‘Se nibni għalija dar kbira bi kmamar taʼ fuq spazjużi;+ u fiha nagħmel għalija twieqi kbar, u l-ħitan jinksew biċ-ċedru+ u jinżebgħu bl-aħmar.’*+ 15 Taħseb li se tibqaʼ ssaltan għax qed turi lil oħrajn li int aqwa minnhom biċ-ċedru? Missierek ma kienx jiekol u jixrob u jagħmel il-ġustizzja u s-sewwa?+ Minħabba f’hekk irnexxa.+ 16 Hu ddefenda d-dritt legali tal-magħkus u tal-fqir.+ Għalhekk irnexxa. ‘Mhux għax kien jafni għamel hekk?’ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 17 ‘Għajnejk u qalbek bla dubju huma mitfugħin biss fuq il-qligħ inġust tiegħek,+ u li xxerred id-demm taʼ l-innoċenti,+ u li tibqaʼ timbrolja u tisraq.’
18 “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova dwar Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-sultan taʼ Ġuda, ‘Ma jibkuhx u jgħidu: “Jaħasra, ħija! U jaħasra, oħti!” Ma jibkuhx u jgħidu: “Jaħasra, O sidi! U jaħasra, id-dinjità tiegħu!”+ 19 B’difna bħal taʼ ħmar jindifen,+ imkaxkar u mormi, ’il barra mill-bibien taʼ Ġerusalemm.’+
20 “Itlaʼ fuq il-Libanu+ u għajjat, u semmaʼ leħnek minn fuq il-Basan.+ U għajjat mill-Għabarim,+ għax dawk kollha li ħabbewk bil-kbir tkissru.+ 21 Kellimtek meta ma kellekx ansjetà.+ Int għedt, ‘Ma rridx nobdi.’+ Ilek taġixxi hekk sa minn żgħożitek, għax m’obdejtx minn leħni.+ 22 Riħ jirgħa lir-rgħajja kollha tiegħek;+ u dawk li jħobbuk bil-kbir se jmorru fil-jasar.+ Għax f’dak iż-żmien se jkollok tistħi u tħossok umiljata minħabba l-gwaj kollu tiegħek.+ 23 O int li tgħammar fil-Libanu,+ imkennija qalb iċ-ċedri,+ kemm se titniehed meta jiġi fuqek l-uġigħ tal-ħlas,+ l-uġigħ bħal dak taʼ mara li qed tiled!”+
24 “‘Daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘anki kieku int, Konija*+ bin Ġeħojakim,+ is-sultan taʼ Ġuda, tkun iċ-ċurkett tas-siġill+ fuq idi l-leminija, minn hemmhekk naqilgħek!+ 25 U nagħtik f’idejn dawk li qed jipprovaw jiħdulek ħajtek+ u f’idejn dawk li tibżaʼ minnhom u f’idejn Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja, u f’idejn il-Kaldin.+ 26 U nitfaʼ lilek u lil ommok+ li wilditek ’il barra f’pajjiż ieħor li ma twilidtux fih, u hemmhekk tmutu.+ 27 U ma jerġgħux lura lejn il-pajjiż li ruħhom tixtieq tmur lura fih.+ 28 Jaqaw dan ir-raġel Konija+ huwa reċipjent mistmerr, imfarrak biċċiet,+ jew xi reċipjent li ma jingħoġobx?+ Hu u wliedu għala se jitwaddbu u jintefgħu f’pajjiż li ma jafuhx?’+
29 “O art, art, art, ismaʼ l-kelma taʼ Ġeħova.+ 30 Hekk qal Ġeħova, ‘Iktbu lil dan ir-raġel bħala wieħed li m’għandux tfal+ u bħala raġel b’saħħtu li ma jirnexxix fi żmienu; għax lanqas ħadd minn uliedu ma jirnexxi+ billi jpoġġi fuq it-tron taʼ David+ u jerġaʼ jaħkem f’Ġuda.’”