2 Slaten
25 U ġara li fid-disaʼ+ sena tiegħu bħala sultan, fl-għaxar xahar, fl-għaxar+ jum tax-xahar, ġie Nebukadnessar,+ is-sultan taʼ Babilonja,+ hu u l-qawwa militari kollha tiegħu, kontra Ġerusalemm u waqqaf il-kamp kontriha u bena ħajt taʼ l-assedju dawramejt.+ 2 U l-belt baqgħet assedjata sas-sena ħdax tas-Sultan Sedekija. 3 Fid-disaʼ+ jum tar-rabaʼ xahar il-ġuħ+ ħrax fil-belt, u ma kienx hemm ħobż+ għan-nies tal-pajjiż. 4 U l-belt ġiet minfuda,+ u l-gwerriera kollha ħarbu bil-lejl mill-bieb taʼ bejn iż-żewġ ħitan li hemm ħdejn il-ġnien tas-sultan,+ waqt li l-Kaldin+ kienu madwar il-belt kollha; u s-sultan telaq+ fid-direzzjoni taʼ l-Għaraba.+ 5 U waħda mill-qawwiet militari tal-Kaldin+ marret għal wara s-sultan, u laħquh+ fil-pjanuri tad-deżert taʼ Ġeriko;+ u l-qawwa militari kollha li kellu miegħu xterdet. 6 Imbagħad qabdu lis-sultan+ u ħaduh għand is-sultan taʼ Babilonja f’Ribla,+ sabiex tinqatagħlu s-sentenza. 7 U wlied Sedekija nqatlu quddiem għajnejh;+ u lil Sedekija għamieh,+ u mbagħad rabtu bi rbit tar-ram aħmar+ u ħadu f’Babilonja.+
8 U fil-ħames xahar fis-sebaʼ jum tax-xahar, jiġifieri, fis-sena dsatax+ tas-Sultan Nebukadnessar, is-sultan taʼ Babilonja, Nebużaradan,+ il-kap tal-gwardji persunali tas-sultan, il-qaddej tas-sultan taʼ Babilonja, ġie f’Ġerusalemm.+ 9 U ħaraq id-dar taʼ Ġeħova+ u d-dar tas-sultan+ u d-djar kollha f’Ġerusalemm;+ u d-dar taʼ kull raġel importanti ħaraqha bin-nar.+ 10 U l-qawwa militari kollha tal-Kaldin li kienet mal-kap tal-gwardji ġarrfu s-swar taʼ Ġerusalemm dawramejt.+ 11 U lill-bqija tan-nies+ li kien għad fadal fil-belt u lil dawk li kienu marru jagħtu ruħhom f’idejn is-sultan taʼ Babilonja u lill-bqija tal-folla, Nebużaradan, il-kap tal-gwardji, ħadhom fl-eżilju.+ 12 U lil xi wħud mill-foqra+ tal-pajjiż il-kap tal-gwardji ħalliehom jibqgħu biex jieħdu ħsieb id-dwieli u jagħmlu xogħol obbligatorju.+ 13 U l-Kaldin kissru biċċiet il-kolonni+ tar-ram aħmar li kienu fid-dar taʼ Ġeħova u l-karrijiet+ u l-baħar tar-ram aħmar+ li kienu fid-dar taʼ Ġeħova, u ġarrew ir-ram tagħhom lejn Babilonja.+ 14 U ħadu r-reċipjenti għall-irmied u l-pali u l-imqassijiet li jitfu l-ftila u l-kwies u l-għodod kollha+ tar-ram aħmar li kienu jużaw biex jaqdu bihom. 15 U l-kap tal-gwardji ħa r-reċipjenti għall-ġamar u l-iskutelli li kienu tad-deheb pur+ u dawk tal-fidda pura.+ 16 U inkwantu għaż-żewġ kolonni, il-baħar, u l-karrijiet li Salamun kien għamel għad-dar taʼ Ġeħova, ma kienx hemm mezz kif jintiżen ir-ram aħmar taʼ dawn l-għodod kollha.+ 17 Kull kolonna kienet twila tmintax-il kubitu,+ u l-kaptell+ taʼ fuqha kien tar-ram aħmar; u l-għoli tal-kaptell kien tliet kubiti; u l-parti maħduma xibka u r-rummien+ mad-dawra kollha tal-kaptell kienu kollha tar-ram aħmar; u t-tieni kolonna kellha l-istess affarijiet fuq il-parti maħduma xibka.
18 Iktar minn hekk, il-kap tal-gwardji ħa lil Seraja,+ il-qassis ewlieni, u lil Sofonija,+ it-tieni qassis, u lil tliet għassiesa tal-bibien;+ 19 u mill-belt ħa wkoll uffiċjal tal-palazz li kien jikkmanda lill-gwerriera, u lil ħamest irġiel minn dawk li kienu jistgħu jersqu quddiem is-sultan u li nstabu fil-belt; u lis-segretarju tal-kap taʼ l-armata, dak li jiġbor lin-nies tal-pajjiż għall-militar, u lil sittin raġel min-nies tal-pajjiż li nstabu fil-belt;+ 20 u lil dawn Nebużaradan,+ il-kap tal-gwardji, imbagħad qabadhom+ u ħadhom għand is-sultan taʼ Babilonja f’Ribla.+ 21 U s-sultan taʼ Babilonja darabhom+ u tahom il-mewt f’Ribla fl-art taʼ Ħamat.+ B’hekk, Ġuda telaq minn artu u mar fl-eżilju.+
22 U lin-nies+ li tħallew fl-art taʼ Ġuda, li Nebukadnessar, is-sultan taʼ Babilonja, ħalliehom warajh, ħatrilhom fuqhom lil Gedalija,+ bin Aħikam,+ bin Safan.+ 23 Meta l-kapijiet kollha tal-qawwiet militari,+ huma u l-irġiel li kellhom magħhom, semgħu li s-sultan taʼ Babilonja kien ħatar lil Gedalija, huma minnufih ġew għand Gedalija f’Mispa,+ jiġifieri, Ismagħel bin Netanija u Ġoħanan bin Kareja u Seraja bin Tanħumet in-Netofati u Ġagħżanija bin il-Magħkati, huma u l-irġiel li kellhom magħhom. 24 Imbagħad Gedalija ħalfilhom,+ lilhom u lill-irġiel li kellhom magħhom, u qalilhom: “Tibżgħux tkunu l-qaddejja tal-Kaldin. Għammru fil-pajjiż u aqdu lis-sultan taʼ Babilonja, u jaħbtilkom tajjeb.”+
25 U ġara fis-sebaʼ+ xahar li Ismagħel,+ bin Netanija, bin Elisama, min-nisel irjali, ġie flimkien m’għaxart irġiel u ħabtu għal Gedalija+ u qatluh, lilu u lil-Lhud u l-Kaldin li kienu miegħu f’Mispa.+ 26 Imbagħad in-nies kollha, miż-żgħir sal-kbir, u l-kapijiet tal-qawwiet militari qamu u marru l-Eġittu;+ għax bdew jibżgħu mill-Kaldin.+
27 Fl-aħħar ġara fis-sena sebgħa u tletin taʼ l-eżilju taʼ Ġeħojakin,+ is-sultan taʼ Ġuda, fit-tnax-il xahar, fis-sebgħa u għoxrin tax-xahar, li Evil-merodak,+ is-sultan taʼ Babilonja, fis-sena li sar sultan, refaʼ ras+ Ġeħojakin, is-sultan taʼ Ġuda, u ħarġu mill-ħabs; 28 u beda jkellmu b’qalb tajba, u mbagħad għolla t-tron tiegħu ’l fuq mit-tronijiet tas-slaten li kienu miegħu f’Babilonja.+ 29 U biddel il-ħwejjeġ tiegħu tal-ħabs,+ u baqaʼ jiekol il-ħobż+ quddiemu tul ħajtu kollha. 30 U s-sultan baqaʼ jagħtih porzjon taʼ ikel,+ dak li kien imissu kuljum, tul ħajtu kollha.