LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Ekkleżjasti 1:1-12:14
  • Ekkleżjasti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ekkleżjasti
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Ekkleżjasti

Ekkleżjasti*

1 Kliem il-​kongregatur,+ bin David, is-​sultan f’Ġerusalemm.+ 2 “L-​akbar frugħa!”+ qal il-​kongregatur, “l-​akbar frugħa! Kollox frugħa!”+ 3 Xi qligħ għandu bniedem mix-​xogħol iebes kollu li jitħabat fih+ taħt ix-​xemx?*+ 4 Ġenerazzjoni sejra,+ u ġenerazzjoni ġejja;+ imma l-​art tibqaʼ wieqfa għal dejjem.*+ 5 U x-​xemx ukoll iddiet, u x-​xemx niżlet,+ u ġejja tilheġ f’postha minfejn se tiddi.+

6 Ir-riħ sejjer lejn in-​nofsinhar, u qed idur lejn it-​tramuntana.+ Jibqaʼ jdur u jdur,+ u jerġaʼ lura għat-​tidwir tiegħu.+

7 Il-widien taʼ l-​ilma+ kollha sejrin lejn il-​baħar,+ iżda l-​baħar ma jimteliex.+ Il-​widien taʼ l-​ilma sejrin lura minfejn ħerġin, biex jerġgħu joħorġu minn hemmhekk.+ 8 Kollox iġib l-​għeja;+ ħadd m’hu kapaċi jiddeskrivi dan kollu. L-​għajn ma tixbax tara,+ lanqas il-​widna ma timtela bis-​smigħ.+ 9 Dak li kien diġà hu dak li se jerġaʼ jkun;+ u dak li sar diġà hu dak li se jerġaʼ jsir; u għalhekk m’hemm xejn ġdid taħt ix-​xemx.+ 10 Teżisti xi ħaġa li dwarha jistaʼ jingħad: “Ara, din ġdida”? Diġà ilha teżisti minn żmien twil ilu;+ dak li beda jeżisti ġej miż-​żmien taʼ qabilna.+ 11 M’hemm l-​ebda tifkira tan-​nies taʼ qabel, u lanqas se jkun hemm taʼ dawk li jiġu warajhom.+ Lanqas taʼ dawn ma se jkun hemm tifkira fost dawk li għad jiġu iktar ’il quddiem.+

12 Jien, il-​kongregatur, sirt sultan taʼ Israel f’Ġerusalemm.+ 13 U stinkajt b’qalbi kollha biex infittex u nifli l-​għerf+ f’kulma sar taħt is-​smewwiet—kull attività li ġġib l-​għali illi Alla ta lil ulied il-​bnedmin biex ikunu okkupati biha.+ 14 Rajt l-​għemejjel kollha li saru taħt ix-​xemx,+ u, ara, kollox kien frugħa u ġiri wara r-​riħ.+

15 Dak li hu mgħawweġ ma jistax jiġi drittat,+ u dak li hu nieqes ma jistax jingħadd. 16 Jien, iva, jien, għedt f’qalbi:+ “Ara! Jien kattart l-​għerf tiegħi ferm iktar minn kulmin ġie qabli f’Ġerusalemm,+ u qalbi rat ħafna għerf u għarfien.”+ 17 Imbagħad stinkajt b’qalbi kollha biex insir naf l-​għerf u nsir naf il-​ġenn,+ u sirt naf il-​bluha;+ dan ukoll huwa ġiri wara r-​riħ.+ 18 Għax fejn hemm ħafna għerf hemm ħafna dwejjaq,+ u b’hekk min iżid l-​għarfien iżid l-​uġigħ.+

2 Jien, iva, jien, għedt f’qalbi:+ “Issa, ħa nipprova nieħu gost,+ u ngawdi wkoll affarijiet tajbin.”+ U, ara! Dan ukoll kien frugħa. 2 Lid-daħq għedtlu: “Ġenn!”+ u lill-​ferħ:+ “X’jiswa?”

3 Fittixt b’qalbi kollha x’inhi l-​bluha billi ferraħt lil ġismi bl-​inbid,+ waqt li ggwidajt lil qalbi bl-​għerf,+ sakemm stajt nara x’kien hemm tajjeb għal ulied il-​bnedmin f’dak li għamlu taħt is-​smewwiet il-​jiem kollha taʼ ħajjithom.+ 4 Dħalt għal xogħlijiet akbar.+ Bnejt ħafna djar+ u ħawwilt ħafna għelieqi bid-​dwieli għalija nnifsi.+ 5 Għamilt ġonna u oqsma għalija,+ u fihom ħawwilt kull xorta taʼ siġar tal-​frott. 6 Għamilt għadajjar taʼ l-​ilma,+ sabiex insaqqi bihom is-​siġar li kienu qed jikbru fil-​foresta tiegħi.+ 7 Ksibt qaddejja rġiel u nisa,+ u kelli qaddejja li twieldu f’dari.+ Barra minn hekk, kelli wkoll kotra kbira taʼ bhejjem, baqar u mrieħel, iktar minn dawk kollha li ġew qabli f’Ġerusalemm.+ 8 Ġmajt ukoll għalija fidda u deheb,+ u proprjetà li jkollhom biss is-​slaten u l-​provinċji.+ Ksibt għannejja rġiel u nisa+ għalija nnifsi, u ħafna nisa—l-​għaxqa+ taʼ wlied il-​bnedmin.+ 9 U kbirt u żidt dak li kelli iktar minn kulmin kien qabli f’Ġerusalemm.+ Iżjed minn hekk, għerfi baqaʼ għandi.+

10 U kulma xtaqu għajnejja ma ċħadthulhomx.+ Lil qalbi ma ħallejtha nieqsa mill-​ebda tip taʼ pjaċir, għax qalbi kienet ferħana minħabba x-​xogħol iebes kollu tiegħi,+ u dan kien sehmi għax-​xogħol iebes kollu tiegħi.+ 11 U jien, iva, jien, dort lejn ix-​xogħlijiet kollha li għamlu idejja u lejn ix-​xogħol iebes li kont tħabatt biex inwettaq,+ u, ara, kollox kien frugħa u ġiri wara r-​riħ,+ u ma kien hemm xejn taʼ vantaġġ taħt ix-​xemx.+

12 U dort biex nara l-​għerf+ u l-​ġenn u l-​bluha;+ għax x’jistaʼ jagħmel il-​bniedem ordinarju li jiġi wara s-​sultan? Dak li diġà għamlu nies oħrajn. 13 U jien rajt li hemm iktar vantaġġ fl-​għerf milli fil-​bluha,+ bħalma hemm iktar vantaġġ fid-​dawl milli fid-​dlam.+

14 Kulmin hu għaref jara kollox ċar;*+ imma l-​istupidu jimxi fi dlam ċappa.+ U jien stess sirt naf li hemm tmiem wieħed li jiġi fuqhom ilkoll.+ 15 U għedt f’qalbi:+ “L-​istess tmiem li jiġi fuq l-​istupidu+ se jiġi fuqi, iva, fuqi wkoll.”+ Allura jien għala kont sirt għaref iżżejjed+ dak iż-​żmien? U għedt f’qalbi: “Dan ukoll frugħa.” 16 Għax la taʼ l-​għaref u lanqas taʼ l-​istupidu ma se tibqaʼ t-​tifkira.+ Fiż-​żmien li ġej, żgur li kulħadd se jintesa; u kif se jmut l-​għaref? Bħall-​istupidu.+

17 U bgħadtha l-​ħajja,+ għax mill-​ħarsa tiegħi x-​xogħol li sar taħt ix-​xemx ġab l-​għali,+ għax kollox frugħa u ġiri wara r-​riħ.+ 18 U jien, iva, jien, bgħadt ix-​xogħol iebes kollu li kont qed nitħabat fih taħt ix-​xemx+ u li kont se nħalli għall-​bniedem li jiġi warajja.+ 19 U min jaf jekk dan hux se jkun għaref jew iblah?+ Imma minkejja dan, hu se jieħu taħt idejh ix-​xogħol iebes kollu li jien tħabatt u wrejt l-​għerf fih taħt ix-​xemx.+ Dan ukoll frugħa. 20 U qalbi bdiet tiddispra+ minħabba x-​xogħol iebes kollu li tħabatt fih taħt ix-​xemx. 21 Għax hemm il-​bniedem li x-​xogħol iebes tiegħu għamlu bl-​għerf u bl-​għarfien u b’kapaċità,+ imma sehmu se jingħata lil bniedem li ma ħadimx iebes fih.+ Dan ukoll frugħa u gwaj kbir.+

22 Għax x’jieħu bniedem tax-​xogħol iebes kollu tiegħu u talli b’qalbu qed jistinka biex jaħdem iebes taħt ix-​xemx?+ 23 Għax tul jiemu kollha l-​attività tiegħu hi taʼ wġigħ u dwejjaq,+ u anki bil-​lejl, qalbu ma tistrieħx.+ Dan ukoll m’huwiex ħlief frugħa.

24 Għall-bniedem m’hemm xejn aħjar milli jiekol u jixrob u jgawdi affarijiet tajbin minħabba x-​xogħol iebes tiegħu.+ Jien rajt li dan ukoll ġej minn id l-​Alla l-​veru.+ 25 Għax min jiekol+ u jixrob aħjar minni?+

26 Għax lill-​bniedem li hu tajjeb quddiemu,+ Alla tah għerf, għarfien, u ferħ,+ imma lill-​midneb tah ix-​xogħol li jiġbor u jiġmaʼ sempliċement biex jagħtih lil min hu tajjeb quddiem l-​Alla l-​veru.+ Dan ukoll frugħa u ġiri wara r-​riħ.+

3 Għal kollox hemm żmien stabbilit;+ iva, kull ħaġa taħt is-​smewwiet għandha waqtha: 2 żmien għat-​twelid+ u żmien li tmut;+ żmien li tħawwel u żmien li taqlaʼ l-​imħawwel;+ 3 żmien li toqtol+ u żmien li tfejjaq;+ żmien li ġġarraf u żmien li tibni;+ 4 żmien li tibki+ u żmien li tidħaq;+ żmien li tolfoq+ u żmien li taqbeż ’l hemm u ’l hawn;+ 5 żmien li tarmi l-​ġebel+ u żmien li tiġbor il-​ġebel;+ żmien li tħaddan+ u żmien li tiċċaħħad mit-​tħaddin;+ 6 żmien li tfittex+ u żmien li tgħodd b’mitluf; żmien li żżomm u żmien li tarmi;+ 7 żmien li ċċarrat+ u żmien li tħit flimkien;+ żmien li toqgħod kwiet+ u żmien li titkellem;+ 8 żmien li tħobb u żmien li tobgħod;+ żmien għall-​gwerra+ u żmien għall-​paċi.+ 9 X’vantaġġ hemm għall-​ħaddiem fix-​xogħol iebes tiegħu?+

10 U rajt l-​attività li Alla ta lil ulied il-​bnedmin biex ikunu okkupati biha.+ 11 Kulma għamel għamlu sabiħ u f’waqtu.+ Saħansitra poġġielhom f’qalbhom l-​eternità,*+ sabiex il-​bnedmin qatt ma jsiru jafu mill-​bidu sat-​tmiem l-​għemil li għamel l-​Alla l-​veru.+ 12 Sirt naf li m’hemm xejn aħjar għalihom milli jifirħu u jagħmlu t-​tajjeb matul ħajjithom;+ 13 u wkoll li kull bniedem għandu jiekol u jixrob u jgawdi affarijiet tajbin għax-​xogħol iebes kollu tiegħu.+ Din hi l-​għotja t’Alla.+

14 Sirt naf li kulma jagħmel l-​Alla l-​veru jibqaʼ għal dejjem.+ M’hemm xejn x’jiżdied miegħu u m’hemm xejn x’jitnaqqas minnu;+ imma l-​Alla l-​veru għamel dan+ sabiex in-​nies jibżgħu minnu.+

15 Dak li sar, kien sar diġà, u dak li se jsir, diġà sar qabel;+ u l-​Alla l-​veru+ jkompli jfittex il-​ġid taʼ dawk persegwitati.+

16 U rajt ukoll taħt ix-​xemx li kien hemm il-​ħażen f’post il-​ġustizzja u kien hemm il-​ħażen f’post is-​sewwa.+ 17 U jien għedt f’qalbi:+ “L-​Alla l-​veru se jiġġudika kemm lil min hu sewwa u kemm lil min hu mill-​agħar,+ għax għandu żmien għal kollox u għal kull għemil.”+

18 Jien, iva, jien, għedt f’qalbi li l-​Alla l-​veru se jgħarbel lil ulied il-​bnedmin sabiex ikunu jistgħu jaraw li huma bħal bhejjem.+ 19 Għax hemm tmiem għal ulied il-​bnedmin u tmiem għall-​bhima, u dawn għandhom l-​istess tmiem.+ Bħalma jmut wieħed, hekk imut l-​ieħor;+ u lkoll għandhom biss spirtu wieħed,+ u għalhekk il-​bniedem m’huwiex superjuri għall-​bhima, għax kollox frugħa. 20 Ilkoll sejrin f’post wieħed.+ Kollha mit-​trab ġew,+ u kollha lejn it-​trab jerġgħu jmorru.+ 21 Min jaf jekk l-​ispirtu taʼ wlied il-​bnedmin hux tielaʼ ’l fuq; u jekk l-​ispirtu tal-​bhima hux nieżel ’l isfel lejn l-​art?+ 22 U jien rajt li m’hemm xejn aħjar milli l-​bniedem jifraħ b’xogħlijietu,+ għax dak hu sehmu; għax min se jġibu lura biex jara x’se jsir warajh?+

4 Erġajt dort sabiex nara l-​atti kollha taʼ moħqrija+ li qed isiru taħt ix-​xemx, u rajt id-​dmugħ tal-​maħqurin,+ imma ma kellhomx min ifarraġhom.+ U fuq in-​naħa taʼ dawk li kienu jaħqruhom kien hemm il-​qawwa, u għalhekk ma kellhomx min ifarraġhom. 2 U fraħt lil dawk li kienu diġà mietu iktar milli lil dawk li kienu għadhom ħajjin.+ 3 U min għadu ma ġiex hu aħjar minnhom it-​tnejn,+ għax għadu ma rax l-​għemejjel li jġibu l-​għali illi qed isiru taħt ix-​xemx.+

4 U jien rajt kull xogħol iebes u kull kapaċità fix-​xogħol,+ u li dawn jinvolvu l-​pika bejn bniedem u ieħor;+ dan ukoll frugħa u ġiri wara r-​riħ.

5 L-istupidu jorbot idejh+ u jiekol laħmu stess.+

6 Aħjar id mimlija bil-​mistrieħ milli tnejn mimlijin bix-​xogħol iebes u l-​ġiri wara r-​riħ.+

7 U rġajt dort sabiex nara l-​frugħa taħt ix-​xemx. 8 Hemm wieħed waħdu li m’għandu ’l ħadd miegħu;+ lanqas ulied jew aħwa m’għandu,+ imma ma jiqafx jaħdem iebes. Iżjed minn hekk, għajnejh ma jixbgħux bir-​rikkezzi:+ “U għal min qed nitħabat u niċċaħħad minn affarijiet tajbin?”+ Dan ukoll frugħa u attività li ġġib l-​għali.+

9 Tnejn aħjar minn wieħed,+ għax jiġu premjati tajjeb għax-​xogħol iebes tagħhom.+ 10 Għax jekk wieħed minnhom jaqaʼ, l-​ieħor jistaʼ jqajjem lil sieħbu.+ Imma wieħed li jkun waħdu, x’jiġrilu jekk jaqaʼ meta ma jkunx hemm min iqajmu?+

11 Iktar minn hekk, jekk tnejn jimteddu flimkien jissaħħnu; imma wieħed waħdu kif jistaʼ jżomm sħun?+ 12 U wieħed li jkun waħdu jistaʼ jingħeleb minn xi ħadd, imma jekk ikunu tnejn flimkien jistgħu jiqfulu.+ Ħabel bi tlieta ma jinqatax malajr fi tnejn.

13 Aħjar tifel fil-​bżonn imma għaref+ milli sultan xiħ imma stupidu+ u li m’għadux jagħraf il-​bżonn li jiġi mwissi.+ 14 Għax hu ħareġ mill-​ħabs u sar sultan,+ għalkemm fis-​saltna taʼ l-​ieħor kien twieled bħala wieħed taʼ ftit mezzi.+ 15 Rajt lill-​ħajjin kollha li mexjin taħt ix-​xemx u x’jiġri mit-​tifel li jiġi wara u jieħu post is-​sultan.+ 16 Bla tmiem kienu n-​nies kollha li kien jaħkem fuqhom;+ in-​nies li jiġu wara ma jifirħux bih,+ għax dan ukoll frugħa u ġiri wara r-​riħ.+

5 Qis il-​passi tiegħek+ kulmeta tmur fid-​dar taʼ l-​Alla l-​veru; u ħa tersaq biex tismaʼ+ minflok ma toffri sagrifiċċju bħalma jagħmlu l-​istupidi,+ għax huma ma jindunawx li qed jagħmlu l-​ħażen.+

2 Tkunx ħafif biex tiftaħ fommok; u tħallix lil qalbek+ tgħaġġel biex titkellem quddiem l-​Alla l-​veru.+ Għax l-​Alla l-​veru jinsab fis-​smewwiet+ imma int qiegħed fuq l-​art. Għalhekk, kliemek għandu jkun ftit.+ 3 Għax ħafna ħsibijiet iġibu l-​ħolm,+ u ħafna kliem iġib diskors stupidu.+ 4 Kulmeta twiegħed wegħda lil Alla, taħsibhiex darbtejn biex troddha,+ għax ma fihomx għaxqa l-​istupidi.+ Dak li twiegħed, roddu.+ 5 Aħjar ma twiegħed+ xejn milli twiegħed u ma troddx.+ 6 Tħallix lil ġismek jidneb minħabba fommok,+ u lanqas tgħid quddiem l-​anġlu+ li kien żball.+ Għala għandu l-​Alla l-​veru jagħdab minħabba kliemek u jkollu jħassar xogħol idejk?+ 7 Għax minħabba ħafna attività jkun hemm il-​ħolm+ kif ukoll il-​frugħat u kliem bil-​kotra. Imma ibżaʼ mill-​Alla l-​veru.+

8 Jekk f’xi provinċja tara lil dak taʼ ftit mezzi jinħaqar u l-​ġustizzja u s-​sewwa jitneħħew għalkollox,+ tiskanta xejn b’dan,+ għax wieħed ogħla qed jara lil wieħed għoli,+ u fuq uħud għoljin hemm oħrajn ogħla minnhom.

9 Barra minn hekk, frott l-​art hu għalihom ilkoll;+ anki sultan jiġi moqdi meta tinħadem l-​għalqa.+

10 Min iħobb il-​fidda ma jixbax bil-​fidda, u lanqas min iħobb l-​għana ma jixbaʼ bid-​dħul.+ Dan ukoll frugħa.+

11 Meta l-​affarijiet tajbin joktru, joktru wkoll dawk li jikluhom.+ U x’vantaġġ hemm għal sidhom, ħlief li jarahom b’għajnejh?+

12 Il-qaddej jiġih ħelu l-​irqad,+ sew jekk jiekol ftit u sew jekk jiekol ħafna; imma l-​abbundanza taʼ l-​għani mhix qed tħallih jorqod.

13 Rajt gwaj serju taħt ix-​xemx: rikkezzi maħżunin minn sidhom bi ħsara kbira għalih.+ 14 U dawn ir-​rikkezzi għabu+ minħabba xi attività li ġġib l-​għali, u meta ma kellu xejn f’idu wiled iben.+

15 Bħalma ħareġ minn żaqq ommu, hekk wieħed se jerġaʼ jitlaq,+ għarwien bħalma ġie; u xejn ma jistaʼ jieħu miegħu+ għax-​xogħol iebes tiegħu, xejn li jistaʼ jġorr f’idu.

16 U dan ukoll hu gwaj serju: preċiż bħalma ġie, hekk wieħed se jmur; u xi qligħ għandu dak li jibqaʼ jaħdem iebes għar-​riħ?+ 17 U tul jiemu kollha jiekol fid-​dlam, bi dwejjaq kbar,+ bil-​mard u l-​għadab.

18 Ara! L-​isbaħ ħaġa li rajt hi li wieħed għandu jiekol u jixrob u jgawdi affarijiet tajbin għax-​xogħol iebes kollu tiegħu+ li fih jitħabat taħt ix-​xemx il-​jiem kollha taʼ ħajtu li tah l-​Alla l-​veru, għax dak hu sehmu. 19 Iktar minn hekk, kull bniedem li ngħata rikkezzi u affarijiet materjali mill-​Alla l-​veru,+ ngħata wkoll is-​setgħa li jiekol minnhom+ u jieħu sehmu u jifraħ bix-​xogħol iebes tiegħu.+ Din hi l-​għotja t’Alla.+ 20 Hu rari joqgħod jiftakar fil-​problemi* tal-​ħajja qasira tiegħu, għax l-​Alla l-​veru jżommu okkupat bil-​ferħ taʼ qalbu.+

6 Rajt gwaj taħt ix-​xemx li hu komuni fost il-​bnedmin: 2 wieħed jingħata rikkezzi, affarijiet materjali, u glorja mill-​Alla l-​veru,+ u ma jkun jonqsu xejn minn dak kollu li jixtieq.+ Imma mbagħad l-​Alla l-​veru ma jagħtihx is-​setgħa li jiekol minnhom,+ għalkemm ikun jistaʼ jiekol minnhom il-​barrani.+ Dan hu frugħa u marda kerha. 3 Jekk wieħed isir missier għal mitt darba,+ u jekk jgħix ħafna snin, u b’hekk joktrulu jiem ħajtu,+ iżda ruħu ma tixbax b’affarijiet tajbin+ u lanqas il-​qabar ma jkun jistaʼ jikseb,+ ikolli ngħid li min jitwieled mejjet hu aħjar minnu.+ 4 Għax dan ġie għalxejn u fid-​dlam imur, u bid-​dlam jinkesa ismu.+ 5 Ix-xemx ma rahiex, u lanqas sar jafha.+ Dan għandu l-​mistrieħ, u mhux l-​ieħor.+ 6 Anki li kieku għex elf sena għal darbtejn u xorta ma rax it-​tajjeb,+ mhux kulħadd f’post wieħed sejjer?+

7 Ix-xogħol iebes kollu li jagħmlu l-​bnedmin hu għal ħalqhom,+ imma x-​xewqat taʼ ruħhom ma jinqatgħux. 8 Għax x’vantaġġ għandu l-​għaref fuq l-​istupidu?+ X’jieħu min isofri talli jkun jaf kif jimxi mal-​ħajjin? 9 Aħjar tara b’għajnejk milli tixxennaq b’ruħek.+ Dan ukoll frugħa u ġiri wara r-​riħ.+

10 Kulma sar jeżisti, ismu diġà ġie dikjarat, u sar magħruf x’inhu l-​bniedem;+ u hu ma jistax jiddefendi l-​kawża tiegħu maʼ xi ħadd iżjed qawwi minnu.+

11 Ladarba jeżistu tant affarijiet li jġibu ħafna frugħa,+ x’vantaġġ hemm għall-​bniedem? 12 Għax min jaf liema affarijiet tajbin se jgawdi bniedem f’ħajtu+ tul il-​jiem kollha tal-​ħajja fiergħa tiegħu, li dawn jgħaddihom bħal dell?+ Għax min jistaʼ jgħidlu lill-​bniedem x’se jsir warajh taħt ix-​xemx?+

7 Isem tajjeb aħjar minn żejt tajjeb,+ u jum il-​mewt aħjar minn jum it-​twelid.+ 2 Aħjar tmur f’dar fejn hemm in-​niket minħabba mewt milli f’dar fejn hemm festa,+ għax dan hu t-​tmiem tal-​bnedmin kollha; u l-​ħaj għandu jieħu dan bis-​serjetà. 3 Aħjar id-​dwejjaq mid-​daħq,+ għax minħabba wiċċ serju l-​qalb issir aħjar.+ 4 Qalb l-​għorrief qiegħda f’dar in-​niket,+ imma qalb l-​istupidi qiegħda f’dar il-​ferħ.+

5 Aħjar tismaʼ ċ-​ċanfira taʼ xi ħadd għaref+ milli tkun wieħed li jismaʼ l-​għanja taʼ l-​istupidi.+ 6 Għax bħall-​ħoss tax-​xewk jaqbad taħt il-​borma, hekk hu d-​daħq taʼ l-​istupidu;+ u dan ukoll frugħa. 7 Għax il-​moħqrija tistaʼ ġġiegħel lill-​għaref jaġixxi taʼ miġnun,+ u rigal+ jistaʼ jħassar il-​qalb.+

8 Aħjar it-​tmiem taʼ xi ħaġa milli l-​bidu tagħha.+ Aħjar min hu paċenzjuż milli min għandu spirtu supperv.+ 9 Tgħaġġilx biex tieħu għalik,+ għax l-​istupidi jieħdu għalihom u jżommu f’qalbhom.+

10 Tgħidx: “Kif inhi li l-​jiem taʼ qabel kienu aħjar minn dawn?”+ għax ma jkunx għaqli+ li tistaqsi dan.

11 L-għerf flimkien maʼ wirt hu tajjeb u vantaġġuż għal dawk li jaraw ix-​xemx.+ 12 Għax l-​għerf hu protezzjoni+ bħalma l-​flus huma protezzjoni;+ imma l-​vantaġġ taʼ l-​għarfien hu li l-​għerf iżomm ħaj lil sidu.+

13 Ħares lejn l-​għemil+ taʼ l-​Alla l-​veru, għax dak li għawweġ hu min jistaʼ jiddrittah?+ 14 F’jum tajjeb uri t-​tjubija,+ u f’jum mimli għali agħraf li l-​Alla l-​veru għamel dan il-​jum bħalma għamel l-​ieħor,+ bil-​ħsieb li l-​bnedmin ma jiskopru xejn minn dak li jsir warajhom.+

15 Tul il-​jiem fiergħa tiegħi rajt minn kollox.+ Hemm il-​ġust li qed jgħib bil-​ġustizzja tiegħu,+ u hemm il-​wieħed mill-​agħar li qed jgħix fit-​tul bil-​ħażen tiegħu.+

16 Issirx ġust iżżejjed,+ u turix li int għaref wisq.+ Għala għandek teqred lilek innifsek?+ 17 Tkunx ħażin iżżejjed,+ u tibliehx.+ Għala għandek tmut qabel iż-​żmien?+ 18 Aħjar iżżomm maʼ din it-​twissija, mingħajr ma titlaq l-​oħra;+ għax min jibżaʼ minn Alla jżomm magħhom it-​tnejn.+

19 L-għerf taʼ l-​għaref jagħmlu iktar b’saħħtu minn għaxart irġiel setgħanin f’belt.+ 20 Għax m’hemm l-​ebda bniedem ġust fuq l-​art li dejjem jagħmel it-​tajjeb u ma jidnibx.+

21 Barra minn hekk, tiħux wisq bis-​serjetà l-​kliem kollu li jistgħu jgħidu n-​nies,+ li ma tmurx tismaʼ lill-​qaddej tiegħek stess jgħid affarijiet ħżiena dwarek.+ 22 Għax qalbek stess taf tajjeb li int, iva, int, kemm-il darba għedt affarijiet ħżiena dwar ħaddieħor.+

23 Dan kollu eżaminajtu bl-​għerf. Għedt: “Jien se nsir għaref.” Imma dan kien ’il bogħod minni.+ 24 Kulma sar qiegħed ’il bogħod u fil-​fond wisq. Min jistaʼ jsibu?+ 25 Jien stess dort, u stinkajt b’qalbi kollha,+ biex insir naf u nifli u nfittex l-​għerf+ u r-​raġuni għal kollox,+ u biex inkun naf dwar il-​ħżunija taʼ l-​istupidità u l-​bluha tal-​ġenn;+ 26 u dan hu li sibt: Il-​mara li hi bħal nases u qalbha bħal xbieki u idejha bħal irbit+ hi iktar morra mill-​mewt.+ Wieħed ikun tajjeb quddiem l-​Alla l-​veru jekk jaħrab minnha, imma jkun qed jidneb jekk jinqabad minnha.+

27 “Ara! Sibt dan,” qal il-​kongregatur,+ “stħarriġt ħaġa wara l-​oħra, biex insib il-​qofol taʼ kollox,+ 28 imma ma sibtux għalkemm fittixtu bla heda. Raġel rett minn elf sibtu,+ imma mara retta fost dawn kollha ma sibthiex.+ 29 Ara! Dan biss sibt, li l-​Alla l-​veru għamel lill-​bnedmin retti,+ imma huma fittxew ħafna pjanijiet oħrajn.”+

8 Min hemm bħall-​għaref?+ U min jaf kif jinterpreta xi ħaġa?+ L-​għerf taʼ bniedem idawwallu wiċċu, u l-​ħruxija taʼ wiċċu tinbidel għall-​aħjar.+

2 Ngħid: “Ħares l-​ordni tas-​sultan,+ u dan agħmlu b’rispett għall-​ħalfa li għamilt quddiem Alla.+ 3 Tgħaġġilx biex titlaq minn quddiemu.+ Tinvolvix ruħek f’xi ħaġa ħażina.+ Għax kulma jogħġbu jagħmel jagħmlu,+ 4 għax il-​kelma tas-​sultan għandha l-​qawwa li tikkontrolla;+ u min jistaʼ jgħidlu: ‘X’int tagħmel?’”

5 Min qed iħares il-​kmandament ma jġarrab ebda għali,+ u l-​qalb għarfa tagħraf kemm iż-​żmien u kemm il-​ġudizzju.+ 6 Għax hemm żmien u ġudizzju għal kull ħaġa,+ peress li l-​għali tal-​bniedem hu kotran.+ 7 U m’hemm ebda bniedem li jaf x’se jiġri fil-​futur,+ għax min jistaʼ jgħidlu eżatt kif se jkun dan?

8 M’hemm ebda bniedem li għandu setgħa fuq l-​ispirtu sabiex iżomm l-​ispirtu;+ lanqas m’hemm setgħa fuq jum il-​mewt;+ u lanqas m’hemm ħelsien mill-​gwerra.+ U l-​ħażen mhux se jeħles lil dawk li jingħataw għalih.+

9 Rajt dan kollu, u kkunsidrajt b’qalbi kollha kull għemil li sar taħt ix-​xemx, matul iż-​żmien li l-​bniedem iddomina lill-​bniedem bi ħsara għalih.+ 10 Imma minkejja dan, rajt lill-​ħżiena jindifnu,+ u rajt ukoll kif kienu jidħlu u joħorġu mill-​post qaddis,+ u ntesew fil-​belt fejn għamlu dan.+ Dan ukoll frugħa.

11 Peress li s-​sentenza kontra l-​għemil ħażin damet ma twettqet,+ qalb ulied il-​bnedmin saret iktar determinata li tagħmel il-​ħażin.+ 12 Għalkemm il-​midneb jistaʼ jagħmel il-​ħażin+ mitt darba u jibqaʼ jagħmel dak li jogħġbu għal żmien twil, jien naf ukoll li dawk li jibżgħu mill-​Alla l-​veru se jaħbtilhom tajjeb,+ talli kellhom il-​biżaʼ tiegħu.+ 13 Imma lill-​ħażin+ żgur mhux se jaħbatlu tajjeb, u lanqas ma se jtawwal jiemu, li huma bħal dell,+ għax hu m’għandux il-​biżaʼ t’Alla.+

14 Hemm frugħa li qed issir fuq l-​art: hemm il-​ġusti li qed imisshom dak li jistħoqq lill-​ħżiena għal għemilhom,+ u hemm il-​ħżiena li qed imisshom dak li jistħoqq lill-​ġusti għal għemilhom.+ U għedt li dan ukoll frugħa.

15 U faħħart il-​ferħ,+ għaliex il-​bnedmin m’għandhom xejn aħjar taħt ix-​xemx milli jieklu u jixorbu u jifirħu, u dan għandu jibqaʼ magħhom fix-​xogħol iebes tagħhom tul jiem ħajjithom,+ li l-​Alla l-​veru tahom taħt ix-​xemx.+ 16 Fi qbil maʼ dan, jien stinkajt b’qalbi kollha+ biex insir naf l-​għerf u nara l-​attività li għaddejja fuq l-​art,+ għax hemm min mhux qed jara rqad, la bi nhar u lanqas bil-​lejl.+

17 U rajt l-​għemil kollu taʼ l-​Alla l-​veru,+ kif il-​bnedmin ma jistgħux isibu tarf l-​għemil li sar taħt ix-​xemx;+ jitħabtu kemm jitħabtu l-​bnedmin biex ifittxuh jibqgħu ma jsibuhx.+ U anki jekk jgħidu li għandhom biżżejjed għerf biex ikunu jafu,+ huma ma jistgħux isibu tarf.+

9 Jien fittixt li nifhem u nieħu bis-​serjetà dan kollu:+ Il-​ġusti u l-​għorrief u l-​għemejjel tagħhom huma f’idejn l-​Alla l-​veru.+ Il-​bnedmin m’humiex konxji taʼ l-​imħabba jew tal-​mibegħda li kien hemm qabilhom.+ 2 Ilkoll jiġrilhom l-​istess.+ Tmiem wieħed+ hemm għall-​ġust+ u l-​ħażin,+ għat-​tajjeb u n-​nadif u dak li mhux nadif, u għal dak li jissagrifika u dak li ma jissagrifikax. It-​tajjeb hu bħall-​midneb;+ min jaħlef bl-​għaġla bħal min jibżaʼ jaħlef.+ 3 F’kulma sar taħt ix-​xemx dan hu li jġib l-​għali: minħabba li hemm tmiem wieħed għal kulħadd,+ qalb ulied il-​bnedmin hi mimlija wkoll bil-​ħażen;+ u f’qalbhom hemm il-​ġenn+ matul ħajjithom, u wara jingħaqdu mal-​mejtin!+

4 Kulmin jingħadd mal-​ħajjin għandu l-​fiduċja, għax kelb ħaj+ aħjar minn iljun mejjet.+ 5 Għax il-​ħajjin jafu li għad imutu;+ imma l-​mejtin ma jafu assolutament xejn,+ u lanqas jieħdu iktar ħlas, għax tifkirithom intesiet.+ 6 Ukoll, l-​imħabba u l-​mibegħda u l-​għira tagħhom diġà għabu,+ u għal żmien indefinit mhux se jkollhom iktar sehem f’kulma għandu jsir taħt ix-​xemx.+

7 Mur, kul l-​ikel tiegħek bil-​ferħ u ixrob l-​inbid tiegħek b’qalb hienja,+ għax l-​Alla l-​veru diġà tgħaxxaq bl-​għemejjel tiegħek.+ 8 Ħa jkunu ħwejġek bojod f’kull okkażjoni,+ u ħa ma jonqosx iż-​żejt minn fuq rasek.+ 9 Gawdi l-​ħajja mal-​maħbuba martek+ il-​jiem kollha tal-​ħajja fiergħa tiegħek li Hu tak taħt ix-​xemx, il-​jiem kollha tal-​frugħa tiegħek, għax dak hu sehmek fil-​ħajja+ u fix-​xogħol iebes li qed titħabat fih taħt ix-​xemx. 10 Kulma idek issib x’tagħmel, agħmlu bil-​qawwa tiegħek kollha,+ għax la hemm xogħol, la ppjanar, la għarfien,+ u lanqas għerf+ fil-​Qabar,*+ il-​post fejn int sejjer.+

11 Erġajt dort biex nara taħt ix-​xemx li l-​ħfief mhux dejjem jirbħu t-​tiġrija,+ u lanqas is-​setgħanin ma jirbħu dejjem il-​battalja;+ l-​għorrief ukoll ma jkollhomx ikel,+ u dawk li għandhom l-​abbiltà li jifhmu wkoll ma jkollhomx rikkezzi,+ u lanqas dawk li għandhom l-​għarfien ma jkollhom l-​approvazzjoni;+ għax iż-​żmien u l-​ġrajjiet mhux mistennijin jiġu fuq kulħadd.+ 12 Għax il-​bniedem+ lanqas il-​waqt tiegħu ma jaf.+ Bħall-​ħut li qed jinqabad f’xibka mill-​agħar,+ u bħall-​għasafar li qed jinqabdu f’nasba,+ hekk ukoll ulied il-​bnedmin qed jinqabdu f’nassa fi żmien taʼ gwaj,+ meta dan jiġi fuqhom għal għarrieda.+

13 U rajt ukoll dan taħt ix-​xemx dwar għerf li kien taʼ l-​għaġeb f’għajnejja: 14 Kien hemm belt ċkejkna, u l-​irġiel fiha kienu ftit; u telaʼ għaliha sultan kbir, u dawwarha u bena rampa għall-​assedju kontriha.+ 15 U fiha kien hemm raġel, fil-​bżonn imma għaref, u dan ħeles lill-​belt b’għerfu.+ Imma ħadd ma ftakar f’dak ir-​raġel fil-​bżonn.+ 16 U jien għedt: “L-​għerf aħjar mis-​setgħa;+ madankollu, l-​għerf taʼ min hu fil-​bżonn hu mistmerr, u ħadd ma jismaʼ minn kliemu.”+

17 Kliem l-​għorrief li jingħad bil-​kwiet jinstemaʼ iktar+ mill-​għajta taʼ wieħed li qed jaħkem fost poplu stupidu.+

18 L-għerf aħjar mill-​għodda tal-​ġlied, u midneb wieħed jistaʼ jeqred ħafna affarijiet tajbin.+

10 Id-dubbien mejjet initten iż-​żejt magħmul bis-​sengħa,+ u jtellagħlu l-​bżieżaq. Hekk ukoll ftit bluha tħassar ir-​reputazzjoni taʼ min hu magħruf għall-​għerf u l-​glorja.+

2 Qalb l-​għaref hi fuq il-​lemin tiegħu,+ imma qalb l-​istupidu fuq ix-​xellug.+ 3 Iżjed minn hekk, jimxi kif jimxi,+ l-​iblah għandu qalbu belha,* u jgħid lil kulħadd li hu iblah.+

4 Jekk ħakkiem titlagħlu t-​tempra* minħabba fik, żomm postok,+ għax il-​kalma ttaffi dnubiet kbar.+

5 Taħt ix-​xemx rajt xi ħaġa li ġġib l-​għali, bħall-​iżball+ li jsir minn wieħed fil-​poter:+ 6 Il-boloh ngħataw ħafna pożizzjonijiet għoljin,+ imma dawk li jistħoqqilhom baqgħu f’pożizzjonijiet baxxi.

7 Rajt qaddejja fuq iż-​żwiemel imma prinċpijiet mexjin fl-​art bħal qaddejja.+

8 Min qed iħaffer ħofra jaqaʼ fiha hu stess;+ u min qed iġarraf ħajt tal-​ġebel jingidem minn serp.+

9 Min qed jaqtaʼ l-​ġebel iweġġaʼ bih. Min qed jaqtaʼ l-​injam ikollu joqgħod attent.+

10 Jekk għodda tal-​ħadid ma tibqax taqtaʼ u xi ħadd ma jsinnhiex,+ imbagħad ikollu juża l-​enerġija kollha tiegħu. Mela l-​għerf ikun taʼ siwi meta jintuża tajjeb.+

11 Jekk is-​serp jigdem qabel ma jiġi msaħħar,+ ma jkun hemm l-​ebda vantaġġ għal min jaf juża lsienu bis-​sengħa.

12 Il-kliem taʼ fomm l-​għaref huwa pjaċevoli,+ imma xofftejn l-​istupidu jirrovinawh.+ 13 Il-bidu taʼ kliem fommu hu bluha,+ u l-​aħħar kliem li joħroġ minn fommu hu ġenn li jġib il-​gwaj. 14 U l-​iblah jgħid ħafna kliem.+

Il-bniedem ma jafx x’se jiġri; u min jistaʼ jgħidlu x’se jsir warajh?+

15 Ix-xogħol iebes taʼ l-​istupidi jgħejjihom,+ għax anqas wieħed minnhom ma tgħallem kif imur sal-​belt.+

16 X’se jsir minnek, O pajjiż, meta s-​sultan tiegħek ikun tifel+ u l-​prinċpijiet tiegħek joqogħdu jieklu minn fil-​għodu? 17 Hieni int, O pajjiż, meta s-​sultan tiegħek ikun bin in-​nobbli u l-​prinċpijiet tiegħek jieklu fil-​ħin xieraq biex isiru setgħanin, mhux sempliċement biex joqogħdu jixorbu.+

18 Minħabba għażż kbir it-​travi jiżżaqqu, u minħabba idejn merħijin iqattar is-​saqaf tad-​dar.+

19 Il-ħobż qiegħed għad-​daħq tal-​ħaddiema, u l-​inbid iferraħ il-​ħajja;+ imma l-​flus għandhom risposta għal kollox.+

20 Tgħidx affarijiet ħżiena dwar is-​sultan,+ lanqas fil-​kamra tas-​sodda tiegħek, u meta tkun waħdek fil-​kamra fejn timtedd tgħidx affarijiet ħżiena dwar l-​għani;+ għax ħliqa li ttir fis-​smewwiet twassal dak li tkun għedt u xi ħaġa li għandha l-​ġwienaħ tirripeti kliemek.+

11 Ibgħat ħobżok+ fuq wiċċ l-​ilmijiet,+ għax wara ħafna jiem int terġaʼ ssibu.+ 2 Agħti sehem minn dak li għandek lil sebgħa, jew anki lil tmienja,+ għax ma tafx liema gwaj jistaʼ jinqalaʼ fuq l-​art.+

3 Jekk is-​sħab ikun mimli ilma, iferraʼ ħalba xita fuq l-​art;+ u jekk siġra taqaʼ+ lejn in-​nofsinhar jew jekk lejn it-​tramuntana, hemmhekk tkun waqgħet.

4 Min joqgħod għassa tar-​riħ ma jiżrax; u min joqgħod iħares lejn is-​sħab ma jaħsadx.+

5 Bħalma int ma tafx kif l-​ispirtu jaħdem ġo l-​għadam f’żaqq mara tqila,+ hekk ukoll ma tafx l-​għemil taʼ l-​Alla l-​veru, li jagħmel kollox.+

6 Iżraʼ ż-​żerriegħa tiegħek fil-​għodu u tħallix idek tistrieħ sa fil-​għaxija;+ għax ma tafx fejn se tirnexxi,+ jekk hux hawnhekk jew hemmhekk, jew jekk hux it-​tnejn se jkunu tajbin indaqs.

7 Id-dawl hu ħelu wkoll, u huwa tajjeb għall-​għajnejn li jaraw ix-​xemx;+ 8 għax jekk bniedem jgħix ħafna snin, ħa jifraħ matulhom kollha.+ U ħa jiftakar fil-​jiem mudlama,+ għalkemm jistgħu jkunu ħafna; kull jum li jgħaddi hu frugħa.+

9 Ifraħ,+ żagħżugħ, waqt li għadek żgħir, u ħalli lil qalbek thennik f’jiem żgħożitek, u imxi fit-​triqat taʼ qalbek u wara dak li jaraw għajnejk.+ Imma kun af li l-​Alla l-​veru se jiġġudikak għal dan kollu.+ 10 Għalhekk, neħħi d-​dwejjaq minn qalbek, u biegħed l-​għali minn ġismek;+ għax iż-​żgħożija u l-​fjur tal-​ħajja huma frugħa.+

12 Ftakar fil-​Ħallieq Grandjuż tiegħek+ f’jiem żgħożitek,+ qabel jiġu jiem l-​għali,+ jew jaslu s-​snin meta tgħid: “Xejn ma jogħġbuni”;+ 2 qabel jiddallmu x-​xemx u d-​dawl u l-​qamar u l-​kwiekeb,+ u jirritorna s-​sħab, u mbagħad ix-​xita; 3 meta l-​għassiesa tad-​dar+ jitriegħdu, u l-​irġiel mimlijin enerġija jitgħawġu,+ u n-​nisa li jitħnu+ ma jibqgħux jaħdmu għax jonqsu, u n-​nisa li jittawlu mit-​twieqi+ jaraw id-​dlam; 4 u l-​bibien li jagħtu għat-​triq jingħalqu,+ meta l-​ħoss tal-​mitħna jitbaxxa,+ u wieħed iqum mal-​ħoss t’għasfur, u l-​bniet kollha taʼ l-​għana jinstemgħu fil-​baxx.+ 5 Ukoll, saru jibżgħu mill-​għoli, u jitwerwru fit-​triq. U s-​siġra tal-​lewż ikollha ż-​żahar,+ u l-​ġurat li jaqbeż jitkaxkar, u l-​kappara tinfaqaʼ, għax il-​bniedem miexi lejn id-​dar fejn se jibqaʼ għal żmien twil,+ u n-​newwieħa joqogħdu jduru fit-​triq;+ 6 qabel jitneħħa l-​ħabel tal-​fidda, u titfarrak l-​iskutella tad-​deheb,+ u titkisser il-​ġarra ħdejn in-​nixxiegħa, u tinqasam it-​taljola tal-​bir. 7 Imbagħad it-​trab jerġaʼ lura lejn l-​art+ fejn kien qabel, u l-​ispirtu+ jerġaʼ jmur lura għand l-​Alla l-​veru+ li tah.+

8 “L-​akbar frugħa!” qal il-​kongregatur,+ “Kollox frugħa.”+

9 U minbarra li sar għaref, il-​kongregatur+ kompla wkoll jgħallem lin-​nies l-​għarfien,+ u mmedita u għamel tiftix bir-​reqqa+ sabiex jirranġa f’ordni ħafna proverbji.+ 10 Il-kongregatur ipprova jsib kliem pjaċevoli+ u jikteb kliem korrett u veru.+

11 Kliem l-​għorrief hu bħal ingiegeż tal-​barrin,+ u dawk li jagħtuha għall-​ġbir tas-​sentenzi huma bħal imsiemer imsammrin;+ dan ngħata minn ragħaj wieħed.+ 12 Dwar kwalunkwe ħaġa oħra iżjed minn dawn, ibni, nagħtik din it-​twissija: Dejjem se jibqgħu jinkitbu ħafna kotba, u dedikazzjoni kbira għalihom tgħejji l-​ġisem.+

13 Il-konklużjoni taʼ dan, wara li nstemaʼ kollox, hi: Ibżaʼ mill-​Alla l-​veru+ u ħares il-​kmandamenti tiegħu.+ Għax dan hu l-​obbligu kollu tal-​bniedem. 14 Għax l-​Alla l-​veru se jiġġudika kull tip t’għemil, anki kulma hu moħbi, jekk hux tajjeb jew ħażin.+

L-isem “Ekkleżjasti” ġej mill-​Grieg. L-​isem Ebrajk hu Koħèlet li jfisser “Kongregatur; Wieħed li Jiġbor Flimkien; Wieħed li Jsejjaħ u Jlaqqaʼ Flimkien.”

Il-frażi “taħt ix-​xemx” tidher 29 darba f’Ekkleżjasti.

Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “għajnejh f’rasu.”

Letteralment, “iż-​żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “jiem.”

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.

Ara Pr 6:32, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “l-​ispirtu.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja