LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Għobadija 1-21
  • Għobadija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għobadija
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Għobadija

Għobadija*

1 Il-viżjoni t’Għobadija:

Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova dwar Edom:+ “Smajna aħbar mingħand Ġeħova, u ntbagħat xi ħadd fost il-​ġnus, ‘Qumu; ejjew inqumu kontrih fil-​battalja.’”+

2 “Ara! Żgħir għamiltek fost il-​ġnus.+ Int mistmerr ħafna.+ 3 Il-prużunzjoni taʼ qalbek qarrqet bik,+ int li qed tgħammar fix-​xquq tal-​blat,+ fl-​għoli fejn tgħammar, u li qed tgħid f’qalbek, ‘Min se jniżżilni fl-​art?’ 4 Jekk togħla ’l fuq bħall-​ajkla, jew jekk tqiegħed il-​bejta tiegħek fost il-​kwiekeb, minn hemmhekk inniżżlek,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

5 “Jekk jidħlulek il-​ħallelin, jekk jidħlu bil-​lejl dawk li jridu jisirquk, sa liema punt se jsikktuk?+ Mhux kemm iridu jisirqu? Jew jekk jidħlulek dawk li jaqtgħu l-​għeneb, ma jħallux xi tilqit?+ 6 O kemm ġew imfittxin dawk t’Għesaw!+ Kemm sar tiftix għat-​teżori moħbijin tiegħu! 7 Sal-fruntiera bagħtuk. L-​irġiel kollha li qegħdin f’patt miegħek qarrqu+ bik. L-​irġiel li qegħdin fis-​sliem miegħek għelbuk.+ Dawk li qed jieklu l-​ikel miegħek jonsbulek xibka taħtek bħal wieħed li m’għandux dixxerniment.+ 8 Mhux hekk se jkun dakinhar?” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

“U jien żgur li neqred l-​għorrief minn Edom,+ u d-​dixxerniment mir-​reġjun muntanjuż t’Għesaw. 9 U s-​setgħanin tiegħek jitwerwru,+ O Teman,+ għax kull wieħed se jinqered+ minn fuq ir-​reġjun muntanjuż t’Għesaw, għaliex jinqatel.+ 10 Minħabba l-​vjolenza li saret lil ħuk Ġakobb,+ tkun miksi bl-​għajb,+ u jkollok tinqered għal żmien indefinit.*+ 11 Dakinhar meta int qgħadt fil-​ġenb, dakinhar meta l-​istranġieri ħadu fil-​jasar+ il-​qawwa militari tiegħu u meta l-​barranin daħlu minn biebu+ u tefgħu x-​xorti għal Ġerusalemm,+ int ukoll kont bħal wieħed minnhom.

12 “U m’għandekx titgħaxxaq b’dak li tara f’jum ħuk,+ f’jum l-​għawġ tiegħu; u m’għandekx tithenna b’ulied Ġuda dakinhar li jgħibu;+ u m’għandekx iċċarrat ħalqek f’jum in-​niket tagħhom. 13 M’għandekx tidħol minn bieb il-​poplu tiegħi f’jum id-​diżastru tiegħu.+ Int, iva, int, m’għandekx tħares lejn il-​gwaj tiegħu f’jum id-​diżastru tiegħu; u m’għandekx tmidd idek fuq ġidu f’jum id-​diżastru tiegħu.+ 14 U m’għandekx tieqaf f’salib it-​toroq, sabiex teqred il-​maħrubin tiegħu;+ u m’għandekx terħihom f’idejn l-​għedewwa tagħhom lil dawk li huma tiegħu u li jibqgħu ħajjin f’jum in-​niket.+ 15 Għax jum Ġeħova kontra l-​ġnus kollha huwa qrib.+ Kif għamilt, jagħmlulek.+ Il-​mod kif ittrattajt int se jiġi lura fuq rasek stess.+ 16 Għax kif intom xrobtu fuq il-​muntanja qaddisa tiegħi, hekk il-​ġnus kollha se jibqgħu jixorbu l-​ħin kollu.+ U jixorbu u jlegilgu u jsiru bħallikieku qatt m’eżistew.

17 “U dawk li qed jaħarbu se jkunu fuq il-​Muntanja Sijon,+ u din issir xi ħaġa qaddisa;+ u dar Ġakobb tieħu f’idejha l-​affarijiet biex ikunu l-​proprjetà tagħha.+ 18 U dar Ġakobb issir nar,+ u dar Ġużeppi fjamma, u dar Għesaw bħal tiben;*+ u jridu jagħtuhom in-​nar u jibilgħuhom. U ma jkun hemm ħadd li jibqaʼ ħaj f’dar Għesaw;+ għax Ġeħova nnifsu tkellem. 19 U jieħdu f’idejhom in-​Negeb, saħansitra r-​reġjun muntanjuż t’Għesaw,+ u s-​Sefela, art il-​Filistin.+ U jieħdu f’idejhom it-​territorju t’Efrajm+ u t-​territorju tas-​Samarija;+ u Benjamin jieħu f’idejh Gilegħad.+ 20 U dak li l-​Kangħanin+ kellhom f’idejhom sa Sarefat+ ikun taʼ l-​eżiljati taʼ din il-​fortifikazzjoni,*+ taʼ wlied Israel. U l-​eżiljati taʼ Ġerusalemm, li kienu f’Sefarad, jieħdu f’idejhom il-​bliet tan-​Negeb.+

21 “U l-​meħlusin+ jitilgħu fuq il-​Muntanja Sijon,+ sabiex jiġġudikaw ir-​reġjun muntanjuż t’Għesaw;+ u s-​saltna ssir taʼ Ġeħova.”+

Ifisser “Qaddej taʼ Jah.”

Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.

Bl-Ebrajk, “ir-​rampa.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja