LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Għamos 1:1-9:15
  • Għamos

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għamos
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Għamos

Għamos*

1 Kliem Għamos, wieħed fost dawk li kienu jrabbu n-​nagħaġ minn Tekogħa,+ li semaʼ f’viżjoni dwar Israel+ fi żmien Użżija+ s-​sultan taʼ Ġuda u fi żmien Ġerobogħam+ bin Ġowas,+ is-​sultan taʼ Israel, sentejn qabel it-​terremot.+ 2 U hu qal:

“Ġeħova—minn Sijon se jgħajjat bħal iljun,+ u minn Ġerusalemm se jsemmaʼ leħnu;+ u l-​mergħat tar-​rgħajja jitnikktu, u l-​quċċata tal-​Karmel tinxef.”+

3 “Hekk qal Ġeħova, ‘“Minħabba tliet irvellijiet taʼ Damasku,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax huma dirsu lil Gilegħad+ saħansitra b’għodod tad-​dris tal-​ħadid. 4 U se nibgħat nar+ fuq id-​dar taʼ Ħażagħel,+ u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin taʼ Ben-ħadad.+ 5 Inkisser l-​istaneg taʼ Damasku+ u neqred lill-​abitant minn Bikat-awen, u lil dak li jżomm ix-​xettru minn Bet-għeden; u n-​nies tas-​Sirja jiġu eżiljati f’Kir,”+ qal Ġeħova.’

6 “Hekk qal Ġeħova, ‘“Minħabba tliet irvellijiet taʼ Gaża,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax huma ħadu fl-​eżilju ġemgħa sħiħa t’eżiljati+ biex jagħtuhom f’idejn Edom.+ 7 Se nibgħat nar fuq is-​sur taʼ Gaża,+ u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin tagħha. 8 U neqred lill-​abitanti minn Asdod,+ u lil dak li jżomm ix-​xettru minn Askelon;+ u mmidd idi+ fuq Għekron,+ u dawk li jifdal mill-​Filistin jgħibu,”+ qal il-​Mulej Sovran Ġeħova.’

9 “Hekk qal Ġeħova, ‘Minħabba tliet irvellijiet taʼ Tir,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax huma taw ġemgħa sħiħa t’eżiljati f’idejn Edom, u għax ma ftakrux fil-​patt taʼ l-​aħwa.+ 10 Se nibgħat nar fuq is-​sur taʼ Tir, u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin tagħha.’+

11 “Hekk qal Ġeħova, ‘Minħabba tliet irvellijiet t’Edom,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax hu ġera wara ħuh stess bis-​sejf,+ u għax aġixxa bla ħniena,+ u r-​rabja tiegħu dejjem tqattaʼ l-​priża tiegħu; u qilltu tħeġġeġ bla waqfien.+ 12 Se nibgħat nar f’Teman,+ u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin taʼ Bosra.’+

13 “Hekk qal Ġeħova, ‘“Minħabba tliet irvellijiet taʼ wlied Għammon,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura,+ għax huma jċarrtu beraħ lin-​nisa tqal taʼ Gilegħad, bl-​iskop li jkabbru t-​territorju tagħhom stess.+ 14 Se nagħti n-​nar lis-​sur taʼ Rabba,+ u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin tagħha, b’għajta taʼ gwerra f’jum il-​battalja, b’tempesta f’jum ir-​riefnu.+ 15 U s-​sultan tagħhom imur fl-​eżilju, hu u l-​prinċpijiet tiegħu flimkien,”+ qal Ġeħova.’

2 “Hekk qal Ġeħova, ‘“Minħabba tliet irvellijiet taʼ Mowab,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax hu ħaraq l-​għadam tas-​sultan t’Edom għall-​ġir.+ 2 Se nibgħat nar f’Mowab, u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin taʼ Kerjot;+ u Mowab imut f’nofs l-​istorbju, l-​għajat tal-​gwerra, u l-​ħoss taʼ qarn.+ 3 Neqred l-​imħallef minn nofsu, u lill-​prinċpijiet kollha tiegħu noqtolhom miegħu,”+ qal Ġeħova.’

4 “Hekk qal Ġeħova, ‘Minħabba tliet irvellijiet taʼ Ġuda,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax huma ċaħdu l-​liġi taʼ Ġeħova,+ u għax ma żammewx ir-​regolamenti tiegħu; imma baqaʼ jiżvijahom il-​gideb+ tagħhom, li warajh imxew missirijiethom.+ 5 Se nibgħat nar f’Ġuda, u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin taʼ Ġerusalemm.’+

6 “Hekk qal Ġeħova, ‘Minħabba tliet irvellijiet taʼ Israel,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax huma jbigħu lill-​ġust għall-​fidda, u lill-​fqir għall-​prezz taʼ par sandli.+ 7 Huma jilhġu u jixxennqu li t-​trab taʼ l-​art ikun fuq ras il-​batuti;+ iwarrbu+ lill-​ġwejdin; raġel u missieru marru għand l-​istess tfajla,+ bl-​iskop li jkasbru l-​isem qaddis tiegħi.+ 8 U jimteddu maġenb kull artal+ fuq ilbiesi maħtufin bħala rahan;+ u fid-​dar taʼ l-​allat tagħhom huma jixorbu l-​inbid+ taʼ dawk li ġew immultati.’

9 “‘Imma minħabba fihom jien qridt għalkollox lill-​Amurri,+ li l-​għoli tiegħu kien bħall-​għoli taċ-​ċedri u li kien b’saħħtu bħas-​siġar immensi;+ jien qridt għalkollox il-​frott tiegħu minn fuq u għeruqu minn taħt.+ 10 Ħriġtkom mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ u mexxejtkom fix-​xagħri għal erbgħin sena,+ sabiex tieħdu f’idejkom l-​art taʼ l-​Amurri.+ 11 U bqajt inqajjem lil xi wħud minn uliedkom bħala profeti+ u lil xi wħud mill-​irġiel żgħażagħ tagħkom bħala Nażiriti.+ Jaqaw dan m’għandux ikun, O wlied Israel?’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

12 “‘Imma intom bqajtu tagħtu l-​inbid lin-​Nażiriti biex jixorbuh,+ u kkmandajtu lill-​profeti billi għedtulhom: “Tipprofetizzawx.”+ 13 Ara! Qed inġiegħel l-​art taʼ taħtkom titbandal, bħalma jitbandal il-​karru mimli b’dak li nġabar minn ringiela qmuħ li jkunu għadhom kif inqatgħu. 14 Il-ħafif ma jkollux iktar post fejn jaħrab,+ u ebda wieħed b’saħħtu ma jsaħħaħ il-​qawwa tiegħu, u ebda setgħan ma jeħles lil ruħu.+ 15 Ħadd minn dawk li jużaw il-​qaws ma jibqaʼ wieqaf, ebda wieħed b’saqajh ħfief ma jaħrab, u ebda rikkieb taż-​żwiemel ma jeħles lil ruħu.+ 16 U l-​qalbieni fost l-​irġiel setgħanin se jaħrab għarwien f’dak il-​jum,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”

3 “Isimgħu din il-​kelma li Ġeħova qal dwarkom,+ O wlied Israel, dwar il-​familja sħiħa li jien ħriġt mill-​art taʼ l-​Eġittu.+ Hu qal, 2 ‘Lilkom biss kont naf+ mill-​familji kollha taʼ l-​art.+ Huwa għalhekk li se nitlob kont minnkom għall-​iżbalji kollha tagħkom.+

3 “‘Sejrin tnejn jimxu flimkien jekk ma jkunux ftiehmu minn qabel biex jiltaqgħu?+ 4 Jgħajjat iljun fil-​foresta meta ma jkollux priża?+ Iljun b’saħħtu se jsemmaʼ leħnu mill-​moħba tiegħu jekk ma jkun qabad xejn? 5 Se jaqaʼ għasfur f’nasba fl-​art meta m’hemmx xbiek għalih?+ Titlaʼ nasba mill-​art meta ma tkun qabdet assolutament xejn? 6 Jekk qarn jindaqq f’belt, ma jitregħdux in-​nies?+ Jekk jinqalaʼ gwaj fil-​belt, ma jkunx Ġeħova li aġixxa? 7 Għax il-​Mulej Sovran Ġeħova ma jagħmel xejn jekk ma jkunx irrivela l-​ħaġa kunfidenzjali tiegħu lill-​qaddejja tiegħu l-​profeti.+ 8 Għajjat iljun!+ Min ma jibżax? Tkellem il-​Mulej Sovran Ġeħova! Min ma jipprofetizzax?’+

9 “‘Xandru dan fuq it-​torrijiet mgħammrin f’Asdod u fuq it-​torrijiet mgħammrin fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ u għidu: “Inġabru flimkien kontra l-​muntanji tas-​Samarija,+ u araw il-​ħafna diżordnijiet f’nofsha u l-​imbrolji li jsiru fiha.+ 10 Ma jafux jagħmlu s-​sewwa,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “dawk li qed jimlew it-​torrijiet mgħammrin tagħhom bil-​priża li ħadu bil-​vjolenza.”’+

11 “Għaldaqstant, hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Hemm avversarju madwar il-​pajjiż,+ u se jneħħilek saħħtek u jaħtaf il-​priża tat-​torrijiet mgħammrin tiegħek.’+

12 “Hekk qal Ġeħova, ‘Bħalma r-​ragħaj jaħtaf żewġ riġlejn* jew biċċa widna minn ħalq l-​iljun,+ hekk jinħatfu wlied Israel, dawk li qegħdin bil-​qiegħda fis-​Samarija fuq friex impressjonanti+ u fuq xi divan+ taʼ Damasku.’

13 “‘Isimgħu u agħtu xiehda+ fid-​dar taʼ Ġakobb,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​armati. 14 ‘Għax dakinhar li nitlob kont+ minn Israel taʼ l-​irvellijiet tiegħu, jien se nitlob kont ukoll mill-​artali taʼ Betel;+ u l-​qrun taʼ l-​artal jitqaċċtu u jaqgħu fl-​art.+ 15 U nġarraf id-​dar tax-​xitwa+ kif ukoll id-​dar tas-​sajf.’+

“‘U d-​djar taʼ l-​avorju se jkollhom jgħibu,+ u bosta djar se jkollhom jiġu fi tmiemhom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”

4 “Isimgħu din il-​kelma, intom baqar taʼ Basan,+ li qegħdin fuq il-​muntanja tas-​Samarija,+ li qed timbroljaw lill-​batuti,+ li qed tgħakksu lill-​foqra, u li qed tgħidu lis-​sidien tagħkom, ‘Ġibu ħa nixorbu!’ 2 Il-Mulej Sovran Ġeħova ħalef bi qdusitu,+ ‘“Ara! Ġej fuqkom żmien meta hu jtellagħkom bil-​ganċijiet tal-​biċċier u lil dak li jifdal minnkom bis-​snanar.+ 3 U mit-​tiċrit fis-​swar se toħorġu,+ kull waħda mit-​tiċrita taʼ quddiemha; u tintefgħu ’l barra lejn Ħarmon,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.’

4 “‘Ejjew lejn Betel u iksru l-​liġi.+ Komplu iksru l-​liġi f’Gilgal,+ u ġibu s-​sagrifiċċji tagħkom fil-​għodu, u l-​għexur tagħkom fit-​tielet jum.+ 5 Aħarqu* sagrifiċċju taʼ radd il-​ħajr minn dak li hu mħemmer,+ u pproklamaw offerti volontarji;+ xandru dan, għax hekk jogħġobkom, O wlied Israel,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.

6 “‘U jien ukoll, min-​naħa tiegħi, bi snien nodfa+ ħallejtkom fi blietkom kollha u b’nuqqas taʼ ħobż fil-​postijiet kollha tagħkom;+ imma ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

7 “‘U wkoll, jien żammejt lura minnkom ix-​xita bil-​qliel meta kien għad baqaʼ tliet xhur għall-​ħsad;+ u bgħatt ix-​xita fuq belt waħda, imma fuq belt oħra ma bgħatthiex. Kien hemm medda art fejn għamlet ix-​xita, imma l-​medda art fejn ma bgħattx xita nixfet.+ 8 U żewġt ibliet jew tlieta ġew jitkaxkru lejn belt waħda sabiex jixorbu l-​ilma,+ u ma xebgħux; imma intom ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

9 “‘Jien ilqattkom bit-​taħsir taʼ riħ jaħraq u bil-​moffa.+ Kattartu l-​ġonna tagħkom u l-​għelieqi tad-​dwieli tagħkom, imma s-​siġar tat-​tin tagħkom u s-​siġar taż-​żebbuġ tagħkom se jiblagħhom ix-​xagħat;+ madankollu, ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

10 “‘Bgħatt fostkom pesta bħal dik taʼ l-​Eġittu.+ Qtilt lill-​irġiel żgħażagħ tagħkom bis-​sejf,+ kif ukoll ħadtilkom iż-​żwiemel tagħkom.+ U bqajt intellaʼ fi mnifsejkom l-​intiena tal-​kampijiet tagħkom;+ imma ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

11 “‘Jien qridt lil xi wħud minnkom, bħal meta Alla qered lil Sodoma u Gomorra.+ Sirtu bħal zokk maħtuf minn ġon-​nar;+ imma ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

12 “Għaldaqstant, hekk se nagħmillek, O Israel. Minħabba dak li se nagħmillek, lesti ruħek biex tiltaqaʼ m’Alla tiegħek,+ O Israel. 13 Għax, ara! Dak li sawwar il-​muntanji+ u li ħalaq ir-​riħ,+ u li jgħid lill-​bniedem x’inhuma ħsibijietu,+ li qed idallam+ iż-​żerniq, u li qed jirfes fuq il-​postijiet għoljin taʼ l-​art,+ Ġeħova l-​Alla taʼ l-​armati jismu.”+

5 “Isimgħu din il-​kelma li qed nesprimi dwarkom bħala għanja taʼ niket,+ O dar taʼ Israel:

 2 “Il-​verġni,+ Israel, waqgħet;+

Ma tistax terġaʼ tqum.+

Ġiet abbandunata fuq artha stess;

M’hemm ħadd li jqajjimha.+

3 “Għax hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Dik il-​belt li ħarġet b’elf jibqgħalha mija; u dik li ħarġet b’mija jibqgħalha għaxra. Hekk jiġrilha d-​dar taʼ Israel.’+

4 “Għax hekk qal Ġeħova lid-​dar taʼ Israel, ‘Fittxuni+ u tibqgħu tgħixu.+ 5 Tfittxux lil Betel,+ u tiġux lejn Gilgal,+ u lejn Bir-​xeba la tgħaddux;+ għax bla dubju Gilgal tmur fl-​eżilju;+ u inkwantu għal Betel, din se ssir post taʼ qawwiet mill-​agħar.+ 6 Fittxu lil Ġeħova, u ibqgħu għixu,+ li ma jmurx isir bħal nar+ li jiblaʼ, O dar Ġużeppi,+ u Betel ma jkollha ’l ħadd li jitfih,+ 7 O intom li qed iddawru l-​ġustizzja fi pjanta morra*+ u li xħettu s-​sewwa maʼ l-​art.+ 8 Dak li għamel il-​kostellazzjoni Kima*+ u l-​kostellazzjoni Kesil,*+ u li qed ibiddel id-​dlam ċappa+ fl-​għodwa, u li dallam il-​jum daqs il-​lejl,+ li qed isejjaħ l-​ilmijiet tal-​baħar, biex iferragħhom fuq wiċċ l-​art+—Ġeħova jismu;+ 9 hu li qed iġib rovina f’daqqa fuq xi ħadd b’saħħtu, biex ir-​rovina tiġi saħansitra f’post fortifikat.

10 “‘F’bieb il-​belt huma bagħdu lil min iwiddeb,+ u stkerrhu lil min jgħid affarijiet perfetti.+ 11 Għalhekk, talli qed tisolħu l-​kera tar-​rabaʼ mingħand il-​batut, u tibqgħu tieħdu l-​ħaraġ tal-​qmuħ mingħandu;+ bnejtu djar taʼ ġebel minġur,+ imma mhux se tibqgħu tgħammru fihom; ħawwiltu għelieqi mill-​isbaħ bid-​dwieli, imma mhux se tibqgħu tixorbu l-​inbid tagħhom.+ 12 Għax jien naf kemm huma kotrana l-​irvellijiet tagħkom+ u kemm huma kbar dnubietkom,+ O intom li tobogħdu lill-​ġust,+ intom li qed taċċettaw flus tas-​skiet+ u li warrabtu lill-​foqra+ saħansitra fil-​bieb.+ 13 Għalhekk, il-​bniedem taʼ dehen se jibqaʼ sieket f’dak iż-​żmien, għax se jkun żmien taʼ gwaj.+

14 “‘Fittxu dak li hu tajjeb, mhux dak li hu ħażin,+ sabiex tibqgħu tgħixu;+ u biex b’hekk Ġeħova l-​Alla taʼ l-​armati jkun magħkom, bħalma għedtu.+ 15 Obogħdu dak li hu ħażin, u ħobbu dak li hu tajjeb,+ u agħmlu l-​wisaʼ għall-​ġustizzja f’bieb il-​belt.+ Għandu mnejn Ġeħova l-​Alla taʼ l-​armati juri ħniena+ mal-​fdal taʼ Ġużeppi.’+

16 “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova l-​Alla taʼ l-​armati, Ġeħova, ‘Fil-​pjazez kollha se jkun hemm tinwiħ,+ u fit-​toroq kollha n-​nies se jgħidu: “Jaħasra, jaħasra!” U se jkollhom isejħu lil bidwi għan-​niket,+ u lil dawk esperti fil-​biki għat-​tinwiħ.’+ 17 ‘U fl-​għelieqi tad-​dwieli kollha se jkun hemm tinwiħ;+ għax se ngħaddi minn ġo nofsok,’+ qal Ġeħova.

18 “‘Gwaj għal dawk li jixxennqu għall-​jum taʼ Ġeħova!+ Allura, x’se jkun ifisser għalikom il-​jum taʼ Ġeħova?+ Se jkun dlam, u mhux dawl,+ 19 bħal meta raġel jaħrab minħabba l-​iljun, u jiltaqaʼ miegħu l-​ors; u bħal meta hu daħal fid-​dar u serraħ idu mal-​ħajt, u gidmu s-​serp.+ 20 Mhux dlam minflok dawl se jkun il-​jum taʼ Ġeħova? U mhux swidija minflok dija se jkollu?+ 21 Jien bgħadt il-​festi tagħkom,+ ma lqajthomx, u mhux se nieħu pjaċir bir-​riħa taʼ l-​assembleat solenni tagħkom.+ 22 U jekk intom toffruli offerti sħaħ tal-​ħruq,+ lanqas b’dawn l-​offerti bħala għotja ma nieħu gost,+ u lejn is-​sagrifiċċji taʼ sħubija* tagħkom t’annimali msemmnin ma nħarisx.+ 23 Neħħili l-​konfużjoni taʼ l-​għanjiet tiegħek; u ma rridx nismaʼ l-​ħoss melodjuż taʼ l-​istrumenti tal-​korda tiegħek.+ 24 U ħalli l-​ġustizzja tgelgel bħall-​ilmijiet,+ u s-​sewwa bħal kurrent li dejjem għaddej.+ 25 Ġibtuli intom sagrifiċċji u offerti bħala għotja fix-​xagħri għal erbgħin sena, O dar taʼ Israel?+ 26 Intom se ġġorru lis-​sultan tagħkom+ Sikkut* u lil Kewan,* ix-​xbihat tagħkom, il-​kewkba t’alla tagħkom, li għamiltu għalikom.+ 27 U jien inġegħelkom tmorru fl-​eżilju lil hinn minn Damasku,’+ qal dak li ismu hu Ġeħova l-​Alla taʼ l-​armati.”+

6 “Gwaj għal dawk f’Sijon li huma moħħhom mistrieħ+ u għal dawk li qed jafdaw fil-​muntanja tas-​Samarija! Huma l-​uħud distinti tal-​ġens ewlieni, u lejhom ġiet id-​dar taʼ Israel. 2 Morru Kalne, u araw; minn hemmhekk morru Ħamat+ li hi miżgħuda bin-​nies, u inżlu Gat+ tal-​Filistin. Huma aħjar minn dawn is-​saltniet, jew huwa t-​territorju tagħhom akbar mit-​territorju tagħkom?+ 3 Qegħdin intom tinsew jum il-​gwaj,+ u tqarrbu l-​post fejn tgħammar il-​vjolenza?+ 4 Intom li timteddu fuq sodod taʼ l-​avorju+ u tintelqu fuq id-​divani tagħkom, u tieklu l-​imtaten mill-​merħla u l-​għoġiela minn fost l-​imsemmnin;+ 5 li tqabblu għanjiet skond il-​ħoss taʼ l-​istrument tal-​korda;+ li, bħal David, ħloqtu għalikom strumenti għall-​kant;+ 6 intom li tixorbu minn skutelli bl-​inbid,+ u tindilku bi żjut mill-​ifjen,+ u li ma mradtux minħabba l-​katastrofi taʼ Ġużeppi.+

7 “Għalhekk, issa se jkunu l-​ewwel eżiljati fost dawk li jmorru fl-​eżilju,+ u żmien ix-​xalar irid jitlaq.

8 “‘Il-​Mulej Sovran Ġeħova ħalef b’ruħu stess,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova l-​Alla taʼ l-​armati, ‘“Nistmerr il-​kburija taʼ Ġakobb,+ u t-​torrijiet mgħammrin tiegħu bgħadthom,+ u l-​belt b’kulma fiha nagħtiha lill-​għedewwa.+ 9 U jiġri li jekk jibqaʼ għaxart irġiel f’dar waħda, iridu jmutu wkoll.+ 10 U ħu missier wieħed minnhom ikollu jġorrhom wieħed wieħed, u jaħraqhom wieħed wieħed, sabiex joħroġ l-​għadam minn ġod-​dar.+ U jkollu jistaqsi lil min ikun fl-​iktar partijiet ġewwinin tad-​dar, ‘Hemm xi ħadd ieħor miegħek?’ U hu jgħid, ‘Ħadd!’ U jkollu jgħid, ‘Iskot! Għax mhux il-​waqt li jissemma l-​isem taʼ Ġeħova.’”+

11 “‘Għax, ara, Ġeħova qed jikkmanda,+ u hu jaħbat għad-​dar il-​kbira u jagħmilha borġ ġebel u d-​dar iż-​żgħira terrapien.+

12 “‘Jaqaw iż-​żwiemel jiġru fuq blat għoli, jew wieħed jaħrat hemmhekk bil-​baqar? Għax il-​ġustizzja biddiltuha fi pjanta velenuża,+ u l-​frott tas-​sewwa fi pjanta morra,* 13 intom li qed tifirħu b’xi ħaġa li ma teżistix;+ li qed tgħidu: “Mhux bis-​saħħa tagħna ħadna qrun* għalina?”+ 14 Ara! Qed inqajjem kontrikom, O dar taʼ Israel,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova l-​Alla taʼ l-​armati, ‘ġens,+ u jaħqarkom mid-​daħla taʼ Ħamat+ ’l isfel sal-​wied* taʼ l-​Għaraba.’”

7 Dan urieni l-​Mulej Sovran Ġeħova, u, ara, hu kien qed jibgħat qatgħa ġurati fil-​bidu taż-​żrigħ imwaħħar* li kien wasal.+ U, ara, kien iż-​żrigħ imwaħħar wara l-​ħsad tal-​ħaxix tas-​sultan. 2 U ġara li meta kienu kielu l-​ħxejjex taʼ l-​art, jien għedt: “O Mulej Sovran Ġeħova, aħfer, jekk jogħġbok.+ Min se jibqaʼ ħaj mill-​poplu taʼ Ġakobb? Għax hu żgħir!”+

3 Ġeħova ddispjaċieh għal dan.+ “Mhux se jseħħ,” qal Ġeħova.

4 Dan urieni l-​Mulej Sovran Ġeħova, u, ara, il-​Mulej Sovran Ġeħova ried li ssir tilwima permezz tan-​nar;+ u dan belaʼ l-​ilmijiet fondi u vasti u kiel il-​medda taʼ l-​art. 5 U jien għedt: “O Mulej Sovran Ġeħova, tkomplix, jekk jogħġbok.+ Min se jibqaʼ ħaj mill-​poplu taʼ Ġakobb? Għax hu żgħir!”+

6 Ġeħova ddispjaċieh għal dan.+ “Dan ukoll mhux se jseħħ,” qal il-​Mulej Sovran Ġeħova.

7 Dan urieni, u, ara! Ġeħova kien qiegħed fuq ħajt mibni biċ-​ċomb tal-​bennejja,+ u f’idu kellu ċ-​ċomb tal-​bennejja. 8 Imbagħad Ġeħova qalli: “X’qed tara, Għamos?” Għalhekk, jien għedt: “Ċomb tal-​bennejja.” U Ġeħova qalli: “Ara, qed inqiegħed iċ-​ċomb tal-​bennejja f’nofs il-​poplu tiegħi Israel.+ M’iniex se niskużah iktar.+ 9 U l-​postijiet għall-​qima* taʼ Iżakk+ se jiġu abbandunati, u s-​santwarji+ taʼ Israel se jiġu mħarbtin;+ u jien se nqum kontra d-​dar taʼ Ġerobogħam* b’sejf.”+

10 U Amażija l-​qassis taʼ Betel+ bagħat jgħid lil Ġerobogħam+ is-​sultan taʼ Israel: “Għamos ikkonfoffa kontrik proprju fid-​dar taʼ Israel.+ Il-​pajjiż ma jiflaħx għall-​kliem kollu tiegħu.+ 11 Għax dan qal Għamos, ‘Bis-​sejf se jmut Ġerobogħam; u Israel bla dubju se jiġi eżiljat minn artu stess.’”+

12 U Amażija qal lil Għamos: “O viżjonarju,+ mur, itlaq iġri lejn l-​art taʼ Ġuda, u kul il-​ħobż hemmhekk, u pprofetizza hemmhekk. 13 Imma m’għandekx tipprofetizza iktar+ f’Betel, għax hija s-​santwarju taʼ sultan+ u d-​dar taʼ saltna.”

14 Imbagħad Għamos wieġeb u qal lil Amażija: “Jien la kont profeta u lanqas iben profeta;+ imma kont ragħaj+ u noqros it-​tin tas-​siġar tal-​ġummajż. 15 U Ġeħova ħadni minn wara l-​merħla, u Ġeħova qalli, ‘Mur, ipprofetizza lill-​poplu tiegħi Israel.’+ 16 U issa ismaʼ l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘Qiegħed int tgħid: “M’għandekx tipprofetizza kontra Israel,+ u m’għandek tlissen ebda kelma kontra dar Iżakk”?+ 17 Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova: “Martek se ssir prostituta fil-​belt.+ Uliedek subien u bniet bis-​sejf se jaqgħu. Artek se tiġi mqassma bil-​ħabel tal-​kejl. U int fuq art mhix nadifa se tmut;+ inkwantu għal Israel, bla dubju se jiġi eżiljat minn artu stess.”’”+

8 Dan urieni l-​Mulej Sovran Ġeħova, u, ara, kien hemm qoffa frott tas-​sajf.+ 2 Imbagħad hu qal: “X’qed tara,+ Għamos?” Għalhekk, jien għedt: “Qoffa frott tas-​sajf.”*+ U Ġeħova qalli: “Wasal it-​tmiem* għall-​poplu tiegħi Israel.+ M’iniex se niskużahom iktar.+ 3 ‘U l-​għanjiet tat-​tempju se jkunu tinwiħ f’dak il-​jum,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. ‘Se jkun hemm ħafna iġsma mejtin.+ F’kull post, se jitwaddbu ’l barra—skiet!’

4 “Isimgħu dan, intom li qed taħtfu f’ħalqkom lil xi ħadd fqir+ biex teqirdu lill-​ġwejdin taʼ l-​art,+ 5 billi tgħidu, ‘Kemm baqaʼ biex jgħaddi l-​qamar ġdid+ ħalli nbigħu ċ-​ċereali?+ U s-​Sabat*+ ukoll, biex inbigħu l-​qmuħ; sabiex inċekknu l-​efa+ u nkabbru x-​xekel u niffalsifikaw il-​miżien tal-​qerq;+ 6 sabiex nixtru lill-​batuti għal sempliċi fidda u lill-​fqir għall-​prezz taʼ par sandli, u biex inbigħu l-​karfa tal-​qmuħ?’+

7 “Ġeħova ħalef bis-​Superjorità taʼ Ġakobb,+ ‘Qatt ma se ninsa l-​għemejjel kollha tagħhom.+ 8 Jaqaw mhux minħabba f’dan li l-​art se titheżżeż,+ u kull abitant fiha se jkollu jitnikket;+ u kollha kemm hi se togħla l-​istess bħan-​Nil u titqalleb u tbatti bħan-​Nil taʼ l-​Eġittu?’+

9 “‘U jrid iseħħ f’dak il-​jum,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘li nniżżel ix-​xemx sewwasew f’nofsinhar,+ u ndallam l-​art f’jum imdawwal. 10 Inbiddel il-​festi tagħkom f’vistu+ u l-​għanjiet kollha tagħkom f’għanja taʼ niket, u nġib ilbies taʼ l-​ixkora fuq il-​ġenbejn kollha u l-​irjus kollha qargħin;+ nagħmel is-​sitwazzjoni bħall-​vistu għal iben waħdieni,+ u t-​tmiem tagħha bħal jum taʼ mrar.’

11 “‘Ara! Ġej żmien,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘meta se nibgħat ġuħ fuq l-​art, ġuħ, mhux għall-​ħobż, u għatx, mhux għall-​ilma, imma għas-​smigħ tal-​kliem taʼ Ġeħova.+ 12 U se jiġu jitkaxkru minn baħar sa baħar, u mit-​tramuntana sa tlugħ ix-​xemx. Se jibqgħu jiġru ’l hemm u ’l hawn waqt li jfittxu l-​kelma taʼ Ġeħova, imma ma jsibuhiex.+ 13 F’dak il-​jum ix-​xebbiet sbieħ se jħosshom ħażin, u l-​ġuvintur ukoll, minħabba l-​għatx;+ 14 dawk li qed jaħilfu bil-​ħtija tas-​Samarija,+ u li jgħidu: “Daqskemm hu ħaj l-​alla tiegħek, O Dan!”+ u li jaħilfu bit-​triq taʼ Bir-​xeba.+ Jaqgħu u ma jqumux iktar.’”+

9 Jien rajt lil Ġeħova ’l fuq mill-​artal,+ u hu qal: “Olqot ras il-​kolonna, sabiex l-​għetiebi jitriegħdu. U qaċċtilhom rashom, ilkoll kemm huma.+ U dawk li jifdal mill-​poplu noqtolhom bis-​sejf. Ebda wieħed minnhom ma se jirnexxilu jaħrab, u ħadd minn dawk li qed jaħarbu ma se jeħlisha.+ 2 Jekk iħaffru fil-​Qabar,* minn hemmhekk idi stess se tiħodhom;+ u jekk jitilgħu sas-​smewwiet, minn hemmhekk se nniżżilhom.+ 3 Jekk jinħbew fuq il-​quċċata tal-​Karmel, se nfittex bir-​reqqa u niħodhom minn hemmhekk.+ U jekk jinsatru minn quddiem għajnejja f’qiegħ il-​baħar,+ hemm isfel nikkmanda lis-​serp, u jigdimhom. 4 Jekk imorru fil-​jasar quddiem l-​għedewwa tagħhom, minn hemmhekk se nikkmanda lis-​sejf, u dan irid joqtolhom;+ u se nitfaʼ għajnejja fuqhom għad-​deni u mhux għall-​ġid.+ 5 U l-​Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati, hu Dak li qed imiss l-​art, sabiex iddub;+ u l-​abitanti kollha tagħha se jkollhom jitnikktu;+ u se togħla bħan-​Nil, kollha kemm hi, u tbatti bħan-​Nil taʼ l-​Eġittu.+

6 “‘Hu li qed jibni t-​taraġ tiegħu fis-​smewwiet,+ u l-​bini tiegħu ’l fuq mill-​art li sejjes;+ hu li qed isejjaħ l-​ilmijiet tal-​baħar+ biex iferragħhom fuq wiċċ l-​art+—Ġeħova jismu.’+

7 “‘M’intomx għalija bħal ulied il-​Kusin, O wlied Israel?’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘Ma tellajtx jien lil Israel mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ u lill-​Filistin+ minn Kreta, u lis-​Sirja minn Kir?’+

8 “‘Ara! Għajnejn il-​Mulej Sovran Ġeħova huma fuq is-​saltna midinba,+ u hu se jeqridha minn fuq wiċċ l-​art.+ Madankollu, m’iniex se neqred għalkollox id-​dar taʼ Ġakobb,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 9 ‘Għax, ara! Jien qed nikkmanda, u se nheżżeż id-​dar taʼ Israel fost il-​ġnus kollha,+ bħal meta wieħed jheżżeż l-​għarbiel, sabiex lanqas ċagħqa waħda ma taqaʼ fl-​art. 10 Bis-sejf imutu—il-​midinbin kollha tal-​poplu tiegħi,+ dawk li qed jgħidu: “Il-​gwaj ma jersaqx u ma jasalx sa ħdejna.”’+

11 “‘F’dak il-​jum se nqajjem+ l-​għarix+ taʼ David li ġġarraf,+ u se nsewwi t-​tiċrit tagħhom. U ntellaʼ r-​rovini tiegħu, u nibnih bħal fil-​jiem taʼ żmien twil ilu,+ 12 bl-għan li jieħdu f’idejhom dak li baqaʼ minn Edom,+ u lill-​ġnus kollha li ssejjaħ ismi fuqhom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, li qed jagħmel dan.

13 “‘Ara! Ġej żmien,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘meta dak li jaħrat jilħaq lill-​ħassâd,+ u dak li jgħaffeġ l-​għeneb, lil dak li jġorr iż-​żerriegħa;+ u l-​muntanji joqtru bi nbid ħelu,+ u l-​għoljiet kollha jdubu.+ 14 U niġbor lura lill-​imjassrin tal-​poplu tiegħi Israel,+ u huma jibnu l-​bliet abbandunati u joqogħdu fihom,+ u jħawlu għelieqi bid-​dwieli u jixorbu l-​inbid tagħhom, u jagħmlu ġonna u jieklu frotthom.’+

15 “‘U jien inħawwilhom fuq arthom, u ma jkunux iktar maqlugħin mill-​għeruq mill-​art tagħhom li jien tajthom,’+ qal Ġeħova Alla tiegħek.”

Ifisser “Huwa Tagħbija”; jew, “Iġorr Tagħbija.”

Ara Eżo 12:9, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “Agħmlu jdaħħan.”

Letteralment, “assenzju.”

Ara Ġob 9:9, in-​nota taʼ taħt, “Il-​kostellazzjoni Kima.”

Ara Ġob 9:9, in-​nota taʼ taħt, “Il-​kostellazzjoni Kesil.”

Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.

X’aktarx jirreferi għal kewkba meqjuma bħala alla.

Evidentement kewkba meqjuma bħala alla. F’At 7:43 tissejjaħ Refan.

Letteralment, “assenzju.”

Ara l-​1Sa 2:1, in-​nota taʼ taħt.

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.

Jiġifieri, matul Jannar u Frar.

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.

Jiġifieri, Ġerobogħam II, bin Ġowas (Ġeħogħas). Ara Għm 1:1.

“Frott tas-​sajf.” Bl-​Ebrajk, qajits; jindika t-​tmiem tas-​sena agrikola.

“It-​tmiem.” Bl-​Ebrajk, ħaqqets; logħob bil-​kelma Ebrajka qajits, “frott tas-​sajf,” fl-​ewwel parti tal-​vers.

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja