LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Ġoel 1:1-3:21
  • Ġoel

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġoel
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Ġoel

Ġoel*

1 Din hi l-​kelma taʼ Ġeħova li ġiet+ lil Ġoel, bin Petwel:

2 “Isimgħu dan, intom ix-​xjuħ, u agħtu widen, intom ilkoll abitanti taʼ l-​art.+ Seħħ dan fi żmienkom, jew saħansitra fi żmien missirijietkom?+ 3 Irrakkontaw dwaru lil uliedkom, u wliedkom lil uliedhom, u wliedhom lill-​ġenerazzjoni taʼ warajhom.+ 4 Dak li tħalla mix-​xagħat, kielu l-​ġurat;+ u dak li tħalla mill-​ġurat, kielu l-​ġurat li jitkaxkar; u dak li tħalla mill-​ġurat li jitkaxkar, kilitu l-​wirdiena.+

5 “Stenbħu, intom is-​sakranazzi,+ u ibku; u newħu,+ intom ilkoll li tixorbu l-​inbid, minħabba l-​inbid ħelu,+ għax inqataʼ minn fommkom.+ 6 Għax ġens telaʼ f’arti, setgħan u bla għadd.+ Snienu huma s-​snien taʼ ljun,+ u għandu x-​xedaq taʼ ljun. 7 Id-dielja tiegħi għamilha ħerba,+ u s-​siġra tat-​tin tiegħi ġabha zokk.+ Żgur li neżżagħha u rmieha.+ Iż-​żraġen tagħha bjadu. 8 Olfoq, bħalma tagħmel verġni mħażżma bl-​ilbies taʼ l-​ixkora+ minħabba l-​għarus taʼ żgħożitha.

9 “L-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerta tax-​xorb+ inqatgħu mid-​dar taʼ Ġeħova; il-​qassisin, il-​ministri+ taʼ Ġeħova, tnikktu.+ 10 Ir-rabaʼ tħarbat,+ l-​art saret tal-​biki;+ għax il-​qmuħ tħarbtu, l-​inbid ġdid nixef,+ iż-​żejt ġie fix-​xejn.+ 11 Il-bdiewa stħaw;+ dawk li jieħdu ħsieb id-​dwieli newħu, minħabba l-​qamħ u minħabba x-​xgħir; għax il-​ħsad tar-​rabaʼ għab.+ 12 Id-dielja nixfet, u saħansitra s-​siġra tat-​tin ġiet fix-​xejn. Is-​siġra tar-​rummien, kif ukoll is-​siġra tal-​palm u s-​siġra tat-​tuffieħ, is-​siġar kollha tar-​rabaʼ, nixfu;+ għax il-​ferħ għab minn fost ulied il-​bnedmin.+

13 “Tħażżmu, intom il-​qassisin, u agħtu fuq sidirkom.+ Newħu, intom il-​ministri taʼ l-​artal.+ Idħlu, qattgħu l-​lejl bl-​ilbies taʼ l-​ixkora, intom il-​ministri t’Alla tiegħi; għax l-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerta tax-​xorb tneħħew minn dar Alla tagħkom.+ 14 Iddikjaraw żmien taʼ sawm.+ Sejħu assemblea solenni.+ Iġimgħu x-​xjuħ flimkien, l-​abitanti kollha taʼ l-​art, lejn id-​dar taʼ Ġeħova Alla tagħkom,+ u għajtu lil Ġeħova għall-​għajnuna.+

15 “O x’jum dan;+ għaliex fil-​qrib jum Ġeħova,+ u jiġi bħal qerda minn Dak li Jistaʼ Kollox! 16 Mhux quddiem għajnejna stess inqataʼ l-​ikel; minn dar Alla tagħna, l-​hena u l-​ferħ?+ 17 It-tin niexef tħassar taħt il-​pali tagħhom. L-​imħażen sfaw abbandunati. Il-​matmuriet iġġarrfu, għax il-​qmuħ nixfu. 18 O kemm qed jokrob l-​annimal domestiku! Kif qed jiġġerrew mifxula l-​imrieħel tal-​baqar! Għax m’hemm ebda mergħa għalihom.+ Ukoll, l-​imrieħel tan-​nagħaġ kellhom iġorru l-​ħtija.

19 “Lilek, O Ġeħova, insejjaħ jien;+ għax in-​nar belaʼ l-​mergħat tax-​xagħri, u fjamma ħarqet is-​siġar kollha tar-​rabaʼ.+ 20 Il-bhejjem tar-​rabaʼ wkoll jibqgħu jixxennqu għalik,+ għaliex il-​kanali taʼ l-​ilma nixfu,+ u n-​nar belaʼ l-​mergħat tax-​xagħri.”

2 “Doqqu qarn f’Sijon,+ O rġiel, u għajtu għajta tal-​gwerra+ fuq il-​muntanja qaddisa tiegħi.+ Ħa jinfixlu+ l-​abitanti kollha taʼ l-​art; għax ġej il-​jum taʼ Ġeħova,+ għax hu qrib! 2 Dan hu jum taʼ dlam u swidija,+ jum taʼ sħab u dlam ċappa, bħad-​dawl taż-​żerniq mifrux fuq il-​muntanji.+

“Hemm poplu numeruż u setgħan;+ qatt* qabel m’eżista wieħed bħalu,+ u ma jerġaʼ jkun hemm ħadd iktar warajh sas-​snin kollha taʼ ġenerazzjoni wara l-​oħra. 3 Quddiemu nar qed jiblaʼ+ u warajh fjamma qed taħraq.+ Bħall-​ġnien taʼ l-​Għeden l-​art qiegħda quddiemu;+ imma warajh hemm xagħri abbandunat, u xejn ma jkun hemm li jaħrablu.

4 “Id-​dehra tiegħu hi bħad-​dehra taż-​żwiemel, u bħaż-​żwiemel tal-​ġiri, hekk ikompli jlebbet.+ 5 Bħall-ħoss tal-​karrijiet fuq il-​qċaċet tal-​muntanji jibqaʼ jaqbeż,+ bħall-​ħoss taʼ nar iħeġġeġ li qed jiblaʼ t-​tiben.*+ Hu bħal poplu setgħan, imqassam għall-​battalja.+ 6 Minħabba fih, popli sħaħ ikollhom uġigħ kbir.+ Inkwantu għall-​uċuħ kollha, dawn isiru ħomor nar bl-​ansjetà.+

7 “Bħal irġiel setgħanin jiġru.+ Bħal gwerriera jitilgħu maʼ sur. U jmorru kull wieħed fi triqatu stess, u ma jbiddlux il-​mogħdijiet tagħhom.+ 8 U ma jimbottawx lil xulxin. Bħal raġel b’saħħtu fi triqtu, jibqgħu sejrin; u jekk xi wħud jaqgħu saħansitra qalb il-​vleġeġ, l-​oħrajn ma jwarrbux minn triqithom.

9 “Jidħlu jiġru fil-​belt. Jiġru fuq is-​sur. Jitilgħu fuq id-​djar. Jidħlu mit-​twieqi bħal xi ħalliel. 10 Quddiemu l-​art theżżet, is-​smewwiet triegħdu. Ix-​xemx u l-​qamar iddallmu,+ u l-​kwiekeb tilfu d-​dija tagħhom.+ 11 U Ġeħova se jsemmaʼ leħnu+ quddiem il-​qawwa militari tiegħu,+ għax il-​kamp tiegħu hu ħafna fl-​għadd.+ Għax dak li qed iwettaq kelmtu hu setgħan; għax jum Ġeħova hu kbir+ u jqanqal biżaʼ kbir, u min jistaʼ jiflaħ għalih?”+

12 “U għalhekk issa,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova, “ejjew lura għandi b’qalbkom kollha,+ u bis-​sawm,+ bil-​biki, u bl-​ilfiq.+ 13 U ċarrtu qlubkom,+ u mhux ħwejjiġkom;+ u ejjew lura lejn Ġeħova Alla tagħkom, għax hu grazzjuż u ħanin,+ bil-​mod biex jirrabja+ u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba,+ u żgur li jiddispjaċih minħabba l-​gwaj.+ 14 Min jaf jekk idurx lura u jekk, fil-​fatt, jiddispjaċihx+ u jħalli barka warajh,+ offerta tal-​qmuħ u offerta tax-​xorb għal Ġeħova Alla tagħkom?

15 “Doqqu qarn f’Sijon, O rġiel.+ Iddikjaraw żmien taʼ sawm.+ Sejħu assemblea solenni flimkien.+ 16 Iġimgħu n-​nies flimkien. Qaddsu l-​kongregazzjoni.+ Iġimgħu x-​xjuħ flimkien. Iġimgħu flimkien it-​tfal u t-​trabi li jerdgħu mis-​sider.+ Ħa joħroġ l-​għarus mill-​kamra taʼ ġewwa tiegħu, u l-​għarusa mill-​kamra tagħha.

17 “Bejn il-​loġġa u l-​artal+ ħalli l-​qassisin, il-​ministri taʼ Ġeħova, jibku u jgħidu, ‘Tħassar, O Ġeħova, lill-​poplu tiegħek, u tħallix li l-​wirt tiegħek jiġi mżeblaħ,+ biex il-​ġnus jaħkmu fuqu. Għala għandhom jgħidu fost il-​popli: “Fejn hu Alla tagħhom?”’+ 18 U Ġeħova se jkun għajjur għal artu+ u jagħder lill-​poplu tiegħu.+ 19 U Ġeħova se jwieġeb u jgħid lill-​poplu tiegħu, ‘Ara! Qed nibagħtilkom il-​qmuħ u l-​inbid ġdid u ż-​żejt, u intom żgur li tixbgħu bihom;+ u m’iniex se nħallikom iktar tiġu mżebilħin fost il-​ġnus.+ 20 U lil tat-​tramuntana+ se nbiegħdu minnkom, u fil-​fatt se nitfgħu f’art bla ilma u f’art abbandunata, b’wiċċu lejn il-​baħar tal-​lvant+ u l-​warrani tiegħu lejn il-​baħar tal-​punent.+ U l-​intiena minnu titlaʼ ’l fuq, u r-​riħa tinten minnu tibqaʼ tielgħa ’l fuq;+ għax Alla, fil-​fatt, se jagħmel affarijiet kbar.’

21 “Tibżax, O art. Ifraħ u thenna; għax Ġeħova, fil-​fatt, se jagħmel affarijiet kbar.+ 22 Tibżgħux, intom il-​bhejjem tar-​rabaʼ,+ għax il-​mergħat tax-​xagħri se jħaddru.+ Għax is-​siġar se jagħtu l-​frott tagħhom.+ Is-​siġra tat-​tin u d-​dielja se jagħtu l-​frott tagħhom bis-​sħiħ.+ 23 U intom, ulied Sijon, ifirħu u thennew b’Ġeħova Alla tagħkom;+ għax żgur li se jagħtikom ix-​xita tal-​ħarifa bil-​qjies xieraq,+ u se jibgħat fuqkom ħalba xita, xita tal-​ħarifa u xita tar-​rebbiegħa, bħal qabel.+ 24 U l-​qigħan tad-​dris ikunu mimlijin qmuħ, u l-​btieti jfuru bl-​inbid ġdid u biż-​żejt.+ 25 U npattilkom għal dak li kielu matul is-​snin il-​ġurat, il-​ġurat li jitkaxkar, il-​wirdiena, u x-​xagħat, il-​qawwa militari kbira tiegħi li bgħatt fostkom.+ 26 U intom tieklu, tieklu u tixbgħu,+ u żgur li tfaħħru isem Ġeħova Alla tagħkom,+ li mexa magħkom b’mod tant taʼ l-​għaġeb;+ u l-​poplu tiegħi qatt iktar ma jkollu minn xiex jistħi.+ 27 U jkollkom tkunu tafu li jien qiegħed f’nofs Israel,+ u li jien Ġeħova Alla tagħkom u m’hemm ħadd ħliefi.+ U l-​poplu tiegħi qatt iktar ma jkollu minn xiex jistħi.

28 “U wara dan irid iseħħ li jien inferraʼ l-​ispirtu tiegħi+ fuq kull xorta taʼ bnedmin,+ u wliedkom subien u bniet+ jipprofetizzaw. U x-​xjuħ tagħkom joħolmu ħolm. U ż-​żgħażagħ tagħkom jaraw viżjonijiet. 29 U saħansitra fuq il-​qaddejja rġiel u nisa nferraʼ l-​ispirtu tiegħi f’dawk il-​jiem.+

30 “U nagħmel għeġubijiet fis-​smewwiet+ u fuq l-​art, demm u nar u kolonni tad-​duħħan.+ 31 Ix-xemx tinbidel fi dlam,+ u l-​qamar f’demm,+ qabel il-​miġja tal-​jum il-​kbir taʼ Ġeħova, jum li jqanqal il-​biżaʼ.+ 32 U jrid iseħħ li kulmin isejjaħ isem Ġeħova jsalva;+ għax fuq il-​Muntanja Sijon u f’Ġerusalemm se jkun hemm il-​maħrubin,+ sewwasew bħalma qal Ġeħova, u fost dawk li jsalvaw, li lilhom Ġeħova qed isejjaħ.”+

3 “Għax, ara, f’dawk il-​jiem u f’dak iż-​żmien,+ meta nġib lura lill-​imjassrin taʼ Ġuda u taʼ Ġerusalemm,+ 2 niġbor ukoll flimkien il-​ġnus kollha+ u nniżżilhom fil-​pjanura l-​baxxa taʼ Ġeħosafat;+ hemmhekk nagħmel ħaqq minnhom minħabba Israel,+ il-​poplu tiegħi u l-​wirt tiegħi, li lilhom xerrdu fost il-​ġnus; u huma qassmu l-​art tiegħi.+ 3 U għall-​poplu tiegħi baqgħu jitfgħu x-​xorti;+ u t-​tifel kienu jibdluh maʼ prostituta,+ u t-​tifla kienu jbigħuha għall-​inbid, biex jixorbuh.

4 “U x’għandkom x’taqsmu miegħi, O Tir u Sidon+ u intom ir-​reġjuni kollha tal-​Filistja?+ Qed tħallsuni bil-​mod kif qed tittrattawni? U jekk qed tittrattawni b’dan il-​mod, jien malajr, bil-​ħeffa, inħallaskom skond kif qed tittrattawni.+ 5 Għax intom ħadtu l-​fidda tiegħi u d-​deheb tiegħi,+ u daħħaltu l-​affarijiet tajbin u mixtiqin fit-​tempji tagħkom;+ 6 u lil ulied Ġuda u lil ulied Ġerusalemm begħtuhom+ lil ulied il-​Griegi,+ bl-​iskop li tbegħduhom mit-​territorju tagħhom;+ 7 ara, qed inqanqalhom biex jiġu mill-​post fejn begħtuhom,+ u nħallaskom skond kif qed tittrattawni.+ 8 U nbigħ lil uliedkom subien u bniet u nagħtihom f’idejn ulied Ġuda,+ u dawn ibigħuhom lill-​irġiel taʼ Xeba,+ lil ġens ’il bogħod;+ għax Ġeħova nnifsu tkellem.

9 “Xandru dan fost il-​ġnus,+ ‘Ħejju għall-​gwerra!* Qanqlu lill-​irġiel setgħanin!+ Ħa jersqu qrib! Ħa jitilgħu, l-​irġiel kollha tal-​gwerra!+ 10 Aħdmu s-​sikek tal-​moħriet tagħkom fi sjuf u s-​skieken taż-​żabra+ tagħkom f’lanez. Ħa jgħid id-​dgħajjef: “Jien raġel setgħan.”+ 11 Ejjew għinu lil xulxin, intom il-​ġnus kollha dawramejt,+ u nġabru flimkien.’”+

F’dak il-​post, O Ġeħova, niżżel is-​setgħanin tiegħek.+

12 “Ħa jitqanqlu l-​ġnus u jitilgħu lejn il-​pjanura l-​baxxa taʼ Ġeħosafat;+ għax hemmhekk noqgħod bil-​qiegħda sabiex nagħmel ħaqq mill-​ġnus kollha dawramejt.+

13 “Daħħlu minġel,+ għax laħaq il-​ħsad.+ Ejjew, inżlu, għax il-​magħsar taʼ l-​inbid imtela.+ Il-​btieti qed ifuru; għax kotor il-​ħażen tagħhom.+ 14 Folol, folol hemm fil-​pjanura l-​baxxa tad-​deċiżjoni,+ għax jum Ġeħova hu qrib fil-​pjanura l-​baxxa tad-​deċiżjoni.+ 15 Ix-xemx u l-​qamar jiddallmu, u l-​kwiekeb jitilfu d-​dija tagħhom.+ 16 U Ġeħova se jgħajjat bħal iljun minn Sijon, u minn Ġerusalemm isemmaʼ leħnu.+ U s-​sema u l-​art jitriegħdu;+ imma Ġeħova jkun kenn għall-​poplu tiegħu,+ u fortizza għal ulied Israel.+ 17 U intom ikollkom tkunu tafu li jien Ġeħova Alla tagħkom,+ li ngħammar f’Sijon, il-​muntanja qaddisa tiegħi.+ U Ġerusalemm issir post qaddis;+ u l-​istranġieri ma jgħaddux iktar minn ġo fiha.+

18 “U jrid iseħħ li dakinhar il-​muntanji jqattru nbid ħelu,+ u l-​għoljiet inixxu l-​ħalib, u n-​nixxigħat kollha taʼ Ġuda jnixxu l-​ilma. U mid-​dar taʼ Ġeħova toħroġ għajn,+ u din issaqqi l-​wied* tas-​Siġar taʼ l-​Akaċja.+ 19 L-Eġittu jsir ħerba;+ u Edom isir xagħri abbandunat,+ minħabba l-​vjolenza li saret lil ulied Ġuda, li f’arthom huma xerrdu demm innoċenti.+ 20 Imma l-​art taʼ Ġuda tkun abitata għal żmien indefinit,+ u Ġerusalemm għal ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni.+ 21 U demmhom li ma kontx qistu innoċenti se nqisu innoċenti;+ u Ġeħova se jgħammar f’Sijon.”+

Ifisser “Ġeħova Hu Alla.”

Jew, “minn żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt. F’versi 26 u 27 ukoll.

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “Qaddsu l-​gwerra.”

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja