Ħosea*
1 Il-kelma taʼ Ġeħova+ li ġiet għand Ħosea+ bin Begħeri fi żmien+ Użżija,+ Ġotam,+ Aħaż,+ u Ħeżekija,+ slaten taʼ Ġuda, u fi żmien Ġerobogħam+ bin Ġowas,+ is-sultan taʼ Israel. 2 Ġeħova beda jitkellem permezz taʼ Ħosea, u Ġeħova qal lil Ħosea: “Mur,+ ħu għalik mara li se tiżni u int se jkollok tfal miż-żína, għax żgur li minħabba ż-żína l-art ma tibqax timxi wara Ġeħova.”+
3 U hu mar u ħa lil Gomer bint Diblajm, u hi ħarġet tqila u maż-żmien wilditlu iben.+
4 U Ġeħova kompla jgħidlu: “Semmih Ġeżragħel,+ għax ftit taż-żmien ieħor nitlob kont taʼ l-atti taʼ tixrid taʼ demm taʼ Ġeżragħel* mid-dar taʼ Ġeħu,+ u ntemm il-ħakma rjali taʼ dar Israel.+ 5 U jrid iseħħ f’dak il-jum li jien inkisser il-qaws+ taʼ Israel fil-pjanura l-baxxa taʼ Ġeżragħel.”
6 U hi ħarġet tqila darb’oħra u wildet bint. U Hu kompla jgħidlu: “Semmiha Lo-ruħama,*+ għax ma nurix iktar ħniena+ maʼ dar Israel, għax żgur li nkeċċihom.+ 7 Imma nuri ħniena maʼ dar Ġuda,+ u nsalvahom b’Ġeħova Alla tagħhom;+ imma m’iniex se nsalvahom b’qaws jew b’sejf jew bi gwerra, bi żwiemel jew b’rikkieba taż-żwiemel.”+
8 U maż-żmien qatgħet il-ħalib lil Lo-ruħama, u reġgħet ħarġet tqila u wildet iben. 9 Għalhekk, Hu qal: “Semmih Lo-għammi,* għax intom m’intomx il-poplu tiegħi u jien mhux se nkun Alla tagħkom.
10 “U l-għadd taʼ wlied Israel irid isir bħar-ramel tal-baħar li ma jistax jitkejjel jew jingħadd.+ U jrid iseħħ li fil-post fejn kien jintqalilhom, ‘M’intomx il-poplu tiegħi,’+ se jintqalilhom, ‘Ulied l-Alla l-ħaj.’+ 11 U wlied Ġuda u wlied Israel se jinġabru flimkien f’unità+ u jistabbilixxu għalihom infushom kap wieħed u joħorġu mill-art,+ għax kbir ikun il-jum taʼ Ġeżragħel.+
2 “Għidu lil ħutkom subien, ‘Poplu tiegħi!’+ u lil ħutkom bniet, ‘O mara murija l-ħniena!’+ 2 Iftħu kawża legali m’ommkom;+ iftħu kawża legali, għax hi mhix marti+ u jien m’iniex żewġha.+ U hi għandha twarrab iż-żína tagħha minn quddiemha u l-atti tagħha t’adulterju minn bejn sidirha,+ 3 li ma nneżżagħhiex għarwiena+ u nagħmilha bħal dakinhar li twieldet,+ u nġibha bħal xagħri+ u nagħmilha bħal art bla ilma+ u noqtolha bl-għatx.+ 4 U lil uliedha m’iniex se nurihom ħniena,+ għax huma wlied iż-żína.+ 5 Għax ommhom żniet.+ Dik li kienet tqila bihom aġixxiet b’mod taʼ mistħija,+ għax qalet, ‘Irrid immur wara dawk li jħobbuni b’mod appassjonat,+ dawk li qed jagħtuni l-ħobż u l-ilma, is-suf u l-għażel, iż-żejt u x-xorb.’+
6 “Għalhekk, qed nagħlqilha triqitha bix-xewk; u ntellgħalha ħajt,+ sabiex triqatha ma ssibhomx.+ 7 U se tiġri wara l-maħbubin appassjonati tagħha, imma ma tilħaqhomx;+ u tfittixhom, imma ma ssibhomx. U jkollha tgħid, ‘Irrid immur u nerġaʼ lura għand żewġi,+ l-ewwel wieħed,+ għax dak iż-żmien kont aħjar milli jien issa.’+ 8 Imma hi m’għarfitx+ li kont jien li tajtha l-qmuħ+ u l-inbid ħelu u ż-żejt, u li kont kattartilha l-fidda u d-deheb, li huma użaw għal Bagħal.+
9 “‘Għaldaqstant se naġixxi b’mod differenti u se nieħu lura l-qmuħ tiegħi fi żmienu u l-inbid ħelu tiegħi fl-istaġun tiegħu,+ u se naħtaf is-suf u l-għażel tiegħi li jgħattu l-għera tagħha.+ 10 U nikxef il-partijiet privati tagħha quddiem il-maħbubin appassjonati tagħha,+ u ma jkun hemm ħadd li jaħtafha minn idi.+ 11 U ntemm il-ferħ kbir kollu tagħha,+ il-festa tagħha,+ il-qamar ġdid tagħha+ u s-Sabat* tagħha u kull staġun tal-festi tagħha. 12 U nagħmel ħerba mid-dielja+ u mis-siġra tat-tin tagħha,+ li dwarhom qalet: “Huma rigal għalija li tawhuli l-maħbubin appassjonati tiegħi”; u nagħmilhom bħal foresta,+ u l-bhima salvaġġa tar-rabaʼ tiblagħhom. 13 U nitlob kont+ minnha minħabba l-jiem li fihom offriet id-duħħan tas-sagrifiċċji+ lix-xbihat taʼ Bagħal,+ meta qagħdet tiżżejjen bil-ħoloq u l-ornamenti tagħha+ u tmur wara l-maħbubin appassjonati tagħha,+ u lili nsietni,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
14 “‘Għalhekk, qiegħed nipperswadiha, u se nġegħelha tmur fix-xagħri,+ u se nkellimha biex nilħqilha qalbha.+ 15 U minn dakinhar ’il quddiem nagħtiha l-għelieqi tad-dwieli tagħha,+ u l-pjanura l-baxxa t’Għakor+ bħala bieb għat-tama; u hemm twieġeb bħal f’jiem żgħożitha+ u bħal f’jum il-ħruġ tagħha mill-art taʼ l-Eġittu.+ 16 U jseħħ f’dak il-jum,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘li int issejjaħli Żewġi, u ma ssejjaħlix iktar Sidi.’*+
17 “‘U nneħħi l-ismijiet tax-xbihat taʼ Bagħal minn fommha,+ u ma jkunux miftakrin iktar b’isimhom.+ 18 U nagħmel patt għall-poplu tiegħi f’dak il-jum rigward il-bhima salvaġġa tar-rabaʼ+ u l-ħliqa li ttir fis-smewwiet u l-ħliqa li titkaxkar maʼ l-art, u neqred mill-pajjiż il-qaws u s-sejf u l-gwerra,+ u nħallihom jgħixu fis-sigurtà.+ 19 U ngħarrsek miegħi għal żmien indefinit,*+ u ngħarrsek miegħi bis-sewwa u bil-ġustizzja u bil-qalb tajba bl-imħabba u bil-ħniniet.+ 20 U ngħarrsek miegħi bil-fedeltà; u int issir taf lil Ġeħova.’+
21 “‘U jrid iseħħ f’dak il-jum li jien inwieġeb,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘inwieġeb lis-smewwiet, u huma, min-naħa tagħhom, iwieġbu lill-art;+ 22 u l-art, min-naħa tagħha, twieġeb lill-qmuħ+ u lill-inbid ħelu u liż-żejt; u huma, min-naħa tagħhom, iwieġbu lil Ġeżragħel.*+ 23 U niżragħha bħal żerriegħa għalija fl-art,+ u nuri ħniena maʼ dik li ma ntwerietx ħniena,+ u ngħid lil dawk li m’humiex il-poplu tiegħi: “Intom il-poplu tiegħi”;+ u huma, min-naħa tagħhom, jgħidu: “Int Alla tagħna.”’”+
3 U Ġeħova kompla jgħidli: “Erġaʼ mur, ħobb mara maħbuba minn ieħor+ u li qed tagħmel adulterju, l-istess bħalma Ġeħova jħobb lil ulied Israel+ għalkemm huma jduru lejn allat oħrajn+ u jħobbu ċ-ċapep taż-żbib tagħhom.”+
2 U xtrajtha bi ħmistax-il biċċa tal-fidda+ u ħomer u nofs xgħir. 3 Imbagħad għedtilha: “Int se tgħammar miegħi għal ħafna jiem.+ Tiżnix+ u ssirx taʼ raġel ieħor;+ u jien ukoll ma nersaqx lejk.”
4 Għax ulied Israel se jgħammru għal ħafna jiem mingħajr sultan+ u mingħajr prinċep u mingħajr sagrifiċċju+ u mingħajr pilastru sagru u mingħajr efod+ u terafim.*+ 5 Wara dan, ulied Israel se jerġgħu lura u jfittxu lil Ġeħova Alla tagħhom,+ u lil David is-sultan tagħhom;+ u jiġu jirtogħdu lejn Ġeħova+ u lejn tjubitu fl-aħħar parti tal-jiem.+
4 Isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova, O wlied Israel, għax Ġeħova għandu kawża legali maʼ l-abitanti tal-pajjiż,+ għax la hemm verità,+ la qalb tajba bl-imħabba, u lanqas għarfien dwar Alla fil-pajjiż.+ 2 Is-sħit,+ il-qerq,+ il-qtil,+ is-serq,+ u l-adulterju+ żdiedu, u hemm tixrid taʼ demm wara tixrid taʼ demm.+ 3 Għalhekk, il-pajjiż se jitnikket+ u kulmin jgħix fih jiddgħajjef tant li kważi jgħib flimkien mal-bhima salvaġġa tar-rabaʼ u mal-ħliqa li ttir fis-smewwiet, u saħansitra l-ħut jinqered.+
4 “Madankollu, ħalli ħadd ma jitlewwem+ maʼ ħadd u lanqas ħadd ma jwiddeb lil ħadd, għax niesek huma bħal dawk li jitlewmu maʼ qassis.+ 5 U int titfixkel bi nhar+ bħallikieku bil-lejl, u saħansitra profeta jitfixkel miegħek.+ U jien se neqred lil ommok.+ 6 Il-poplu tiegħi se jgħib, għax m’hemmx għarfien.+ Talli int stess ċħadt l-għarfien,+ jien ukoll se nċaħħdek milli taqdini bħala qassis;+ u talli dejjem tinsa l-liġi t’Alla tiegħek,+ jien, iva, jien, se ninsa lil uliedek.+ 7 Iżjed ma kienu, iżjed dinbu kontrija.+ Huma partu l-glorja tiegħi mad-diżunur.+ 8 Jieklu minn fuq id-dnub tal-poplu tiegħi, u ruħhom tixxennaq għall-iżball tagħhom.+
9 “U jiġri lill-poplu bħalma jiġri lill-qassis;+ u jien se nitlobhom kont taʼ triqathom;+ u l-aġir tagħhom se nġibu lura fuqhom.+ 10 U huma jieklu, imma ma jixbgħux.+ Jittrattaw lin-nisa li jmorru magħhom bħala prostituti; imma ma jiżdidux,+ għax ma baqgħux jagħtu kas Ġeħova b’rispett.+ 11 Iż-żína u l-inbid u l-inbid ħelu jneħħu l-motiv tajjeb.+ 12 In-nies tiegħi jibqgħu jistaqsu+ lill-idolu tagħhom taʼ l-injam,+ u l-ħatar taʼ idejhom jgħidilhom; għax l-ispirtu taż-żína ġegħelhom jiżvijaw,+ u biż-żína huma ma jibqgħux taħt Alla tagħhom.+ 13 Fuq il-qċaċet tal-muntanji joffru sagrifiċċji,+ u fuq l-għoljiet joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji,+ taħt siġra immensa u siġra taʼ l-istoraċi u siġra kbira, għax id-dell tagħhom tajjeb.+ Huwa għalhekk li l-bniet tagħkom jiżnu u n-nisa taʼ wliedkom jagħmlu adulterju.
14 “Ma nitlobx kont mill-bniet tagħkom għax jiżnu, u min-nisa taʼ wliedkom għax jagħmlu adulterju. Għax l-irġiel jitilqu għal rashom mal-prostituti,+ u joffru sagrifiċċji mal-prostituti nisa tat-tempju;+ u poplu li ma jifhimx+ se jinsaħaq. 15 Għalkemm int qed tiżni, O Israel,+ ħa ma jsirx ħati Ġuda,+ u intom tiġux Gilgal,+ u lanqas titilgħu Bet-awen+ jew taħilfu ‘Daqskemm Ġeħova hu ħaj!’+ 16 Għax, bħal baqra rasha iebsa, Israel sar rasu iebsa.+ Sejjer issa Ġeħova jirgħahom bħallikieku muntun żgħir f’post spazjuż? 17 Efrajm issieħeb maʼ l-idoli.+ Ħallih waħdu!+ 18 Malli tispiċċalhom il-birra tal-qamħ,+ imorru man-nisa u ċertament li jittrattawhom bħala prostituti.+ Dawk li pproteġewh bħal b’tarki+ ħabbew id-diżunur bis-sħiħ.+ 19 Riħ geżwru fi ġwinħajh.+ U se jistħu minħabba s-sagrifiċċji tagħhom.”+
5 “Isimgħu dan, O qassisin,+ u oqogħdu attenti, O dar Israel, u intom, O dar is-sultan,+ agħtu widen, għax il-ġudizzju għandu x’jaqsam magħkom; għax sirtu nassa+ f’Mispa u bħal xibka mifruxa fuq it-Tabor.+ 2 U dawk li tbiegħdu minn dak li hu tajjeb involvew ruħhom sew fil-qtil,+ u jien widdibthom kollha.+ 3 Jien personalment kont naf lil Efrajm,+ u Israel ma kienx moħbi minni.+ Għax issa, O Efrajm, int ittrattajt lin-nisa li mort magħhom bħala prostituti;+ u Israel tniġġes.+ 4 L-aġir tagħhom ma jippermettilhomx jerġgħu lura lejn Alla tagħhom,+ għax hemm spirtu taʼ żína+ f’nofshom; u lil Ġeħova ma rrikonoxxewhx.+ 5 U l-kburija taʼ Israel xehdet kontrih stess;+ u Israel u Efrajm jitfixklu fl-iżball tagħhom stess.+ Ġuda wkoll tfixkel magħhom.+ 6 Huma fittxew lil Ġeħova bin-nagħaġ u l-baqar tagħhom, imma ma setgħux isibuh.+ Hu kien tbiegħed minnhom. 7 Maʼ Ġeħova huma aġixxew bi tradiment,+ għax saru missirijiet taʼ wlied stranġieri.+ F’xahar se jinbelgħu flimkien mal-proprjetà tagħhom.+
8 “Doqqu l-qarn+ f’Gibegħa,+ it-trumbetta f’Rama! Għajtu l-għajta tal-gwerra f’Bet-awen+—għal warajk, O Benjamin!+ 9 O Efrajm, f’jum iċ-ċanfira se ssir sempliċi oġġett taʼ stagħġib.+ Fost it-tribujiet taʼ Israel jien għarraft kliem taʼ min jafdah.+ 10 Il-prinċpijiet taʼ Ġuda saru sewwasew bħal dawk li jressqu lura t-trufijiet taʼ proprjetà.+ Fuqhom se nsawwab qillti bħall-ilma. 11 Efrajm maħqur, imfarrak b’ġustizzja,+ għax hu ssieħeb u mexa wara l-avversarju tiegħu.+ 12 U jien kont bħall-kamla+ għal Efrajm u bħal taħsir għal dar Ġuda.
13 “U Efrajm ra l-marda tiegħu, u Ġuda l-pjaga tiegħu.+ U Efrajm mar l-Assirja+ u bagħat għal sultan kbir.+ Imma dan ma kellux il-ħila jfejjaqkom,+ u ma setax ineħħilkom il-pjaga.+ 14 Għax jien se nkun bħal iljun fl-aqwa tiegħu għal Efrajm+ u bħal iljun b’saħħtu għal dar Ġuda. Jien, iva, jien stess se nqattagħhom biċċiet, u se mmur u nġorrhom ’l hemm, u ma jkun hemm ħadd li jeħlishom.+ 15 Se mmur u nerġaʼ lura lejn posti sakemm iġorru l-ħtija tagħhom;+ u se jfittxu lil wiċċi.+ Meta jkunu f’sitwazzjoni mwiegħra+ jfittxuni.”+
6 “Ejjew, ħa nerġgħu lura lejn Ġeħova,+ għax hu stess qattagħna biċċiet+ imma se jfejjaqna.+ Hu sawwatna, imma se jinfaxxana.+ 2 Se jagħtina l-ħajja wara jumejn.+ Fit-tielet jum iqajjimna, u aħna ngħixu quddiemu.+ 3 U se nkunu nafu, iva, se nibqgħu nfittxu li nkunu nafu lil Ġeħova.+ Bħaż-żerniq,+ il-wasla tiegħu hija stabbilita fis-sod.+ Jiġi għandna bħax-xita qawwija;+ bħax-xita tar-rebbiegħa li xxebbaʼ l-art.”+
4 “X’nagħmillek, O Efrajm? X’nagħmillek, O Ġuda,+ meta l-qalb tajba bl-imħabba tagħkom hi bħas-sħab taʼ fil-għodu u bħan-nida li tgħib kmieni? 5 Għalhekk ikolli nidrobhom permezz tal-profeti;+ se jkolli noqtolhom bi kliem fommi.+ U l-ġudizzji fuqek ikunu bħad-dawl li jiddi.+ 6 Għax jien bil-qalb tajba bl-imħabba tgħaxxaqt,+ mhux bis-sagrifiċċji;+ u bl-għarfien dwar Alla minflok bl-offerti sħaħ tal-ħruq.+ 7 Imma huma, bħal sempliċi bnedmin, kisru l-patt.+ Hemmhekk aġixxew miegħi bi tradiment.+ 8 Gilegħad+ hija belt mimlija nies li jipprattikaw il-ħsara; il-passi tagħhom huma demm.+ 9 U bħal qtajjaʼ taʼ ħallelin lesti għal xi ħadd,+ hekk hi l-ġemgħa taʼ qassisin.+ F’Sikem+ joqtlu mal-ġenb tal-mogħdija, għax ma jwettqu xejn ħlief kondotta laxka.+ 10 Fid-dar taʼ Israel rajt ħaġa orribbli.+ Hemmhekk Efrajm żena.+ Israel tniġġes.+ 11 Iktar minn hekk, O Ġuda, hemm ħsad lest għalik, meta niġbor lura lill-imjassrin tal-poplu tiegħi.”+
7 “Kull darba li nipprova nfejjaq lil Israel,+ jinkixef l-iżball t’Efrajm+ u l-ħażen tas-Samarija;+ għax jaġixxu bil-qerq,+ u l-ħallelin jidħlu fid-djar; qatgħa ħallelin jattakkaw fuq barra.+ 2 U f’qalbhom ma jgħidux+ li jien se niftakar fil-ħażen kollu tagħhom.+ Issa jinsabu mdawrin minn kullimkien bl-aġir tagħhom.+ Quddiem wiċċi qiegħed.+ 3 Bil-ħażen tagħhom huma jferrħu lis-sultan u bil-qerq tagħhom lill-prinċpijiet.+ 4 Ilkoll kemm huma adulteri;+ huma bħal forn li jitkebbes minn furnar, li ma jibqax iqalleb in-nar minn x’ħin jagħmel l-għaġina sakemm titħemmer. 5 F’jum is-sultan tagħna, il-prinċpijiet dardru lilhom infushom+—hemm dagħdigħa minħabba l-inbid.+ Hu medd idu maʼ dawk li jirridikolaw. 6 Għax huma bħallikieku ġabu lil qalbhom qrib forn;+ qed taqbad ġo fihom.+ Il-lejl kollu rieqed il-furnar tagħhom; sa fil-għodu l-forn ikun jaqbad b’nar iħeġġeġ.+ 7 Ilkoll isiru jaħarqu bħall-forn, u jibilgħu lill-imħallfin tagħhom. Is-slaten tagħhom waqgħu kollha;+ ħadd minnhom ma qiegħed jgħajjatli.+
8 “Efrajm jitħallat mal-popli.+ Efrajm sar ftira mhix imdawra fuq in-naħa l-oħra.+ 9 L-istranġieri belgħulu setegħtu,+ u ma ntebaħx.+ Ukoll, ix-xagħar griż bjadlu, imma ma ntebaħx. 10 U l-kburija taʼ Israel xehdet kontrih stess,+ u minħabba dan kollu huma ma reġgħux lura lejn Ġeħova Alla tagħhom,+ lanqas ma fittxewh.+ 11 U Efrajm hu bħal ħamiema+ b’moħħ sempliċi u b’qalb belha.*+ Lill-Eġittu sejħu;+ għand l-Assirja marru.+
12 “Imorru fejn imorru, nifrex fuqhom ix-xibka tiegħi.+ Bħal ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet inniżżilhom.+ Niddixxiplinahom skond it-twissija li ngħataw bħala ġemgħa.+ 13 Gwaj għalihom,+ għax ħarbu minni!+ Inħarbathom, għax dinbu kontrija! Jien fdejthom,+ imma huma gidbu fuqi.+ 14 U ma sejħulix mill-qalb għall-għajnuna,+ għalkemm baqgħu jnewħu fuq is-sodod tagħhom. Minħabba l-qmuħ u l-inbid ħelu tagħhom huma baqgħu jitnikkru ’l hemm u ’l hawn;+ baqgħu jduru kontrija.+ 15 Jien, min-naħa tiegħi, iddixxiplinajthom;+ saħħaħtilhom dirgħajhom,+ imma baqgħu jfasslu l-ħażen kontrija.+ 16 U huma reġgħu lura, iżda mhux lejn xi ħaġa iktar għolja;*+ kienu saru bħal qaws merħi.+ Bis-sejf jaqgħu l-prinċpijiet tagħhom minħabba li jikkundannaw bi lsienhom.+ Dan se jkun il-kaġun tat-twaqqigħ għaċ-ċajt tagħhom fl-art taʼ l-Eġittu.”+
8 “Poġġi qarn+ maʼ fommok! Ġej wieħed bħal ajkla+ kontra d-dar taʼ Ġeħova, għax huma kisru l-patt tiegħi,+ u kontra l-liġi tiegħi naqsu.+ 2 Lili jibqgħu jgħajtu, ‘O Alla tagħna, aħna, Israel, nafuk.’+
3 “Israel twarrab mit-tajjeb.+ Ħa jiġri warajh l-għadu.+ 4 Huma għamlu slaten,+ imma mhux minni kien ġej dan. Għamlu prinċpijiet, imma ma kontx naf b’dan. Bil-fidda u d-deheb tagħhom għamlu idoli għalihom,+ għall-qerda tagħhom stess.+ 5 L-għoġol tiegħek ġie mwarrab,+ O Samarija. Ir-rabja tiegħi xegħlet kontrihom.+ Kemm se jdumu hekk, mhux kapaċi jirkupraw l-innoċenza tagħhom?+ 6 Minn Israel kien dan l-għoġol.+ Sempliċi bniedem tas-sengħa għamlu,+ mhux Alla; għax l-għoġol tas-Samarija se jsir frak.+
7 “Għax jiżirgħu r-riħ, u riħ taʼ tempesta jaħsdu.+ M’hemmx żaraʼ wieqaf.+ Ebda rimja ma tipproduċi d-dqiq.+ Jekk forsi tipproduċih, l-istranġieri se jibilgħuh.+
8 “Israel għandu jinbelaʼ.+ Issa se jkun fost il-ġnus,+ bħal reċipjent li ma jingħoġobx.+ 9 Għax huma telgħu għand l-Assirja,+ bħal żebra li nqatgħet għaliha.+ Fil-każ t’Efrajm, huma krew il-prostituti bħala maħbubin.+ 10 U għalkemm jibqgħu jikruhom minn fost il-ġnus,+ jien issa se niġborhom flimkien; u se jbatu ħafna+ għal ftit żmien minħabba t-tagħbija tas-sultan u l-prinċpijiet.
11 “Għax Efrajm żied l-artali biex jidneb.+ Għamel l-artali biex jidneb.+ 12 Ktibtlu ħafna affarijiet fil-liġi+ tiegħi imma qieshom sempliċement bħala xi ħaġa barranija.+ 13 Huma offrewli l-laħam+ b’sagrifiċċji bħala għotja, u kielu dak li Ġeħova ma ħax pjaċir bih.+ Issa hu se jiftakar l-iżball tagħhom u jitlob kont taʼ dnubiethom.+ Għand l-Eġittu reġgħu marru.+ 14 U Israel beda jinsa lil Dak li għamlu+ u beda jibni t-tempji;+ u Ġuda żied il-bliet fortifikati.+ Se nibgħat in-nar fil-bliet tiegħu u dan irid jiblaʼ t-torrijiet mgħammrin taʼ kull wieħed minnhom.”+
9 “Tithenniex, O Israel.+ Tifraħx bħall-popli.+ Għax biż-żína tbegħedt minn Alla tiegħek.+ Int ħabbejt il-ħlas għall-prostituzzjoni li wettaqt fuq il-qigħan kollha fejn jidirsu l-qmuħ.+ 2 Il-qiegħa tad-dris u l-magħsar taʼ l-inbid ma jitimgħuhomx,+ u l-inbid ħelu jkun taʼ diżappunt għalihom.+ 3 Ma jibqgħux jgħammru fl-art taʼ Ġeħova,+ u Efrajm imur lura għand l-Eġittu,+ u fl-Assirja se jieklu dak li mhux nadif.+ 4 Mhux se jkomplu jferrgħu l-inbid lil Ġeħova.+ U bis-sagrifiċċji tagħhom hu ma jitgħaxxaqx;+ dawn huma bħall-ħobż taʼ żmien il-vistu+ għalihom; dawk kollha li jieklu minnu se jitniġġsu. Għax il-ħobż tagħhom hu għalihom stess; ma jidħolx fid-dar taʼ Ġeħova.+ 5 X’se tagħmlu intom f’jum il-laqgħa u f’jum il-festa taʼ Ġeħova?+ 6 Għax se jkollhom jitilqu minħabba l-ħerba.+ L-Eġittu se jiġborhom flimkien;+ Memfi+ se tidfinhom. Il-ħurrieq se jiret l-affarijiet mixtiqin tagħhom tal-fidda;+ għollieq se jkun hemm fit-tined tagħhom.+
7 “Il-jiem li tingħata attenzjoni jridu jiġu;+ il-jiem tal-ħlas mistħoqq iridu jiġu.+ In-nies taʼ Israel se jkunu jafuh dan.+ Il-profeta se jkun bħal iblah,+ il-bniedem t’espressjoni mnebbħa se jiġġennen minħabba l-abbundanza taʼ l-iżball tiegħek,+ u minħabba li l-mibegħda hija abbundanti.”
8 L-għassies+ t’Efrajm kien m’Alla tiegħi.+ Inkwantu għall-profeta,+ hemm in-nasba tan-nassâb fit-triqat kollha tiegħu;+ hemm il-mibegħda f’dar Alla tiegħu. 9 Huma involvew ruħhom sew f’li jġibu rovina,+ bħal f’jiem Gibegħa.+ Hu se jiftakar l-iżball tagħhom;+ se jitlob kont taʼ dnubiethom.
10 “Bħall-għeneb fix-xagħri qist lil Israel.+ Bħat-tina bikrija fuq siġra tat-tin fil-bidu tagħha jien rajt lil missirijietkom.+ Imma huma marru għand Bagħal taʼ Pegħor,+ u ddedikaw ruħhom lill-ħaġa taʼ mistħija,+ u saru moqżieża bħall-ħaġa li ħabbew.+ 11 U l-glorja t’Efrajm se ttir bħal għasfur,+ u la jkun hemm twelid, la tqala, u lanqas tnissil.+ 12 Għax għalkemm irabbu ’l uliedhom subien, jien ma nħallilhomx tfal biex ma jkun hemm ebda raġel.+ Iva, gwaj għalihom meta nwarrab minnhom!+ 13 Efrajm, li rajtu bħal Tir imħawwel f’mergħa,+ iva, Efrajm se jkollu joħroġ ’l uliedu għall-qattiel.”+
14 Agħtihom, O Ġeħova, dak li għandek tagħtihom.+ Agħtihom ġuf li ma jżommx tarbija+ u isdra nexfin.
15 “Il-ħażen kollu tagħhom kien f’Gilgal,+ għax hemmhekk kelli nobgħodhom.+ Minħabba l-aġir mill-agħar tagħhom se nkeċċihom minn ġo dari stess.+ Ma nkomplix nurihom imħabba.+ Il-prinċpijiet kollha tagħhom qed iwebbsu rashom.+ 16 Efrajm għandu jiġġarraf.+ L-istess għerq tagħhom għandu jinxef.+ Ma jkollhomx frott.+ Ukoll, fil-każ li jildu, jien noqtlilhom l-affarijiet mixtiqin taʼ ġufhom.”+
17 Alla tiegħi+ jiċħadhom għax ma semgħux minnu,+ u jkunu maħrubin fost il-ġnus.+
10 “Israel dielja+ li qed issir salvaġġa. Jibqaʼ jagħmel il-frott għalih.+ Skond l-abbundanza tal-frott tiegħu hu żied l-artali tiegħu.+ Skond it-tjubija t’artu, in-nies waqqfu pilastri sagri impressjonanti.+ 2 Qalbhom saret ipokrita;+ issa se jinstabu ħatjin.
“Hemm wieħed li se jkisser l-artali tagħhom; se jħarbat il-pilastri tagħhom.+ 3 Għax issa se jgħidu, ‘M’għandna ebda sultan,+ għax ma bżajniex minn Ġeħova. U x’se jagħmel għalina s-sultan?’
4 “Huma jitkellmu fil-vojt, jaħilfu falz,+ jagħmlu pattijiet;+ u l-ġudizzju nibet bħal pjanta velenuża fir-raddi tar-rabaʼ.+ 5 Ir-residenti tas-Samarija se jibżgħu minħabba l-idolu forma t’għoġol taʼ Bet-awen;+ minħabba fih in-nies tagħha se jitnikktu, kif ukoll il-qassisin taʼ l-allat barranin tagħha li kienu jkunu ferħanin bih minħabba l-glorja tiegħu, għax se jkun mar fl-eżilju lil hinn minnhom.+ 6 Saħansitra xi ħadd se jġib l-idolu lejn l-Assirja bħala għotja lil sultan kbir.+ Mistħija se jġib fuqu nnifsu Efrajm,+ u Israel se jistħi bil-pjanijiet tiegħu.+ 7 Is-Samarija u s-sultan tagħha se jgħibu,+ bħal fergħa mqaċċta fuq wiċċ l-ilmijiet. 8 U l-postijiet għall-qima* taʼ Bet-awen,+ id-dnub taʼ Israel,+ se jinqerdu għalkollox. Xewk u għollieq+ se jikbru fuq l-artali tagħhom.+ U n-nies se jgħidu lill-muntanji, ‘Ordmuna!’ u lill-għoljiet, ‘Aqgħu fuqna!’+
9 “Sa mill-jiem taʼ Gibegħa+ ilek tidneb,+ O Israel. Hemmhekk huma ma tbiddlux. F’Gibegħa, il-gwerra kontra wlied l-inġustizzja ma laħqithomx għalkollox.+ 10 Meta rrid se niddixxiplinahom.+ U l-popli se jinġabru kontrihom meta b’kastig ikollhom iġorru ż-żewġ żbalji tagħhom.+
11 “Efrajm kien għoġla mħarrġa li tħobb tidres;+ u jien, min-naħa tiegħi, għaddejt fuq l-għonq sabiħ tagħha. Se rrikkeb lil xi ħadd fuq Efrajm.+ Ġuda jaħrat;+ Ġakobb iwittilu l-ħamrija.+ 12 Iżirgħu bis-sewwa;+ aħsdu skond il-qalb tajba bl-imħabba.+ Aħdmu l-art li hi tajba għall-ħrit,+ meta għad hemm ħin biex tfittxu lil Ġeħova sakemm jiġi+ u jistruwikom dwar is-sewwa.+
13 “Intom ħrattu l-ħażen.+ Ħsadtu l-inġustizzja.+ Intom kiltu l-frott tal-qerq,+ għax fdajtu fi triqitkom,+ fil-kotra tas-setgħanin tagħkom.+ 14 U qamet rewwixta fost nieskom,+ u l-bliet fortifikati tagħkom se jkunu rovinati kollha,+ bħar-rovina li għamel Salman minn dar Arbel, fil-jum tal-battalja meta omm tfarrket maġenb uliedha stess.+ 15 Hekk se jagħmlulkom, O Betel, minħabba l-ħażen estrem tagħkom.+ Fiż-żerniq, is-sultan taʼ Israel żgur se jkollu jgħib.”+
11 “Ħabbejt lil Israel meta kien tifel,+ u mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.+
2 “Kien hemm dawk li sejħulhom.+ Iżjed ma sejħulhom, iżjed tbiegħdu minnhom.+ Lix-xbihat taʼ Bagħal offrew is-sagrifiċċji,+ u lix-xbihat minquxin offrewlhom id-duħħan tas-sagrifiċċji.+ 3 Imma kont jien li għallimt lil Efrajm jimxi,+ li rfajtu f’dirgħajja;+ u huma ma rrikonoxxewx li kont fejjaqthom.+ 4 Bil-ħbula tal-qalb tajba umana bqajt niġbidhom, bl-irbit taʼ l-imħabba,+ u b’hekk sirt għalihom bħal wieħed li jneħħi l-madmad mix-xedaq tagħhom,+ u b’ġentilezza tajt l-ikel lil kull wieħed.+ 5 Hu mhux se jmur lura lejn l-art taʼ l-Eġittu, imma l-Assirja se ssaltan fuqu,+ għax huma rrifjutaw li jiġu lura għandi.+ 6 U sejf se jixxejjer ’l hemm u ’l hawn fi blietu+ u jeqred l-istaneg tiegħu u jiblagħhom+ minħabba l-pjanijiet tagħhom.+ 7 U n-nies tiegħi għandhom it-tendenza li ma jurunix fedeltà.+ Hemm min isejħilhom biex jerġgħu lura lejn l-ogħla wieħed; imma lanqas ħadd ma jqum.
8 “Kif nistaʼ nitilqek, O Efrajm?+ Kif nistaʼ nagħtik f’idejn ħaddieħor, O Israel?+ Kif nistaʼ nagħmlek bħal Adma?+ Kif nistaʼ nagħmillek bħalma għamilt lil Sebojim?+ Qalbi nbidlet ġewwa fija;+ fl-istess ħin il-mogħdrijiet tiegħi tqanqlu. 9 M’iniex se nesprimi r-rabja taħraq tiegħi.+ M’iniex se nerġaʼ neqred+ lil Efrajm, għax jien Alla+ u mhux bniedem, il-Qaddis f’nofsok;+ u m’iniex se niġi kontrik b’qilla. 10 Wara Ġeħova se jimxu.+ Bħal iljun se jgħajjat;+ għax hu nnifsu se jgħajjat,+ u l-ulied se jiġu jitriegħdu mill-punent.+ 11 Bħal għasfur se joħorġu jitriegħdu mill-Eġittu,+ u bħal ħamiema mill-art taʼ l-Assirja;+ u se nġegħelhom jgħammru fi djarhom,” hija l-kelma taʼ Ġeħova.+
12 “Efrajm dawwarni bil-gideb minn kullimkien,+ u d-dar taʼ Israel bil-qerq. Imma Ġuda għadu jimxi m’Alla,+ u juri fedeltà lejn l-Iktar Wieħed Qaddis.”
12 “Efrajm jiekol ir-riħ+ u jiġri wara r-riħ mil-lvant il-jum kollu.+ Kattar il-gideb u s-serq.+ Jagħmlu patt maʼ l-Assirja,+ u lejn l-Eġittu jinġieb iż-żejt.
2 “U Ġeħova għandu kawża legali maʼ Ġuda,+ iva, se jitlob kont minn Ġakobb skond triqatu;+ se jħallsu lura skond l-aġir tiegħu.+ 3 Fiż-żaqq hu ħataf lil ħuh mill-għarqub,+ u b’saħħtu kollha ssara m’Alla.+ 4 U baqaʼ jissara m’anġlu u fl-aħħar għelbu.+ Beka, u talbu jurih ħniena.”+
F’Betel Hu sabu,+ u hemmhekk Hu kellimna.+ 5 U dan hu Ġeħova, l-Alla taʼ l-armati.+ Ġeħova hu l-isem li bih jiġi miftakar.+
6 “U int, lejn Alla tiegħek għandek terġaʼ lura,+ billi tħares il-qalb tajba bl-imħabba+ u l-ġustizzja;+ u ħa tittama f’Alla tiegħek il-ħin kollu.+ 7 F’id in-negozjant hemm il-miżien tal-qerq;+ hu jħobb jimbrolja.+ 8 U Efrajm jibqaʼ jgħid, ‘Tabilħaqq, sirt sinjur;+ sibt affarijiet taʼ valur għalija.+ Fit-taħbit kollu tiegħi m’humiex se jsibuli xi żball li huwa dnub.’+
9 “Imma jien Ġeħova Alla tiegħek minn żmien l-art taʼ l-Eġittu.+ Għad nagħmlek tgħammar fit-tined bħal fil-jiem taʼ festa. 10 Jien kellimt lill-profeti,+ żidt il-viżjonijiet, u tajt tixbihat permezz tal-profeti.+
11 “In-nies taʼ Gilegħad ipprattikaw il-maġija u gidbu.+ F’Gilgal issagrifikaw il-barrin.+ Iktar minn hekk, l-artali tagħhom huma bħal gzuz taʼ ġebel fir-raddi tar-rabaʼ.+ 12 U Ġakobb ħarab lejn it-territorju tas-Sirja,+ u Israel+ baqaʼ jaqdi għal mara,+ u għal mara ħares in-nagħaġ.+ 13 U bi profeta, Ġeħova ħareġ lil Israel mill-Eġittu,+ u bi profeta ħarsu.+ 14 Efrajm offenda bl-ikrah lil Alla,+ u l-għemejjel tiegħu taʼ tixrid taʼ demm jibqgħu fuqu,+ u s-Sid Grandjuż tiegħu se jroddlu t-tmaqdir li ġab fuqu.”+
13 “Meta Efrajm kien jitkellem, kien ikun hemm it-tregħid; kien influwenti f’Israel.+ Imma hu sar ħati minħabba Bagħal+ u miet.+ 2 U issa jerġgħu jidinbu u jagħmlu għalihom statwa mill-fidda mdewba tagħhom,+ idoli skond kif jifhmu huma,+ kollha xogħol in-nies tas-sengħa.+ Dwar l-idoli qed jgħidu, ‘Ħalli dawk il-bnedmin li jagħmlu s-sagrifiċċji jbusu l-għoġiela.’+ 3 Għalhekk, se jsiru bħas-sħab taʼ fil-għodu+ u bħan-nida li tgħib kmieni; bħall-karfa li tittajjar mill-qiegħa tad-dris+ u bħad-duħħan mill-fetħa tas-saqaf.
4 “Imma jien Ġeħova Alla tiegħek minn żmien l-art taʼ l-Eġittu,+ u ma kont taf b’ebda Alla ieħor ħliefi; u ma kien hemm ebda salvatur ħliefi.+ 5 Jien ħadt ħsiebek fix-xagħri,+ fl-art fejn in-nies jitlgħalhom id-deni.+ 6 Meta kielu mill-mergħa tagħhom xebgħu.+ Xebgħu u qalbhom tkabbret.+ Għalhekk insewni.+ 7 U jien se nsir għalihom bħal iljun b’saħħtu.+ Bħal leopard ħdejn it-triq se nibqaʼ nħares.+ 8 Se nħebb għalihom bħal orsa li tilfet il-frieħ tagħha,+ u se niftħilhom il-qafas taʼ sidirhom. Niblagħhom hemmhekk bħal iljun;+ bhima salvaġġa tar-rabaʼ se tqattagħhom biċċiet.+ 9 Se ssir ħerba,+ O Israel, għax dak li għamilt kien kontrija, kontra l-għajnuna tiegħek.+
10 “Fejn, allura, hu s-sultan tiegħek, biex isalvak fil-bliet kollha tiegħek,+ u l-imħallfin tiegħek, li dwarhom int għedt, ‘Agħtini sultan u prinċpijiet’?+ 11 Jien tajtek sultan fir-rabja tiegħi,+ u fil-qilla tiegħi se nneħħih.+
12 “L-iżball t’Efrajm huwa merfugħ f’sorra, dnubu ġie maħżun.+ 13 Fuqu se jiġi l-uġigħ tal-ħlas taʼ mara tiled.+ M’huwiex iben għaqli,+ għax meta jasallu żmienu ma jiħux il-pożizzjoni fil-post minfejn l-ulied joħorġu mill-ġuf.+
14 “Minn taħt idejn il-Qabar* se nifdihom;+ mill-mewt se nġibhom lura.+ Fejn hu t-tingiż tiegħek, O Mewt?+ Fejn hi s-setgħa qerrieda tiegħek, O Qabar?+ Il-mogħdrija se tkun moħbija minn għajnejja.+
15 “Imqar jekk joktor bħall-qasab,+ jiġi riħ mil-lvant, ir-riħ taʼ Ġeħova.+ Mix-xagħri ġej, u se jnixxef il-bir tiegħu u jixxotta n-nixxiegħa tiegħu.+ Dan se jħarbat it-teżor li fih kull oġġett mixtieq.+
16 “Is-Samarija se tinstab ħatja,+ għax hi qed tirribella kontra Alla tagħha.+ Bis-sejf se jaqgħu.+ Uliedhom se jitfarrku+ u n-nisa tqal tagħhom se jiġu mċarrtin.”+
14 “Ejja lura, O Israel, lejn Ġeħova Alla tiegħek,+ għax int tfixkilt fl-iżball tiegħek.+ 2 Ġibu l-kliem taʼ ndiema magħkom u ejjew lura lejn Ġeħova.+ Għidulu, intom ilkoll, ‘Jalla taħfer l-iżball;+ u aċċetta t-tajjeb, u aħna se noffru bi tpattija l-frott taʼ xofftejna, iva, il-barrin żgħar tat-tifħir.+ 3 L-Assirja mhix se ssalvana.+ Fuq żwiemel m’aħniex se nirkbu.+ U qatt iktar m’aħna se ngħidu: “O Alla tagħna!” lil xogħol idejna, għax huwa permezz tiegħek li tifel bla missier jintwera ħniena.’+
4 “Se nfejjaq in-nuqqas taʼ fedeltà tagħhom.+ Se nħobbhom minn jeddi,+ għax ir-rabja tiegħi reġgħet lura minn fuqu.+ 5 Se nsir bħan-nida għal Israel.+ Hu se jwarrad bħall-ġilju, u se joħroġ għeruqu bħal-Libanu. 6 Il-friegħi tiegħu se jinfirxu, u d-dinjità tiegħu se ssir bħal dik tas-siġra taż-żebbuġ,+ u l-fwieħa tiegħu se tkun bħal tal-Libanu. 7 Huma se jerġgħu jgħammru f’dellu.+ Se jkabbru l-qmuħ u jarmu bħad-dielja.+ It-tifkira tiegħu se tkun bħall-inbid tal-Libanu.
8 “Efrajm se jgħid, ‘X’għandi x’naqsam iktar maʼ l-idoli?’+
“Jien stess se nwieġeb u nibqaʼ nżomm ħarsti fuqu.+ Jien inkun bħal siġra tħaddar tal-ġnibru.+ Għandi ssib il-frott għalik.”
9 Min hu għaref biex jifhem dawn l-affarijiet,+ għaqli biex ikun jafhom?+ Għax it-triqat taʼ Ġeħova retti,+ u n-nies sewwa huma dawk li se jimxu fihom;+ imma dawk li jiksru l-liġi se jitfixklu fihom.+
Forma mqassra taʼ Ħosajja, li jfisser “Salvat minn Jah; Jah Salva.” Ħosea hu l-ewwel wieħed mill-“Profeti ż-Żgħar,” li huma 12. L-Ebrej jiġbru l-profeziji tagħhom fi ktieb wieħed imsejjaħ “It-Tnax,” jiġifieri, Ħosea, Ġoel, Għamos, Għobadija, Ġona, Mikea, Naħum, Ħabakkuk, Sofonija, Ħaggaj, Żakkarija, u Malakija.
Il-belt irjali fejn kienu jgħixu s-slaten taʼ Israel tat-tramuntana, għalkemm is-Samarija kienet il-belt kapitali tagħhom. Ara l-1Sl 21:1.
Ifisser “Ma Ntwerietx Ħniena.”
Ifisser “Mhux il-Poplu Tiegħi.”
Is-Sabat kien minn inżul ix-xemx tal-Ġimgħa sa nżul ix-xemx tas-Sibt. Ara Eżo 16:23, in-nota taʼ taħt.
Jew, “Bagħal tiegħi.”
Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt.
Ifisser “Alla Se Jiżraʼ ż-Żerriegħa.”
Ara Ġen 31:19, in-nota taʼ taħt.
Ara Pr 6:32, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “mhux ’il fuq,” jiġifieri, mhux lejn forma elevata taʼ qima.
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.