LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Rumani 1:1-16:27
  • Lir-​Rumani

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lir-​Rumani
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Lir-​Rumani

Lir-​Rumani

1 Pawlu, ilsir+ taʼ Ġesù Kristu u msejjaħ+ biex ikun appostlu,+ maħtur għall-​aħbar tajba t’Alla,+ 2 li wegħedha minn qabel permezz tal-​profeti+ tiegħu fl-​Iskrittura mqaddsa, 3 dwar Ibnu, li skond il-​laħam+ ġie minn nisel David,+ 4 imma skond l-​ispirtu+ tal-​qdusija ġie dikjarat Bin+ Alla b’qawwa+ permezz taʼ l-​irxoxt mill-​imwiet+—iva, Ġesù Kristu, il-​Mulej tagħna, 5 li permezz tiegħu ntwerejna qalb tajba mhix mistħoqqa+ u rċivejna appostolat+ sabiex ikun hemm ubbidjenza bil-​fidi minħabba ismu fost il-​ġnus+ kollha, 6 li fosthom intom ukoll imsejħin biex tkunu taʼ Ġesù Kristu— 7 lil dawk kollha li qegħdin Ruma bħala l-​maħbubin t’Alla, imsejħin+ biex ikunu qaddisin:+

Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi+ lilkom mingħand Alla Missierna u l-​Mulej Ġesù Kristu.+

8 L-ewwelnett, nirringrazzja+ lil Alla tiegħi permezz taʼ Ġesù Kristu għalikom ilkoll, għax fid-​dinja kollha qed jitkellmu+ fuq il-​fidi tagħkom. 9 Alla, li bl-​ispirtu tiegħi nagħtih servizz sagru bl-​aħbar tajba dwar Ibnu, hu x-​xhud tiegħi+ li jien bla heda dejjem insemmikom fit-​talb tiegħi,+ 10 u nitolbu bil-​ħniena biex issa, jekk inhu possibbli, fl-​aħħar ir-​rieda+ t’Alla tiffavurini biex niġi għandkom. 11 Għax għandi xewqa kbira li narakom,+ biex nagħtikom xi għotja spiritwali+ sabiex tissodaw; 12 jew, pjuttost, biex ninkuraġġixxu+ lil xulxin bil-​fidi tagħna,+ intom lili u jien lilkom.

13 Imma ma rridkomx ma tkunux tafu, ħuti,+ li kemm-il darba kelli f’moħħi li niġi għandkom+ sabiex anki fostkom nikseb xi frott+ bħalma ksibt fost il-​bqija tal-​ġnus, imma s’issa ġejt imfixkel. 14 Jien midjun kemm lejn il-​Griegi u kemm lejn il-​Barbari, kemm lejn l-​għorrief+ u kemm lejn il-​boloh; 15 għalhekk, jien ħerqan li nxandar l-​aħbar tajba+ lilkom ukoll li qegħdin Ruma.+ 16 Jien ma nistħix+ minħabba l-​aħbar tajba; fil-​fatt, hi l-​qawwa+ t’Alla għas-​salvazzjoni taʼ kulmin għandu l-​fidi,+ l-​ewwel+ tal-​Lhudi u mbagħad tal-​Grieg;+ 17 għax fiha l-​ġustizzja+ t’Alla qed tiġi rivelata minħabba l-​fidi+ u dan ikattar il-​fidi, bħalma hu miktub: “Imma l-​ġust jgħix permezz tal-​fidi.”+

18 Il-korla+ t’Alla qed tiġi rivelata mis-​sema kontra kull nuqqas taʼ devozzjoni u kull inġustizzja+ tal-​bnedmin li qed joħonqu l-​verità+ b’mod inġust,+ 19 għax dak li jistaʼ jkun magħruf dwar Alla jidher fosthom,+ peress li Alla għamlu evidenti għalihom.+ 20 Il-kwalitajiet inviżibbli tiegħu,+ jiġifieri, il-​qawwa+ eterna u d-​Divinità tiegħu,+ kienu jidhru ċar mill-​ħolqien tad-​dinja ’l quddiem,+ għax jintgħarfu mill-​affarijiet li nħolqu,+ u b’hekk ma jistgħux iġibu skuża.+ 21 Għalkemm kienu jafu lil Alla, ma gglorifikawhx bħala Alla u lanqas irringrazzjawh,+ imma bdew jirraġunaw bla sens+ u qalbhom iddallmet+ għax ma kellhiex intelliġenza. 22 Għalkemm insistew li kienu għorrief, saru boloh+ 23 u bidlu l-​glorja+ taʼ l-​Alla li ma jitħassarx maʼ xi ħaġa bħax-​xbieha+ tal-​bniedem li jitħassar u taʼ l-​għasafar u tal-​ħlejjaq b’erbaʼ saqajn u taʼ l-​annimali li jitkaxkru.+

24 Għalhekk Alla, fi qbil max-​xewqat taʼ qlubhom, telaqhom għan-​nuqqas taʼ ndafa,+ sabiex jiddiżonoraw+ lil ġisimhom+ stess, 25 dawk li bidlu l-​verità+ t’Alla mal-​gidba+ u qiemu u taw servizz sagru lill-​ħolqien minflok lill-​Ħallieq, li hu mbierek għal dejjem. Amen. 26 Huwa għalhekk li Alla telaqhom għal aptiti sesswali t’għajb,+ għax in-​nisa tagħhom bidlu l-​użu naturali taʼ ġisimhom stess f’wieħed kontra n-​natura;+ 27 u bl-​istess mod anki l-​irġiel telqu l-​użu naturali tal-​mara+ u xegħlu b’passjoni qawwija għal xulxin, raġel maʼ raġel,+ jagħmlu dak li hu oxxen+ u jirċievu fihom infushom il-​ħlas sħiħ+ li kien ħaqqhom għall-​iżball tagħhom.+

28 U bħalma m’għoġobhomx li jkollhom għarfien+ eżatt dwar Alla, Alla telaqhom għal stat mentali diżapprovat,+ biex jagħmlu dak li mhux xieraq,+ 29 mimlijin b’kull inġustizzja,+ aġir mill-​agħar,+ regħba,*+ ħażen,+ kollhom għira,+ qtil,+ ġlied,+ qerq,+ taʼ natural malizzjuż,+ iħobbu jfesfsu,+ 30 jgħidu bin-​nies,+ jobogħdu lil Alla, insolenti,+ suppervi,+ minfuħin bihom infushom,+ jivvintaw il-​ħsara,+ ma jobdux lill-​ġenituri,+ 31 ma jifhmux,+ ma jżommux kelmithom,+ m’għandhomx imħabba naturali,+ bla ħniena.+ 32 Għalkemm dawn jafu tajjeb id-​digriet ġust t’Alla,+ li dawk li jipprattikaw dawn l-​affarijiet jistħoqqilhom il-​mewt,+ huma mhux biss jibqgħu jagħmluhom imma wkoll jaqblu+ maʼ dawk li jipprattikawhom.

2 Għalhekk, O bniedem,+ jekk tiġġudika+ m’għandek ebda skuża, int min int; għax meta tiġġudika lil ħaddieħor tkun qed tikkundanna lilek innifsek, għax waqt li qed tiġġudika+ qed tipprattika l-​istess affarijiet.+ 2 Issa aħna nafu li l-​ġudizzju t’Alla, li hu fi qbil mal-​verità,+ hu kontra dawk li jipprattikaw dawn l-​affarijiet.

3 Imma int, O bniedem,+ li tiġġudika lil dawk li jipprattikaw dawn l-​affarijiet waqt li tagħmilhom int stess, għandek l-​idea li se taħrab mill-​ġudizzju t’Alla?+ 4 Jew tistmerr int ir-​rikkezzi tal-​qalb tajba+ u tat-​tolleranza+ u tas-​sabar fit-​tul tiegħu,+ għax ma tafx li l-​qalb tajba t’Alla qed tipprova twasslek għall-​indiema?+ 5 Imma bl-​ebusija+ u n-​nuqqas taʼ ndiema taʼ qalbek+ qed taħżen għalik innifsek il-​korla+ għal jum il-​korla+ meta jiġi rivelat+ il-​ġudizzju+ ġust t’Alla. 6 Għax hu jagħti lil kull wieħed skond għemilu:+ 7 ħajja taʼ dejjem lil min bis-​sabar qed ifittex il-​glorja, l-​unur, u n-​nuqqas taʼ taħsir+ f’għemil li hu tajjeb; 8 madankollu, għal min hu ġellied+ u ma jobdix il-​verità+ imma jobdi l-​inġustizzja jkun hemm korla u rabja,+ 9 tribulazzjoni u niket, għal kulmin jagħmel il-​ħsara, l-​ewwel il-​Lhudi+ u mbagħad il-​Grieg;+ 10 imma glorja u unur u paċi għal kulmin jagħmel it-​tajjeb,+ l-​ewwel il-​Lhudi+ u mbagħad il-​Grieg.+ 11 Għax Alla ma juri ebda parzjalità.+

12 Per eżempju, kulmin dineb mingħajr liġi jinqered ukoll mingħajr liġi;+ imma kulmin dineb taħt il-​liġi+ jiġi ġudikat bil-​liġi.+ 13 Għax mhux min jismaʼ l-​liġi hu ġust quddiem Alla, imma min jagħmel+ il-​liġi jiġi dikjarat ġust.+ 14 Għax kulmeta n-​nies tal-​ġnus+ li m’għandhomx liġi+ jagħmlu b’mod naturali l-​affarijiet tal-​liġi,+ dawn in-​nies, għalkemm m’għandhomx liġi, huma liġi għalihom infushom. 15 Dawn juru li s-​sustanza tal-​liġi hi miktuba fi qlubhom,+ waqt li l-​kuxjenza tagħhom+ qed tixhed magħhom u, fi ħsibijiethom stess, qed jiġu akkużati+ jew skużati. 16 Dan se jkun fil-​jum meta Alla permezz taʼ Kristu Ġesù jiġġudika+ l-​affarijiet sigrieti+ tal-​bnedmin,+ skond l-​aħbar tajba li nxandar.+

17 Issa, jekk int tissejjaħ+ Lhudi u qed tistrieħ fuq il-​liġi+ u tħossok kburi b’Alla,+ 18 u taf ir-​rieda tiegħu+ u tapprova dak li hu eċċellenti għax int mgħallem bil-​fomm mil-​Liġi;+ 19 u persważ li int gwida taʼ l-​għomja,+ dawl għal min hu fid-​dlam,+ 20 tikkoreġi lil min mhux raġunevoli,+ għalliem taċ-​ċkejknin,+ u għandek il-​qafas+ taʼ l-​għarfien u tal-​verità+ fil-​Liġi— 21 int, mela, li tgħallem lil ħaddieħor, ma tgħallimx lilek innifsek?+ Int li tippriedka “Tisraqx,”+ tisraq int?+ 22 Int li tgħid “Tagħmilx adulterju,”+ tagħmel adulterju? Int li tesprimi stmerrija lejn l-​idoli, tisraq+ mit-​tempji? 23 Int li tħossok kburi bil-​liġi, tiddiżonora lil Alla billi tikser il-​Liġi?+ 24 Għax “l-​isem t’Alla qed jiġi mkasbar minħabba fikom fost il-​ġnus”;+ bħalma hu miktub.

25 Fil-fatt, iċ-​ċirkonċiżjoni+ tkun taʼ benefiċċju biss jekk int tipprattika l-​liġi;+ imma jekk tikser il-​liġi, minn bniedem ċirkonċiż+ issir bniedem bla ċirkonċiżjoni.+ 26 Għalhekk, jekk bniedem mhux ċirkonċiż+ iħares il-​ħtiġijiet+ ġusti tal-​Liġi, għalkemm ma jkunx ċirkonċiż jitqies bħala ċirkonċiż, hux hekk?+ 27 U billi jwettaq il-​Liġi, il-​bniedem li mhux ċirkonċiż min-​natura jiġġudika lilek+ li qed tikser il-​liġi minkejja li għandek il-​liġi miktuba u ċ-​ċirkonċiżjoni. 28 Għax il-​Lhudi m’huwiex dak li hu Lhudi minn barra,+ lanqas iċ-​ċirkonċiżjoni m’hi dik li hi minn barra fil-​laħam.+ 29 Imma l-​Lhudi hu dak li hu Lhudi minn ġewwa,+ u ċ-​ċirkonċiżjoni tiegħu hi dik fil-​qalb+ bl-​ispirtu, u mhux b’xi liġi miktuba.+ It-​tifħir+ taʼ dan mhux ġej mill-​bnedmin, imma minn Alla.+

3 Allura, x’inhi s-​superjorità tal-​Lhudi,+ jew x’inhu l-​benefiċċju taċ-​ċirkonċiżjoni?+ 2 Ħafna u b’kull mod. L-​ewwelnett, għax huma kienu fdati bid-​dikjarazzjonijiet sagri t’Alla.+ 3 Allura, xi jfisser dan? Jekk xi wħud m’esprimewx fidi,+ in-​nuqqas taʼ fidi tagħhom forsi se jagħmel il-​fedeltà+ t’Alla bla effett?+ 4 Jalla qatt ma jkun dan! Imma ħa jintwera li Alla hu veru,+ għalkemm kull bniedem jintwera li hu giddieb,+ bħalma hu miktub: “Sabiex jintwera li int ġust fi kliemek u tirbaħ meta tiġi ġudikat.”+ 5 Madankollu, x’ngħidu jekk bl-​inġustizzja tagħna tispikka l-​ġustizzja+ t’Alla? Alla mhux inġust+ meta jisfoga l-​korla tiegħu, hux hekk? (Qed nitkellem taʼ bniedem.)+ 6 Jalla qatt ma jkun dan! Inkella Alla kif se jiġġudika d-​dinja?+

7 Iżda jekk minħabba l-​gidba tiegħi l-​verità t’Alla+ saret tidher iktar, u dan għall-​glorja tiegħu, għala jien ukoll għadni niġi ġudikat bħala midneb?+ 8 U għala ma ngħidux, bħalma jakkużawna+ b’mod falz u bħalma xi wħud jgħidu li aħna ngħidu: “Ħa nagħmlu l-​ħażin biex jiġi t-​tajjeb”?+ Il-​ġudizzju+ kontra dawn in-​nies hu fi qbil mal-​ġustizzja.+

9 Allura, x’qed ngħidu? Qegħdin aħna f’pożizzjoni+ aħjar? Lanqas xejn! Għax hawn fuq għamilna l-​akkuża li kemm il-​Lhud kif ukoll il-​Griegi qegħdin ilkoll taħt id-​dnub;+ 10 bħalma hu miktub: “M’hemm ebda bniedem ġust, lanqas wieħed li hu wieħed;+ 11 m’hemm ħadd li għandu d-​dehen, m’hemm ħadd li jfittex lil Alla.+ 12 Il-bnedmin kollha żvijaw, ilkoll flimkien saru bla siwi; m’hemm ħadd li juri qalb tajba, lanqas biss wieħed.”+ 13 “Gerżumithom qabar miftuħ, ilsienhom+ użawh għall-​qerq.” “Velenu tas-​sriep hemm wara xofftejhom.”+ 14 “U fommhom mimli saħta u espressjonijiet taʼ mrar.”+ 15 “Saqajhom ħfief biex ixerrdu d-​demm.”+ 16 “Ħerba u miżerja hemm fi triqathom,+ 17 u t-​triq tal-​paċi+ m’għarfuhiex.” 18 “M’għandhomx il-​biżaʼ t’Alla quddiem għajnejhom.”+

19 Issa aħna nafu li kulma tgħid il-​Liġi+ tgħidu lil dawk li huma taħt il-​Liġi, sabiex kulħadd jagħlaq ħalqu+ u d-​dinja kollha ssir suġġetta+ għall-​kastig+ mingħand Alla. 20 Għalhekk, bl-​għemejjel tal-​liġi ebda bniedem ma jiġi dikjarat ġust+ quddiemu, għax permezz tal-​liġi+ jiġi l-​għarfien eżatt dwar id-​dnub.+

21 Imma issa, mingħajr liġi, dehret il-​ġustizzja+ t’Alla skond kif jixhdulha+ l-​Liġi+ u l-​Profeti;+ 22 iva, il-​ġustizzja t’Alla permezz tal-​fidi f’Ġesù Kristu,+ għal dawk kollha li għandhom il-​fidi.+ Għax m’hemmx distinzjoni.+ 23 Għax kollha dinbu+ u jonqsu milli jilħqu l-​glorja t’Alla,+ 24 u bħala għotja+ b’xejn qed jiġu dikjarati ġusti bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu+ permezz tal-​ħelsien bil-​fidwa+ mħallsa minn Kristu Ġesù. 25 Alla tah bħala offerta propizjatorja*+ permezz tal-​fidi f’demmu.+ Dan kien sabiex juri l-​ġustizzja tiegħu, għax kien qed jaħfer id-​dnubiet+ li seħħew fil-​passat waqt li Alla kien qed jeżerċita t-​tolleranza;+ 26 sabiex juri l-​ġustizzja tiegħu+ f’dan iż-​żmien stabbilit, biex ikun ġust anki meta jiddikjara ġust+ lill-​bniedem li jkollu fidi f’Ġesù.

27 Allura, fejn hu l-​ftaħir?+ Spiċċa. Permezz taʼ liema liġi?+ Taʼ l-​għemejjel?+ Dażgur li le; imma permezz tal-​liġi tal-​fidi.+ 28 Għax aħna tal-​fehma li bniedem jiġi dikjarat ġust bil-​fidi mingħajr għemejjel tal-​liġi.+ 29 Jew hu l-​Alla tal-​Lhud biss?+ M’huwiex ukoll tan-​nies tal-​ġnus?+ Iva, tan-​nies tal-​ġnus ukoll,+ 30 jekk tassew Alla hu wieħed,+ li jiddikjara ġusti lin-​nies ċirkonċiżi+ b’riżultat tal-​fidi u lin-​nies mhux ċirkonċiżi+ permezz tal-​fidi tagħhom. 31 Allura, bil-​fidi tagħna qed inneħħu l-​liġi?+ Jalla qatt ma jkun dan! Għall-​kuntrarju, aħna qed nistabbilixxu l-​liġi.+

4 Għalhekk, x’ngħidu dwar Abraham, missierna+ skond il-​laħam? 2 Per eżempju, kieku Abraham kien dikjarat ġust minħabba l-​għemejjel,+ kien ikollu għalxiex jiftaħar; imma mhux m’Alla. 3 Għax x’tgħid l-​iskrittura? “Abraham eżerċita l-​fidi f’Ġeħova, u dan ngħaddlu bħala ġustizzja.”+ 4 Issa min jaħdem,+ il-​paga ma tgħoddlux bħala għotja b’xejn,*+ imma bħala dejn.+ 5 Mill-banda l-​oħra, min ma jaħdimx imma jpoġġi l-​fidi+ f’dak li jiddikjara ġust lil min mhux devot, il-​fidi tiegħu tingħaddlu bħala ġustizzja.+ 6 Bħalma jgħid ukoll David dwar l-​hena tal-​bniedem li Alla jgħoddlu l-​ġustizzja mingħajr l-​għemejjel: 7 “Henjin dawk li l-​għemejjel tagħhom kontra l-​liġi nħafrulhom+ u li dnubiethom ġew mgħottijin;+ 8 hieni l-​bniedem li Ġeħova ma jitolbux kont+ taʼ dnubu.”

9 Allura, dan l-​hena jiġi fuq nies ċirkonċiżi jew ukoll fuq nies mhux ċirkonċiżi?+ Għax aħna ngħidu: “Il-​fidi t’Abraham ngħadditlu bħala ġustizzja.”+ 10 Għalhekk, f’liema ċirkustanzi kienet magħduda? Meta kien biċ-​ċirkonċiżjoni jew meta kien mingħajr iċ-​ċirkonċiżjoni?+ Mhux meta kien biċ-​ċirkonċiżjoni, imma meta kien mingħajr iċ-​ċirkonċiżjoni. 11 U rċieva sinjal,+ jiġifieri, iċ-​ċirkonċiżjoni, bħala siġill tal-​ġustizzja minħabba l-​fidi li kellu meta kien għadu mhux ċirkonċiż, biex b’hekk ikun il-​missier+ taʼ dawk kollha li jkollhom il-​fidi+ waqt li jkunu mingħajr ċirkonċiżjoni, sabiex tingħaddilhom il-​ġustizzja; 12 u missier taʼ nisel ċirkonċiż, mhux biss taʼ dawk li jżommu maċ-​ċirkonċiżjoni, imma wkoll taʼ dawk li jimxu bl-​ordni fuq il-​passi taʼ dik il-​fidi li kellu missierna+ Abraham meta kien għadu mhux ċirkonċiż.

13 Għax ma kienx permezz tal-​liġi li Abraham jew nislu ngħata l-​wegħda+ li se jkun werriet tad-​dinja, imma kien permezz tal-​ġustizzja minħabba l-​fidi.+ 14 Għax jekk dawk li jżommu mal-​liġi huma werrieta, il-​fidi saret bla siwi u l-​wegħda tneħħiet.+ 15 Fir-realtà l-​Liġi tipproduċi l-​korla,+ imma fejn m’hemmx liġi, lanqas hemm ksur tal-​liġi.+

16 Għaldaqstant, il-​wegħda+ kienet minħabba l-​fidi, biex tkun skond il-​qalb tajba mhix mistħoqqa,+ u hekk tkun żgura għal nislu+ kollu, mhux biss għal dak li jżomm mal-​Liġi, imma wkoll għal dak li jżomm mal-​fidi t’Abraham. (Hu missierna+ lkoll, 17 bħalma hu miktub: “Jien ħtartek missier taʼ ħafna ġnus.”)+ Dan ġara quddiem Dak li kellu fidi fih, iva, quddiem Alla, li jagħti l-​ħajja+ lill-​mejtin u jsejjaħ l-​affarijiet li ma jeżistux bħallikieku jeżistu.+ 18 Għalkemm ma kellu ebda tama, madankollu kellu fidi+ bbażata fuq it-​tama li jsir missier taʼ ħafna ġnus+ skond ma kien intqal: “Hekk ikun nislek.”+ 19 U għalkemm ma ddgħajjifx fil-​fidi, qies li ġismu stess issa kien diġà mejjet,+ billi kellu kważi mitt sena,+ u qies ukoll li l-​ġuf taʼ Sara+ kien mejjet. 20 Imma minħabba l-​wegħda+ t’Alla ma ddubitax b’nuqqas taʼ fidi,+ imma tqawwa bil-​fidi tiegħu+ u ta glorja lil Alla 21 u kien konvint bis-​sħiħ li dak li wiegħed kien kapaċi jagħmlu+ wkoll. 22 B’hekk, “ngħaddlu bħala ġustizzja.”+

23 Madankollu, m’hemmx miktub “ngħaddlu”+ minħabba fih biss,+ 24 imma wkoll minħabba fina li lilna kellu jingħaddilna, għax nemmnu f’dak li qajjem mill-​imwiet+ lil Ġesù, il-​Mulej tagħna. 25 Dan ngħata minħabba n-​nuqqasijiet tagħna+ u ġie mqajjem sabiex jiddikjarana ġusti.+

5 Għalhekk, issa li ġejna dikjarati ġusti minħabba l-​fidi,+ ħa ngawdu l-​paċi+ m’Alla permezz tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, 2 li permezz tiegħu wkoll aħna ksibna l-​mezz biex nersqu+ bil-​fidi lejn din il-​qalb tajba mhix mistħoqqa li ninsabu fiha issa; u ħa nifirħu bit-​tama+ tal-​glorja t’Alla. 3 U mhux hekk biss, imma ħa nifirħu meta nkunu f’xi tribulazzjoni,+ ladarba nafu li t-​tribulazzjoni tipproduċi s-​sabar;+ 4 imbagħad, is-​sabar jipproduċi l-​approvazzjoni+ t’Alla, u l-​approvazzjoni t’Alla tipproduċi t-​tama,+ 5 u t-​tama ma twassalx għal diżappunt;+ għax l-​imħabba t’Alla+ tferrgħet fi qlubna+ permezz taʼ l-​ispirtu qaddis+ li kien mogħti lilna.

6 Għax, tabilħaqq, waqt li konna għadna dgħajfin,+ Kristu miet fiż-​żmien stabbilit+ għal nies mhux devoti. 7 Bilkemm xi ħadd ikun irid imut għal bniedem ġust;+ iva, għat-​tajjeb+ forsi xi ħadd jissogra jmut.+ 8 Imma Alla jirrikkmandalna mħabbtu+ għax, waqt li konna għadna midinbin, Kristu miet għalina.+ 9 Għalhekk, la issa ġejna dikjarati ġusti b’demmu,+ kemm iktar se niġu salvati mill-​korla+ permezz tiegħu! 10 Għax jekk, meta konna għedewwa,+ erġajna tħabbibna m’Alla permezz tal-​mewt taʼ Ibnu,+ kemm iktar issa li rġajna tħabbibna se niġu salvati permezz taʼ ħajtu!+ 11 U mhux hekk biss, imma qed nifirħu f’Alla permezz tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, li permezz tiegħu issa rċivejna dan it-​tħabbib.+

12 Huwa għalhekk li bħalma permezz taʼ bniedem wieħed+ id-​dnub daħal fid-​dinja, u permezz tad-​dnub il-​mewt,+ u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha għax kollha dinbu+—. 13 Għax sal-​Liġi d-​dnub kien fid-​dinja, imma ħadd ma jistaʼ jiġi akkużat bid-​dnub meta m’hemmx liġi.+ 14 Madankollu, il-​mewt saltnet minn Adam sa Mosè,+ anki fuq dawk li ma dinbux b’mod simili għal kif kiser il-​liġi Adam,+ li jixbah lil dak li kellu jiġi.+

15 Imma l-​għotja m’hijiex bħalma kien in-​nuqqas. Għax bin-​nuqqas taʼ bniedem wieħed mietu ħafna. Madankollu, il-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla u l-​għotja b’xejn tiegħu flimkien mal-​qalb tajba mhix mistħoqqa taʼ bniedem wieħed,+ Ġesù Kristu, kotru ferm iktar għal ħafna.+ 16 Ukoll, l-​għotja b’xejn+ m’hijiex bħall-​mod kif ġraw l-​affarijiet permezz taʼ dak li dineb.+ Għax il-​ġudizzju+ rriżulta minn nuqqas wieħed f’kundanna,+ imma l-​għotja rriżultat minn ħafna nuqqasijiet f’dikjarazzjoni taʼ ġustizzja.+ 17 Għax jekk bin-​nuqqas taʼ bniedem wieħed+ il-​mewt saltnet+ permezz tiegħu, kemm iktar dawk li jirċievu l-​abbundanza tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ u taʼ l-​għotja b’xejn+ tal-​ġustizzja se jsaltnu+ fil-​ħajja permezz taʼ persuna waħda, Ġesù Kristu.+

18 Għalhekk, mela, bħalma b’nuqqas wieħed ir-​riżultat għall-​bnedmin taʼ kull xorta kien il-​kundanna,+ hekk ukoll b’att wieħed taʼ ġustifikazzjoni+ r-​riżultat għall-​bnedmin taʼ kull xorta+ hu li jiġu dikjarati ġusti għall-​ħajja.+ 19 Għax bħalma bid-​diżubbidjenza taʼ bniedem wieħed ħafna+ saru midinbin, hekk ukoll bl-​ubbidjenza+ taʼ persuna waħda ħafna+ se jsiru ġusti.+ 20 Issa l-​Liġi+ daħlet ukoll sabiex in-​nuqqasijiet joktru.+ Imma fejn kotor id-​dnub,+ kotrot iktar u iktar il-​qalb tajba mhix mistħoqqa.+ 21 Għal liema għan? Sabiex bħalma d-​dnub saltan mal-​mewt,+ hekk ukoll il-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ ssaltan bil-​ġustizzja għall-​ħajja taʼ dejjem+ permezz taʼ Ġesù Kristu, il-​Mulej tagħna.

6 Għaldaqstant, x’ngħidu? Inkomplu fid-​dnub biex toktor+ il-​qalb tajba mhix mistħoqqa? 2 Jalla qatt ma jkun dan! Ladarba mitna għad-​dnub,+ kif se nkomplu ngħixu iktar fih?+ 3 Jew ma tafux li aħna lkoll li tgħammidna fi Kristu Ġesù+ tgħammidna f’mewtu?+ 4 Għalhekk aħna ndfinna+ miegħu permezz tal-​magħmudija tagħna f’mewtu, sabiex bħalma Kristu ġie mqajjem mill-​imwiet permezz tal-​glorja tal-​Missier,+ hekk ukoll aħna għandna nimxu f’ħajja ġdida.+ 5 Għax jekk ngħaqadna miegħu f’mewt+ li tixbah lil tiegħu, żgur li se ningħaqdu miegħu wkoll fi rxoxt+ li jixbah lil tiegħu; 6 għax nafu li l-​personalità l-​qadima tagħna ssammret fuq iz-​zokk miegħu+ biex il-​ġisem midneb tagħna ma jibqax attiv+ u ma nibqgħux iktar ilsiera tad-​dnub.+ 7 Għax min miet inħeles mid-​dnub.+

8 Iktar minn hekk, jekk mitna maʼ Kristu, nemmnu li se ngħixu wkoll miegħu.+ 9 Għax nafu li issa li ġie mqajjem mill-​imwiet,+ Kristu ma jmutx iktar;+ il-​mewt m’għadhiex tiddominah. 10 Għax il-​mewt li miet kienet mewt għad-​dnub darba għal dejjem;+ imma l-​ħajja li jgħix, qed jgħixha għal Alla.+ 11 Hekk ukoll intom: għoddu ruħkom li intom veru mejtin+ għad-​dnub imma ħajjin+ għal Alla bi Kristu Ġesù.

12 Għalhekk, tħallux id-​dnub ikompli jsaltan+ fil-​ġisem mortali tagħkom biex tobdu x-​xewqat tiegħu.+ 13 U tibqgħux tippreżentaw il-​membri taʼ ġisimkom lid-​dnub+ bħala armi taʼ l-​inġustizzja,+ imma ppreżentaw ruħkom lil Alla bħala ħajjin+ mill-​imwiet u l-​membri taʼ ġisimkom lil Alla bħala armi+ tal-​ġustizzja. 14 Għax id-​dnub m’għandux jiddominakom, ladarba m’intomx taħt il-​liġi+ imma taħt il-​qalb tajba mhix mistħoqqa.+

15 X’nagħmlu mela? Nidinbu għax m’aħniex taħt il-​liġi+ imma taħt il-​qalb tajba mhix mistħoqqa?+ Jalla qatt ma jkun dan! 16 Ma tafux li jekk tibqgħu tippreżentaw ruħkom lil xi ħadd bħala lsiera biex tobduh tkunu lsiera tiegħu għax tobduh,+ tad-​dnub+ li jwassal+ għall-​mewt jew taʼ l-​ubbidjenza+ li twassal għall-​ġustizzja?+ 17 Imma ħajr lil Alla li kontu l-​ilsiera tad-​dnub iżda sirtu tobdu mill-​qalb dik l-​għamla taʼ tagħlim li ġejtu mogħtijin għaliha.+ 18 Iva, ladarba nħlistu+ mid-​dnub, sirtu lsiera+ tal-​ġustizzja.+ 19 Qed nitkellem taʼ bniedem minħabba d-​dgħjufija taʼ laħamkom:+ għax bħalma ppreżentajtu l-​membri taʼ ġisimkom+ bħala lsiera tan-​nuqqas taʼ ndafa+ u tal-​ksur tal-​liġi biex tagħmlu dak li hu kontra l-​liġi, hekk issa ppreżentaw il-​membri taʼ ġisimkom bħala lsiera tal-​ġustizzja biex tagħmlu dak li hu qaddis.+ 20 Għax meta kontu lsiera tad-​dnub,+ kontu ħelsin mill-​ġustizzja.

21 Allura, x’kien il-​frott+ tagħkom dak iż-​żmien? Affarijiet+ li issa jġegħlukom tistħu, għax it-​tmiem tagħhom hu l-​mewt.+ 22 Madankollu, issa, peress li nħlistu mid-​dnub u sirtu lsiera t’Alla,+ il-​frott tagħkom+ hu l-​qdusija tagħkom, u t-​tmiem hu l-​ħajja taʼ dejjem.+ 23 Għax il-​ħlas li jagħti d-​dnub hu l-​mewt,+ imma l-​għotja+ li jagħti Alla hi l-​ħajja taʼ dejjem+ bi Kristu Ġesù, il-​Mulej tagħna.+

7 Jistaʼ jkun li ma tafux, ħuti, (għax jien qed nitkellem maʼ dawk li jafu l-​liġi,) li l-​Liġi tiddomina bniedem sakemm idum ħaj?+ 2 Per eżempju, mara miżżewġa hi marbuta bil-​liġi maʼ żewġha sakemm idum ħaj; imma jekk imut żewġha, tinħeles mil-​liġi taʼ żewġha.+ 3 Għalhekk, mela, waqt li żewġha jkun ħaj, tissejjaħ adultera jekk issir taʼ raġel ieħor.+ Iżda jekk imut żewġha, hi ħielsa mil-​liġi tiegħu, u b’hekk ma tkunx adultera jekk issir taʼ raġel ieħor.+

4 Għaldaqstant, ħuti, intom ukoll sirtu mejtin għal-​Liġi+ permezz tal-​ġisem tal-​Kristu sabiex issiru taʼ ħaddieħor,+ taʼ dak li ġie mqajjem mill-​imwiet,+ biex nagħmlu l-​frott+ għal Alla. 5 Għax meta konna f’armonija mal-​laħam,+ il-​passjonijiet midinbin li nkixfu mil-​Liġi kienu qed jaħdmu fil-​membri taʼ ġisimna biex b’hekk nipproduċu frott għall-​mewt.+ 6 Imma issa nħlisna mil-​Liġi,+ għax mitna+ għal dak li bih konna qed niġu miżmumin sod, biex inkunu lsiera+ f’sens ġdid bl-​ispirtu,+ u mhux fis-​sens il-​qadim bil-​liġi miktuba.+

7 Allura, x’ngħidu? Hi l-​Liġi dnub?+ Jalla qatt ma jiġri dan! Tassew, jien ma kontx inkun naf x’inhu dnub+ kieku ma kienx għal-​Liġi; per eżempju, ma kontx inkun naf x’inhi xenqa b’għira+ kieku l-​Liġi ma qalitx: “Tixxennaqx b’għira.”+ 8 Imma d-​dnub, imħajjar mill-​kmandament,+ ipproduċa fija kull xorta taʼ xenqa b’għira, għax mingħajr il-​liġi d-​dnub kien mejjet.+ 9 Fil-fatt, jien darba kont ħaj mingħajr il-​liġi;+ imma meta wasal+ il-​kmandament, id-​dnub reġaʼ ħa l-​ħajja, imma jien mitt.+ 10 U l-​kmandament li kien għall-​ħajja,+ sibtu li hu għall-​mewt.+ 11 Għax id-​dnub, imħajjar mill-​kmandament, qarraq+ bija u qatilni permezz tiegħu. 12 Għaldaqstant, min-​naħa tagħha, il-​Liġi hi qaddisa,+ u l-​kmandament hu qaddis, ġust,+ u tajjeb.+

13 Allura, dak li hu tajjeb sar mewt għalija? Jalla qatt ma jkun dan! Imma d-​dnub iva, sabiex jintwera li hu d-​dnub li qed jipproduċili l-​mewt permezz taʼ dak li hu tajjeb;+ biex id-​dnub isir ferm iktar ħażin permezz tal-​kmandament.+ 14 Aħna nafu li l-​Liġi hi spiritwali;+ imma jien tal-​laħam, mibjugħ lid-​dnub.+ 15 Għax ma nafx x’qed nagħmel. Għax ma nipprattikax dak li nixtieq; imma nagħmel dak li nobgħod. 16 Madankollu, jekk nagħmel+ dak li ma nixtieqx, naqbel li l-​Liġi hi tajba.+ 17 Imma issa m’huwiex iktar jien li qed nagħmel dan, imma d-​dnub li jgħammar fija.+ 18 Għax naf li fija, jiġifieri, f’laħmi, ma jgħammar xejn tajjeb;+ għax fija għandi abbiltà biex nixtieq,+ imma abbiltà biex nagħmel+ dak li hu tajjeb m’għandix. 19 Għax ma nagħmilx+ it-​tajjeb li nixtieq, imma nipprattika l-​ħażin li ma nixtieqx. 20 Issa, jekk nagħmel dak li ma nixtieqx, m’huwiex iktar jien li qed nagħmel dan, imma d-​dnub li qed jgħammar fija.+

21 Allura, fil-​każ tiegħi nsib din il-​liġi: li meta nixtieq nagħmel dak li hu sewwa,+ dak li hu ħażin ikolli fija.+ 22 Jien tassew nitgħaxxaq+ bil-​liġi t’Alla skond il-​bniedem+ li jien minn ġewwa, 23 imma fil-​membri taʼ ġismi+ nara liġi oħra tiġġieled+ kontra l-​liġi taʼ moħħi+ u tjassarni għal-​liġi tad-​dnub+ li hemm fil-​membri taʼ ġismi. 24 Bniedem miżerabbli li jien! Min jeħlisni mill-​ġisem li qed iġarrab din il-​mewt?+ 25 Ħajr lil Alla permezz taʼ Ġesù Kristu, il-​Mulej tagħna!+ Għalhekk, mela, b’moħħi jien ilsir tal-​liġi t’Alla,+ imma b’laħmi lsir tal-​liġi tad-​dnub.+

8 Għalhekk, dawk li qegħdin f’unjoni maʼ Kristu Ġesù m’għandhomx kundanna.+ 2 Għax il-​liġi+ taʼ dak l-​ispirtu+ li jagħti l-​ħajja+ f’unjoni maʼ Kristu Ġesù ħelsitkom+ mil-​liġi tad-​dnub u l-​mewt.+ 3 Għax, dak li ma setgħetx tagħmel il-​Liġi,+ minħabba li kienet dgħajfa+ permezz tal-​laħam, għamlu Alla, billi bagħat lil Ibnu stess+ fix-​xebh tal-​laħam midneb+ biex ineħħi d-​dnub.+ U b’hekk ikkundanna d-​dnub fil-​laħam, 4 biex il-​ħtieġa ġusta tal-​Liġi titwettaq+ fina li nimxu skond l-​ispirtu+ u mhux skond il-​laħam. 5 Għax dawk li huma f’armonija mal-​laħam jixħtu moħħhom fuq l-​affarijiet tal-​laħam,+ imma dawk li huma f’armonija maʼ l-​ispirtu fuq l-​affarijiet taʼ l-​ispirtu.+ 6 Għax li tkun moħħok fil-​laħam ifisser mewt,+ imma li tkun moħħok fl-​ispirtu+ jfisser ħajja u paċi; 7 għax li tkun moħħok fil-​laħam ifisser għadwa+ m’Alla, għax il-​laħam m’huwiex sottomess+ lejn il-​liġi t’Alla, fil-​fatt, lanqas ma jistaʼ jkun sottomess. 8 Għalhekk, dawk li huma f’armonija mal-​laħam+ ma jistgħux jogħġbu lil Alla.

9 Madankollu, intom f’armonija maʼ l-​ispirtu+ mhux mal-​laħam, jekk l-​ispirtu t’Alla verament jgħammar fikom.+ Imma jekk xi ħadd m’għandux l-​ispirtu taʼ Kristu,+ dan m’huwiex taʼ Kristu. 10 Imma jekk Kristu hu f’unjoni magħkom,+ il-​ġisem tabilħaqq hu mejjet minħabba d-​dnub, imma l-​ispirtu hu l-​ħajja+ minħabba l-​ġustizzja. 11 Issa, jekk l-​ispirtu taʼ dak li qajjem lil Ġesù mill-​imwiet jgħammar fikom, dak li qajjem lil Kristu Ġesù mill-​imwiet+ se jagħmel ħaj+ ukoll, permezz taʼ l-​ispirtu tiegħu li jgħammar fikom, lill-​ġisem mortali tagħkom.

12 Għalhekk, mela, ħuti, m’aħniex obbligati lejn il-​laħam biex ngħixu skond il-​laħam;+ 13 għax jekk tgħixu skond il-​laħam tmutu żgur;+ imma jekk bl-​ispirtu tagħtu l-​mewt+ lid-​drawwiet tal-​ġisem, tgħixu. 14 Għax dawk kollha li huma mmexxijin mill-​ispirtu t’Alla huma wlied Alla.+ 15 Għax intom ma rċivejtux spirtu taʼ jasar li jerġaʼ jġib il-​biżaʼ,+ imma rċivejtu spirtu+ t’adozzjoni+ bħala wlied; b’dan l-​ispirtu aħna ngħajtu: “Abba,*+ Missier!” 16 L-ispirtu+ nnifsu jixhed+ maʼ l-​ispirtu tagħna+ li aħna wlied Alla.+ 17 Mela, jekk aħna wlied, aħna wkoll werrieta: iva, werrieta t’Alla, imma werrieta+ bi sħab maʼ Kristu, dment li nsofru+ flimkien biex inkunu wkoll glorifikati flimkien.+

18 Għaldaqstant, jien tal-​fehma li t-​tbatijiet+ taʼ dan iż-​żmien stabbilit m’huma xejn meta tqabbilhom mal-​glorja+ li se tiġi rivelata fina. 19 Għax il-​ħolqien+ qed jistenna+ bil-​ħerqa li jiġu rivelati wlied Alla.+ 20 Għax il-​ħolqien kien suġġettat għall-​frugħa,+ mhux għax ried hu imma minħabba dak li ssuġġettah, bit-​tama+ 21 li l-​istess ħolqien+ ukoll jinħeles+ mill-​jasar tat-​taħsir u jkollu l-​libertà glorjuża taʼ wlied Alla. 22 Għax aħna nafu li s’issa l-​ħolqien kollu għadu jokrob u jħoss l-​uġigħ flimkien. 23 Mhux hekk biss, imma anki aħna li għandna l-​ewwel frott,+ jiġifieri, l-​ispirtu, iva, aħna stess nokorbu+ fina nfusna, waqt li qed nistennew bil-​ħerqa l-​adozzjoni bħala wlied,+ li ninħelsu minn ġisimna bil-​fidwa. 24 Għax konna salvati b’din it-​tama,+ imma tama li tistaʼ taraha m’hijiex tama, għax kif jistaʼ bniedem li qed jara xi ħaġa jittama għaliha? 25 Imma jekk nittamaw+ għal xi ħaġa li ma narawhiex,+ nibqgħu nistennewha bis-​sabar.+

26 Bl-istess mod, l-​ispirtu+ wkoll jingħaqad biex jgħinna fid-​dgħjufija tagħna;+ għax il-​problema hi li ma nafux+ għalxiex għandna nitolbu kif hemm bżonn li nagħmlu, imma l-​ispirtu+ nnifsu jitlob bil-​ħniena għalina bi krib li ma jitlissinx. 27 Iżda dak li jfittex fil-​qlub+ jaf x’inhi t-​tifsira* taʼ l-​ispirtu,+ għax dan qed jitlob bil-​ħniena f’armonija m’Alla għall-​qaddisin.+

28 Issa aħna nafu li Alla jġiegħel l-​għemejjel kollha tiegħu+ jaħdmu id f’id għall-​ġid taʼ dawk li jħobbu lil Alla, dawk imsejħin skond l-​iskop tiegħu;+ 29 għax lil dawk li rrikonoxxa+ l-​ewwel hu wkoll iddetermina minn qabel+ biex ikunu mfasslin+ fuq ix-​xbieha+ taʼ Ibnu, sabiex dan ikun l-​ewwel imwieled+ fost ħafna aħwa.+ 30 Iktar minn hekk, dawk li ddetermina minn qabel+ huma wkoll dawk li sejjaħ;+ u dawk li sejjaħ huma wkoll dawk li ddikjara ġusti.+ Fl-​aħħarnett, dawk li ddikjara ġusti huma wkoll dawk li gglorifika.+

31 Allura, x’ngħidu għal dan? Jekk Alla hu favur tagħna, min se jkun kontra tagħna?+ 32 Hu li lanqas lil Ibnu+ stess ma ħelisha imma tah għalina lkoll,+ għala ma jagħtiniex miegħu wkoll b’qalb tajba l-​affarijiet l-​oħra kollha?+ 33 Min se jakkuża l-​magħżulin+ t’Alla? Hu Alla li jiddikjarahom ġusti.+ 34 Min hu li se jikkundanna? Kristu Ġesù hu li miet, iva, anzi li ġie mqajjem mill-​imwiet, li qiegħed fuq il-​lemin+ t’Alla, u li wkoll jitlob bil-​ħniena għalina.+

35 Min se jifridna mill-​imħabba tal-​Kristu?+ It-​tribulazzjoni jew in-​niket jew il-​persekuzzjoni jew il-​ġuħ jew l-​għera jew il-​periklu jew is-​sejf?+ 36 Bħalma hu miktub: “Minħabba fik qed ningħataw il-​mewt il-​jum kollu, ġejna meqjusin bħala nagħaġ għall-​qatla.”+ 37 Għall-kuntrarju, f’dan kollu qed noħorġu rebbiħin+ għalkollox permezz taʼ dak li ħabbna. 38 Għax jien konvint li la l-​mewt, la l-​ħajja,+ la l-​anġli,+ la l-​gvernijiet,+ la l-​affarijiet t’issa, la l-​affarijiet li għad iridu jiġu, la l-​qawwiet,+ 39 la l-​għoli u lanqas il-​fond, u l-​ebda ħolqien ieħor ma jistaʼ jifridna mill-​imħabba t’Alla li hi fi Kristu Ġesù, il-​Mulej tagħna.+

9 Jien qed ngħid il-​verità+ fi Kristu; m’iniex qed nigdeb,+ ladarba l-​kuxjenza tiegħi tixhed miegħi fl-​ispirtu qaddis 2 li f’qalbi+ għandi niket kbir u wġigħ bla waqfien. 3 Għax nixtieq li jien stess kont mifrud mill-​Kristu bħala l-​misħut għan-​nom taʼ ħuti,+ qrabati skond il-​laħam,+ 4 li huma Israelin+ u li tagħhom huma l-​adozzjoni bħala wlied+ u l-​glorja+ u l-​pattijiet+ u l-​għoti tal-​Liġi+ u s-​servizz sagru+ u l-​wegħdi;+ 5 li tagħhom huma l-​missirijiet+ u li minnhom ħareġ il-​Kristu skond il-​laħam:+ ikun imbierek għal dejjem Alla,+ li hu fuq kollox u fuq kulħadd. Amen.

6 Madankollu, m’huwiex bħallikieku l-​kelma t’Alla ma seħħitx.+ Għax mhux dawk kollha li joħorġu minn Israel huma tassew “Israel.”+ 7 Lanqas m’huma lkoll ulied+ għax huma nisel Abraham, imma: “Dak li jissejjaħ ‘nislek’ ikun permezz taʼ Iżakk.”+ 8 Jiġifieri, ulied il-​laħam+ m’humiex tassew ulied Alla,+ imma wlied il-​wegħda+ jitqiesu bħala n-​nisel. 9 Għax il-​kelma tal-​wegħda kienet din: “F’dan iż-​żmien niġi u Sara jkollha iben.”+ 10 U mhux f’dan il-​każ biss, imma wkoll meta Rebekka ħarġet tqila b’tewmin+ minn missierna Iżakk: 11 għax meta kienu għadhom ma twildux u kienu għadhom m’għamlu xejn tajjeb jew ħażin,+ sabiex l-​iskop t’Alla dwar l-​għażla jibqaʼ jiddependi minn Dak li jsejjaħ+ u mhux mill-​għemejjel, 12 intqalilha: “Il-​kbir ikun l-​ilsir taż-​żgħir.”+ 13 Bħalma hu miktub: “Ħabbejt lil Ġakobb, imma bgħadt+ lil Għesaw.”

14 Allura, x’ngħidu? Li Alla+ hu inġust? Jalla qatt ma jiġri dan! 15 Għax lil Mosè jgħidlu: “Inħenn għal min inħenn, u nagħder lil min nagħder.”+ 16 Għalhekk, mela, ma jiddependix minn min jixtieq u lanqas minn min jiġri, imma minn Alla+ li jħenn.+ 17 Għax l-​Iskrittura tgħid lill-​Fargħun: “Għal dan l-​istess skop ħallejtek tibqaʼ, biex permezz tiegħek nuri l-​qawwa tiegħi u ismi jixxandar fl-​art kollha.”+ 18 Għalhekk, mela, iħenn+ għal min irid hu, imma lil min irid hu jħallih isir stinat.+

19 Għaldaqstant int tgħidli: “Għala għadu jsib il-​ħtija? Għax min waqfilha r-​rieda tiegħu+ li kienet dikjarata b’mod ċar?” 20 O bniedem,+ int min int biex tirrispondi lil Alla?+ Tistaʼ l-​ħaġa msawra tgħid lil min sawwarha, “Għala għamiltni hekk?”+ 21 Jaqaw il-​fuħħari+ m’għandux awtorità fuq it-​tafal biex mill-​istess ċappa jagħmel reċipjent għal użu onorabbli u ieħor għal użu mhux onorabbli?+ 22 Issa, jekk Alla, għalkemm għandu r-​rieda li juri l-​korla tiegħu u jgħarraf il-​qawwa tiegħu, ittollera b’ħafna sabar fit-​tul ir-​reċipjenti taʼ korla li jistħoqqilhom il-​qerda,+ 23 sabiex jgħarraf ir-​rikkezzi+ tal-​glorja tiegħu lir-​reċipjenti+ taʼ ħniena, li hu ħejja minn qabel għall-​glorja,+ 24 jiġifieri, lilna, li sejħilna mhux biss minn fost il-​Lhud imma wkoll minn fost il-​ġnus,+ b’daqshekk x’ġara? 25 Hu bħalma jgħid ukoll f’Ħosea: “Insejjaħ ‘il-​poplu tiegħi’ lil dawk li m’humiex il-​poplu tiegħi,+ u ‘maħbuba’+ lil dik li ma kinitx maħbuba; 26 u fil-​post fejn intqalilhom, ‘M’intomx il-​poplu tiegħi,’ hemmhekk jissejħu ‘wlied l-​Alla l-​ħaj.’”+

27 Iktar minn hekk, Isaija jgħid b’leħen għoli dwar Israel: “Għalkemm l-​għadd taʼ wlied Israel ikun daqs ir-​ramel tal-​baħar,+ hu l-​fdal li jiġi salvat.+ 28 Għax Ġeħova jitlob kont minn dawk fuq l-​art, u jwasslu sat-​tmiem bla dewmien.”+ 29 Ukoll, bħalma Isaija qal minn qabel: “Kieku Ġeħova taʼ l-​armati+ ma ħallilniex nisel, konna nsiru bħal Sodoma, u nintgħamlu bħal Gomorra.”+

30 Allura, x’ngħidu? Li n-​nies tal-​ġnus, għalkemm ma kinux qed jiġru wara l-​ġustizzja, waslu sal-​ġustizzja,+ il-​ġustizzja li tiġi mill-​fidi;+ 31 imma Israel, għalkemm ġera wara liġi tal-​ġustizzja, ma wasalx sal-​liġi.+ 32 Għala? Għax ma ġeriex warajha bil-​fidi, imma bħallikieku setgħet tinkiseb bl-​għemejjel.+ Huma tfixklu fil-​“ġebla taʼ tfixkil”;+ 33 bħalma hu miktub: “Ara! Qed inqiegħed f’Sijon ġebla+ taʼ tfixkil u blata t’offiża,+ imma min ipoġġi l-​fidi tiegħu fiha ma jkunx diżappuntat.”+

10 Ħuti, dak li nixtieq minn qalbi u li nitlob bil-​ħerqa lil Alla għalihom hu, tabilħaqq, li jiġu salvati.+ 2 Għax nixhdilhom li għandhom żelu+ għal Alla, imma mhux skond l-​għarfien eżatt;+ 3 għax, minħabba li ma kinux jafu l-​ġustizzja t’Alla+ imma pprovaw jistabbilixxu l-​ġustizzja tagħhom stess,+ huma ma ssottomettewx ruħhom lejn il-​ġustizzja t’Alla.+ 4 Għax Kristu hu t-​tmiem tal-​Liġi,+ sabiex kulmin jeżerċita l-​fidi jkollu l-​ġustizzja.+

5 Għax Mosè jikteb li l-​bniedem li għamel il-​ġustizzja tal-​Liġi jgħix permezz tagħha.+ 6 Imma l-​ġustizzja li tiġi mill-​fidi titkellem b’dan il-​mod: “Tgħidx f’qalbek,+ ‘Min se jitlaʼ fis-​sema?’+ jiġifieri, biex iniżżel lil Kristu;+ 7 jew, ‘Min se jinżel fl-​abbiss?’+ jiġifieri, biex itellaʼ lil Kristu mill-​imwiet.”+ 8 Imma x’tgħid? “Il-​kelma hi qribek, f’fommok u f’qalbek stess”;+ jiġifieri, il-​“kelma”+ tal-​fidi, li qed nippridkaw.+ 9 Għax jekk ixxandar pubblikament dik il-​‘kelma taʼ fommok,’+ li Ġesù hu Mulej,+ u teżerċita l-​fidi f’qalbek li Alla qajmu mill-​imwiet,+ int tiġi salvat.+ 10 Għax bil-​qalb+ wieħed jeżerċita l-​fidi għall-​ġustizzja, imma bil-​fomm jistqarr pubblikament+ għas-​salvazzjoni.

11 Għax l-​Iskrittura tgħid: “Kulmin ipoġġi+ l-​fidi tiegħu fih ma jkunx diżappuntat.”+ 12 Għax m’hemmx distinzjoni bejn Lhudi u Grieg,+ iżda fuq kulħadd hemm l-​istess Mulej, li hu għani+ lejn kulmin isejjaħlu. 13 Għax “kulmin isejjaħ isem Ġeħova jiġi salvat.”+ 14 Madankollu, kif se jsejħu lil dak li ma poġġewx il-​fidi fih?+ Imma kif se jpoġġu l-​fidi f’dak li ma semgħux dwaru? U kif se jisimgħu jekk xi ħadd ma jippridkax?+ 15 U kif se jippridkaw jekk ma jintbagħtux?+ Bħalma hu miktub: “Kemm huma sbieħ saqajn dawk li jxandru aħbar tajba t’affarijiet tajbin!”+

16 Iżda mhux ilkoll obdew l-​aħbar tajba.+ Għax Isaija jgħid: “Ġeħova, min poġġa l-​fidi f’dak li nstemaʼ mingħandna?”+ 17 Mela l-​fidi tiġi minn dak li nstemaʼ.+ Mill-​banda l-​oħra, dak li nstemaʼ hu permezz tal-​kelma dwar Kristu.+ 18 Madankollu nistaqsi, Ma naqsux li jisimgħu, hux hekk? Fil-​fatt, “ħosshom infirex+ maʼ l-​art kollha, u kliemhom+ sa truf l-​art abitata.” 19 Iżda nistaqsi, Israel ma naqasx li jkun jaf, hux hekk?+ L-​ewwel, Mosè jgħid: “Inqanqalkom għall-​għira permezz taʼ dak li mhux ġens; inqanqalkom għal rabja vjolenti permezz taʼ ġens stupidu.”+ 20 Imbagħad bi qlubija kbira Isaija jgħid: “Sabuni dawk li ma kinux qed ifittxuni;+ rawni dawk li ma kinux qed jistaqsu għalija.”+ 21 Imma dwar Israel jgħid: “Il-​jum kollu ftaħt idejja lejn poplu li ma jobdix+ u li jirrispondini.”+

11 Allura nistaqsi, Alla ma ċaħadx lill-​poplu tiegħu, hux hekk?+ Jalla qatt ma jkun dan! Għax jien ukoll Israeli,+ minn nisel Abraham, mit-​tribù taʼ Benjamin.+ 2 Alla ma ċaħadx lill-​poplu tiegħu li rrikonoxxa l-​ewwel.+ Ma tafux x’tgħid l-​Iskrittura dwar Elija, meta talab bil-​ħniena lil Alla kontra Israel?+ 3 “Ġeħova, qatlu lill-​profeti tiegħek, kissru l-​artali tiegħek, u jien biss baqaʼ, u qed jipprovaw jiħduli ħajti.”*+ 4 Madankollu, x’tgħidlu d-​dikjarazzjoni divina?+ “Fadalli sebat elef raġel li ma niżlux għarkopptejhom quddiem Bagħal.”+ 5 Għalhekk, b’dan il-​mod, fiż-​żmien stabbilit ukoll tfaċċa fdal+ magħżul+ bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa. 6 Issa jekk hu bil-​qalb tajba mhix mistħoqqa,+ m’għadux iktar bl-​għemejjel;+ inkella din il-​qalb tajba ma tibqax iktar qalb tajba mhix mistħoqqa.+

7 Allura, x’qed ngħidu? Dak li Israel qed ifittex bil-​ħeġġa ma kisbux,+ imma l-​magħżulin+ kisbuh. Il-​bqija twebbsitilhom qalbhom;+ 8 bħalma hu miktub: “Alla tahom spirtu taʼ rqad fil-​fond,+ għajnejn sabiex ma jarawx u widnejn sabiex ma jisimgħux, sa llum stess.”+ 9 Ukoll, David jgħid: “Ħa ssirilhom nassa u nasba u tfixkil u tpattija+ l-​mejda* tagħhom; 10 ħa jiddallmu għajnejhom sabiex ma jarawx, u jkun daharhom dejjem milwi.”+

11 Għalhekk nistaqsi, Tfixklu tant li waqgħu+ għalkollox? Jalla qatt ma jkun dan! Imma bil-​pass falz+ tagħhom hemm is-​salvazzjoni għan-​nies tal-​ġnus,+ biex jitqanqlu għall-​għira.+ 12 Issa jekk il-​pass falz tagħhom ifisser rikkezzi għad-​dinja, u t-​tnaqqis tagħhom ifisser rikkezzi għan-​nies tal-​ġnus,+ kemm iktar l-​għadd sħiħ+ tagħhom ifisser dan!

13 Issa nkellem lilkom li intom nies tal-​ġnus. Peress li, fir-​realtà, jien appostlu+ tal-​ġnus,+ nigglorifika+ l-​ministeru tiegħi,+ 14 jekk b’xi mod nistaʼ nqanqal għall-​għira lil dawk li huma niesi stess u nsalva+ lil xi wħud minnhom.+ 15 Għax jekk it-​tkeċċija tagħhom+ tfisser tħabbib+ mill-​ġdid għad-​dinja, x’se jkun ifisser il-​fatt li jintlaqgħu lura, ħlief ħajja mill-​imwiet? 16 Iktar minn hekk, jekk il-​parti meħuda bħala l-​ewwel frott+ hi qaddisa, hekk ukoll hi l-​għaġna kollha; u jekk l-​għerq hu qaddis,+ hekk ukoll huma l-​friegħi.

17 Madankollu, jekk uħud mill-​friegħi tqaċċtu imma int, għalkemm int żebbuġa salvaġġa, tlaqqamt fosthom+ u bdejt tieħu magħhom mill-​ħxuna+ taʼ l-​għerq taż-​żebbuġa,+ 18 tifraħx minħabba l-​friegħi. Iżda, jekk qed tifraħ minħabba fihom,+ ftakar li mhux int iżżomm l-​għerq,+ imma l-​għerq iżomm lilek.+ 19 Allura, int tgħid: “Ġew imqaċċtin+ xi friegħi biex nitlaqqam jien.”+ 20 Kollox sew! Huma tqaċċtu minħabba n-​nuqqas taʼ fidi tagħhom,+ imma int iżżomm wieqaf bil-​fidi.+ Tibqax b’ideat kburin,+ imma ibżaʼ.+ 21 Għax jekk Alla ma ħelishiex lill-​friegħi naturali, lanqas jeħlisha lilek.+ 22 Għalhekk, ara l-​qalb tajba+ u l-​ħruxija+ t’Alla. Għal dawk li waqgħu hemm il-​ħruxija,+ imma għalik hemm il-​qalb tajba t’Alla, bil-​patt li tibqaʼ+ fil-​qalb tajba tiegħu; inkella int ukoll titqaċċat.+ 23 Jekk ma jibqgħux bla fidi, huma wkoll jiġu mlaqqmin;+ għax Alla kapaċi jerġaʼ jlaqqamhom. 24 Għax jekk int kont maqtugħ mis-​siġra taż-​żebbuġ li hi salvaġġa min-​natura u tlaqqamt+ kontra n-​natura fiż-​żebbuġa t-​tajba, kemm iktar u iktar dawk li huma naturali jistgħu jitlaqqmu fis-​siġra taż-​żebbuġ tagħhom stess!+

25 Għax, ħuti, ma rridkomx ma tkunux tafu b’dan is-​sigriet sagru,+ sabiex ma tkunux għaqlin f’għajnejkom stess: li parti minn Israel twebbsitilhom qalbhom+ sakemm jidħol+ l-​għadd sħiħ+ tan-​nies tal-​ġnus, 26 u b’dan il-​mod Israel kollu+ jiġi salvat. Bħalma hu miktub: “Il-​ħellies joħroġ minn Sijon+ u jneħħi minn Ġakobb+ id-​drawwiet kontra r-​rieda t’Alla. 27 U dan hu l-​patt tiegħi magħhom,+ meta nneħħilhom dnubiethom.”+ 28 Veru, skond l-​aħbar tajba huma għedewwa minħabba fikom,+ imma skond l-​għażla t’Alla huma maħbubin minħabba missirijiethom.+ 29 Għax Alla ma jiddispjaċihx+ mill-​għotjiet u s-​sejħa tiegħu. 30 Bħalma darba kontu diżubbidjenti+ lejn Alla imma issa ntwerejtu ħniena+ minħabba d-​diżubbidjenza tagħhom,+ 31 hekk ukoll dawn issa kienu diżubbidjenti u minħabba f’hekk intom intwerejtu ħniena,+ biex issa huma wkoll jintwerew ħniena. 32 Għax Alla għalaqhom ilkoll flimkien fid-​diżubbidjenza,+ sabiex ilkoll kemm huma jurihom il-​ħniena.+

33 O kemm huma profondi r-​rikkezzi+ u l-​għerf+ u l-​għarfien+ t’Alla! Kemm ma jistgħux jinkixfu l-​ġudizzji tiegħu,+ u kemm huma bla tarf triqatu! 34 Għax “min sar jaf moħħ+ Ġeħova, jew min sar il-​kunsillier tiegħu?”+ 35 Jew, “Min tah l-​ewwel, biex ikun jistħoqqlu jitħallas?”+ 36 Għax kollox+ ġej minnu, u kollox hu bih u għalih. Lilu tkun il-​glorja għal dejjem.+ Amen.

12 Għaldaqstant, ħuti, nitlobkom bil-​ħrara minħabba l-​mogħdrijiet t’Alla biex tippreżentaw ġisimkom+ bħala sagrifiċċju+ ħaj,+ qaddis,+ aċċettabbli għal Alla,+ jiġifieri, servizz sagru+ bil-​qawwa tar-​raġuni tagħkom.+ 2 U tibqgħux magħġunin+ skond din is-​sistema, imma nbidlu billi ġġeddu moħħkom,+ biex tagħtu prova lilkom infuskom+ dwar x’inhi r-​rieda+ tajba u aċċettabbli u perfetta t’Alla.

3 Għax permezz tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa li ntwerejt, ngħid lil kull wieħed minnkom biex ma jaħsibx li hu xi ħaġa iktar milli hu xieraq;+ imma jaħseb b’tali mod li jkollu moħħ f’loku,+ kull wieħed skond il-​qjies+ taʼ fidi+ li tah Alla. 4 Għax bħalma f’ġisem wieħed għandna ħafna membri,+ iżda mhux il-​membri kollha għandhom l-​istess xogħol, 5 bl-istess mod, għalkemm ħafna, aħna ġisem wieħed+ f’unjoni maʼ Kristu, imma kull wieħed minna membru taʼ l-​ieħor.+ 6 Allura, ladarba għandna għotjiet differenti+ skond il-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ li ntwerejna, jekk inhi profezija, ħa nipprofetizzaw skond il-​qjies tal-​fidi li ngħatalna; 7 jew jekk inhu ministeru, ħa nkunu medhijin b’dan il-​ministeru;+ jew min jgħallem,+ ħa jkun medhi bit-​tagħlim;+ 8 jew min iwiddeb, ħa jkun medhi bit-​twiddib;+ min iqassam, ħa jagħti b’idu miftuħa;+ min jippresiedi,+ ħa jagħmel dan bil-​ħeġġa kollha; min juri ħniena,+ ħa juriha bil-​ferħ.

9 Ħa tkun imħabbitkom+ mingħajr ipokrisija.+ Stmerru dak li hu ħażin,+ żommu sod maʼ dak li hu tajjeb.+ 10 Ħa jkollkom affezzjoni tenera lejn xulxin bi mħabba lejn l-​aħwa.+ Kunu minn taʼ quddiem biex tonoraw+ lil xulxin. 11 Titnikkrux f’xogħolkom.+ Kunu mħeġġin bl-​ispirtu.+ Tjassru għal Ġeħova.+ 12 Thennew bit-​tama.+ Issaportu fit-​tribulazzjoni.+ Ipperseveraw fit-​talb.+ 13 Aqsmu milli għandkom mal-​qaddisin skond il-​ħtiġijiet tagħhom.+ Uru dejjem l-​ospitalità.+ 14 Ibqgħu bierku lil dawk li jippersegwitawkom;+ bierku+ u tisħtux.+ 15 Ifirħu maʼ min jifraħ;+ ibku maʼ min jibki. 16 Aħsbu f’oħrajn bl-​istess mod kif taħsbu fikom infuskom;+ taħsbux fuq affarijiet taʼ kburija,+ imma kunu gwidati minn ħarsa umli.+ Tkunux għaqlin f’għajnejkom stess.+

17 Troddu lil ħadd ħsara bi ħsara.+ Agħmlu t-​tajjeb quddiem il-​bnedmin kollha. 18 Jekk inhu possibbli, sakemm jiddependi minnkom, żommu l-​paċi+ mal-​bnedmin kollha. 19 Maħbubin, tivvendikawx+ ruħkom, imma agħmlu l-​wisaʼ għall-​korla;+ għax hu miktub: “Il-​vendetta hi tiegħi; jien inħallas, jgħid Ġeħova.”+ 20 Imma, “jekk l-​għadu tiegħek hu bil-​ġuħ, itimgħu; jekk hu bil-​għatx, agħtih jixrob;+ għax meta tagħmel dan tkun qed tiġmaʼ ġamar jaqbad fuq rasu.”+ 21 Tħallix il-​ħażen jirbħek, imma dejjem irbaħ il-​ħażen bit-​tajjeb.+

13 Ħa tkun kull ruħ sottomessa+ lejn l-​awtoritajiet superjuri,+ għax m’hemm l-​ebda awtorità+ jekk mhux minn Alla;+ l-​awtoritajiet li jeżistu tqiegħdu fil-​pożizzjonijiet relattivi tagħhom+ minn Alla.+ 2 Għalhekk, min jopponi l-​awtorità jkun qed jiħodha kontra l-​arranġament t’Alla; dawk li jiħduha kontrih jirċievu l-​ġudizzju fuqhom infushom.+ 3 Għax dawk li qed jaħkmu huma taʼ biżaʼ għall-​għemil ħażin,+ mhux għat-​tajjeb. Mela, trid ma tibżax mill-​awtorità? Ibqaʼ agħmel it-​tajjeb,+ u tiġi mfaħħar minnha; 4 għax hi l-​ministru t’Alla għalik, għall-​ġid tiegħek.+ Imma jekk qed tagħmel il-​ħażin,+ ibżaʼ: għax m’huwiex għalxejn li din iġġorr is-​sejf; għax hi l-​ministru t’Alla li titħallas+ billi tesprimi l-​korla lejn min jipprattika l-​ħażin.

5 Għalhekk, intom obbligati li tkunu sottomessi, mhux biss minħabba din il-​korla imma wkoll minħabba l-​kuxjenza tagħkom.+ 6 Għax huwa għalhekk ukoll li intom qed tħallsu t-​taxxi; għax l-​awtoritajiet huma l-​qaddejja pubbliċi+ t’Alla li jaqdu l-​ħin kollu dan l-​istess skop. 7 Agħtu lil kulħadd dak li għandu jieħu, lil min jitlob it-​taxxa, it-​taxxa;+ lil min jitlob id-​dazju, id-​dazju; lil min jirrikjedi l-​biżaʼ, il-​biżaʼ;+ lil min jirrikjedi l-​unur, l-​unur.+

8 Ħa ma jkollkom tagħtu xejn+ lil ħadd, ħlief li tħobbu lil xulxin;+ għax min iħobb lill-​proxxmu tiegħu jwettaq il-​liġi.+ 9 Għax il-​kodiċi tal-​liġi, “Tagħmilx adulterju,+ Toqtolx,+ Tisraqx,+ Tixxennaqx b’għira,”+ u kwalunkwe kmandament ieħor, tinġabar f’dan il-​kliem, jiġifieri, “Ħobb lill-​proxxmu tiegħek bħalek innifsek.”+ 10 L-imħabba+ ma tagħmilx ħsara lill-​proxxmu;+ għalhekk, l-​imħabba hi t-​twettiq tal-​liġi.+

11 Ukoll, dan agħmluh għax tafu f’liema żmien stabbilit qegħdin, li diġà waslet is-​siegħa biex tistenbħu+ mill-​irqad, għax issa s-​salvazzjoni tagħna hi eqreb minn meta sirna nemmnu.+ 12 Il-lejl daħal sewwa u l-​jum+ qorob. Għaldaqstant, ħa ninżgħu l-​għemejjel tad-​dlam+ u nilbsu l-​armi+ tad-​dawl. 13 Ħa nimxu b’mod deċenti+ bħallikieku bi nhar, mhux f’xalar u sokor,+ mhux f’sess projbit u kondotta laxka,+ mhux fi ġlied+ u għira. 14 Imma ilbsu l-​Mulej Ġesù Kristu,+ u tippjanawx bil-​quddiem għax-​xewqat tal-​laħam.+

14 Ilqgħu lil min għandu xi dgħjufija+ fil-​fidi tiegħu, imma mhux biex tieħdu deċiżjonijiet fuq mistoqsijiet interni.+ 2 Min għandu l-​fidi jiekol kollox,+ imma min hu dgħajjef jiekol il-​ħaxix. 3 Min jiekol ħa ma jmaqdarx lil min ma jikolx,+ u min ma jikolx ħa ma jiġġudikax lil min jiekol, għax Alla laqgħu lil dan. 4 Int min int biex tiġġudika l-​qaddej taʼ dar ħaddieħor?+ Jara sidu jekk iżommx wieqaf jew jaqax.+ Tabilħaqq, iżomm wieqaf, għax Ġeħova jistaʼ jżommu wieqaf.+

5 Min jiġġudika jum bħala li hu superjuri għal ieħor+ u min jiġġudika jum bħala li hu bħall-​oħrajn kollha;+ ħa jkun kull bniedem konvint għalkollox f’moħħu. 6 Min josserva l-​jum josservah għal Ġeħova. Ukoll, min jiekol, jiekol għal Ġeħova,+ għax hu jrodd ħajr lil Alla;+ u min ma jikolx, ma jikolx għal Ġeħova,+ iżda xorta jrodd ħajr lil Alla.+ 7 Fil-fatt, ħadd minna ma jgħix biss għalih innifsu,+ u ħadd ma jmut biss għalih innifsu; 8 għax jekk ngħixu, ngħixu għal Ġeħova,+ u jekk immutu, immutu għal Ġeħova.+ Għalhekk, kemm jekk ngħixu u kemm jekk immutu, aħna taʼ Ġeħova.+ 9 Kien għalhekk li Kristu miet u reġaʼ ħa l-​ħajja+ sabiex ikun Mulej fuq il-​mejtin+ u fuq il-​ħajjin.+

10 Imma għala tiġġudika lil ħuk?+ Jew għala tmaqdar lil ħuk? Għax ilkoll se nidhru quddiem it-​tron tal-​ġudizzju+ t’Alla; 11 għax hu miktub: “‘Daqskemm jien ħaj,’ jgħid Ġeħova,+ ‘kull irkoppa tintlewa quddiemi, u kull ilsien jirrikonoxxi lil Alla quddiem kulħadd.’”+ 12 Għalhekk, mela, kull wieħed minna se jagħti kont tiegħu nnifsu lil Alla.+

13 Għaldaqstant, ħa ma niġġudikawx+ iktar lil xulxin, imma minflok ħa tkun din id-​deċiżjoni tagħkom:+ li quddiem ħukom+ ma tpoġġu xejn li jistaʼ jfixklu+ jew iwaqqgħu. 14 Jien naf u nħossni persważ fil-​Mulej Ġesù li xejn m’hu mniġġes fih innifsu;+ imma jekk bniedem iqis li xi ħaġa hi mniġġsa, għalih tkun imniġġsa.+ 15 Għax jekk minħabba l-​ikel ħuk qed jitnikket, m’għadekx timxi fi qbil maʼ l-​imħabba.+ Minħabba l-​ikel tiegħek tirrovinax lil min miet għalih Kristu.+ 16 Għalhekk, tħallux it-​tajjeb li tagħmlu jsir taʼ żebliħ għalikom. 17 Għax is-​saltna t’Alla+ ma tfissirx ikel u xorb,+ imma tfisser ġustizzja+ u paċi+ u ferħ+ bl-​ispirtu qaddis. 18 Għax min jitjassar għal Kristu f’dan jogħġob lil Alla u għandu l-​approvazzjoni tal-​bnedmin.+

19 Għalhekk, mela, ħa niġru wara l-​affarijiet li jġibu l-​paċi+ u l-​affarijiet li bihom nibnu lil xulxin.+ 20 Tibqax iġġarraf ix-​xogħol t’Alla sempliċement minħabba l-​ikel.+ Veru, kollox hu nadif, imma hu taʼ ħsara għal min jiekol meta jistaʼ jinħoloq tfixkil.+ 21 Hu sewwa li ma tikolx laħam jew li ma tixrobx inbid jew li ma tagħmel xejn li jistaʼ jfixkel lil ħuk.+ 22 Żommha għalik innifsek il-​fidi li għandek quddiem Alla.+ Hieni l-​bniedem li ma jġibx ġudizzju fuqu nnifsu b’dak li jogħġbu jagħmel. 23 Imma jekk għandu d-​dubji, diġà kundannat jekk jiekol,+ għax ma jikolx bil-​fidi. Tabilħaqq, dak kollu li ma jsirx bil-​fidi hu dnub.+

15 Iżda aħna li aħna b’saħħitna għandna nerfgħu d-​dgħjufijiet taʼ dawk li m’humiex b’saħħithom+ u mhux nogħġbu lilna nfusna.+ 2 Ħa jogħġob kull wieħed minna lill-​proxxmu tiegħu f’dak li hu tajjeb biex jgħinu jinbena.+ 3 Għax lanqas il-​Kristu ma fittex li jogħġob lilu nnifsu;+ imma bħalma hu miktub: “It-​tmaqdir taʼ dawk li kienu qed imaqdruk waqaʼ fuqi.”+ 4 Għax kulma nkiteb minn qabel inkiteb+ għall-​istruzzjoni tagħna,+ biex permezz tas-​sabar+ tagħna u permezz tal-​faraġ+ mill-​Iskrittura jkollna t-​tama.+ 5 L-Alla li jipprovdi s-​sabar u l-​faraġ jagħtikom li jkollkom bejnietkom l-​istess attitudni mentali+ li kellu Kristu Ġesù, 6 biex b’fehma waħda+ tigglorifikaw b’fomm wieħed lil Alla u Missier il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu.

7 Għalhekk, ilqgħu lil xulxin+ bħalma l-​Kristu wkoll laqaʼ lilna,+ biex Alla jiġi glorifikat. 8 Għax jien ngħid li, minħabba li Alla hu taʼ kelmtu,+ Kristu fil-​fatt sar ministru+ taʼ dawk li huma ċirkonċiżi+ sabiex jivverifika l-​wegħdi+ li Hu għamel lil missirijiethom, 9 u sabiex il-​ġnus+ jigglorifikaw lil Alla għall-​ħniena tiegħu.+ Bħalma hu miktub: “Huwa għalhekk li nirrikonoxxik pubblikament fost il-​ġnus u ngħanni+ lil ismek.” 10 U jerġaʼ jgħid: “Ifirħu, O ġnus, mal-​poplu tiegħu.”+ 11 U jerġaʼ: “Faħħru lil Ġeħova, intom il-​ġnus kollha, u ħa jfaħħruh il-​popli kollha.”+ 12 U għal darb’oħra Isaija jgħid: “Ikun hemm l-​għerq taʼ Ġesse,+ u jqum wieħed biex jaħkem lill-​ġnus;+ fuqu l-​ġnus iserrħu t-​tama tagħhom.”+ 13 L-Alla li jagħti t-​tama jimliekom b’kull ferħ u paċi talli temmnu, biex toktru fit-​tama bil-​qawwa taʼ l-​ispirtu qaddis.+

14 Issa ħuti, jien stess ukoll persważ dwarkom li anki intom mimlijin tjubija, peress li mtlejtu bl-​għarfien kollu,+ u tistgħu wkoll twiddbu lil xulxin.+ 15 Madankollu, qed niktbilkom iktar ċar u tond dwar xi punti, qisni qed nerġaʼ nfakkarkom,+ minħabba l-​qalb tajba mhix mistħoqqa li ntwerejt minn Alla+ 16 biex inkun qaddej pubbliku taʼ Kristu Ġesù għall-​ġnus,+ okkupat bix-​xogħol qaddis taʼ l-​aħbar tajba+ t’Alla, sabiex l-​offerta,+ jiġifieri, dawn il-​ġnus, tkun aċċettabbli,+ billi hi mqaddsa bl-​ispirtu qaddis.+

17 Għaldaqstant għandi għalfejn nifraħ fi Kristu Ġesù+ rigward is-​servizz tiegħi lil Alla.+ 18 Għax ma nissogra ngħid xejn jekk mhux dak li Kristu ħadem permezz tiegħi+ biex il-​ġnus ikunu ubbidjenti,+ bil-​kelma+ u bl-​għemil tiegħi, 19 bil-qawwa tas-​sinjali u l-​għeġubijiet,+ bil-​qawwa taʼ l-​ispirtu qaddis; sabiex b’hekk minn Ġerusalemm sa l-​Illirja dort dawk l-​inħawi+ nippriedka bir-​reqqa l-​aħbar tajba dwar il-​Kristu.+ 20 Tabilħaqq, b’dan il-​mod għamiltha l-​mira tiegħi li ma nxandarx l-​aħbar tajba fejn Kristu kien diġà ssemma, sabiex ma nkunx qed nibni fuq il-​pedament taʼ ħaddieħor;+ 21 imma bħalma hu miktub: “Dawk li dwaru ma tħabbrilhom xejn jaraw, u dawk li ma semgħux jifhmu.”+

22 Għalhekk ukoll kont imfixkel bosta drabi milli niġi għandkom.+ 23 Imma issa li f’dawn ir-​reġjuni m’għadx baqagħli territorju mhux mimsus, u ili s-​snin nixtieq ħafna niġi għandkom,+ 24 nittama, fuq kollox, li meta nkun sejjer Spanja,+ waqt li nkun qed nivvjaġġa għal hemmhekk, inkun nistaʼ narakom u tiġu+ biċċa triq miegħi wara li l-​ewwel inkun gawdejt xi ftit il-​kumpanija tagħkom. 25 Imma issa dalwaqt nivvjaġġa lejn Ġerusalemm biex naqdi lill-​qaddisin.+ 26 Għax dawk fil-​Maċedonja* u l-​Akaja*+ għoġobhom jagħtu minn dak li għandhom permezz taʼ kontribuzzjoni+ lill-​foqra fost il-​qaddisin f’Ġerusalemm. 27 Veru, huma għoġobhom jagħmlu dan, iżda kienu midjunin lejhom; għax jekk il-​ġnus ħadu sehem fl-​affarijiet spiritwali tagħhom,+ huma wkoll obbligati li jikkontribwixxu għall-​bżonnijiet materjali tagħhom.+ 28 Għaldaqstant, wara li nkun temmejt dan u wassaltilhom din il-​kontribuzzjoni+ qawwija u sħiħa, nitlaq lejn Spanja+ u fi triqti niġi għandkom. 29 Iktar minn hekk, naf li meta niġi għandkom, il-​wasla tiegħi tkun mimlija bil-​barka taʼ Kristu.+

30 Issa nħeġġiġkom, ħuti, permezz tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu u permezz taʼ l-​imħabba taʼ l-​ispirtu,+ biex tistinkaw miegħi u titolbu lil Alla għalija+ 31 biex jeħlisni+ minn dawk fil-​Lhudija li ma jemmnux u biex il-​ministeru tiegħi għal Ġerusalemm+ ikun aċċettabbli għall-​qaddisin,+ 32 sabiex meta niġi għandkom inkun ferħan u, jekk Alla jrid, insib is-​serħan+ magħkom. 33 L-Alla li jagħti l-​paċi jkun magħkom ilkoll.+ Amen.

16 Nirrikkmandalkom lil oħtna Febe, li qed taqdi+ fil-​kongregazzjoni li hemm f’Kenkre,+ 2 sabiex tilqgħuha+ fil-​Mulej kif jixraq lill-​qaddisin, u sabiex tgħinuha f’kulma jistaʼ jkollha bżonnkom,+ għax hi stess iddefendiet lil ħafna, iva, anki lili.

3 Selluli għal Priska* u għal Akwila,+ ħaddiema sħabi+ fi Kristu Ġesù, 4 li ssograw ħajjithom+ għalija,* u li mhux jien biss irroddilhom ħajr+ imma wkoll il-​kongregazzjonijiet kollha tal-​ġnus; 5 u sellu għall-​kongregazzjoni li hemm f’darhom.+ Selluli għal Epenetu, il-​maħbub tiegħi, li hu fost l-​ewwel frott+ mill-​Asja għal Kristu. 6 Sellu għal Marija, li tħabtet ħafna għalikom. 7 Sellu għal Androniku u Ġunja, qrabati+ u sħabi fil-​ħabs,+ li huma rġiel magħrufin fost l-​appostli u li ilhom f’unjoni+ maʼ Kristu iktar minni.

8 Selluli+ għal Amplijatu, il-​maħbub tiegħi fil-​Mulej. 9 Sellu għal Urbanu, ħaddiem seħibna fi Kristu, u għal Staki, il-​maħbub tiegħi. 10 Sellu+ għal Apelle, l-​approvat fi Kristu. Sellu għal dawk mid-​dar t’Aristobulu. 11 Sellu għal Erodjon, il-​qarib tiegħi.+ Sellu għal dawk mid-​dar taʼ Narċissu li huma fil-​Mulej.+ 12 Sellu għal Trifena u Trifosa, nisa li qed jaħdmu iebes fil-​Mulej. Sellu għal Persi, il-​maħbuba tagħna, għax hi tħabtet ħafna fil-​Mulej. 13 Sellu għal Rufu, il-​magħżul fil-​Mulej, u għal ommu li hi ommi wkoll. 14 Sellu għal Asinkretu, Flegon, Erme, Patroba, Erma, u għall-​aħwa li hemm magħhom. 15 Sellu għal Filologu u Ġulja, Nerija u oħtu, u Olimpa, u l-​qaddisin kollha li hemm magħhom.+ 16 Agħtu merħba lil xulxin b’bewsa qaddisa.+ Il-​kongregazzjonijiet kollha tal-​Kristu jsellu għalikom.

17 Issa nħeġġiġkom, ħuti, biex iżżommu għajnejkom fuq dawk li joħolqu firdiet+ u tfixkil kuntrarju għat-​tagħlim+ li tgħallimtu, u evitawhom.+ 18 Għax nies bħal dawn huma lsiera taʼ żaqqhom stess,+ mhux taʼ Kristu, il-​Mulej tagħna; u bi kliem melliesi+ u diskors kumplimentuż+ iqarrqu bil-​qlub taʼ nies li m’għandhomx malizzja. 19 Madankollu, l-​ubbidjenza tagħkom innotaha kulħadd.+ Għalhekk jien ferħan bikom. Imma rridkom tkunu għorrief+ f’dak li hu tajjeb, imma innoċenti+ f’dak li hu ħażin.+ 20 Min-naħa tiegħu, l-​Alla li jagħti l-​paċi+ dalwaqt jgħaffeġ lil Satana+ taħt saqajkom. Jalla l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tal-​Mulej tagħna Ġesù tkun magħkom.+

21 Iselli għalikom Timotju, ħaddiem sieħbi, kif ukoll Luċju u Ġason u Sosipater, qrabati.+

22 Jien, Terzju, li għamilt il-​kitba taʼ din l-​ittra, inselli għalikom fil-​Mulej.

23 Iselli għalikom Gaju,+ li laqaʼ lili u lill-​kongregazzjoni kollha f’daru. Iselli għalikom Erastu, il-​prokuratur tal-​belt,+ kif ukoll ħuh Kwartu. 24* ——

25 Issa lil dak+ li jistaʼ jissodakom fi qbil maʼ l-​aħbar tajba li nxandar u l-​ippridkar dwar Ġesù Kristu, skond ir-​rivelazzjoni tas-​sigriet sagru+ li nżamm fis-​skiet għal żmien twil 26 imma li issa, permezz taʼ dak li kitbu l-​profeti u fi qbil mal-​kmand taʼ l-​Alla taʼ dejjem, intwera+ u ntgħaraf fost il-​ġnus biex tiġi inkuraġġita l-​ubbidjenza bil-​fidi;+ 27 lil Alla, li hu biss hu għaref,+ tkun il-​glorja+ permezz taʼ Ġesù Kristu+ għal dejjem. Amen.

Jew, “xenqa b’għira.”

Jew, “offerta taʼ tpattija biex tinkiseb l-​approvazzjoni t’Alla.”

Jew, “att taʼ qalb tajba mhix mistħoqqa.”

Ara Mk 14:36, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “l-​intenzjoni; il-​ħsieb.”

Letteralment, “ifittxu ruħi.”

Jiġifieri, il-​mejda tas-​sagrifiċċji. Jew, “festa.”

Ara At 16:9, in-​nota taʼ taħt.

Ara At 18:12, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “Prixilla.”

Letteralment, “għal ruħi.”

Ara Mt 17:21, in-​nota taʼ taħt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja