LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Filippin 1:1-4:23
  • Lill-​Filippin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lill-​Filippin
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Lill-​Filippin

Lill-​Filippin

1 Pawlu u Timotju, ilsiera+ taʼ Kristu Ġesù, lill-​qaddisin kollha li hemm f’Filippi+ u li huma f’unjoni maʼ Kristu Ġesù, flimkien maʼ l-​indokraturi u l-​qaddejja ministerjali:+

2 Qalb tajba mhix mistħoqqa u paċi lilkom mingħand Alla Missierna u l-​Mulej Ġesù Kristu.+

3 Jien dejjem irrodd ħajr lil Alla tiegħi kulmeta niftakar fikom+ 4 u nitlob bil-​ħerqa għalikom ilkoll,+ waqt li noffri t-​talb tiegħi bil-​ferħ, 5 minħabba l-​kontribut+ li tajtu għall-​aħbar tajba mill-​ewwel jum s’issa. 6 Għax jien fiduċjuż dwar dan, li dak li beda xogħol tajjeb fikom se jtemmu+ sal-​jum+ taʼ Ġesù Kristu. 7 Hu tassew xieraq li naħseb dan dwarkom ilkoll, minħabba li qegħdin ġo qalbi,+ għax ilkoll taqsmu+ miegħi mill-​qalb tajba mhix mistħoqqa. Dan hu minnu kemm fl-​irbit tiegħi fil-​ħabs+ u kemm biex niddefendi+ u nistabbilixxi legalment+ l-​aħbar tajba.

8 Għax Alla hu x-​xhud tiegħi taʼ kemm għandi xenqa kbira għalikom ilkoll bl-​affezzjoni tenera+ bħalma għandu Kristu Ġesù. 9 U dan inkompli nitlob, li mħabbitkom tikber u toktor+ dejjem iżjed b’għarfien eżatt+ u dixxerniment sħiħ;+ 10 sabiex tkunu tistgħu taċċertaw ruħkom minn dak li hu iktar importanti,+ u b’hekk tkunu bla difett+ u ma tfixklux+ lil oħrajn sal-​jum taʼ Kristu, 11 u timtlew bi frott ġust,+ li hu permezz taʼ Ġesù Kristu, għall-​glorja u t-​tifħir t’Alla.+

12 Issa nixtieqkom tkunu tafu, ħuti, li dak li ġrali rriżulta fl-​avanz taʼ l-​aħbar tajba+ minflok il-​kontra, 13 għax l-​irbit tiegħi+ fi sħubija maʼ Kristu sar jaf bih kulħadd+ fost il-​Gwardja Pretorjana u l-​oħrajn kollha;+ 14 u l-​biċċa l-​kbira mill-​aħwa fil-​Mulej, billi jħossuhom fiduċjużi minħabba l-​irbit tiegħi fil-​ħabs, qed juru iktar u iktar kuraġġ biex jitkellmu l-​kelma t’Alla bla biżaʼ.+

15 Veru, xi wħud qed jippridkaw il-​Kristu b’għira u rivalità,+ imma oħrajn qed jippridkawh b’rieda tajba.+ 16 Dawn taʼ l-​aħħar qed ixandru l-​Kristu mqanqlin mill-​imħabba, għax jafu li jien qiegħed hawn biex niddefendi+ l-​aħbar tajba; 17 imma dawk taʼ l-​ewwel jagħmlu dan bi spirtu taʼ ġlied,+ mhux b’motiv pur, għax għandhom f’moħħhom li jaqilgħuli t-​tribulazzjoni+ fl-​irbit tiegħi fil-​ħabs. 18 B’daqshekk x’ġara? Xejn, ħlief li b’kull mod, sew jekk bi pretenzjoni+ u sew jekk b’verità, Kristu qed jixxandar,+ u b’dan jien nifraħ. Iva, u se nkompli nifraħ, 19 għax naf li dan se jwassal għas-​salvazzjoni tiegħi permezz tat-​talb bil-​ħerqa tagħkom+ u taʼ l-​ispirtu taʼ Ġesù Kristu li jingħatali.+ 20 Dan hu fi qbil maʼ l-​istennija ħerqana+ u t-​tama tiegħi+ li ma jkolli xejn minn xiex nistħi,+ imma bil-​libertà kollha tal-​kelma,+ Kristu, bħalma dejjem kien, hekk ukoll issa se jkun imfaħħar bil-​kbir permezz taʼ ġismi,+ sew jekk ngħix u sew jekk immut.+

21 Għax fil-​każ tiegħi li ngħix hu Kristu,+ u li mmut,+ gwadann. 22 Issa, jekk għandi nibqaʼ ngħix fil-​laħam, dan ikun ifisser li jien nibqaʼ nagħmel il-​frott f’xogħli+—iżda x’se nagħżel ma nurix. 23 Qed inħossni magħsur bejn dawn iż-​żewġ affarijiet;+ imma dak li tassew nixtieq hu l-​ħelsien u li nkun maʼ Kristu,+ għax dan żgur hu ferm aħjar.+ 24 Madankollu, għalija li nibqaʼ fil-​laħam hu iktar neċessarju minħabba fikom.+ 25 Mela, billi jien fiduċjuż dwar dan, naf li se nibqaʼ+ u ngħammar magħkom ilkoll għall-​avanz+ u għall-​ferħ tal-​fidi tagħkom, 26 sabiex tkunu tistgħu tifirħu ferm iktar fi Kristu Ġesù permezz tal-​preżenza tiegħi magħkom.

27 Biss ġibu ruħkom kif jixraq+ lill-​aħbar tajba dwar il-​Kristu, sabiex, kemm jekk niġi narakom u kemm jekk ma niġix, inkun nistaʼ nismaʼ dwarkom li qed iżżommu sod fi spirtu wieħed, u li b’ruħ waħda+ qed tistinkaw spalla maʼ spalla għall-​fidi taʼ l-​aħbar tajba, 28 u bl-​ebda mod ma tibżgħu minn dawk li jopponukom.+ Dan ikun turija taʼ qerda għalihom, imma taʼ salvazzjoni għalikom;+ u din l-​indikazzjoni ġejja minn Alla, 29 għaliex lilkom ngħata l-​privileġġ għan-​nom taʼ Kristu, mhux biss biex tpoġġu l-​fidi tagħkom+ fih, imma wkoll biex issofru+ għalih. 30 Għax intom għandkom l-​istess taqbida bħalma rajtu fil-​każ tiegħi+ u bħalma issa qed tisimgħu li jien għaddej minnha.+

2 Mela, jekk għandkom xi inkuraġġiment fi Kristu,+ xi konsolazzjoni taʼ mħabba, xi interess f’xulxin,+ xi affezzjoni tenera+ u mogħdrija, 2 imlewni bil-​ferħ billi jkollkom l-​istess fehma+ u l-​istess imħabba. Kunu magħqudin ruħ waħda u żommu ħsieb wieħed f’moħħkom,+ 3 waqt li ma tagħmlu xejn bi ġlied+ jew bi kburija,+ imma b’umiltà tqisu lill-​oħrajn superjuri+ għalikom. 4 Tfittxux l-​interessi persunali tagħkom biss,+ imma wkoll l-​interessi persunali taʼ l-​oħrajn.+

5 Żommu din l-​attitudni mentali fikom li kienet ukoll fi Kristu Ġesù,+ 6 li, għalkemm kien jeżisti fis-​sura t’Alla,+ ma qagħadx jaħseb li għandu jaħtaf, jiġifieri, li għandu jkun ugwali m’Alla.+ 7 Le, iżda xejjen lilu nnifsu u ħa s-​sura taʼ lsir+ u sar jixbah lill-​bnedmin.+ 8 Iktar minn hekk, meta sab ruħu f’għamla taʼ bniedem,+ umilja ruħu u sar ubbidjenti sal-​mewt,+ iva, sal-​mewt fuq zokk tat-​tortura.+ 9 Kien ukoll għalhekk li Alla eżaltah għal pożizzjoni superjuri+ u b’qalb tajba tah l-​isem li hu fuq kull isem ieħor,+ 10 sabiex f’isem Ġesù tintlewa kull irkoppa fis-​sema, fuq l-​art, u taħt l-​art,+ 11 u kull ilsien jistqarr+ quddiem kulħadd li Ġesù Kristu hu Mulej+ għall-​glorja t’Alla l-​Missier.+

12 Għaldaqstant, maħbubin tiegħi, bħalma dejjem obdejtu,+ mhux biss fil-​preżenza tiegħi, imma bil-​wisq iktar issa li m’iniex magħkom, ibqgħu wettqu s-​salvazzjoni tagħkom bil-​biżaʼ+ u t-​tregħid; 13 għax Alla hu dak li, għax hekk għoġbu, qed jaħdem fikom+ kemm biex ikollkom ir-​rieda u kemm biex taġixxu.+ 14 Ibqgħu agħmlu kollox bla tgergir+ u argumenti,+ 15 sabiex issiru bla ħtija+ u innoċenti, tfal+ t’Alla bla difett fost ġenerazzjoni mgħawġa u maqluba,+ li fiha qed tiddu bħala dawwala fid-​dinja,+ 16 waqt li żżommu qabda soda mal-​kelma tal-​ħajja,+ biex ikolli għalxiex nifraħ bil-​kbir f’jum Kristu,+ li ma nkunx ġrejt jew ħdimt iebes għalxejn.+ 17 Minkejja dan, anki jekk qed niġi mferraʼ bħal offerta tax-​xorb+ fuq is-​sagrifiċċju+ u s-​servizz pubbliku li l-​fidi wasslitkom għalihom,+ jien kuntent u nifraħ+ magħkom ilkoll. 18 Issa, bl-​istess mod, kunu kuntenti u ifirħu miegħi intom ukoll.+

19 Jien qed nittama fil-​Mulej Ġesù li nibagħtilkom lil Timotju dalwaqt, sabiex inkun nistaʼ nieħu r-​ruħ+ meta nieħu aħbarkom. 20 Għax m’għandi lil ħadd bl-​istess attitudni tiegħu li se jieħu ħsieb ġenwinament+ dak li għandu x’jaqsam magħkom. 21 Għax l-​oħrajn kollha qed ifittxu l-​interessi tagħhom stess,+ mhux dawk taʼ Kristu Ġesù. 22 Imma intom tafu xi prova ta tiegħu nnifsu, li bħal iben+ maʼ missieru tjassar miegħi biex iġib l-​aħbar tajba ’l quddiem. 23 Għalhekk, dan hu r-​raġel li qed nittama li nibagħtilkom malli nara kif sejrin l-​affarijiet tiegħi. 24 Tabilħaqq, jien fiduċjuż fil-​Mulej li anki jien se niġi dalwaqt.+

25 Madankollu, inqis li hu neċessarju li nibagħtilkom lil Epafroditu,+ ħija u ħaddiem+ u suldat sieħbi,+ imma li intom bgħattuh biex jaqdini fil-​bżonnijiet tiegħi, 26 peress li jixtieq ħafna jarakom ilkoll u hu mdejjaq għaliex smajtu li kien marad. 27 Iva, tabilħaqq, hu marad u kien se jmut; imma Alla ħenn+ għalih, fil-​fatt, mhux għalih biss, imma għalija wkoll, biex ma jkollix niket fuq ieħor. 28 Għalhekk qed infittex li nibagħtu malajr, biex malli terġgħu tarawh tkunu tistgħu tifirħu u jien inkun iktar ħieles min-​niket. 29 Għalhekk, agħtuh merħba+ kif jixraq fil-​Mulej bil-​ferħ kollu; u nies bħalu ibqgħu għożżuhom,+ 30 għax minħabba x-​xogħol tal-​Mulej hu kien għoddu miet, billi poġġa ruħu fil-​periklu,+ sabiex ipatti bis-​sħiħ għalikom għax m’intomx hawn biex taqduni.+

3 Fl-aħħarnett, ħuti, komplu ifirħu fil-​Mulej.+ M’huwiex taʼ dwejjaq għalija li niktbilkom l-​istess affarijiet, imma hu taʼ protezzjoni għalikom.

2 Oqogħdu attenti mill-​klieb,+ oqogħdu attenti minn dawk li jagħmlu l-​ħsara, oqogħdu attenti minn dawk li jqattgħu l-​ġisem.+ 3 Għax aħna dawk li għandhom iċ-​ċirkonċiżjoni vera,+ li qed nagħtu servizz sagru bl-​ispirtu+ t’Alla u li aħna kburin bi Kristu Ġesù+ u m’għandniex il-​fiduċja tagħna fil-​laħam,+ 4 għalkemm, jekk hemm xi ħadd li għandu għalxiex ikollu fiduċja wkoll fil-​laħam, dan huwa jien.

Jekk xi bniedem ieħor jaħseb li għandu għalxiex ikollu fiduċja fil-​laħam, jien iktar minnu:+ 5 ċirkonċiż fit-​tmien jum,+ imnissel mir-​razza taʼ Israel, mit-​tribù taʼ Benjamin,+ imwieled Ebrew minn ġenituri Ebrej;+ inkwantu għal-​liġi, Fariżew;+ 6 inkwantu għaż-​żelu, kont nippersegwita lill-​kongregazzjoni;+ inkwantu għall-​ġustizzja li hi permezz tal-​liġi, urejt bil-​provi li kont bla ħtija. 7 Iżda l-​affarijiet li kienu qligħ għalija, qisthom bħala telf minħabba l-​Kristu.+ 8 Mhux talli hekk, imma talli jien tabilħaqq inqis ukoll kollox bħala telf minħabba l-​valur imprezzabbli taʼ l-​għarfien dwar Kristu Ġesù l-​Mulej tiegħi.+ Minħabba fih aċċettajt li nitlef l-​affarijiet kollha u nqishom bħala qabda skart,+ sabiex nirbaħ lil Kristu 9 u nkun f’unjoni miegħu, u ma jkollix il-​ġustizzja tiegħi li tiġi mil-​liġi,+ imma l-​ġustizzja permezz tal-​fidi+ fi Kristu, dik li tiġi mingħand Alla permezz tal-​fidi,+ 10 biex insir naf lilu u l-​qawwa taʼ l-​irxoxt tiegħu+ u naqsam fit-​tbatijiet tiegħu,+ u noqgħod għal mewta bħal tiegħu,+ 11 biex nara jekk b’xi mod nistax inkun fost dawk li se jiġu rxoxtati+ minn taʼ l-​ewwel.

12 Mhux għax diġà rċivejtu jew diġà ntgħamilt perfett,+ imma qed infittex+ biex nara jekk nistax ukoll nikseb+ dak li għalih jien ukoll kont miksub+ minn Kristu Ġesù. 13 Ħuti, jien ma nqisnix li diġà ksibtu; imma ħaġa nistaʼ ngħid: Waqt li ninsa l-​affarijiet taʼ warajja+ u niġġebbed biex nilħaq l-​affarijiet li hemm quddiemi,+ 14 qed niġri lejn il-​mira+ għall-​premju+ tas-​sejħa+ t’Alla għal hemm fuq permezz taʼ Kristu Ġesù. 15 Mela ejjew, dawk fostna li huma maturi,+ ħa jkollna din l-​attitudni mentali;+ u jekk intom b’xi mod taħsbuha differenti, Alla se jirrivelalkom l-​attitudni xierqa. 16 Għalhekk, għamilna kemm għamilna progress, ejjew inkomplu mexjin bl-​ordni+ b’din l-​istess rutina.

17 Ħuti, imitaw+ lili intom ilkoll u żommu quddiem għajnejkom lil dawk li mexjin skond l-​eżempju li tajniekom.+ 18 Għax hemm ħafna, li kont insemmihom spiss imma li issa nsemmihom ukoll bil-​biki, li qed jimxu bħala l-​għedewwa taz-​zokk tat-​tortura tal-​Kristu,+ 19 u tmiemhom hu l-​qerda,+ u l-​alla tagħhom hu żaqqhom,+ u l-​glorja tagħhom tinsab fl-​għajb tagħhom,+ u moħħhom fl-​affarijiet taʼ l-​art.+ 20 Iżda aħna għandna ċ-​ċittadinanza tagħna+ fis-​smewwiet,+ minfejn ukoll qed nistennew bil-​ħerqa+ salvatur, il-​Mulej Ġesù Kristu,+ 21 li se jbiddlilna ġisimna+ mill-​istat umiljat li jinsab fih biex isir jixbah lill-​ġisem glorjuż tiegħu+ skond il-​ħidma+ tal-​qawwa li għandu, saħansitra li jissuġġetta+ kollox għalih.

4 Għaldaqstant, ħuti maħbubin u mixtiqin, il-​ferħ u l-​kuruna tiegħi,+ żommu sod+ b’dan il-​mod fil-​Mulej, maħbubin tiegħi.

2 Inħeġġeġ lil Evodja u nħeġġeġ lil Sintike biex ikunu taʼ l-​istess fehma+ fil-​Mulej. 3 Iva, nitolbok biex anki int, sieħbi ġenwin fil-​madmad,+ tibqaʼ tgħin lil dawn in-​nisa li tħabtu spalla maʼ spalla miegħi+ fl-​aħbar tajba flimkien maʼ Klement kif ukoll mal-​bqija tal-​ħaddiema sħabi,+ li isimhom+ qiegħed fil-​ktieb tal-​ħajja.+

4 Ifirħu dejjem fil-​Mulej.+ Nerġaʼ ngħidilkom, Ifirħu!+ 5 Ħa jkun jaf kulħadd kemm intom raġunevoli.+ Il-​Mulej hu qrib.+ 6 Tkunu ansjużi fuq xejn,+ imma f’kollox b’talb u b’suppliki*+ flimkien maʼ radd il-​ħajr ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu;+ 7 u l-​paċi+ t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbkom+ u l-​qawwa mentali tagħkom permezz taʼ Kristu Ġesù.

8 Mill-bqija, ħuti, kulma hu veru, kulma hu serju, kulma hu ġust, kulma hu safi,+ kulma jqanqal l-​imħabba, kulma hu taʼ fama tajba, kull virtù, u kull ħaġa li jistħoqqilha tifħir, fuq dawn l-​affarijiet komplu aħsbu.+ 9 L-affarijiet li tgħallimtu kif ukoll aċċettajtu u smajtu mingħandi u dak kollu li rajtu fija, ipprattikawhom;+ u l-​Alla tal-​paċi+ jkun magħkom.

10 Jien nifraħ ħafna fil-​Mulej li issa fl-​aħħar erġajtu ħadtu ħsiebi,+ għax naf li kontu qed taħsbu dwar dan, imma ma kellkomx l-​opportunità. 11 M’iniex ngħid li jonqosni xi ħaġa, għax tgħallimt inkun kuntent b’dak li jkolli f’kull ċirkustanza li nsib ruħi fiha.+ 12 Naf tassew kif ikolli ftit,+ u naf ukoll kif ikolli ħafna. F’kollox u f’kull ċirkustanza tgħallimt is-​sigriet taʼ kif inkun xebgħan u kif inkun bil-​ġuħ, kif ikolli bl-​abbundanza u kif inkun fil-​bżonn.+ 13 Għal kollox għandi s-​saħħa permezz taʼ dak li jagħtini l-​qawwa.+

14 Minkejja dan, għamiltu sew li ħadtu sehem miegħi+ fit-​tribulazzjoni tiegħi.+ 15 Fil-fatt, intom tafu wkoll, Filippin, li meta bdejt niddikjara l-​aħbar tajba, meta tlaqt mill-​Maċedonja,* l-​ebda kongregazzjoni oħra ħliefkom ma ħadet sehem miegħi biex tagħti u tieħu;+ 16 għax, anki f’Tessalonika, bgħattuli xi ħaġa għall-​bżonn tiegħi mhux darba imma darbtejn. 17 Mhux għax jien ħerqan biex naqlaʼ xi ħaġa,+ imma ħerqan għall-​frott+ li jżid l-​investiment mal-​kont tagħkom. 18 Madankollu, għandi minn kollox u bl-​abbundanza. Għandi bix-​xabaʼ, issa li rċivejt mingħand Epafroditu+ l-​affarijiet li bgħattuli, riħa tfuħ,+ sagrifiċċju aċċettabbli,+ li jogħġob lil Alla. 19 Mill-banda l-​oħra, Alla tiegħi+ se jipprovdilkom bis-​sħiħ kulma għandkom bżonn+ fi qbil mar-​rikkezzi tiegħu+ fil-​glorja permezz taʼ Kristu Ġesù. 20 Issa lil Alla tagħna u Missierna tkun il-​glorja għal dejjem taʼ dejjem.+ Amen.

21 Selluli+ għal kull qaddis li hu f’unjoni+ maʼ Kristu Ġesù. L-​aħwa li hawn miegħi jibagħtulkom it-​tislijiet tagħhom. 22 Il-qaddisin kollha, imma speċjalment dawk tad-​dar taʼ Ċesari, jibagħtu jsellu għalikom.+

23 Il-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-​Mulej Ġesù Kristu tkun maʼ l-​ispirtu li turu.+

Jew, “talb bil-​ħerqa.”

Ara At 16:9, in-​nota taʼ taħt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja